Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XC0907(01)

    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping 2023/C 317/05

    C/2023/5918

    ĠU C 317, 7.9.2023, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/6


    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

    (2023/C 317/05)

    1.   

    Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jinbediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

    2.   Proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità biex jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

    3.   Limitu ta’ żmien

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, biex tasal f’dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

    4.

    Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    Prodott

    Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data ta’ skadenza (3)

    Rombli tal-folji tal-aluminju

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Dazju Anti-dumping

    Ir-REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/915 tal-4 ta' Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63)

    6.6.2024


    (1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

    (3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna


    Top