Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XC0320(01)

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2023/C 103/04

    PUB/2023/151

    ĠU C 103, 20.3.2023, p. 9–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/9


    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

    (2023/C 103/04)

    Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

    KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

    “Valencia”

    PDO-ES-A0872-AM03

    Data tal-komunikazzjoni: 29.8.2022

    DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

    1.   Bidla fil-formulazzjoni tad-deskrizzjoni tal-inbejjed

    Deskrizzjoni

    Ġie speċifikat li l-inbejjed tal-kategorija 1 jistgħu jkunu bojod, ħomor jew rożè.

    Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

    Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

    Raġunament

    Fis-sentenzi 958/2021 u 959/2021, it-Taqsima tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema ddeċidiet li l-verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata fl-Ordnijiet 13 u 3 tal-2011 (aġġornata biex tinkludi l-emendi minuri li ġew approvati minn dak iż-żmien ’l hawn) kienet għadha fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, li tqiesu nulli mill-Qorti Suprema. Dan ifisser li xi taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iridu jerġgħu jinbidlu lura għall-formulazzjoni użata fil-verżjoni ppubblikata fl-2011.

    2.   Demarkazzjoni taż-żona ġeografika

    Deskrizzjoni

    Ċerti muniċipalitajiet li kienu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-DOP Utiel-Requena u Alicante tneħħew miż-żona ġeografika.

    Din l-emenda tikkonċerna l-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku.

    Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

    Raġunament

    Fis-sentenzi 958/2021 u 959/2021, it-Taqsima tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema ddeċidiet li ċerti paragrafi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali kienu nulli, għax ma kienx hemm spjegazzjoni dettaljata li tikkonferma r-rabta bejn il-muniċipalitajiet inkwistjoni u l-prodott protett. Għalhekk, il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott trid tiġi allinjata mal-kontenut ta’ dawk is-sentenzi.

    3.   Inklużjoni ta’ sinonimi fil-varjetajiet tad-dwieli użati għall-produzzjoni tal-inbid

    Deskrizzjoni

    L-isem ewlieni (Alarije) u sinonimu (Malvasía Riojana) ġew inklużi għall-varjetà Subirat Parent, li diġà kienet fil-lista.

    Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku peress li hija varjetà sekondarja ta’ dwieli.

    Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

    Raġunament

    L-inklużjoni ta’ referenzi għall-ismijiet kollha possibbli ta’ varjetà li diġà qiegħda fil-lista tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward tal-varjetajiet użati, peress li s-sinonimu Malvasía Riojana huwa magħruf u użat aktar.

    4.   Rabta maż-żona ġeografika

    Deskrizzjoni

    Id-deskrizzjoni tat-taqsima 7 kollha kemm hi dwar ir-rabta maż-żona ġeografika ġiet emendata.

    Din l-emenda tikkonċerna l-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.

    Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

    Raġunament.

    Fis-sentenzi 958/2021 u 959/2021, it-Taqsima tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema ddeċidiet li l-verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata fl-Ordnijiet 13 u 3 tal-2011 (aġġornata biex tinkludi l-emendi minuri li ġew approvati minn dak iż-żmien ’l hawn) kienet għadha fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, li tqiesu nulli mill-Qorti Suprema. Dan ifisser li xi taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iridu jerġgħu jinbidlu lura għall-formulazzjoni użata fil-verżjoni ppubblikata fl-2011.

    5.   Inklużjoni tat-terminu tradizzjonali “primero de cosecha” [l-ewwel ħsad]

    Deskrizzjoni

    It-terminu tradizzjonali “primero de cosecha” (l-ewwel ħsad) reġa’ ddaħħal.

    Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

    Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

    Raġunament

    Il-verżjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kienet tgħid li dan it-terminu tradizzjonali jista’ jidher fuq it-tikketti tal-inbid iżda dan tħassar bi żball fid-diversi emendi.

    6.   Inklużjoni tal-varjetà ta’ dwieli fuq it-tikketti tal-inbid

    Deskrizzjoni

    L-isem tal-varjetà ta’ dwieli jista’ jintuża biss għall-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ mill-inqas 85 % tal-varjetà inkwistjoni (preċedentement 100 %). L-eċċezzjoni hija l-inbid likur Valencia magħmul mill-għeneb Moscatel, fejn ir-rekwiżit huwa li tintuża biss il-varjetà Moscatel de Alejandría.

    Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

    Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

    Raġunament

    Il-possibbiltà li l-varjetà ta’ dwieli tiġi inkluża fuq it-tikketta jekk kienet tammonta għal mill-inqas 85 % tal-kontenut tal-inbid tħassret bi żball f’waħda mid-diversi emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    Din l-emenda qiegħda ssir biex tikkoreġi dan l-iżball rigward l-inklużjoni tal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ dwieli fuq it-tikketti tal-inbid.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

    Valencia

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    3.

    Inbid likur

    6.

    Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità

    8.

    Inbid semispumanti

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    1.   Inbid abjad

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jista’ jitqaddem f’kontenituri tal-injam. Riħa nadifa b’intensità tajba u b’noti ta’ fortt. Fil-ħalq, huwa frisk u għandu aċidità tajba u togħma ta’ frott li ddum tintiegħem.

    Diossidu tal-kubrit massimu: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    9

    Aċidità totali minima

    3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    2.   Inbid rożè u aħmar

    DESKRIZZJONI QASIRA

    L-inbejjed rożè għandhom tonalitajiet roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Riħa qawwija nadifa ddominata minn aromi tal-frott. Fil-ħalq, għandhom aċidità tajba u huma notevoli u bbilanċjati. Togħma li ddum tintiegħem. L-inbejjed ħomor spiss ikunu ta’ kulur skur, b’kuluri prinċipalment ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa b’intensità tajba u b’noti qawwija ta’ frott.

    Diossidu tal-kubrit massimu: Għall-inbejjed rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 250 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla; Għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    9,5

    Aċidità totali minima

    3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    3.   Inbejjed bit-termini “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kuluri iżjed skuri mill-inbid ta’ bażi. Isfar aktar qawwi fil-każ tal-inbejjed bojod. Qrib lewn il-briks fil-każ tal-inbejjed ħomor. Bilanċ bejn l-aromi tal-frott u tal-injam f’termini ta’ riħa. Sensazzjonijiet retronażali tajbin fil-ħalq.

    Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l għall-inbejjed bojod u 250 mg/l għall-inbejjed rożè jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    12

    Aċidità totali minima

    3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    4.   Inbid likur abjad, rożè u aħmar

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Fil-każ tal-inbid likur abjad, tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. L-inbid likur rożè għandu kuluri roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. L-inbid likur aħmar għandu tonalitajiet ħomor bi sfumaturi vjola, jew ħjiliet lewn il-granata jew ir-rubin. Riħa b’intensità tajba, b’mod partikolari meta jkun magħmul mill-għeneb Moscatel. Ħelwin u jiftħu l-aptit, ibbilanċjati b’togħma qawwija li tibqa’ fil-ħalq.

    Diossidu tal-kubrit massimu: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    15

    Aċidità totali minima

    1,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    20

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità abjad, rożè u aħmar

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Jekk l-inbid ta’ bażi jkun abjad, tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun rożè, tonalitajiet roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun aħmar, tonalitajiet ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa qawwija u nadifa bl-aromi speċifiċi tal-varjetà. Aċidità u intensità tajbin fil-ħalq. Inbejjed friski bid-diossidu tal-karbonju integrat sew.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    6

    Aċidità totali minima

    3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    185

    6.   Inbid semispumanti abjad, rożè u aħmar

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Jekk l-inbid ta’ bażi jkun abjad, tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun rożè, tonalitajiet roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun aħmar, tonalitajiet ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa qawwija u nadifa bl-aromi speċifiċi tal-varjetà. Togħma friska, tal-frott u qawwija, bid-diossidu tal-karbonju integrat sew.

    Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 250 mg/l għaż-żewġ tipi jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun [5 g/l] jew ogħla.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    7

    Aċidità totali minima

    3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    7.   Inbejjed bojod, rożè u ħomor bit-terminu Petit Valencia fuq it-tikketta

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Il-karatteristiċi jkunu simili għal dawk deskritti għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor.

    Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l għall-inbejjed bojod u 250 mg/l għall-inbejjed rożè jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    4,5

    Aċidità totali minima

    3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

    1.   

     

    Prattika enoloġika speċifika

    Għandha tiġi applikata biżżejjed pressjoni biex l-inbid jiġi estratt u sseparat mill-karfa tal-għeneb, sabiex ir-rendiment ma jaqbiżx it-82 litru ta’ most jew is-76 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb. Il-lottijiet ta’ nbid miksuba bl-applikazzjoni ta’ pressjoni mhux xierqa taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jintużaw biex isiru nbejjed protetti.

    Il-kontenituri tal-injam użati fil-proċessi tat-tqaddim iridu jsiru mill-ballut u jkollhom kapaċità li tikkonforma mal-limiti tal-volum stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ għall-użu ta’ ċerti termini tradizzjonali.

    5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

    1.

    Varjetajiet ħomor

    9 100 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    2.

    Varjetajiet bojod

    12 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    3.

    Varjetajiet ħomor

    69,16-il ettolitru għal kull ettaru

    4.

    Varjetajiet bojod

    91,20 ettolitru għal kull ettaru

    6.   Żona ġeografika demarkata

    Iż-żona tal-produzzjoni koperta mid-DOP Valencia tikkonsisti mill-art li tinsab fil-provinċja ta’ Valencia maqsuma fl-unitajiet ġeografiċi iżgħar, jew “subżoni”, koperti mid-DOP, li tikkonsisti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

    a)

    Is-subżona ALTO TURIA: Alpuente, Aras de los Olmos, Benagéber, Calles, Chelva, La Yesa, Titaguas u Tuéjar.

    b)

    Is-subżona VALENTINO: Alborache, Alcublas, Andilla, Bétera, Bugarra, Buñol, Casinos, Cheste, Chiva, Chulilla, Domeño, Estivella, Gestalgar, Godella, Godelleta, Higueruelas, Llíria, Losa del Obispo, Macastre, Montserrat, Montroy, Náquera, Paterna, Pedralba, Picaña, Real, Riba-roja de Túria, Torrent, Turís, Vilamarxant, Villar del Arzobispo u Yátova.

    c)

    Is-subżona MOSCATEL DE VALENCIA: Catadau, Cheste, Chiva, Godelleta, Llombai, Montroy, Montserrat, Real, Torrent, Turís u Yátova.

    d)

    Is-subżona CLARIANO: Atzeneta d’Albaida, Agullent, Albaida, Alfarrasí, Anna, Aielo de Malferit, Aielo de Rugat, Ayora, Barx, Bèlgida, Bellreguard, Bellús, Beniatjar, Benicolet, Benigánim, Benissoda, Benisuera, Bicorp, Bocairent, Bolbaite, Bufali, Castelló de Rugat, Carrícola, Chella, Enguera, Fontanars dels Alforins, Guardamar de la Safor, La Font de la Figuera, Guadasequies, La Llosa de Ranes, Llutxent, Mogente, Montaverner, Montesa, Montichelvo, L’Olleria, Ontinyent, Otos, El Palomar, Pinet, La Pobla del Duc, Quatretonda, Ráfol de Salem, Rugat, Salem, Sempere, Terrateig, Vallada u Xàtiva.

    Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi wkoll irqajja’ art imdaħħla fir-reġistru tal-vinji u ġestiti minn membri ta’ kooperattivi jew sidien ta’ kantini tal-inbid imdaħħla fir-reġistri tal-Bord Regolatorju, li tradizzjonalment jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Valencia u li jinsabu fil-postijiet li ġejjin fil-muniċipalitajiet ta’ Almansa u Caudete fil-provinċja ta’ Albacete: Campillo, Estación, Casa Pino, Casa Pina, Mojón Blanco, Moleta, Molino Balsa, Prisioneros, Canto Blanco, La Venta, Derramador, Montalbana, Casa Alberto, Escribanos, Escorredores, Capitanes, Pandos, Venta del Puerto, Torre Chica, Torre Grande, Casa Blanca, El Pleito, Herrasti u Casa Hondo, fil-muniċipalità ta’ Almansa, u Vega de Bogarra, Derramador u El Angosto, fil-muniċipalità ta’ Caudete.

    Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi rqajja’ art li jappartjenu għall-membri tal-kooperattiva tal-inbid La Viña Coop V fil-belt ta’ Villena, li huma mdaħħla fir-Reġistru tal-Inbid u tradizzjonalment jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Valencia.

    7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

     

    GARNACHA TINTORERA

     

    MACABEO - VIURA

     

    MERSEGUERA

     

    MONASTRELL

     

    MOSCATEL DE ALEJANDRÍA

     

    VERDIL

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    Il-klima u x-xita moderati fis-subżona Valentino jirriżultaw fi nbejjed bojod u ħomor b’qawwa alkoħolika ogħla.

    Il-karatteristiċi kontinentali ta’ Alto Turia jirriżultaw fi nbid abjad aktar delikat.

    Il-prossimità tal-Baħar Mediterran u l-ammont ta’ xita ogħla huma r-raġunijiet għaliex l-inbid Moscatel huwa aromatiku ħafna.

    Il-medda tat-temperatura u r-riżalt varjat fis-subżona ta’ Clariano jirriżultaw fi nbejjed ħomor qwwija ħafna u b’togħma ta’ frott.

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Id-denominazzjoni VALENCIA trid tidher b’mod prominenti. Tista’ tiġi indikata subżona jekk l-għeneb kollu [użat biex isir l-inbid] ikun tkabbar fiha. L-isem tal-varjetà ta’ dwieli jista’ jintuża biss għall-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ mill-inqas 85 % tal-varjetà inkwistjoni. L-eċċezzjoni hija l-inbid likur Valencia magħmul mill-għeneb Moscatel, fejn ir-rekwiżit huwa li tintuża biss il-varjetà Moscatel de Alejandría.

    It-terminu “VINO PETIT VALENCIA” jista’ jidher fuq inbejjed mhux imqaddmin b’kontenut ta’ alkoħol proprju ta’ > 4,5 % u kontenut totali ta’ alkoħol ta’ > 9 % skont il-volum, magħmulin permezz ta’ metodi naturali. It-termini “MOSCATEL DE VALENCIA” jew “VINO DE LICOR MOSCATEL DE VALENCIA” jistgħu jintużaw fuq inbid magħmul 100 % minn għeneb Moscatel de Alejandría u prodott f’konformità mal-Anness XI b, il-punt 3(c), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. It-terminu “VINO DULCE” jista’ jintuża fuq inbejjed likuri prodotti f’konformità mal-Anness XI b, il-punt 3(c), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. It-terminu tradizzjonali “Primero de Cosecha” (L-ewwel ħsad) jista’ jintuża fuq inbejjed ħomor, bojod u rożè magħmulin minn għeneb maqtugħ fl-ewwel 10 ijiem tal-ħsad u bbottiljat fi żmien 30 jum wara t-tmiem tal-ħsad, bl-obbligu li tiġi indikata l-annata fuq it-tikketta.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    https://agroambient.gva.es/documents/163228750/0/DOPVLC-P2022.pdf/


    (1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


    Top