EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11471

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11471 — INVESTINDUSTRIAL / FASSI HOLDING) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2024/163

ĠU C, C/2024/1741, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1741/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1741/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1741

23.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11471 — INVESTINDUSTRIAL / FASSI HOLDING)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1741)

1.   

Fil-15 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Investindustrial S.A. (Investindustrial, il-Lussemburgu),

Fassi Holding S.r.l. (Fassi Holding, L-Italja), ikkontrollata unikament minn Gestioni S.p.A. (Gestioni, L-Italja), ikkontrollata fl-aħħar mill-aħħar mill-persuna fiżika s-Sinjur Giovanni Fassi.

Investindustrial se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Fassi Holding kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Investindustrial huwa grupp ta’ investiment Ewropew ta’ kumpaniji ta’ investiment, azzjonarji u ta’ konsulenza finanzjarja ġestiti b’mod indipendenti. Il-portafoll tagħha jiffoka fuq tliet oqsma ewlenin ta’ investiment: il-konsumaturi u d-divertiment, il-kura tas-saħħa u s-servizzi, u l-manifattura industrijali.

Fassi Holding hija l-azjenda tal-grupp Fassi, li huwa attiv fil-livell dinji prinċipalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ (i) krejnijiet tat-tagħbija u (ii) hooklifts u skiploaders.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11471 — INVESTINDUSTRIAL / FASSI HOLDING

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1741/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top