Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024AT40512

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fl-20ta’ Novembru 2023 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40512 - Bonds Denominati f’Euro - Laqgħa bil-vidjokonferenza – permezz ta’ Skype for Business — Relatur: Franza

C/2023/7811

ĠU C, C/2024/4629, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4629/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4629/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4629

29.7.2024

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fl-20ta’ Novembru 2023 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40512 - Bonds Denominati f’Euro - Laqgħa bil-vidjokonferenza – permezz ta’ “Skype for Business”

Relatur: Franza

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4629)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ Deċiżjoni tikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu li jikkonsisti fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur tal-bonds SSA denominati f’euro u l-bonds Garantiti mill-Gvern denominati f’euro u dan jikser l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz ta’ Deċiżjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġi ordnat li jintemm l-ksur u jenħtieġ li jiġi impost rimedju, kif stabbilit fl-abbozz ta’ Deċiżjoni.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni tal-applikant għall-immunità.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-indikatur għall-valur tal-bejgħ biex jippermetti li l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jkunu applikati għal dan il-każ.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, abbażi tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4629/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top