Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024XG03941

    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    ĠU C, C/2024/3941, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3941/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3941/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3941

    18.6.2024

    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    (C/2024/3941)

    Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1729 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1724 (5).

    Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    RELEX.1

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

    L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

    Data Protection Officer

    Data.protection@consilium.europa.eu

    L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-ħolqien u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/231/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1729 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1724.

    Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulat fid-Deċiżjoni 2010/231/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 356/2010.

    Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra relatata mar-raġunijiet għall-elenkar.

    Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu ffriżar tal-assi u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

    L-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stipulati fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

    L-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali f'konformità mal-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

    Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

    Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-deżinjazzjonijiet u l-aġġornamenti tad-deżinjazzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kumitati tas-Sanzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti ser tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

    Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.

    Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kundizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:

    it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku;

    it-trasferiment ikun meħtieġ biex jiġu stabbiliti, eżerċitati jew difiżi talbiet legali.

    L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.

    Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew b'mod komplet id-data tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jista' jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.

    Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu ittra elettronika lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.

    Mehmuż mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport).

    Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kull data oħra li tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali tista' titgħatta bl-iswed.

    Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

    Qabel ma jagħmlu dan, huwa rakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.


    (1)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

    (2)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

    (3)   ĠU L, 2024/1729, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1729/oj.

    (4)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.

    (5)   ĠU L, 2024/1724, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1724/oj.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3941/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top