Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XC0505(04)

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2023/C 160/10

    PUB/2023/155

    ĠU C 160, 5.5.2023, p. 89–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 160/89


    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

    (2023/C 160/10)

    Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

    KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

    “Cariñena”

    PDO-ES-A0043-AM03

    Data tal-komunikazzjoni: 6.2.2023

    DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

    1.   Inklużjoni ta’ żewġ muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika demarkata għad-DOP

    Deskrizzjoni:

    Iż-żona ġeografika ġiet estiża biex tinkludi l-muniċipalitajiet Fuendetodos u Vistabella de Huerva, li jmissu maż-żona ġeografika demarkata għad-DOP Cariñena.

    Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 4 (Demarkazzjoni taż-żona ġeografika) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u t-Taqsima 6 (Definizzjoni taż-żona demarkata) tad-Dokument Uniku.

    F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 u abbażi tal-kawżi u r-raġunijiet, l-emendi deskritti f’dan id-dokument ma humiex meqjusa bħala emendi tal-Unjoni, minħabba li ma jinkludux bdil fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta; ma jikkonsistux f’bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija ta’ prodott tad-dwieli; jew ma jannullawx ir-rabta u lanqas ma jinvolvu aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hija meqjusa bħala emenda standard.

    Raġuni:

    L-istudji mwettqa dwar it-terroir, ibbażati prinċipalment fuq l-analiżi tal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima fiż-żewġ muniċipalitajiet, ippermettew li jiġi ddeterminat il-potenzjal agronomiku taż-żona li qed tiġi inkluża fid-DOP. Il-konklużjoni hija li ma hemmx differenzi sinifikanti miż-żona ġeografika eżistenti.

    Il-karatteristiċi taż-żoni tal-vitikultura analizzati fi Fuendetodos huma notevolment simili għal waħda mill-unitajiet tat-terroir li jiffurmaw id-DOP Cariñena, b’mod partikolari l-profili tal-ħamrija tal-qortin kalkarju. L-indiċijiet klimatiċi nstabu li kienu konsistenti ma’ dawk taż-żona klimatika D fid-DOP.

    Fir-rigward tal-muniċipalità ta’ Vistabella, ġie ddeterminat li hemm żewġ żoni distinti li huma konsistenti ma’ dawk deskritti għad-DOP: ħamrija tal-għoljiet bil-lavanja u l-kwarzit, u ħamrija ta’ nofs l-għoljiet u tal-inklinazzjonijiet. Il-konklużjoni li wasal għaliha l-istudju hija li d-data klimatika għal din il-muniċipalità wkoll hija simili għal dik ipprovduta fiż-żona klimatika D fid-DOP.

    2.   Inklużjoni ta’ varjetà tad-dwieli li trendi nbid abjad (sekondarja)

    Deskrizzjoni:

    Il-varjetà tad-dwieli Cariñena Blanca żdiedet mal-lista ta’ varjetajiet sekondarji stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP.

    Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 6 (Varjetà/varjetajiet tad-dwieli li minnhom isir l-inbid) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat peress li din hija varjetà sekondarja.

    F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 u abbażi tal-kawżi u r-raġunijiet, l-emendi deskritti f’dan id-dokument ma humiex meqjusa bħala emendi tal-Unjoni, minħabba li ma jinkludux bdil fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta; ma jikkonsistux f’bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija ta’ prodott tad-dwieli; jew ma jannullawx ir-rabta u lanqas ma jinvolvu aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hija meqjusa bħala emenda standard.

    Raġuni:

    L-Ordni AGM/1312/2022 tat-13 ta’ Settembru 2022 inkludiet l-isem Cariñena Blanca bħala sinonimu ta’ Carignan Blanc fil-lista tal-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati għall-vinifikazzjoni f’Aragon.

    Din il-varjetà hija adattata sewwa għall-kundizzjonijiet speċifiċi tad-denominazzjoni f’termini ta’ rendiment u karatteristiċi enoloġiċi. Hija notevolment aromatika u konsistenti mal-profil sensorju tipiku tal-inbejjed bojod koperti mid-DOP Cariñena.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

    Cariñena

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    3.

    Inbid likur

    5.

    Inbid spumanti ta’ kwalità

    8.

    Inbid semispumanti

    16.

    Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    1.   Inbejjed bojod, inbejjed rożè

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar

    Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

    Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

    Riħa: ta’ frott, aroma ta’ injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

    Togħma: aċidità medja, ħlewwa baxxa, mingħajr difetti.

    *

    Diossidu tal-kubrit massimu: 240 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l

    **

    Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    9

    Aċidità totali minima

    4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,3

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    180

    2.   Inbejjed ħomor

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar, bil-kulur ivarja bejn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata u aħmar lewn iċ-ċirasa.

    Riħa: ta’ frott, frott aħmar, aroma ta’ injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

    Togħma: aċidità medja, ħlewwa baxxa, astrinġenza medja, mingħajr difetti.

    *

    Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 180 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l

    **

    Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    9

    Aċidità totali minima

    4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,3

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    140

    3.   Inbid likur

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar

    Inbid abjad: isfar, isfar lewn l-ambra jew isfar lewn id-deheb.

    Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata jew aħmar lewn iċ-ċirasa.

    Riħa: frott misjur, injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

    Togħma: sensazzjoni sħuna fil-ħalq (l-alkoħol jista’ jiġi nnotat) u ħlewwa, mingħajr difetti.

    *

    Diossidu tal-kubrit massimu: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ≥ 5 g/l.

    **

    Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    15

    Aċidità totali minima

    3,5  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    15

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    150

    4.   Inbid spumanti ta’ kwalità

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar bil-bżieżaq tad-diossidu tal-karbonju.

    Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

    Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

    Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

    Riħa: ta’ frott, mingħajr difetti.

    Togħma: sensazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju fil-ħalq (togħma qawwija rinfreskanti), togħma kemxejn aċiduża (friska), mingħajr difetti.

    *

    Fejn ma ġie speċifikat l-ebda limitu, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    10

    Aċidità totali minima

    4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    10,83

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    160

    5.   Inbid semispumanti

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar bil-bżieżaq tad-diossidu tal-karbonju.

    Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

    Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

    Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

    Riħa: ta’ frott, mingħajr difetti.

    Togħma: sensazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju fil-ħalq (togħma qawwija rinfreskanti), togħma kemxejn aċiduża (friska), mingħajr difetti.

    *

    Inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 180 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 240 mg/l.

    *

    Inbid aħmar: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 140 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 180 mg/l.

    **

    Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    7

    Aċidità totali minima

    4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,3

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    6.   Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (ħsad tard)

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar

    Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

    Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

    Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

    Riħa: frott misjur, injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

    Togħma: sensazzjoni sħuna fil-ħalq (l-alkoħol jista’ jiġi nnotat), ħlewwa skont il-kontenut taz-zokkor, mingħajr difetti.

    *

    Inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 180 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 240 mg/l.

    *

    Inbid aħmar: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 140 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 180 mg/l.

    **

    Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    13

    Aċidità totali minima

    4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    15

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    7.   Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (ħelu b’mod naturali)

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Dehra viżiva: ċar

    Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

    Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

    Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

    Riħa: frott misjur, injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

    Togħma: ħlewwa medja għal għolja. Mingħajr difetti.

    *

    Inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 180 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 240 mg/l.

    *

    Inbid aħmar: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 140 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 180 mg/l.

    **

    Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    13

    Aċidità totali minima

    4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    15

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

    Prattika enoloġika speċifika

    Għenieqed tal-għeneb b’saħħithom biss li jkunu waslu fi stadju xieraq ta’ maturità u li x’aktarx ikollhom kontenut ta’ alkoħol ta’ mill-anqas 9 % jintużaw biex isiru l-inbejjed koperti mid-DOP.

    Għandha tiġi applikata pressjoni suffiċjenti biex jiġi estratt il-most jew l-inbid u jiġi separat mill-karfa tal-għeneb, sabiex ir-rendiment (kombinazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ tneħħija mit-tank u tal-ippressar) ma jkunx aktar minn 74 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb.

    Metodu tal-kultivazzjoni

    Id-densità tat-tħawwil trid tkun ta’ mill-anqas 1 500 dielja għal kull ettaru mqassma b’mod uniformi matul il-pjantaġġun.

    b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

    1.

    Varjetajiet tal-għeneb aħmar

    62,9 ettolitru għal kull ettaru

    2.

    Varjetajiet tal-għeneb aħmar

    8 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    3.

    Varjetajiet tal-għeneb abjad

    66,6 ettolitru għal kull ettaru

    4.

    Varjetajiet tal-għeneb abjad

    9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    6.   Żona ġeografika demarkata

    Muniċipalitajiet: Aguarón, Aladrén, Alfamén, Almonacid de la Sierra, Alpartir, Cariñena, Cosuenda, Encinacorba, Fuendetodos, Longares, Mezalocha, Muel, Paniza, Tosos, Villanueva de Huerva u Vistabella de Huerva.

    7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

     

    CABERNET SAUVIGNON

     

    CHARDONNAY

     

    GARNACHA BLANCA

     

    GARNACHA TINTA

     

    MACABEO - VIURA

     

    MAZUELA - CARIÑENA

     

    MERLOT

     

    SYRAH

     

    TEMPRANILLO

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    Il-vinji ta’ Aragona joriġinaw mir-reġjun magħruf bħala Celtiberia, il-lokalità tal-belt Rumana ta’ Carae (illum il-ġurnata, Cariñena), li l-abitanti tagħha huma magħrufa li kienu jixorbu nbid imħallat bl-għasel sa mit-tielet seklu QK. Sa mill-1696, it-tħawwil kien ristrett abbażi tal-kwalità għall-muniċipalitajiet li attwalment huma koperti minn din id-DOP.

    Il-karatteristiċi tal-ħamrija differenti fiż-żona ġeografika, flimkien mal-ammont baxx ta’ xita, it-temperaturi estremi u r-riħ prevalenti mit-Tramuntana magħruf bħala s-“cierzo” jiffurmaw ekosistema selettiva fejn id-dwieli nżammu għal sekli sħaħ, li jirriżulta fi prodott finali li huwa speċifiku u adattat b’mod uniku għall-ambjent minn fejn joriġina.

    Il-varjetajiet użati huma adattati sewwa għall-kundizzjonijiet eżistenti tal-ħamrija u tal-klima, li jirriżultaw f’għadd ta’ nbejjed li huma speċifiċi f’termini tal-proprjetajiet fiżikokimiċi u sensorjali tagħhom, li jiffurmaw il-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed prodotti mill-varjetajiet awtorizzati.

    INBID

    Il-mod li bih il-ħamrija differenti fiż-żona ġeografika evolviet skont il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona lokali, flimkien mal-klima u l-varjetajiet differenti, jingħaqdu biex jipproduċu nbejjed ibbilanċjati tajjeb b’aromi friski u intensi li għandhom struttura tajba u b’finitura twila.

    INBID LIKUR

    L-inbid likur huwa parti mill-istorja tal-produzzjoni tal-inbid f’din iż-żona ġeografika, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi b’temperaturi għoljin matul il-jum u b’xita skarsa, li jirriżultaw fi ħsad b’kontenut għoli ħafna ta’ zokkor, b’mod partikolari fil-każ tal-vendemmji tardivi.

    INBID SPUMANTI TA’ KWALITÀ

    Dan il-proċess enoloġiku bbażat fuq il-metodu tradizzjonali ilu jiġi pprattikat fil-fabbriki tal-inbid fiż-żona sa mill-bidu tas-seklu 20. It-temperaturi estremi u r-rikkezza tal-ħamrija tal-ġir jippermettu t-tkabbir ta’ varjetajiet li jagħtu korp u bilanċ lill-inbejjed. Ix-xita skarsa u s-sigħat ta’ xemx iwasslu għal qawwa alkoħolika naturali li tippermetti li jsiru nbejjed frizzanti ta’ kwalità bil-valuri speċifikati tal-kontenut ta’ alkoħol.

    INBID SEMISPUMANTI

    Il-qawwa alkoħolika naturali, l-aċidità ħafifa u l-intensità tal-aromi tal-frott miksuba fl-inbejjed semifrizzanti huma minħabba s-sigħat ta’ xemx li jippermettu l-aħjar espożizzjoni għax-xemx, flimkien mad-differenzi kbar fit-temperatura minħabba l-klima kontinentali fiż-żona u r-riskju baxx ta’ xita waqt il-maturazzjoni tal-għeneb.

    INBID MINN GĦENEB MISJUR IŻŻEJJED

    Il-prattika li jiġi ttardjat il-ħsad fiż-żona ġeografika għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Cariñena” sabiex jinkiseb għeneb b’kontenut ogħla ta’ zokkor tagħti lil dawn l-inbejjed l-aroma karatteristika tagħhom ta’ frott misjur, kif ukoll in-noti ħelwin jew sħan prevalenti, minħabba l-kontenut tal-alkoħol. Dan il-bilanċ jinkiseb billi l-għeneb jitħalla fix-xemx matul il-perjodu twil ta’ maturazzjoni.

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    It-tikketti kummerċjali ta’ kull fabbrika tal-inbid irreġistrata jridu jiġu nnotifikati lill-Bord Regolatorju fir-rigward tar-rekwiżiti elenkati f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inklużjoni tagħhom fir-reġistru tat-tikketti.

    Fuq it-tikketti trid tiġi stampata waħda mill-espressjonijiet li ġejjin:

    Id-“Denominación de Origen Cariñeña” (terminu tradizzjonali skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013) jew “Denominación de Origen Protegida Cariñena”. Il-prodotti maħsuba għall-konsum irid ikollhom siġilli ta’ garanzija, li jkunu nnumerati u maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn iridu jitwaħħlu fil-fabbrika tal-inbid irreġistrata b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    It-trasport u l-ibbottiljar barra ż-żona tal-produzzjoni joħolqu riskji għall-kwalità tal-inbid. L-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott.

    L-ibbottiljar huwa operazzjoni importanti u jridu jiġu rispettati rekwiżiti stretti. L-ibbottiljar għalhekk irid isir fiż-żona demarkata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, sabiex jiġu ppreservati l-proprjetajiet fiżikokimiċi u organolettiċi kollha.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    https://www.aragon.es/documents/20127/60698006/Pliego_de_condiciones_DOP_Cari%C3%B1ena_vc_2022.pdf/4c84782b-a115-c455-0319-42216ec432da?t=1666097211187


    (1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


    Top