Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XC0615(07)

    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2023/C 208/12

    C/2023/3820

    ĠU C 208, 15.6.2023, p. 80–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 208/80


    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (2023/C 208/12)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

    TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

    Beira Interior

    PDO-PT-A1546-AM01

    Data tal-applikazzjoni: 21.3.2017

    1.   Regoli applikabbli għall-emenda

    L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Modifika mhux minuri

    2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

    2.1.   Aġġornament tal-informazzjoni – Informazzjoni li tikkonċerna l-applikant

    Deskrizzjoni: Aġġornament tal-informazzjoni li tikkonċerna l-applikant.

    Raġunijiet: L-informazzjoni hija skaduta u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġornament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li d-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

    Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: Din l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Informazzjoni oħra” - Dettalji tal-applikant.

    2.2.   Aġġornament tal-informazzjoni – informazzjoni li tikkonċerna l-partijiet ikkonċernati

    Deskrizzjoni: Tħassir tal-informazzjoni li tikkonċerna l-partijiet ikkonċernati.

    Raġunijiet: Minħabba nuqqas ta’ ftehim, id-dettalji tal-applikant bi żball kienu ddaħħlu f’dan il-qasam. Din l-informazzjoni issa tħassret. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li d-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

    Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: Din l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Informazzjoni oħra”- Partijiet ikkonċernati.

    2.3.   Aġġornament tal-informazzjoni – Informazzjoni li tikkonċerna l-korpi ta’ kontroll

    Deskrizzjoni: Aġġornament tal-informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll

    Raġunijiet: L-informazzjoni hija skaduta u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġornament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li d-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

    Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: Din l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Informazzjoni oħra” – Informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll.

    2.4.   Aġġornament tal-informazzjoni – Informazzjoni li tikkonċerna l-awtoritajiet superviżorji kompetenti

    Deskrizzjoni: Aġġornament tal-informazzjoni – Informazzjoni li tikkonċerna l-awtoritajiet superviżorji kompetenti

    Raġunijiet: L-informazzjoni hija skaduta u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġornament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li d-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

    Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: Din l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Informazzjoni oħra” – Informazzjoni li tikkonċerna l-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

    2.5.   Varjetajiet tad-dwieli ewlenin – l-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda

    Deskrizzjoni: Emenda/adattament tal-lista tal-varjetajiet tad-dwieli

    Raġunijiet: Il-varjetajiet tad-dwieli ddefiniti għall-produzzjoni tal-inbejjed fir-reġjun ta’ Beira Interior għandhom jiġu allinjati mal-qafas legali l-ġdid tal-lista nazzjonali tal-varjetajiet tad-dwieli adattati għall-produzzjoni tal-inbid fil-Portugall, inklużi varjetajiet ġodda li wrew li huma sinifikanti fid-determinazzjoni tal-karatteristiċi tal-inbejjed tar-reġjun.

    Il-varjetajiet miżjuda huma kif ġej: Alvarinho, Azal, Batoca, Chasselas, Códega-do-Larinho, Moscatel-Galego-Branco, Nebbiolo, Rabigato, Sangiovese, Tinta-Francisca, Tinta-Negra, Verdejo, Verdelho, Vinhão, Viognier u Viosinho. Dawn il-varjetajiet jidhru fuq il-mappa tradizzjonali tal-varjetajiet għaż-żona ġeografika, għalhekk l-inklużjoni tagħhom ma tinvolvix bidla fid-distintività tal-inbejjed tad-DOP Beira Interior;

    Taqsimiet emendati (id-Dokument Uniku): “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed”

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Varjetajiet ewlenin tad-dwieli”.

    2.6.   Titolu Kategorija tal-prodott – żieda ta’ kategorija ġdida tal-prodott tad-dwieli

    Deskrizzjoni: Ġiet miżjuda l-kategorija “Inbid likur”.

    Raġunijiet: L-għan huwa li jissaħħaħ il-valur ekonomiku ta’ prodott li diġà jeżisti fir-reġjun, permezz ta’ applikazzjoni biex jiġi rikonoxxut taħt id-DOP.

    Dan it-tip ta’ prodott, li huwa magħruf għall-kwalità u għad-distintività tiegħu, diġà qed isir mill-produtturi f’konformità mal-prattiki tradizzjonali fir-reġjun. Id-deċiżjoni li dan il-prodott ġdid jiġi inkluż taħt id-DOP Beira Interior tirrikonoxxi l-importanza u l-kwalità tiegħu u l-valur li jżid għall-produtturi.

    Taqsimiet emendati (id-Dokument Uniku): “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”, “Rabta maż-żona ġeografika” u “Rekwiżiti oħra”.

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”, “Rabta maż-żona ġeografika” u “Rekwiżiti oħra”.

    2.7.   Emenda għaż-żona ġeografika demarkata

    Deskrizzjoni: il-konfini taż-żona ġeografika demarkata huma korretti u ma saret l-ebda bidla fiż-żona ġeografika.

    Raġunijiet: Il-konfini taż-żona tal-produzzjoni għandhom jiġu allinjati mar-riorganizzazzjoni tat-territorju tal-parroċċi amministrattivi. Dan l-adattament ma jinvolvi l-ebda bidla fiż-żona ġeografika, peress li qed jiġu emendati biss l-ismijiet tal-unitajiet amministrattivi ġeografiċi fil-livell parrokkjali.

    Taqsimiet emendati (id-Dokument Uniku): “Definizzjoni taż-żona demarkata”

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Żona ġeografika demarkata”.

    2.8.   Titolu Emenda għall-prattiki tat-tkabbir

    Deskrizzjoni: ir-rekwiżiti f’termini tal-prattiki tat-tkabbir ġew issimplifikati.

    Raġunijiet: ir-rekwiżiti f’termini tal-prattiki tat-tkabbir ġew issimplifikati u issa jirreferu biss għall-metodu tat-tħarriġ (dwieli ta’ varjetà unika, imħarrġa fil-baxx, bl-użu tal-metodi tat-tħarriġ gobelet jew cordon Royat) u t-tip ta’ ħamrija. Din hija emenda li tirrifletti l-aktar prattiki komuni u effiċjenti fir-reġjun, li ma tinvolvi l-ebda bidla f’termini tal-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed tad-DOP Beira Interior, iżda pjuttost tgħin biex jiġu ottimizzati.

    Taqsimiet emendati (id-Dokument Uniku): “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”

    Taqsimiet emendati (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

    Beira Interior

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    3.

    Inbid likur

    5.

    Inbid spumanti ta’ kwalità

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    1.   Inbid (abjad u rożè)

    Inbejjed bojod – lewn il-kwarz isfar jew isfar lewn it-tiben, ta’ intensità medja. Aroma medja tipikament iddominata mill-frott taċ-ċitru u l-frott abjad. Noti minerali u veġetali bbilanċjati ma’ frott tropikali u frott bl-għadma u ftit sfumaturi ta’ fjuri. Togħma li ddum fil-ħalq b’korporatura medja, friska, b’noti aċidużi bbilanċjati bl-alkoħol.

    Inbejjed rożè – sfumaturi li jvarjaw minn aħmar, aħmar lewn iċ-ċirasa sa roża ċar, trasparenti u brillanti. Il-frott aħmar jiddomina fl-aromi, b’noti ta’ fjuri evidenti fl-inbejjed mhux imqaddmin. F’termini tat-togħma, għandhom togħma ta’ frott bi frott aħmar u noti minerali. Friski u aċidużi, b’qawwa alkoħolika bbilanċjata.

    Għall-parametri analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    11

    Aċidità totali minima

     

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    2.   Inbid (aħmar)

    Inbejjed ħomor – Kulur b’intensità medja bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn iċ-ċirasa u vjola, trasparenti u brillanti. Aromi ta’ ħwawar u frott aħmar, b’noti minerali. Struttura medja sa għolja, maturazzjoni bil-mod, li twassal għal inbejjed b’tannini evidenti (minn moderati sa notevoli) li huma fini u persistenti. Togħma xotta u astringenza f’bilanċ mal-alkoħol u noti ta’ ħlewwa.

    Għall-parametri analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    12

    Aċidità totali minima

     

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    3.   Inbid likur

    Kulur li jvarja minn aħmar lewn iċ-ċirasa għal lewn il-granata, ta’ intensità medja, li jieħu sfumaturi aktar miftuħa u tad-deheb meta jitqaddem. Aromi ta’ frott taċ-ċitru, flimkien ma’ għasel u frott imqadded, meta jitqaddem. Notevolment frisk, b’aċidità minn medja sa għolja, dawn l-inbejjed huma pjuttost ibbilanċjati b’finitura tajba.

    Għall-parametri analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    15

    Aċidità totali minima

     

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    4.   Inbid spumanti ta’ kwalità

    Inbejjed bojod – Lewn abjad jagħti fl-aħdar sa isfar lewn it-tiben, dehra trasparenti u bżieżaq fini u persistenti. Aromi primarji ta’ frott abjad u tropikali. Togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’minerali notevoli. Jista’ jkollhom noti mit-tqaddim, b’mod partikolari ta’ tuffieħ misjur u frott imqadded. Finitura twila tajba.

    Ħomor - il-kuluri jvarjaw minn aħmar jgħajjat sa lewn ir-rubin, u dawn l-inbejjed għandhom dehra trasparenti, bi bżieżaq fini u persistenti. Aromi primarji ta’ frott aħmar u togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’mineralità notevoli. Finitura twila tajba.

    Rożè - il-kuluri jvarjaw minn aħmar lewn iċ-ċirasa sa roża ċar, u dawn l-inbejjed għandhom dehra trasparenti, bi bżieżaq fini u persistenti. Aromi primarji ta’ frott aħmar u togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’mineralità. Finitura twila tajba.

    Għall-parametri analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    11

    Aċidità totali minima

     

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

    1.   Inbejjed, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbejjed likuri – tħarriġ tad-dwieli u ħamrija

    Metodi tal-kultivazzjoni

    Id-dwieli li għandhom jintużaw fil-produzzjoni tal-prodotti tad-dwieli li huma intitolati li jużaw id-DOP Beira Interior iridu jkunu varjetajiet uniċi u mħarrġa fil-baxx bl-użu tat-tekniki tat-tħarriġ gobelet jew cordon Royat.

    Id-dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-prodotti tad-dwieli intitolati li jużaw id-DOP Beira Interior iridu jitħawlu jew ikunu diġà qegħdin jikbru fil-ħamrija bil-karatteristiċi li ġejjin:

    Ħamrija Mediterranja kannella jew ħamra derivata minn skistu u gness metamorfożati;

    Ħamrija Mediterranja kannella jew ħamra derivata minn skistu jew greywackes Pre-Kambrijani;

    Litosoli mhux umiċi tal-granit u migmatit;

    2.   Inbid u nbid spumanti ta’ kwalità – qawwa alkoħolika naturali skont il-volum

    Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

    Il-mosti li għandhom jintużaw fil-produzzjoni tal-inbejjed u tal-inbejjed spumanti tad-DOP Beira Interior għandu jkollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum li tkun ugwali għall-qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum meħtieġa.

    3.   Inbejjed likuri – produzzjoni

    Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

    L-inbid likur huwa magħmul minn most ta’ għeneb adatt biex isiru l-prodotti tad-DOP Beira Interior, fl-istadju bikri tal-fermentazzjoni, li miegħu jiżdied distillat tal-inbid b’qawwa alkoħolika proprja ta’ 77 % skont il-volum, f’konformità mal-karatteristiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli, sal-limitu ta’ 20 % skont il-volum għall-qawwa alkoħolika massima proprja.

    4.   Inbid spumanti ta’ kwalità – metodu

    Prattika enoloġika speċifika

    Il-metodu teknoloġiku użat fil-produzzjoni tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità intitolati li jużaw id-DOP Beira Interior huwa l-fermentazzjoni klassika fil-flixkun.

    5.   Inbid spumanti ta’ kwalità – perjodu minimu ta’ tqaddim

    Prattika enoloġika speċifika

    L-inbid spumanti ta’ kwalità huwa meħtieġ li jibqa’ fil-bini tal-bottiljatur għal perjodu minimu ta’ 9 xhur wara d-data tal-ibbottiljar għat-tqegħid fis-suq.

    b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

    Inbid, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbid likur

    55 ettolitru għal kull ettaru

    6.   Żona ġeografika demarkata

    Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott id-DOP Beira Interior tinkludi:

    Fil-muniċipalità ta’ Almeida, il-parroċċi ta’ Almeida, Castelo Bom, União das freguesias de Junça e Naves, u Malpartida fl-União das Freguesias de Malpartida e Vale de Coelha;

    Fil-muniċipalità ta’ Figueira de Castelo Rodrigo, il-parroċċi ta’ Castelo Rodrigo, Figueira de Castelo Rodrigo, Mata de Lobos, Vermiosa, União das freguesias de Algodres, Vale de Afonsinho e Vilar de Amargo, União das freguesias de Almofala e Escarigo, União das freguesias de Freixeda do Torrão, Quintã de Pêro Martins e Penha de Águia, União das Freguesias do Colmeal e Vilar Torpim u União das freguesias de Cinco Vilas e Reigada. - Il-muniċipalitajiet ta’ Belmonte, Castelo Branco, Covilhão, Manteigas u Penamacor;

    Fil-muniċipalità ta’ Guarda, il-parroċċi ta’ Benespera, Famalicão, Gonçalo, Valhelhas u Vela;

    Fil-muniċipalità ta’ Idanha-a-Nova, il-parroċċi ta’ Aldeia de Santa Margarida, Medelim, Oledo, São Miguel de Acha, u União das freguesias de Monsanto e Idanha-a-Velha;

    Fil-muniċipalità ta’ Sabugal, il-parroċċi ta’ Bendada u Casteleiro, u Santo Estêvão fl-União das freguesias de Santo Estêvão e Moita;

    Fil-muniċipalità ta’ Vila Velha de Ródão, il-parroċċa bl-istess isem.

    Il-muniċipalità ta’ Pinhel;

    Fil-muniċipalità ta’ Celorico da Beira, il-parroċċi ta’ Baraçal, Forno Telheiro, Lajeosa do Mondego, Maçal do Chão, Minhocal, Ratoeira, União das freguesias de Açores e Velosa, u Celorico (Santa Maria) u Celorico (São Pedro) fl-União das freguesias de Celorico (São Pedro u Santa Maria) u Vila Boa do Mondego;

    Fil-muniċipalità ta’ Guarda, il-parroċċi ta’ Avelãs da Ribeira, Codesseiro, Porto da Carne, Sobral da Serra u Vila Cortês do Mondego;

    Fil-muniċipalità ta’ Mêda, il-parroċċi ta’ Barreira, Coriscada, Marialva, Rabaçal, u Carvalhal u Vale Flor fl-União das freguesias de Vale Flor, Carvalhal e Pai Penela;

    Fil-muniċipalità ta’ Trancoso, il-parroċċi ta’ Cogula, Cótimos, Granja, Moimentinha, Póvoa do Concelho, Tamanhos, Valdujo, União das freguesias de Freches e Torres, União das freguesias de Vale do Seixo e Vila Garcia, União das freguesias de Vila Franca das Naves e Feital, União das freguesias de Vilares e Carnicães e Trancoso (São Pedro) u Souto Maior fl-União das freguesias de Trancoso (São Pedro u Santa Maria) e Souto Maior.

    7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

    Alfrocheiro - Tinta-Bastardinha

    Alicante-Bouschet

    Alicante-Branco

    Alvarinho

    Aragonez - Tinta-Roriz; Tempranillo

    Arinto - Pedernã

    Arinto-do-Interior

    Azal

    Baga

    Bastardo - Graciosa

    Batoca - Alvaraça

    Bical - Borrado-das-Moscas

    Cabernet-Sauvignon

    Caladoc

    Camarate

    Castelão - João-de-Santarém(1); Periquita

    Cercial - Cercial-da-Bairrada

    Chardonnay

    Chasselas

    Códega-do-Larinho

    Encruzado

    Fernão-Pires - Maria-Gomes

    Folgasão - Terrantez

    Folha-de-Figueira - Dona-Branca

    Fonte -Cal

    Gouveio

    Grand-Noir

    Jaen - Mencia

    Malvasia-Fina - Boal; Bual

    Malvasia-Rei

    Marufo - Mourisco-Roxo

    Merlot

    Moscatel-Galego-Branco - Muscat-à-Petits-Grains

    Mourisco

    Nebbiolo

    Petit-Bouschet

    Petit-Verdot

    Pinot-Noir

    Rabigato

    Rabo-de-Ovelha

    Riesling

    Rufete - Tinta-Pinheira

    Sangiovese

    Sauvignon - Sauvignon-Blanc

    Semillon

    Syrah - Shiraz

    Síria - Roupeiro, Códega

    Tamarez - Molinha

    Tinta -Barroca

    Tinta -Carvalha

    Tinta-Francisca

    Tinta Negra Mole, Saborinho

    Tinto-Cão

    Touriga-Franca

    Touriga-Nacional

    Trincadeira - Tinta-Amarela, Trincadeira-Preta

    Verdejo

    Verdelho

    Vinhão - Sousão

    Viognier

    Viosinho

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    Inbid, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbid likur

    Dettalji taż-żona ġeografika rilevanti għar-rabta.

    Iż-żona ġeografika fejn isiru l-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri intitolati li jużaw id-DOP Beira Interior tinsab internament fiċ-ċentru/fit-Tramuntana tal-Portugall. Hija r-reġjun tal-vitikultura l-aktar fl-għoli fil-pajjiż, bi dwieli mħawlin f’altitudni ta’ bejn 300 u 750 metru. Il-karatteristiċi ewlenin fir-riżalt tar-reġjun huma l-muntanji Estrela, Gardunha, Açor, Marofa u Malcata.

    It-tarf tat-Tramuntana tar-reġjun jestendi għal parti mill-baċir idrografiku tax-xmajjar Côa u Águeda u fin-Nofsinhar estrem imiss mal-baċiri idrografiċi ta’ Zêzere u Alto Tejo (il-parti ta’ fuq tat-Tagus).

    Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija toriġina mill-granit, u l-bqija hija prinċipalment tal-iskistu, b’xi laqtiet ta’ kwarz bejniethom it-tnejn.

    Il-klima hija kontinentali, ikkaratterizzata minn xtiewi kesħin u severi b’temperaturi taħt iż-żero u sjuf sħan u xotti. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija ta’ bejn 400 u 700 mm/m2, iżda hija kkonċentrata fix-xhur tax-xitwa u tar-rebbiegħa. Dan normalment iwassal għal ilma żejjed fil-ħamrija matul dan il-perjodu. Fis-sajf, min-naħa l-oħra, ftit li xejn tagħmel xita. Ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu huma l-aktar xotti tas-sena, b’medja ta’ xita ta’ inqas minn 10 mm/m2. Minħabba l-altitudni, hemm varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura fis-sajf, b’jiem sħan u ljieli kesħin.

    Iż-żona ġeografika ilha assoċjata mill-qrib mal-vinji u mal-produzzjoni tal-inbid minn qabel żmien ir-Rumani. Il-preżenza tal-mgħasra li huma mnaqqxa fil-granit hija prova ċara li l-inbid ilu jgawdi minn sinifikat u importanza kbira għal dan ir-reġjun minn żmien ir-Rumani. Fis-seklu 12, l-ordnijiet reliġjużi li marru joqogħdu fir-reġjun kienu responsabbli għall-iżvilupp tal-vitikultura.

    Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma attribwibbli għall-firxa ta’ varjetajiet użati fir-reġjun u għall-fatt li dawn huma adattati sew għall-klima u l-ħamrija lokali, li huwa rifless fl-għarfien espert akkumulat matul is-snin, kif ukoll minn esperjenzi aktar reċenti.

    Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti assoċjati maż-żona ġeografika:

    L-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri huma friski u aromatiċi, b’mineralità u aċidità notevoli.

    Rabta maż-żona ġeografika:

    L-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri tad-DOP Beira Interior huma influwenzati ħafna mill-altitudni.

    Fil-vinji tad-DOP Beira Interior, it-temperaturi estremi fix-xhur tas-sajf jiġu mmoderati mill-effett tal-altitudni. L-altitudni tfisser li l-atmosfera hija inqas densa u l-pressjoni atmosferika hija baxxa, u dan għandu l-effett li s-sħana tar-raġġi tax-xemx ma tinżammx b’mod daqstant effiċjenti, li jfisser li għal kull żieda ta’ 100 metru fl-altitudni, it-temperatura tinżel b’madwar 0,65 °C.

    Fi klima kkaratterizzata minn xtiewi kesħin u severi u sjuf sħan u xotti, l-altitudni hija fattur kruċjali fl-istadju l-aktar kritiku tas-sajran tal-għeneb (Lulju u Awwissu), peress li ttaffi x-xokkijiet tas-sħana. Min-naħa l-oħra, id-densità atmosferika aktar baxxa tiddetermina l-firxa tat-temperatura minn binhar għal billejl: l-iljieli friski tas-sajf jippermettu li l-għeneb isir aktar bil-mod u b’mod aktar ibbilanċjat, li jirriżulta f’kontenut aktar baxx ta’ zokkor u jiżgura livell tajjeb ta’ aċidità naturali fl-għeneb. Dan jagħti lill-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri tad-DOP Beira Interior il-freskezza u l-aċidità bbilanċjata karatteristika tagħhom.

    Is-sajran bil-mod tal-għeneb ukoll huwa ta’ importanza kbira għall-iżvilupp tal-komposti fenoliċi u l-prekursuri aromatiċi fl-għeneb, li jirriżulta f’inbejjed aktar aromatiċi, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbejjed likuri.

    Il-ħamrija prinċipalment tal-granit hija fattur ewlieni fil-mineralità notevoli tal-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri tad-DOP Beira Interior.

    Ir-rabta bejn il-ħamrija u l-fatturi klimatiċi minn naħa waħda u l-varjetajiet tad-dwieli tar-reġjun min-naħa l-oħra tagħti lok għal inbejjed b’karatteristiċi distintivi, ikkaratterizzati minn mineralità, aċidità u freskezza.

    Il-fattur uman, li jippreżerva t-tradizzjonijiet li ilhom eluf ta’ snin u huwa rifless fl-għażla ta’ varjetajiet li adattaw l-aħjar għall-kundizzjonijiet fiż-żona ġeografika, huwa ta’ importanza deċiżiva fil-produzzjoni tal-għeneb li jagħti lill-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri tad-DOP Beira Interior il-karatteristiċi ewlenin tagħhom.

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

    Inbejjed, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbejjed likuri

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Tip ta’ rekwiżit ieħor:

    Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    L-inbejjed tad-DOP Beira Interior jistgħu jiġu prodotti minn għeneb imkabbar fir-reġjun ta’ Beira Interior u magħmula f’inbid barra l-konfini tiegħu, soġġett għall-għoti ta’ permess fuq bażi ta’ każ b’każ mill-korp taċ-ċertifikazzjoni, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    Il-kantina tal-inbid tkun tinsab f’inqas minn 10 km ’il bogħod mill-fruntiera taż-żona tad-DOP Beira Interior;

    Il-permess jingħata mill-korp taċ-ċertifikazzjoni fir-reġjun ġar fejn l-għeneb ikun se jiġi magħmul fi nbid.

    Inbejjed, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbejjed likuri

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Tip ta’ rekwiżit ieħor:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar.

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Valutazzjoni tat-tikkettar qabel it-tqegħid fis-suq.

    It-trademark trid tiġi rreġistrata mal-INPI [l-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali], iżda ma hijiex esklużiva għad-DOP.

    Inbid (abjad u aħmar) - bit-terminu “Seleção”

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Tip ta’ rekwiżit ieħor:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar.

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Mil-lista tal-varjetajiet fir-reġjun, jistgħu jintużaw dawn li ġejjin biex isiru nbejjed intitolati li jużaw it-terminu “Seleção”:

    Aragonez (Tinta -Roriz, Tempranillo)

    Arinto (Pedernã)

    Bastardo

    Bical (Borrado -das -Moscas)

    Malvasia -Fina

    Rufete (Tinta -Pinheira)

    Síria (Roupeiro, Códega)

    Tamarez (Molinha)

    Touriga -Nacional

    Trincadeira (Tinta -Amarela, Trincadeira -Preta)

    Inbid abjad (intitolat li juża t-terminu “Seleção”):

    Jeħtieġ perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 6 xhur;

    Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum trid tkun mill-inqas 12 %.

    • Inbid aħmar (intitolat li jiża t-terminu “Seleção”):

    Jeħtieġ perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 12-il xahar;

    Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum trid tkun mill-inqas 13 %.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    https://www.ivv.gov.pt/np4/8617.html


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


    Top