Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11378

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11378 - SFH / EXISTING SHAREHOLDERS / ARGAL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    PUB/2024/183

    ĠU C, C/2024/1917, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1917/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1917/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1917

    29.2.2024

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.11378 - SFH / EXISTING SHAREHOLDERS / ARGAL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (C/2024/1917)

    1.   

    F’20 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Smithfield Foods Holding Limited (“SFH”, ir-Renju Unit), li tappartjeni lil Smithfield Group (l-Istati Uniti);

    Il-familja Manusian, S.L., Guembox Inversiones, S.L., is-Sur Jordi Xavier Cagigós Negre u s-Sur Antonio Cordero (flimkien, l-“Azzjonisti Eżistenti”, kollha minn Spanja), u

    Argal Alimentación, S.A, (“Argal”, Spanja).

    SFH u l-Azzjonisti Eżistenti se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Argal.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    SFH hija kumpanija azzjonarja tal-Grupp Smithfield, li huwa grupp tal-ikel attiv fl-UE primarjament fl-attivitajiet li ġejjin: (i) il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam ipproċessat; u (ii) il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam frisk;

    L-Azzjonisti Eżistenti huma investituri jew veikoli ta’ investiment bl-ebda attività kummerċjali għajr il-ġestjoni ta’ Argal;

    Argal u s-sussidjarji tagħha huma prinċipalment attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat fi Spanja u fi Franza, u tbigħhom fil-biċċa l-kbira tal-UE.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11378 - SFH / EXISTING SHAREHOLDERS / ARGAL

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1917/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top