Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62000TA0308

    Kawża T-308/00 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Jannar 2013 — Salzgitter vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Industrija tal-azzar u tal-ħadid — Inċentivi fiskali intiżi sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-żona tul il-fruntiera mal-ex Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u mal-ex Repubblika Ċekoslovakka — Għajnuna mhux innotifikata — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Irkupru — Dewmien — Ċertezza legali — Kalkolu tal-għajnuna li għandha tiġi rrimborsata — Għajnuna li taqa’ taħt it-Trattat KEFA — Investimenti intiżi għall-protezzjoni tal-ambjent — Rata ta’ tnaqqis” )

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2013 — Salzgitter vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-308/00 RENV) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Industrija tal-azzar u tal-ħadid - Inċentivi fiskali intiżi sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-żona tul il-fruntiera mal-ex Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u mal-ex Repubblika Ċekoslovakka - Għajnuna mhux innotifikata - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Irkupru - Dewmien - Ċertezza legali - Kalkolu tal-għajnuna li għandha tiġi rrimborsata - Għajnuna li taqa’ taħt it-Trattat KEFA - Investimenti intiżi għall-protezzjoni tal-ambjent - Rata ta’ tnaqqis)

    2013/C 63/32

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Salzgitter AG (Salzgitter, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz u M. Niejahr, sussegwentement V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u A. Wiedmann, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/797/KEFA, tat-28 ta’ Ġunju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Ġermanja favur Salzgitter AG, Preussag Stahl AG u s-sussidjarji tal-grupp li joperaw fl-industrija tal-azzar u tal-ħadid, illum il-ġurnata miġbura flimkien taħt l-isem Salzgitter AG — Stahl und Technologie (SAG), (ĠU L 323, p. 5).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Salzgitter AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    (3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


    (1)  ĠU C 335, 25.11.2000.


    Top