EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024XC01755

Tħabbira skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar proċedimenti ta’ insolvenza kontra Baltic International Bank SE [istituzzjoni ta’ kreditu Latvjana insolventi]

PUB/2024/72

ĠU C, C/2024/1755, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1755/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1755/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1755

23.2.2024

Tħabbira skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar proċedimenti ta’ insolvenza kontra Baltic International Bank SE [istituzzjoni ta’ kreditu Latvjana insolventi]

(C/2024/1755)

Bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi ddatata l-24 ta’ Jannar 2024 fil-kawża ċivili Nru C75007524, Baltic International Bank SE, Nru tar-reġistrazzjoni 40003127883, ġie ddikjarat insolventi b’effett mill-24 ta’ Jannar 2024.

Linda Sniega-Svilāne ġiet approvata bħala l-amministratur tal-proċedimenti ta’ insolvenza kontra Baltic International Bank SE, indirizz tan-negozju: Grēcinieku iela 6, Riga, LV-1050, tel.: +371 67000444 (matul il-ġimgħa mid–09,00 sal–17,00), indirizz tal-posta elettronika: info@bib.eu.

Pretensjonijiet tal-kredituri u pretensjonijiet ta’ persuni oħra, kif ukoll pretensjonijiet oħra kontra Baltic International Bank SE insolventi, iridu jiġu ppreżentati lill-amministratur fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din it-tħabbira fil-Gazzetta Uffiċjali “‘Latvijas Vēstnesis’”.

F’konformità mal-Artikolu 1396 tal-Liġi Latvjana dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, meta, matul il-proċedimenti ta’ insolvenza kontra istituzzjoni ta’ kreditu, il-kredituri jkunu ppreżentaw il-pretensjonijiet tal-kredituri tagħhom, ladarba jkunu tħabbru proċedimenti ta’ insolvenza kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kredituri jeħtieġ li ma jippreżentawx mill-ġdid il-pretensjonijiet tal-kredituri għall-ammont li tkun saret l-applikazzjoni għalih fil-proċedimenti ta’ likwidazzjoni kontra dik l-istituzzjoni.

Biex pretensjoni tal-kredituri tiġi rikonoxxuta u tiddaħħal fil-lista ta’ kredituri tal-Baltic International Bank SE insolventi li lilhom ikunu dovuti fondi monetarji, kreditur li huwa persuna fiżika jrid jippreżenta d-dokumenti li ġejjin:

1)

pretensjoni tal-kredituri mfassla u fformattjata (huwa rakkomandat li jintuża l-mudell disponibbli fis-sit web www.bib.eu) bħala dokument legalment vinkolanti f’konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni esterna tar-Repubblika Latvjana u li fiha dan li ġej:

dikjarazzjoni taċ-ċirkostanzi fattwali;

in-numri tal-kontijiet tal-kreditur fil-Baltic International Bank SE u l-ammont ta’ fondi li għandhom jitħallsu lura, ikkalkolat mill-ġdid f’euro bir-rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-24 ta’ Jannar 2024;

deskrizzjoni dettaljata tal-oriġini tal-fondi;

in-numru tal-kont tal-bank li lilu għandhom jiġu ttrasferiti l-fondi, inklużi n-numru IBAN u l-isem u l-kodiċi SWIFT tal-bank;

informazzjoni dwar jekk il-kreditur huwiex meqjus parti interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(36) tal-Liġi dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

informazzjoni dwar jekk il-kreditur huwiex persuna esposta politikament, membru tal-familja ta’ persuna esposta politikament jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ persuna esposta politikament skont it-tifsira tal-Artikoli 1(18), (181) u (182) tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tal-proliferazzjoni;

l-indirizz tal-posta elettronika tal-kreditur u konferma li l-kreditur jaqbel li jikkomunika b’mod elettroniku mal-Baltic International Bank SE insolventi u jaqbel li jirċievi l-informazzjoni/d-dokumenti b’mod elettroniku fil-proċedimenti ta’ insolvenza kontra Baltic International Bank SE;

dikjarazzjoni li tgħid li l-kreditur u r-rappreżentant tal-kreditur ikunu ġew infurmati bil-fatt li l-Baltic International Bank SE insolventi jista’ jipproċessa d-data personali tagħhom għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni tal-pretensjoni tal-kreditur u għal finijiet ġustifikati oħra fil-proċedimenti ta’ insolvenza tal-Baltic International Bank SE, u li jkunu qablu li jagħmlu l-istess;

2)

dokumenti li jagħtu prova tal-oriġini tal-fondi;

3)

dokumenti li jagħtu prova tas-sjieda tal-kont tal-bank tal-kreditur (kif muri fl-applikazzjoni ta’ pretensjoni tal-kreditur) li lilu għandhom jiġi ttrasferiti l-fondi;

4)

kopja ta’ dokument tal-identità li huwa validu fil-Latvja;

5)

prokura, meta l-pretensjoni tal-kreditur issir minn persuna oħra f’isem il-kreditur.

Biex pretensjoni tal-kredituri tiġi rikonoxxuta u tiddaħħal fil-lista ta’ kredituri tal-Baltic International Bank SE insolventi li lilhom ikunu dovuti fondi monetarji, kreditur li huwa persuna ġuridika jrid jippreżenta d-dokumenti li ġejjin:

1)

pretensjoni tal-kredituri mfassla u fformattjata (huwa rakkomandat li jintuża l-mudell disponibbli fis-sit web www.bib.eu) bħala dokument legalment vinkolanti f’konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni esterna tar-Repubblika Latvjana u li fiha dan li ġej:

dikjarazzjoni taċ-ċirkostanzi fattwali;

in-numri tal-kontijiet tal-kreditur fil-Baltic International Bank SE u l-ammont ta’ fondi li għandhom jitħallsu lura, ikkalkolat mill-ġdid f’euro bir-rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-24 ta’ Jannar 2024;

deskrizzjoni dettaljata tal-oriġini tal-fondi;

in-numru tal-kont tal-bank li lilu għandhom jiġu ttrasferiti l-fondi, inklużi n-numru IBAN u l-isem u l-kodiċi SWIFT tal-bank;

informazzjoni dwar jekk il-kreditur huwiex meqjus parti interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(36) tal-Liġi dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-membri/azzjonisti u s-sidien benefiċjarji attwali, inkluża informazzjoni dwar jekk is-sid benefiċjarju għandux jitqies bħala parti interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(36) tal-Liġi dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jekk is-sid benefiċjarju huwiex persuna esposta politikament, membru tal-familja ta’ persuna esposta politikament jew persuna assoċjata mill-qrib ta’ persuna esposta politikament skont it-tifsira tal-Artikoli 1(1)(18), (181) u (182) tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tal-proliferazzjoni;

l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kreditur u konferma li l-kreditur jaqbel li jikkomunika b’mod elettroniku mal-Baltic International Bank SE insolventi u jaqbel li jirċievi informazzjoni/dokumenti b’mod elettroniku fil-proċedimenti ta’ insolvenza kontra Baltic International Bank SE;

dikjarazzjoni li tgħid li l-kreditur u r-rappreżentant tal-kreditur ikunu ġew infurmati bil-fatt li l-Baltic International Bank SE insolventi jista’ jipproċessa d-data personali tagħhom għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni tal-pretensjoni tal-kreditur u għal finijiet ġustifikati oħra fil-proċedimenti ta’ insolvenza kontra l-Baltic International Bank SE, u li jkunu qablu li jagħmlu l-istess;

2)

dokumenti li jagħtu prova tal-oriġini tal-fondi;

3)

dokumenti li jikkonfermaw il-kompożizzjoni tal-membri/azzjonisti u s-sidien benefiċjarji attwali;

4)

dokumenti li jagħtu prova tas-sjieda tal-kont tal-bank tal-kreditur (kif muri fl-applikazzjoni ta’ pretensjoni tal-kreditur) li lilu għandhom jiġi ttrasferiti l-fondi;

5)

kopja tad-dokument tal-identità validu fil-Latvja tal-persuna li tagħmel il-pretensjoni tal-kreditur f’isem il-kreditur u d-dokumenti li jagħtu prova tad-dritt ta’ rappreżentazzjoni/awtorità;

6)

meta l-kreditur huwa persuna mhux residenti, kopja taċ-ċertifikat ta’ reputazzjoni tajba maħruġa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-preżentazzjoni tagħha;

7)

meta l-kreditur huwa persuna mhux residenti, kopja taċ-ċertifikat ta’ titolarità (certificate of incumbency) maħruġa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-preżentazzjoni tagħha;

8)

meta l-kreditur jikkwalifika għall-istatus ta’ intrapriża mikro, żgħira u ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(32) tal-Liġi dwar ir-restawr u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditta ta’ investiment, id-dokumenti li jagħtu prova ta’ konformità ma’ dak l-istatus;

9)

meta l-kreditur jikkwalifika għall-istatus ta’ arranġament legali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(8) tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tal-proliferazzjoni, id-dokumenti li jagħtu prova tal-konformità ma’ dak l-istatus kif ukoll l-għan, l-istruttura u l-arranġamenti ta’ governanza tal-istabbiliment, inkluż is-sid benefiċjarju jew il-persuna li fl-interess tagħha jkun inħoloq jew jopera l-arranġament legali.

Id-dokumenti kollha li għandhom jiġu ppreżentati jridu jiġu abbozzati bil-Latvjan jew, jekk jiġu abbozzati b’lingwa oħra, ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni notarili għal-Latvjan. Id-dokumenti oriġinali jew il-kopji notarili tad-dokumenti jridu jiġu mehmuża mal-applikazzjoni ta’ pretensjoni tal-kreditur, soġġetti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ The Hague 1961 dwar l-abolizzjoni tar-rekwiżit għal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi barranin.

Meta derivattivi tad-dokumenti jkunu mehmuża mal-applikazzjoni ta’ pretensjoni tal-kreditur, l-amministratur huwa intitolat jirrikjedi d-dokumenti oriġinali li għandhom jiġu prodotti u l-kreditur għandu jkun obbligat li jipproduċihom. L-amministratur huwa intitolat ukoll jitlob dokumenti jew derivattivi oħra tagħhom meta dan ikun meħtieġ għal deċiżjoni dwar il-pretensjoni tal-kreditur.

Kull wieħed mill-mezzi li ġejjin jista’ jintuża biex jiġu ppreżentati dokumenti lill-amministratur:

fil-forma ta’ dokument elettroniku ffirmat b’firma elettronika sikura u li jkun fih kronogramma, f’konformità mal-Liġi dwar id-dokumenti elettroniċi, lill-indirizz tal-posta elettronika: maksatnespeja@bib.eu;

permezz tal-posta rreġistrata lil: Grēcinieku iela 6, Riga, LV-1050, tel.:

b’mod fiżiku fi Grēcinieku ielā 6, Riga kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis bejn l-10:00 u 12:00 u mis-13:00 sal-16:00.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1755/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top