This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 61998TA0094
Case T-94/98: Judgment of the Court of First Instance of 26 June 2008 — Alferink and Others v Commission (Actions for damages — Non-contractual liability — Milk — Additional levy — Reference quantity — Producers who entered into non-marketing undertakings — Requirement that production be on the initial SLOM holding — Article 3a of Regulation (EEC) No 1546/88, as amended by Regulation (EEC) No 1033/89 — Allegedly ambiguous wording of the applicable provision — Principle of legal certainty)
Kawża T-94/98: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Ġunju 2008 — Alferink et vs Il-Kummissjoni ( Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ħalib — Imposta addizzjonali — Kwantità ta' referenza — Produttur li kien daħal għal impenn ta' non-kummerċjalizzazzjoni — Rekwiżit ta' produzzjoni fl-impriża agrikola SLOM inizjali — Artikolu 3a tar-Regolament (KEE) Nru 1546/88, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1033/89 — Formulazzjoni allegatament ambigwa tad-dispożizzjoni applikabbli — Prinċipju ta' ċertezza legali )
Kawża T-94/98: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Ġunju 2008 — Alferink et vs Il-Kummissjoni ( Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ħalib — Imposta addizzjonali — Kwantità ta' referenza — Produttur li kien daħal għal impenn ta' non-kummerċjalizzazzjoni — Rekwiżit ta' produzzjoni fl-impriża agrikola SLOM inizjali — Artikolu 3a tar-Regolament (KEE) Nru 1546/88, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1033/89 — Formulazzjoni allegatament ambigwa tad-dispożizzjoni applikabbli — Prinċipju ta' ċertezza legali )
ĠU C 197, 2.8.2008, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Alferink et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/98) (1)
(“Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ħalib - Imposta addizzjonali - Kwantità ta' referenza - Produttur li kien daħal għal impenn ta' non-kummerċjalizzazzjoni - Rekwiżit ta' produzzjoni fl-impriża agrikola SLOM inizjali - Artikolu 3a tar-Regolament (KEE) Nru 1546/88, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1033/89 - Formulazzjoni allegatament ambigwa tad-dispożizzjoni applikabbli - Prinċipju ta' ċertezza legali’)
(2008/C 197/30)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Alfonsius Alferink (Heeten, l-Olanda) u s-67 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: H. Bronkhorst u E. Pijnacker Hordijk, wara H. Bronkhorst, E. Pijnacker Hordijk u J. Slusmans, u fl-aħħar E. Pijnacker Hordijk, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: T. van Rijn, aġent)
Suġġett
Talba għall-kumpens, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 178 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 235 KE) u tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 215 tat-Trattat KE (li sar it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE), tad-danni allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba li l-Kummissjoni, meta adottat ir-Regolament (KEE) Nru 1033/89, ta' l-20 ta' April 1989, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1546/88 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 (ĠU L 110, p. 27), li ma jipprevedix b'mod ċar u preċiż li l-produzzjoni tal-ħalib kellha terġa' tibda mill-impriża agrikola SLOM inizjali, kisret il-prinċipju ta' ċertezza legali.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alfonsius Alferink u s-67 rikorrenti l-oħra li l-lista tagħhom tidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż. |