EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0753

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/2010, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni

COM/2023/753 final

Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 753 final

2023/0437(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/2010, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2023) 386-387}
{SWD(2023) 389}
{SEC(2023) 392}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tal-qafas regolatorju tad-Drittijiet tal-Passiġġieri 1 se tgħin biex tinċentiva l-użu tal-mezzi tat-trasport kollettiv u għaldaqstant ukoll biex timplimenta l-Patt Ekoloġiku. Hija azzjoni ewlenija tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti 2 (SSMS) adottata mill-Kummissjoni fl-2020.

Id-drittijiet tal-passiġġieri jiddependu fuq madwar tużżana drittijiet separati u komplementari qabel, matul u wara l-vjaġġ, inkluż inter alia d-dritt għall-aċċessibbiltà u għall-assistenza għall-persuni b’diżabbiltà u b’mobilità mnaqqsa (PMM), id-dritt għall-informazzjoni qabel u fid-diversi stadji tal-ivvjaġġar, id-dritt għat-twettiq tal-kuntratt tat-trasport f’każ ta’ interruzzjoni, id-dritt għal kumpens f’ċerti ċirkostanzi, id-dritt għal sistema rapida u aċċessibbli tat-trattament tal-ilmenti. Peress li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE japplikaw kull sena għal aktar minn 13-il biljun passiġġier li jivvjaġġa fl-UE, il-protezzjoni tal-passiġġieri saret inizjattiva ewlenija tal-UE. Madankollu, minkejja l-progress sostanzjali li sar f’dawn l-aħħar 20 sena, għad fadal ħafna sfidi.

Din ir-reviżjoni tindirizza żewġ oqsma problematiċi, li ġew ikkonfermati minn valutazzjoni tal-impatt. L-ewwel u qabel kollox, in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri jwaqqfu lill-passiġġieri tal-mezzi kollha tat-trasport milli jgawdu drittijiethom bis-sħiħ. Din il-problema ilha tirrepeti ruħha mill-adozzjoni tad-diversi Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Diġà ġiet identifikata fir-rapporti u fl-istudji tal-Kummissjoni. 3  

Kif muri mid-diversi stħarriġiet tal-Ewrobarometru, in-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni tal-passiġġieri dwar drittijiethom u l-problemi fl-infurzar ta’ dawn id-drittijiet huma kwistjonijiet rikorrenti. L-aħħar stħarriġ tal-2019 4 juri li madwar wieħed biss minn kull tliet ċittadini tal-UE jaf li huwa protett minn drittijiet speċifiċi meta jivvjaġġa permezz tat-trasport kollettiv fl-UE.

In-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni tal-passiġġieri u l-problemi fl-infurzar ta’ drittijiethom ġew misħuqa wkoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fir-rapport tagħha “Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE huma komprensivi, iżda l-passiġġieri għad iridu jitħabtu biex jiksbuhom” tal-2018 5 . Il-pandemija tal-COVID-19 uriet dan ukoll: il-passiġġieri ma kinux konxji ta’ drittijiethom u spiss ma kinux jafu fejn kellhom jirrikorru meta riedu jinfurzawhom. Ir-Rapport Speċjali tal-2021 tal-QEA “Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru matul il-pandemija tal-COVID-19: Drittijiet ewlenin mhux protetti minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni” waslu għall-istess konklużjoni 6 .

It-tieni problema indirizzata f’din il-proposta hija aktar immirata: din tiffoka fuq id-dritt għar-rimborż tal-kost sħiħ tal-biljett tal-ajru meta t-titjira ma titwettaqx kif ippjanat, kwistjoni li ġiet aggravata fil-pandemija tal-COVID-19. Bħalissa, ir-regoli dwar ir-rimborż mhumiex ċari meta l-passiġġieri tal-ajru jagħmlu l-prenotazzjonijiet tagħhom permezz ta’ intermedjarju.

Flimkien ma’ din il-proposta, it-tielet problema, il-protezzjoni tal-passiġġieri waqt il-vjaġġi multimodali, hija indirizzata fi proposta leġiżlattiva oħra li tittratta l-estensjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri biex ikopru l-vjaġġi multimodali 7 .

Fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport, l-objettivi huma tnejn: l-ewwel nett, biex jiġi żgurat infurzar effettiv u effiċjenti fl-Istati Membri kollha, u b’hekk il-korpi nazzjonali għall-infurzar (NEB) ikollhom għodod aktar effettivi għall-monitoraġġ tal-konformità tal-operaturi mad-drittijiet tal-passiġġieri u t-tieni, biex jiġi żgurat trattament aktar effettiv tal-ilmenti tal-passiġġieri, filwaqt li jingħataw sistema rapida, ħafifa u aċċessibbli. Il-proposta se tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli għad-diversi mezzi, billi tagħmel l-aħjar użu mill-iżviluppi reċenti fir-Regolament (UE) 2021/782 il-ġdid dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u fil-proposta tal-Kummissjoni tal-2013 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 261/2004 8 . Il-passiġġieri kollha li jibbenefikaw mid-drittijiet tal-passiġġieri ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-miżuri l-ġodda.

Fir-rigward tar-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru li jkunu għamlu l-prenotazzjoni tagħhom permezz ta’ intermedjarju, l-objettiv huwa li tiġi żgurata proċedura ċara ta’ rimborż għall-atturi kollha involuti (eż. it-trasportaturi, l-intermedjarji u l-passiġġieri). Madwar 450 miljun passiġġier fis-sena li bbukkjaw il-biljetti tagħhom permezz ta’ intermedjarji jkunu potenzjalment jibbenefikaw minn dawn il-miżuri.

Il-kwistjoni tad-dimensjonijiet standardizzati għall-bagalji tal-kabina tqajmet dan l-aħħar mill-Parlament Ewropew f’riżoluzzjoni 9 . Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2013 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 261/2004 diġà tindirizza wħud mit-tħassib tal-Parlament Ewropew, b’mod partikolari l-obbligu tat-trasportaturi tal-ajru li jgħarrfu lill-passiġġieri dwar il-kwota tal-bagalji applikabbli għall-prenotazzjonijiet rispettivi tagħhom. Madankollu, il-passiġġieri spiss iħabbtu wiċċhom ukoll ma’ konfużjoni fir-rigward tal-bagalji tal-kabina permessi skont il-linja tal-ajru u l-klassi tariffarja, minħabba l-proliferazzjoni ta’ dimensjonijiet u ta’ piżijiet differenti permessi minn linji tal-ajru differenti u għall-klassijiet differenti tal-biljetti.  Filwaqt li wieħed jinnota l-libertà tat-trasportaturi tal-ajru li jistabbilixxu t-tariffi tal-ajru, għandu jkun hemm għadd żgħir ta’ daqsijiet u ta’ piżijiet komuni biex titnaqqas il-konfużjoni.  It-trasportaturi tal-ajru għandhom jaħdmu mal-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u mal-manifatturi tal-bagalji kif meħtieġ biex jaqblu dwar dawn l-istandards, iżda wkoll biex jgħarrfu dwar il-ħarsien tagħhom tal-istandards tal-industrija dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-bagalji tal-kabina fil-kuntest tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi tagħhom li għandhom jirrapportaw dwarhom ukoll.

Fl-aħħar nett, f’mezzi oħra tat-trasport minbarra bl-ajru, it-trasportatur li jirrikjedi li persuna b’diżabilità tivvjaġġa akkumpanjata minn assistent għandu jħalli lill-assistent jivvjaġġa mingħajr ħlas. Ir-regoli relatati mal-mezzi tat-trasport differenti mmirati lejn l-implimentazzjoni ulterjuri tal-aċċessibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) għandhom jiġu allinjati aktar u jinkludu wkoll it-trasport bl-ajru. Jekk it-trasportatur tal-ajru jeħtieġ persuna b’diżabilità biex tivvjaġġa akkumpanjata minn assistent sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti statutorji tas-sikurezza tal-avjazzjoni, it-trasportatur tal-ajru għandu jkun meħtieġ li jittrasporta l-persuna li takkumpanjaha mingħajr ħlas. Din hija prekundizzjoni importanti għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa sabiex jużaw it-trasport tal-ajru b’mod komparabbli mal-oħrajn. Għalhekk, dan se jkun pass sinifikanti biex jiġu implimentati l-obbligi ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-UNCRPD fid-dritt tal-UE.

B’mod ġenerali, ir-riforma tindirizza n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tad-drittijiet eżistenti tal-passiġġieri u tabilħaqq ma tistabbilixxi l-ebda dritt ġdid tal-passiġġieri. Dan joħloq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-passiġġieri u l-obbligi tat-trasportaturi u tal-maniġers tal-infrastruttura.

Din l-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2023 taħt l-Anness II (inizjattivi REFIT), taħt l-intestatura “Ekonomija għas-Servizz tan-Nies”. 10

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Fl-istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu azzjoni biex tiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE jiġu implimentati aħjar, ikunu aktar ċari kemm għat-trasportaturi kif ukoll għall-passiġġieri, joffru assistenza u rimborż adegwati, inkluż meta jkun hemm interruzzjonijiet, u jiġu applikati sanzjonijiet xierqa jekk ir-regoli ma jiġux osservati kif xieraq, kif ukoll li jitqiesu l-għażliet u l-benefiċċji biex tkompli b’qafas multimodali għad-drittijiet tal-passiġġieri (Azzjoni 63). Għalhekk, il-proposta hija fi qbil mal-politika dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

B’mod sinifikanti, l-emendi proposti li jittrattaw l-infurzar iqisu kemm ir-regoli l-ġodda fir-Regolament il-ġdid dwar il-ferroviji (ir-Regolament (UE) 2021/782) kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni tal-2013 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 261/2004. Dan jagħmel is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju possibbli għall-benefiċċju tal-passiġġieri Ewropej.

Ir-Regolament il-ġdid dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji introduċa diversi regoli ġodda li jistgħu jkunu utli wkoll għall-protezzjoni tal-passiġġieri li jivvjaġġaw b’mezzi oħra tat-trasport, bħall-obbligu għall-operaturi li jikkondividu informazzjoni rilevanti mal-NEBs, għodod aħjar għall-NEBs u formola standardizzata ġdida fl-UE kollha għall-kumpens u għar-rimborż. Għalhekk, il-miżuri ta’ politika ppreżentati f’din il-proposta huma komplementari għar-Regolament il-ġdid dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji.

Sa mill-2013, fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, il-Kummissjoni pproponiet bidliet fir-Regolament (KE) Nru 261/2004 biex tiċċara d-drittijiet tal-passiġġieri u tagħmilhom aktar effettivi. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-regoli proposti fl-2013 għall-infurzar aħjar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru għadhom adattati għall-iskop tagħhom. Dan kien fajl pendenti ta’ prijorità fil-programmi ta’ ħidma annwali preċedenti tagħha u jibqa’ fajl pendenti ta’ prijorità għall-2024 11 . It-tliet istituzzjonijiet tal-UE stabbilixxew prijoritajiet leġiżlattivi komuni għall-2023 u għall-2024, li dwarhom iridu jiksbu progress sostanzjali, u l-proposta tal-2013 hija elenkata wkoll hemmhekk 12 .

F’dan il-kuntest, ir-regoli proposti dwar infurzar aħjar identifikati fil-proposta tal-ajru tal-2013 (bħall-possibbiltà li l-Kummissjoni titlob lill-NEBs jinvestigaw prattiki suspettati speċifiċi mill-operaturi) huma utli wkoll għall-protezzjoni tal-passiġġieri li jużaw mezzi oħra. Għalhekk, huwa propost li dawk ir-regoli jiġu estiżi għal mezzi oħra tat-trasport. Għalhekk, fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, il-miżuri ta’ politika ppreżentati f’din il-proposta huma komplementari għall-proposta leġiżlattiva tal-2013.

Fl-2021, il-Kummissjoni ppubblikat tliet evalwazzjonijiet tal-qafas regolatorju għad-drittijiet tal-passiġġieri għat-trasport fuq l-ilma, bix-xarabank u bil-kowċ, kif ukoll għall-PMM li jivvjaġġaw bl-ajru 13 . It-tliet evalwazzjonijiet juru inter alia li hemm lok għal titjib fir-rigward tal-infurzar ta’ dawn ir-Regolamenti.

Kif muri minn diversi stħarriġiet tal-Ewrobarometru, in-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni tal-passiġġieri dwar drittijiethom u l-problemi fl-infurzar ta’ dawn id-drittijiet huma kwistjonijiet rikorrenti. L-aħħar stħarriġ tal-2019 14 juri li madwar wieħed minn kull tliet ċittadini biss tal-UE jafu li huma protetti minn drittijiet speċifiċi meta jużaw it-trasport bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ u fuq l-ilma fl-UE (riżultat simili bħall-Ewrobarometru tal-2014). Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni torganizza kampanji regolarment biex tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, u toffri informazzjoni dwar il-Portal Diġitali Uniku “Your Europe” kif ukoll dwar l-applikazzjoni għad-drittijiet tal-passiġġieri li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

In-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni tal-passiġġieri u l-problemi fl-infurzar ta’ drittijiethom ġew misħuqa wkoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fir-rapporti tagħha tal-2018 u tal-2021 imsemmija hawn fuq.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tqis leġiżlazzjoni oħra tal-UE li bħalissa qed tiġi rriveduta jew żviluppata wkoll, biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u l-koerenza. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-inizjattivi li għaddejjin bħalissa dwar il-protezzjoni tal-konsumatur — li jinkludu r-Regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri — li huma wkoll komplementari, iżda li ma jikkoinċidux ma’ din l-inizjattiva.

Fir-rigward tar- reviżjoni tad- Direttiva (UE) 2015/2032 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta (PTD), ir-regoli dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar skont il-PTD u l-proposta biex id-Direttiva tiġi rriveduta, 15 huma konsistenti wkoll ma’ din il-proposta: Għalkemm it-tnejn jittrattaw l-ivvjaġġar, dawn jikkonċernaw żewġt iswieq separati. Filwaqt li din il-proposta — fi qbil mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u l-proposta biex dawn jiġu emendati — tittratta esklużivament is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri (eż. kombinament ta’ servizz ferrovjarju u bix-xarabank), ir-regoli dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar ikopru kombinament ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti offruti minn organizzatur (eż. pakkett li jikkombina titjira u akkomodazzjoni f’lukanda). Madankollu, jekk fornitur ta’ servizz (trasportatur) jikkanċella s-servizz, l-organizzaturi skont il-proposta għall-PTD kif ukoll l-intermedjarji li ħallsu għall-biljetti tat-trasport mill-kont tagħhom stess għall-passiġġier skont din il-proposta għandhom id-dritt li jirċievu r-rimborż minn dawn il-fornituri tas-servizzi fi żmien 7t ijiem. Il-passiġġieri li jibbukkjaw il-biljett tal-ajru permezz ta’ intermedjarju se jiġu rimborżati wkoll fi żmien 14-il jum bħall-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar. Filwaqt li l-proposta għad-Direttiva dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar tkopri wkoll kwistjonijiet bħall-prepagamenti u l-protezzjoni mill-insolvenza, il-protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ insolvenza tat-trasportaturi tal-ajru u ta’ kriżi kbira se tiġi indirizzata fir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (ir-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru), jiġifieri permezz ta’ miżuri biex jittejbu l-idoneità finanzjarja u r-reżiljenza tat-trasportaturi tal-ajru u jiġu antiċipati sitwazzjonijiet ta’ falliment jew ta’ kriżi ta’ likwidità. 16

L-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jissejjes fuq żewġ pilastri komplementari. L-ewwel nett, il-konsumaturi jistgħu jagħmlu użu minn għodod privati tal-infurzar: rimedju quddiem qorti jew soluzzjoni barra mill-qorti. Fl-2023, il-Kummissjoni adottat proposta li temenda d-Direttiva 2013/11/UE (id-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim) biex tkompli ttejjeb is-soluzzjoni barra mill-qorti 17 , individwalment jew bħala grupp. Din il-proposta ttejjeb is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim, minħabba li tirrikjedi li l-korpi nazzjonali għall-infurzar jgħarrfu lill-passiġġieri dwar il-possibbiltajiet ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim. It-tieni nett, il-konsumaturi jistgħu jiġu protetti permezz tal-infurzar pubbliku, li jitwettaq prinċipalment mill-awtoritajiet pubbliċi li jipproteġu l-interess kollettiv tal-konsumaturi. Id-drittijiet tal-passiġġieri huma primarjament infurzati mill-korpi nazzjonali tal-infurzar responsabbli għar-Regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Ir-Regolament (UE) 2017/2394 (ir- Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur ) huwa strument komplementari li jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni li permezz tiegħu l-awtoritajiet nazzjonali mill-pajjiżi kollha fiż-Żona Ekonomika Ewropea jindirizzaw b’mod konġunt il-ksur tar-regoli tal-konsumatur (inkluż id-drittijiet tal-passiġġieri) meta l-fornitur tas-servizz u l-konsumatur ikunu stabbiliti f’pajjiżi differenti. L-azzjonijiet ibbażati fuq ir-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur kontra l-linji tal-ajru u l-intermedjarji wrew li d-djalogi jistgħu jkunu strument utli biex jappoġġaw l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri, iżda wkoll li r-regoli fis-seħħ jeħtieġ li jissaħħu, speċjalment meta intermedjarju kien involut fix-xiri tal-biljett. 18

Din il-proposta hija konsistenti mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 dwar is-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar l-Ivvjaġġar Multimodali (MMTIS). 19 Dan ir-Regolament jirrikjedi li d-detenturi tad-data (eż. l-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport u l-maniġers tal-infrastruttura) jagħmlu aċċessibbli d-data dwar in-networks tat-trasport (inkluża d-data dwar is-servizzi tat-trasport bħal skedi ta’ żmien u sigħat ta’ tħaddim) għall-utenti tad-data, permezz tal-punti ta’ aċċess nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri, meta d-data tkun disponibbli f’format diġitali li jinqara mill-magni. Hija konsistenti wkoll mal-proposta għar-reviżjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 20 . Din ir-reviżjoni testendi dan ir-rekwiżit billi żżid gradwalment, minn Diċembru 2025 sa Diċembru 2028, it-tipi ta’ data dinamika bħall-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq f’ħin reali. Dan huwa ta’ importanza essenzjali għal din il-proposta rigward l-informazzjoni f’ħin reali lill-passiġġieri dwar l-interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar meta jaqilbu minn mezz għall-ieħor. Dan se jkun appoġġat aktar mill-emenda proposta tad-Direttiva dwar l-STI: 21 Din l-emenda għandha tiżgura li permezz tal-applikazzjonijiet tas-sistemi STI fil-qasam tat-trasport bit-triq ikun hemm integrazzjoni bla xkiel ma’ mezzi oħra tat-trasport, bħall-mobilità ferrovjarja jew il-mobilità attiva, u b’hekk tiġi faċilitata l-bidla għal dawk il-mezzi kull meta jkun possibbli, biex jittejbu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà.

Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-Komunikazzjoni dwar spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità (EMDS), li tiddeskrivi t-triq ’il quddiem proposta għall-ħolqien ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità, inkluż l-objettivi, il-karatteristiċi ewlenin, il-miżuri ta’ appoġġ u l-istadji importanti tiegħu. L-objettiv ta’ dan l-ispazju hu li jiffaċilita l-aċċess, l-akkomunament u l-kondiviżjoni tad-data minn bażijiet tad-data eżistenti u tal-ġejjieni dwar it-trasport u l-mobilità. 22

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iservi bħala l-bażi legali għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata ma’ politika komuni tat-trasport. Din id-dispożizzjoni hija l-bażi legali għar-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri attwalment fis-seħħ. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa għat-trasport bil-baħar.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-livell ta’ protezzjoni tal-passiġġieri kien pjuttost limitat qabel ma ġew adottati r-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Fi ħdan is-suq uniku, bosta trasportaturi (mhux biss il-linji tal-ajru iżda wkoll l-impriżi ferrovjarji u l-kumpaniji tat-tbaħħir, u kulma jmur dejjem aktar il-kumpaniji tax-xarabanks) jagħtu s-servizzi tagħhom fi Stati Membri differenti u anke lil hinn minnhom. Għalhekk, l-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-livell tal-UE hija meħtieġa biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha involuti fil-forniment tas-servizzi tat-trasport (eż. it-trasportaturi, il-maniġers tal-infrastruttura (speċjalment rilevanti għall-PMM), l-intermedjarji, eċċ.) li spiss ikunu transfruntiera. Fl-aħħar mill-aħħar l-infurzar effettiv jissejjes fuq il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u fuq li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ jitwettqu fil-livell nazzjonali. Fir-rigward tar-rimborż mill-intermedjarji, is-suq tal-ivvjaġġar bl-ajru fl-UE huwa essenzjalment transfruntier u wħud mill-akbar intermedjarji huma atturi tas-suq internazzjonali. L-azzjoni fil-livell nazzjonali tista’ twassal għal distorsjonijiet tas-suq intern filwaqt li l-passiġġieri jridu jkunu jistgħu jasserixxu drittijiethom bl-istess mod u jibbenefikaw mill-istess protezzjoni jkun xi jkun l-Istat Membru fejn jivvjaġġaw.

Permezz tal-miżuri l-ġodda relatati mal-infurzar id-drittijiet eżistenti jsiru aktar effettivi billi jiżguraw li l-prattiki tal-infurzar tal-NEBs jinċentivaw lit-trasportaturi, lill-operaturi tat-terminals u lill-intermedjarji (speċjalment dawk li mhux dejjem japplikaw ir-regoli eżistenti dwar ir-regoli tad-drittijiet tal-passiġġieri b’mod kompletament konformi) biex jagħtu l-aħjar protezzjoni lill-passiġġieri u billi jneħħu l-ostakli li jwaqqfu liċ-ċittadini milli jeżerċitaw b’mod effettiv drittijiethom skont id-dritt tal-UE. Implimentazzjoni aktar effettiva tad-drittijiet tal-passiġġieri se tinċentiva lin-nies biex jużaw aktar it-trasport pubbliku minflok il-karozzi privati u tikkontribwixxi b’dan il-mod għall-Patt Ekoloġiku. Fl-aħħar nett, il-miżuri l-ġodda se jikkontribwixxu biex itejbu l-protezzjoni għall-passiġġieri tal-ajru madwar l-UE, filwaqt li jiżguraw li jiġu rimborżati wkoll jekk jibbukkjaw permezz ta’ intermedjarju. Għal dawn ir-raġunijiet, il-problemi identifikati hawn fuq jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Kif spjegat fid-dettall fil-Kapitolu 7 tal-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta u hawn taħt fil-punt 3, l-ebda waħda miż-żewġ għażliet li jittrattaw l-infurzar ma tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-politika biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għat-trasport tal-passiġġieri u biex jiksbu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur għall-passiġġieri meta jivvjaġġaw b’mezz wieħed jew meta jaqilbu minn mezz għall-ieħor matul il-vjaġġ tagħhom, billi jippermettu lit-trasportaturi, lill-intermedjarji u lill-operaturi tat-terminals (speċjalment għall-PMM) u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali japplikaw u jinfurzaw dawn id-drittijiet b’mod effiċjenti u effettiv. L-istess japplika għall-għażliet ta’ politika li jindirizzaw in-nuqqas ta’ ċarezza tar-regoli dwar ir-rimborż meta titjira tiġi bbukkjata permezz ta’ intermedjarju.

Għażla tal-istrument

Peress li din hija proposta għar-reviżjoni ta’ ħames Regolamenti eżistenti, l-istrument magħżul huwa wkoll Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2020–2021, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjonijiet tar-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri għall-PMM meta jivvjaġġaw bl-ajru (ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006), fuq l-ilma (ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010) u bix-xarabank u bil-kowċ (ir-Regolament (UE) Nru 181/2011). It-tliet evalwazzjonijiet jisħqu li għad hemm sfidi b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli u l-monitoraġġ u l-infurzar tagħhom. Dawn urew li d-daqs tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità madwar l-Istati Membri jvarja b’mod sinifikanti, u li l-korpi nazzjonali tal-infurzar (NEBs) spiss ma jkunux konxji biżżejjed dwar jekk id-drittijiet tal-passiġġieri humiex protetti u kif għandhom jiġu protetti. L-ammont totali ta’ lmenti mressaq lill-NEBs għadu baxx jew ġeneralment baxx ħafna: madwar 15-il ilment għal kull miljun passiġġier fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, madwar ilment wieħed għal kull miljun passiġġier għad-drittijiet tal-passiġġieri fuq l-ilma u madwar 1,5 ilment għal kull miljun passiġġier għad-drittijiet tal-passiġġieri tax-xarabank u tal-kowċ, iżda għadu mhux ċar jekk dan huwiex il-każ minħabba li d-drittijiet tal-passiġġieri huma protetti sew jew jekk il-passiġġieri mhumiex iressqu ilment, u jekk iva għal liema raġunijiet, inkluż minħabba li mhumiex konxji mid-drittijiet tal-passiġġieri.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-objettiv tal-konsultazzjonijiet kien li tinġabar evidenza kwalitattiva u kwantitattiva minn gruppi ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti u mill-pubbliku ġenerali.

Il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti jikkonsistu f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi u lill-passiġġieri (inkluż il-persuni b’diżabilità), l-NEBs u awtoritajiet pubbliċi oħra, il-korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim, it-trasportaturi (il-linji tal-ajru, l-impriżi ferrovjarji, il-kumpaniji tax-xarabanks u tal-kowċis, is-sidien tal-bastimenti) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-operaturi tat-terminals (il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti, l-amministraturi tal-istazzjon ferrovjarju, l-operaturi tat-terminals tax-xarabanks u tal-kowċis, l-operaturi tat-terminals tal-portijiet) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom; l-intermedjarji (il-bejjiegħa intermedjarji tal-biljetti, l-aġenti tal-ivvjaġġar online, l-organizzaturi tal-pakketti tal-ivvjaġġar) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-fondi ta’ protezzjoni mill-insolvenza, il-kumpaniji tal-karti tal-kreditu u l-aġenziji responsabbli mill-ilmenti.

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati permezz tal-metodi li ġejjin: it-tweġibiet għas-Sejħa għall-Evidenza, il-Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa online, il-konsultazzjoni pubblika mmirata tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti permezz ta’ kwestjonarji online, l-intervisti, is-sessjonijiet ta’ ħidma u l-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-NEB 23 .

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Qorti tal-Awdituri

Ir-Rapport Speċjali Nru 30/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE huma komprensivi iżda l-passiġġieri għad iridu jitħabtu biex jiksbuhom” kif ukoll ir-Rapport Speċjali 15/2021 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru matul il-pandemija tal-COVID-19, tqiesu. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jtejbu l-koerenza, iċ-ċarezza, u l-effettività tal-qafas tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE u jagħtu aktar setgħa lill-korpi nazzjonali tal-infurzar u jsaħħu l-mandat tal-Kummissjoni.

Studji ta’ evalwazzjoni

It-tliet evalwazzjonijiet tad-drittijiet tal-passiġġieri għat-trasport fuq l-ilma, u t-trasport bix-xarabank u bil-kowċ kif ukoll għall-PMM li jivvjaġġaw bl-ajru, ippubblikati fl-2021, servew ukoll bħala għarfien espert estern.

Studji u stħarriġiet oħra

Tqiesu wkoll l-istudji esterni dwar il-livell attwali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE 24 (2020) u dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport multimodali 25 (2019) kif ukoll l-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar id-drittijiet tal-passiġġieri mwettaq fl-2019. 26  

Valutazzjoni tal-impatt

Twettaq studju estern biex jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt.

Il-proposta għal Regolament li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/2010, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni hija akkumpanjata minn rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, li rċieva opinjoni pożittiva b’riżervi mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fis-7 ta’ Lulju 2023. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie rivedut f’konformità mas-sejbiet u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord. L-analiżi tal-problema u l-analiżi tal-benefiċċji ssaħħew, speċjalment fir-rigward tal-benefiċċji mistennija għall-konsumatur. Żdiedet valutazzjoni aktar dettaljata tal-impatti fuq il-kompetittività tal-atturi ekonomiċi l-aktar affettwati.

Il-valutazzjoni tal-impatt qieset bir-reqqa l-għażliet ta’ politika li jindirizzaw iż-żewġ oqsma problematiċi li huma koperti minn din il-proposta: (1) il-passiġġieri ma jibbenefikawx bis-sħiħ minn drittijiethom minħabba n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u fl-infurzar u (2) regoli mhux ċari dwar ir-rimborż meta t-titjiriet ġew ibbukkjati permezz ta’ intermedjarju.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ din il-proposta, l-għażla ppreferuta tal-valutazzjoni tal-impatt hija kombinament ta’ dawk l-għażliet li kellhom l-aħjar punteġġ għal kull qasam problematiku, jiġifieri, l-għażla ta’ politika (PO) 1.2 għall-infurzar u l-PO 3.2 għar-rimborżi.

Fir-rigward tal-qasam tal-infurzar, tqiesu żewġ għażliet ta’ politika:

Il-PO 1.1 għandha l-għan li tarmonizza r-regoli dwar l-infurzar u t-trattament tal-ilmenti billi tintroduċi miżuri li jeżistu fir-Regolament (UE) 2021/782 il-ġdid dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji (miżuri a) sa d)) jew fil-proposta tal-Kummissjoni tal-2013 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru (miżura e)) f’mezzi oħra tat-trasport:

(a)it-trasportaturi, il-maniġers tat-terminals u l-intermedjarji se jkollhom jagħtu data rilevanti lill-NEBs fuq talba tagħhom; il-miżura se jkollha impatt pożittiv ħafna fuq l-attività ta’ superviżjoni mwettqa mill-NEBs peress li se tiżviluppa b’mod sostanzjali l-għarfien tagħhom dwar l-imġiba tal-partijiet ikkonċernati.

(b)it-trasportaturi u l-korpi għall-ġestjoni tat-terminals se jkollhom jadottaw u jimplimentaw standards tal-kwalità tas-servizzi u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom; it-trasportaturi se jkollhom ukoll jgħarrfu lill-passiġġieri u lill-NEBs dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tagħhom.

(c)tagħti mandat lill-Kummissjoni biex tadotta formoli standardizzati għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens biex ikun eħfef għall-passiġġieri li jagħmlu talbiethom; dawn il-formoli se jgħinu liċ-ċittadini jressqu l-fajl komplut bid-dettalji rilevanti kollha u l-operaturi se jkunu obbligati jaċċettawhom, filwaqt li jżommu f’moħħhom li l-formoli eżistenti mill-operaturi jew mill-NEBs jibqgħu validi.

(d)l-NEBs se jkollhom jgħarrfu lill-passiġġieri, fejn meħtieġ, dwar id-dritt tagħhom li jfittxu rimedju individwali bl-użu ta’ korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim.

(e)il-Kummissjoni tista’ titlob investigazzjonijiet mill-NEBs, speċjalment f’każijiet li jinvolvu diversi Stati Membri biex tiskatta l-kooperazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri.

PO 1.2 tikkonsisti mill-miżuri kollha f’PO 1.1 flimkien ma’ żewġ miżuri addizzjonali:

(f)it-titjib tal-informazzjoni għall-passiġġieri dwar drittijiethom bħala passiġġier bl-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar dawn id-drittijiet, b’mod partikolari fil-ħin tal-prenotazzjoni u matul l-interruzzjonijiet fil-vjaġġ.

(g)l-obbligu tal-NEBs li jwettqu l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju; l-NEBs se jagħmlu l-aħjar użu mid-data li jirċievu mill-partijiet ikkonċernati u se jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju tan-nuqqas ta’ konformità rikorrenti mar-regoli tad-drittijiet tal-passiġġieri. It-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals se jiżguraw li n-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-NEB jiġu kkoreġuti minnufih.

L-għażla ta’ politika ppreferuta għall-qasam tal-infurzar hija l-PO 1.2, li hija l-għażla ta’ politika li tiżgura bl-aħjar mod li t-trasportaturi u l-operaturi tat-terminals jikkonformaw mal-obbligi rispettivi tagħhom, tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-ilmenti għall-passiġġieri, u tiżgura bl-aħjar mod li l-NEBs jinfurzaw id-drittijiet tal-passiġġieri bl-aktar mod effettiv u effiċjenti fl-Istati Membri kollha. Il-PO 1.2 tiġġenera kostijiet addizzjonali ogħla għat-trasportaturi, għall-operaturi tat-terminals u għall-NEBs milli l-PO 1.1, iżda d-differenza hija marġinali (EUR 130,7 miljun għal PO 1.1 meta mqabbla ma’ EUR 138 miljun għal PO.1.2, espressi bħala valur preżenti matul il-perjodu 2025–2050 relattiv għal-linja bażi) u l-kostijiet addizzjonali huma kkumpensati miż-żieda fl-effettività tal-miżuri ppreżentati. Il-PO 1.2 hija wkoll l-aktar għażla effettiva. Din tkompli tallinja l-isforzi ta’ infurzar fl-Istati Membri kollha.

Fir-rigward tar-rimborżi fi flus meta l-biljetti tal-ajru jkunu ġew ibbukkjati permezz ta’ intermedjarji, fil-valutazzjoni tal-impatt tqiesu tliet għażliet: il-PO 3.1: l-għażla li l-passiġġier jista’ jitlob biss ir-rimborż mingħand it-trasportatur, il-PO 3.2: l-għażla li t-trasportatur jista’ jiddeċiedi jekk il-passiġġier għandux jitlob ir-rimborż mill-intermedjarju (dment li l-intermedjarju jaqbel ma’ dan) jew mit-trasportatur, u l-PO 3.3: il-passiġġier jista’ jagħżel jekk jitlobx ir-rimborż lill-intermedjarju, jew lit-trasportatur tal-ajru. Il-PO 3.1 u 3.2 tqiesu li huma effettivi ndaqs fl-iżgurar taċ-ċarezza dwar il-proċess tar-rimborż, peress li kemm l-intermedjarju kif ukoll it-trasportatur tal-ajru jipprovdu ċ-ċarezza bil-quddiem, qabel il-prenotazzjoni. F’termini tal-effiċjenza, il-PO 3.2 ġabet l-aħjar punteġġ, bl-inqas kostijiet għall-partijiet affettwati kollha, segwita mill-PO 3.3 u fl-aħħar il-PO 3.1. Il-PO 3.2 u 3.3 tqiesu bħala koerenti ndaqs, b’mod partikolari peress li joħolqu allinjament mad-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar u mar-rieżami kontinwa tagħha. Fir-rigward tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, il-PO 3.2 kisbet punteġġ ħafna aħjar mit-tnejn l-oħra. Hija l-unika għażla li tirrifletti l-mudelli attwali tad-distribuzzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u hija l-inqas invażiva f’termini tal-prattika tas-suq. Għal dawn ir-raġunijiet, il-PO 3.2 intgħażlet bħala l-għażla ppreferuta. Huwa preżunt li tiġġenera kostijiet amministrattivi ta’ EUR 0,07 miljun għat-trasportaturi tal-ajru u kostijiet amministrattivi ta’ EUR 57,42 miljun għall-intermedjarji, u tiġġenera wkoll iffrankar tal-kostijiet tal-iskariġġ għall-konsumaturi ta’ EUR 1,679.1 miljun (iċ-ċifri kollha espressi bħala l-valur preżenti matul l-2025–2050 meta mqabbla mal-linja bażi). 27

L-għażla ppreferuta hija mistennija li jkollha impatti limitati ħafna fuq l-impjiegi u fuq l-ambjent. Dan se jirriżulta f’żieda fil-fiduċja tal-passiġġieri fl-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri, inkluż meta jixtru l-biljetti tal-ajru permezz ta’ intermedjarju, li għaldaqstant se jappoġġa l-bidla lejn għażliet tat-trasport aktar sostenibbli mill-konsumaturi fuq vjaġġ partikolari. L-għażla ppreferuta hija konsistenti mal-objettivi ambjentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Din tappoġġa l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 13 (Tittieħed azzjoni urġenti biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu). L-impatt fuq l-SMEs f’termini ta’ kostijiet addizzjonali huwa stmat li huwa limitat ħafna. 28

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2023 taħt l-Anness II (inizjattivi REFIT), taħt l-intestatura “Ekonomija għas-Servizz tan-Nies”. 29 Dan għandu dimensjoni REFIT importanti f’termini tal-armonizzazzjoni tad-drittijiet fil-mezzi kollha. Għall-passiġġieri u għall-NEBs, il-formola ta’ talba standardizzata proposta għall-UE kollha li l-passiġġieri dejjem jistgħu jirrikorru għaliha (minflok jużaw għodod ta’ talb li jvarjaw bejn l-operaturi) se tissimplifika ħajjet il-passiġġieri, kif ukoll possibbilment dik tal-operaturi u tal-NEBs. Se jkun aktar ċar għall-operaturi tat-trasport kif għandhom jikkonformaw mad-drittijiet eżistenti, u b’hekk l-implimentazzjoni ssir aktar effiċjenti. Għall-operaturi li japplikaw id-drittijiet tal-passiġġieri b’mod konformi, l-obbligi addizzjonali se jitwettqu bl-inqas kost. Għall-operaturi li n-nuqqas ta’ konformità tagħhom ikun rikorrenti fl-applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet, l-obbligi l-ġodda se jħeġġu l-bidla. Il-ħidma tal-NEBs se ssir aktar effiċjenti minħabba li l-operaturi tat-trasport se jkollhom jikkondividu aktar data magħhom dwar il-konformità tagħhom mar-regoli, li jippermetti approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħhom.

L-inizjattiva tippreżenta wkoll simplifikazzjonijiet għall-passiġġieri li jużaw l-intermedjarji biex jixtru l-biljetti tal-ajru tagħhom, peress li jidher ċar kif se jiġu rimborżati (l-aktar importanti: minn min u meta). L-iskadenzi ċari għall-pagamenti tar-rimborż tal-intermedjarji lill-passiġġieri se jiffrankaw lill-passiġġier l-iskariġġ li jkollu jivverifika termini u kundizzjonijiet differenti, li fihom attwalment, id-dewmien fil-pagamenti spiss ma jkunx stipulat. Kemm għat-trasportaturi tal-ajru kif ukoll għall-intermedjarji, il-proċess ta’ rimborż se jsir aktar effiċjenti peress li l-proċess u l-iskadenzi, u l-kanali tal-informazzjoni, se jkunu ċari għall-partijiet kollha.

L-SMEs milquta mill-inizjattiva jammontaw għal 95 % tal-intermedjarji tal-ajru, 85 % tal-operaturi tax-xarabanks u tal-kowċis u 99 % tal-operaturi tal-vjaġġi tal-passiġġieri fuq l-ilma 30 .

L-impatt fuq il-kompetittività tal-UE jew fuq il-kummerċ internazzjonali huwa mistenni li jkun fil-biċċa l-kbira newtrali.

Il-miżuri kollha ħlief waħda fil-qasam tal-infurzar jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-NEBs u l-operaturi jew il-Kummissjoni u l-NEBs, u huma adattati għall-ambjent diġitali. L-unika miżura li għandha impatt dirett fuq iċ-ċittadini hija l-introduzzjoni tal-formoli standardizzati għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens. Dawn il-formoli se jkunu disponibbli kemm f’format fiżiku kif ukoll f’format diġitali: huwa mistenni li l-biċċa l-kbira taċ-ċittadini se jużaw il-format diġitali, iżda dawk iċ-ċittadini li għal kwalunkwe raġuni ma jużawx is-soluzzjonijiet diġitali mhumiex se jiġu esklużi.

Il-miżuri previsti fil-qasam tar-rimborżi huma adegwati kemm għall-ambjent fiżiku kif ukoll għal dak diġitali. Il-passiġġieri għandhom jingħarrfu dwar id-dettalji ta’ kuntatt online, bit-telefon u bil-posta tal-korp li lilu l-passiġġier għandu jitlob ir-rimborż. Il-punt ta’ kuntatt uniku tat-trasportatur tal-ajru huwa previst li joffri mezzi ta’ kuntatt bit-telefon, bil-posta u online. L-intermedjarji tal-ajru u t-trasportaturi tal-ajru għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri dwar il-proċess ta’ rimborż fuq is-siti web tagħhom, iżda wkoll dwar l-irċevuta tal-prenotazzjoni.

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

L-inizjattiva tikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) #10 Tnaqqis tal-inugwaljanza fi ħdan u bejn il-pajjiżi (fir-rigward tal-passiġġieri b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa), #13 Azzjoni klimatika (drittijiet imsaħħa tal-passiġġieri jistgħu jinċentivaw lin-nies biex jużaw aktar it-trasport pubbliku minflok il-karozzi privati), u #16 Aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u bini ta’ istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u inklużivi (mezzi ta’ rimedju mtejba u aċċessibbli għall-passiġġieri u għodod aħjar għall-infurzar għall-amministrazzjoni).

Verifika tal-konsistenza klimatika

Il-proposta hija konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 u tikkontribwixxi għall-kisba tal-SDG #13 Azzjoni klimatika kif imsemmi hawn fuq.

Drittijiet fundamentali

Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 26, 38 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni, l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust.

L-obbligu li tiġi kondiviża d-data personali tal-passiġġieri għandu impatt fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8 tal-Karta. Dan l-obbligu huwa meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tal-objettiv li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti b’mod effettiv f’konformità mal-Artikolu 38 tal-Karta. Barra minn hekk, biex l-effetti fuq il-protezzjoni tad-data jittaffew aktar, se jiġu implimentati salvagwardji għall-protezzjoni tad-data, jiġifieri limitazzjoni tal-iskop u perjodu ċar ta’ żamma tad-data. Id-dispożizzjonijiet ulterjuri tal-proposta dwar l-użu tad-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġieri jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8 tal-Karta billi jistabbilixxu b’mod ċar liema data personali tista’ tintuża għal skopijiet speċifiċi (għall-informazzjoni, għar-rimborż u għar-ridirezzjonar tar-rotta tal-passiġġier kif ukoll għal raġunijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà) u f’liema kundizzjonijiet.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se tevalwa l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din l-inizjattiva abbażi tal-indikaturi tal-progress elenkati fil-Valutazzjoni tal-Impatt bħall-għadd tal-ilmenti li l-NEBs, il-korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jirċievu, l-għadd u t-tip ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ li jwettqu l-NEBs u l-għadd ta’ sanzjonijiet li jimponu fuq l-operaturi. 31 Barra minn hekk, l-istħarriġ tal-Ewrobarometru se jservi bħala indikatur biex jitkejjel l-għarfien tal-passiġġieri dwar drittijiethom u s-sodisfazzjon tagħhom bil-mod kif l-operaturi tat-trasport jikkonformaw mad-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE. Ir-rapporti tat-trasportaturi dwar l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi tagħhom se jkunu wkoll għodda utli biex jiġi evalwat l-intervent. Fir-rigward tar-rimborżi meta l-biljett tal-ajru jkun ġie bbukkjat permezz ta’ intermedjarju, se jitqiesu bħala indikaturi importanti, l-għadd tal-mistoqsijiet u tal-ilmenti tal-passiġġieri mal-NEBs dwar il-fatt li jintbagħtu minn wieħed għall-ieħor bejn it-trasportaturi u l-intermedjarji, u l-ilmenti mal-NEBs fir-rigward tal-intermedjarji (li għandhom jiżdiedu peress li bħalissa, l-NEBs ma jkoprux l-intermedjarji), li l-NEBs jirrapportaw lill-Kummissjoni.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” 32 , il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrazzjonalizza u tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar mingħajr ma timmina l-objettivi ta’ politika relatati. Din il-proposta hija konformi ma’ dawk l-għanijiet. Għalkemm toħloq obbligu ġdid għat-trasportaturi bl-ajru, bix-xarabank u bil-kowċ u fuq l-ilma 33 li jippubblikaw rapport kull sentejn dwar l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi tagħhom b’indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati mad-drittijiet tal-passiġġieri (eż. il-puntwalità, it-trattament tal-ilmenti, il-kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-persuni b’diżabilità), dawn ir-rapporti huma assolutament meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri. Fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, it-trasportaturi indikaw li huma diġà jiġbru d-data inkwistjoni, u li l-frekwenza tar-rappurtar (kull sentejn biss) intgħażlet biex il-kostijiet tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri jinżammu baxxi. Minbarra li huma sors siewi ta’ informazzjoni għall-NEBs b’riżorsi limitati biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar, permezz ta’ dawn ir-rapporti l-passiġġieri se jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar liema trasportatur jagħżlu abbażi tal-kwalità tal-prestazzjoni tagħhom u jistgħu jħeġġu wkoll il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi abbażi tal-kwalità tal-prestazzjoni tagħhom.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta se jkollha impatt limitat fuq l-istruttura tal-ħames Regolamenti emendati. Din se tikkomplementa l-qafas regolatorju eżistenti billi żżid sett ta’ rekwiżiti komprensivi mar-regoli eżistenti bbażati fuq il-modalitajiet. L-istruttura tar-Regolament il-ġdid se tikkonsisti fl-artikoli li ġejjin.

Premessi

Il-premessi se jiffukaw fuq il-kontribut tad-drittijiet tal-passiġġieri għall-politika komuni tat-trasport, għall-politika dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, għall-objettivi tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti. Il-premessi jenfasizzaw ukoll il-problemi u l-objettivi indirizzati mill-proposta u r-raġunament wara l-miżuri proposti.

Artikolu 1: L-emendi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru)

L-Artikolu fih id-definizzjonijiet tal-elementi l-ġodda fir-Regolament emendat u d-dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti l-ġodda: ir-rimborż meta l-biljett ikun ġie bbukkjat permezz ta’ intermedjarju; it-titjib tal-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom fil-ħin tal-prenotazzjoni u matul l-interruzzjonijiet fil-vjaġġ; l-istandards tal-kwalità tas-servizzi, il-formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens, approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar u tal-informazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim mill-korpi nazzjonali tal-infurzar.

Artikolu 2: L-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 (dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru)

Wara d-definizzjonijiet tal-elementi l-ġodda fir-Regolament emendat, l-artikolu fih id-dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti l-ġodda: l-istandards tal-kwalità tas-servizzi, il-formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar, l-informazzjoni dwar l-ADR mill-korpi nazzjonali tal-infurzar, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri.

Artikolu 3: L-emendi tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 (dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fuq l-ilma)

Skont id-definizzjonijiet tal-elementi l-ġodda, l-artikolu fih id-dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti l-ġodda li jemendaw ir-Regolament; il-formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens, li ttejjeb l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom fil-ħin tal-prenotazzjoni u matul l-interruzzjonijiet fil-vjaġġ; l-istandards tal-kwalità tas-servizzi, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar, l-informazzjoni dwar l-ADR mill-korpi nazzjonali tal-infurzar, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri.

Artikolu 4: Emendi tar-Regolament (UE) Nru 181/2011 (dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, għax-xarabank u għall-kowċ)

Wara d-definizzjonijiet tal-elementi l-ġodda fir-Regolament emendat, l-artikolu fih id-dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti l-ġodda: il-formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens, li ttejjeb l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom fil-ħin tal-prenotazzjoni u matul l-interruzzjonijiet fil-vjaġġ; l-istandards tal-kwalità tas-servizzi, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar, l-informazzjoni dwar l-ADR mill-korpi nazzjonali tal-infurzar, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri.

Artikolu 5: Emendi tar-Regolament (UE) 2021/782 (dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji)

L-Artikolu fih id-definizzjonijiet tal-elementi l-ġodda fir-Regolament emendat u d-dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti l-ġodda: il-mezzi ta’ komunikazzjoni lill-passiġġieri, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

L-Artikolu 6 fih id-dispożizzjonijiet komuni tar-Regolament fir-rigward tad-dħul fis-seħħ.

Fl-aħħar nett, l-annessi tar-Regolament fihom l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati li jittrattaw l-istandards tal-kwalità tas-servizzi fil-mezzi kollha minbarra l-ferroviji.



2023/0437 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/2010, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 34 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 35 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Jenħtieġ li jsiru għadd ta’ emendi lir-Regolament (KE) Nru 261/2004, 36 lir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 37 , lir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 38 , lir-Regolament (UE) Nru 181/2011 39 , u lir-Regolament (UE) 2021/782 40 , tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni meta jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bil-baħar u minn passaġġi fuq l-ilma interni u bix-xarabank u bil-kowċ.

(2)Jenħtieġ li d-drittijiet effettivi tal-passiġġieri jħeġġu żieda fl-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku, li huwa objettiv stabbilit mill-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020.  

(3)Fl-evalwazzjonijiet komprensivi tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 181/2011 li wettqet bejn l-2019 u l-2020, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri hija kompromessa minn nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni fost il-passiġġieri dwar drittijiethom u d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-eżerċitar tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-evalwazzjonijiet ikkonkludew ukoll li l-passiġġieri inklużi l-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobilità mnaqqsa ma jibbenefikawx bis-sħiħ minn drittijiethom minħabba n-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tagħhom mit-trasportaturi, mill-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti, mill-amministraturi tal-istazzjon, mill-operaturi tat-terminals tal-portijiet, mill-korpi għall-ġestjoni tat-terminals tax-xarabanks u mill-intermedjarji, minn naħa waħda, u n-nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar, min-naħa l-oħra. 41

(4)Is-simplifikazzjoni, il-konsistenza u l-armonizzazzjoni tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 181/2011 huma meħtieġa speċjalment fir-rigward tar-regoli li jittrattaw l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom qabel u matul il-vjaġġ u tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri u tat-trattament tal-ilmenti għall-passiġġieri. Ir-regoli eżistenti f’dawk ir-Regolamenti għandhom jiġu emendati biex jikkomplementaw dawk tar-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 li ġie adottat dan l-aħħar fir-rigward tal-formoli għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens, tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi, tal-obbligi għat-trasportaturi li jikkondividu l-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar, u tal-informazzjoni tal-passiġġieri minn korpi nazzjonali tal-infurzar dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

(5)Bħalissa, fir-rigward tal-biljetti tal-ajru bbukkjati permezz ta’ intermedjarju, il-proċess ta’ rimborż mhuwiex ċar u jenħtieġ għalhekk li jiġi ċċarat. L-intermedjarji huma involuti fil-proċess ta’ rimborż b’żewġ modi differenti: jew ikunu għaddew id-dettalji tal-pagament tal-passiġġier (il-karta tal-kreditu) direttament lit-trasportatur (intermedjarju “pass-through”), u t-trasportatur tal-ajru jreġġa’ lura l-fluss tal-pagament oriġinali sabiex ir-rimborż jasal direttament fil-kont tal-passiġġier. Jew l-intermedjarju jkun ħallas lit-trasportatur tal-ajru mill-kont tiegħu stess (l-intermedjarju “Kummerċjant irreġistrat”), u meta t-trasportatur tal-ajru jreġġa’ lura l-fluss tal-pagament, il-pagament tar-rimborż jasal fil-kont tal-intermedjarju. L-intermedjarju mbagħad jgħaddi l-pagament tar-rimborż finali lill-passiġġier. Il-passiġġieri spiss ma jkunux jafu liema proċess ta’ rimborż jagħżel l-intermedjarju. Jenħtieġ li l-intermedjarju u t-trasportatur tal-ajru jgħarrfu lill-passiġġier dwar il-proċess tar-rimborż. B’mod partikolari, jenħtieġ li t-trasportatur tal-ajru jiddikjara pubblikament jekk jikkooperax ma’ intermedjarji għall-ipproċessar tar-rimborżi, u jekk iva, ma’ liema minnhom.

(6)L-ipproċessar tal-pagament tar-rimborż permezz tal-intermedjarju li jkun għamel il-pagament lit-trasportatur tal-ajru mill-kont tiegħu stess (l-intermedjarju “Kummerċjant irreġistrat”) huwa prattika mifruxa tal-industrija tal-ajru. Għalhekk, jenħtieġ li din il-possibbiltà tingħata lit-trasportatur tal-ajru.

(7)Jekk it-trasportatur tal-ajru jipproċessa r-rimborżi permezz ta’ dan it-tip ta’ intermedjarju, jenħtieġ li l-iskadenza tal-pagament lill-passiġġier tiġi estiża għal massimu ta’ 14-il jum biex jitqiesu ż-żewġ stadji fil-proċess tar-rimborż. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-trasportatur tal-ajru jgħaddi l-pagament tar-rimborż lill-intermedjarju fi żmien massimu ta’ 7t ijiem, u l-intermedjarju għandu jgħaddih lill-passiġġier fi żmien 7t ijiem oħra. Jekk il-passiġġier ma jiġix rimborżat sa mhux aktar tard minn 14-il jum, madankollu jenħtieġ li l-passiġġier ikun intitolat li jirċievi r-rimborż direttament mingħand it-trasportatur tal-ajru li jopera.

(8)Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 japplika għall-ipproċessar tad-data personali mit-trasportaturi tal-ajru u mill-intermedjarji. Kwalunkwe pproċessar tad-data personali jrid b’mod partikolari jsir f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Ta’ min jinnota li l-obbligi li tingħata informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jagħti l-informazzjoni lis-suġġett tad-data skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(9)Meta l-passiġġier jikseb biljett mingħand intermedjarju, jenħtieġ li t-trasportatur tal-ajru jkun jista’ jikkuntattja lill-passiġġier direttament fejn meħtieġ sabiex jiżgura li l-passiġġier jirċievi l-informazzjoni rilevanti dwar l-ivvjaġġar, u li t-trasportatur tal-ajru jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni u dwar it-trasportatur li jopera skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 44 . It-trasportatur jista’ juża dawn id-dettalji ta’ kuntatt esklużivament għall-iskop li jissodisfa dawn l-obbligi u jenħtieġ li ma jipproċessax id-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġieri għal kwalunkwe skop ieħor. Jenħtieġ li din id-data personali titħassar fi żmien 72 siegħa wara t-tlestija tal-kuntratt tat-trasport sakemm iż-żamma ulterjuri tad-data personali ma tkunx ġustifikata biex jiġu ssodisfati l-obbligi fir-rigward tad-dritt tal-passiġġier għar-ridirezzjonar tar-rotta, għar-rimborż jew għall-kumpens.

(10)Jenħtieġ li approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri, li huwa bbażat mhux biss fuq l-ilmenti riċevuti iżda wkoll fuq l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità bħall-ispezzjonijiet jiżgura li l-korpi nazzjonali tal-infurzar ikunu jistgħu jidentifikaw u jikkoreġu aħjar in-nuqqas ta’ konformità mit-trasportaturi u mill-maniġers tat-terminals mar-regoli eżistenti.

(11)Jenħtieġ li l-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri dwar drittijiethom qabel u matul il-vjaġġi tagħhom twassal għal sensibilizzazzjoni msaħħa. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun konċiża u ssir disponibbli b’mod faċli, prominenti u dirett. Jenħtieġ li tingħata b’mod ċar u li jinftiehem, u b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun.

(12)Jenħtieġ li l-korpi nazzjonali tal-infurzar jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiżguraw interpretazzjoni u applikazzjoni armonizzati tar-Regolamenti kkonċernati. Jenħtieġ li permezz tal-fluss regolari tal-informazzjoni mit-trasportaturi, mill-maniġers tat-terminals u mill-intermedjarji lill-korpi nazzjonali tal-infurzar dwar l-aspetti kollha relatati mal-applikazzjoni tar-Regolamenti kkonċernati l-korpi nazzjonali tal-infurzar jissodisfaw aħjar ir-rwol ta’ monitoraġġ tagħhom.

(13)Jenħtieġ li t-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals jiddefinixxu, jimmaniġġjaw u jimmonitorjaw l-istandards tal-kwalità tas-servizzi għas-servizzi kollha tal-passiġġieri, li jirriflettu l-karatteristiċi operattivi ta’ kull mezz. Jenħtieġ li dawk l-istandards tal-kwalità tas-servizzi jirreferu inter alia għad-dewmien, għall-kanċellazzjonijiet, għall-assistenza lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa, għall-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti, għas-sodisfazzjon tal-klijenti, u għall-indafa. Jenħtieġ li t-trasportaturi jagħmlu wkoll pubblikament disponibbli l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom.

(14)Fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, jenħtieġ li t-trasportaturi tal-ajru jistinkaw biex jistabbilixxu standards tal-industrija dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-bagalji tal-kabina bil-ħsieb li tiġi limitata l-proliferazzjoni attwali tal-prattiki diversi u tissaħħaħ l-esperjenza tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri, u jirrapportaw dwar il-ħarsien tagħhom ta’ dawk l-istandards bħala parti mis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom. Jenħtieġ li permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni mit-trasportaturi dwar l-istandards tal-kwalità tagħhom l-utenti jqabblu u jagħmlu għażliet infurmati, il-kompetizzjoni titħeġġeġ abbażi tal-kwalità tas-servizzi, u jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-infurzar uniformi mill-korpi nazzjonali tal-infurzar.

(15)Sabiex ikun eħfef għall-passiġġieri li jitolbu rimborż jew kumpens f’konformità mar-Regolamenti kkonċernati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti formoli li huma validi mal-Unjoni kollha għal dan it-talb. Jenħtieġ li l-passiġġieri jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw it-talbiet tagħhom billi jużaw din il-formola.

(16)Jenħtieġ li l-passiġġieri li jfittxu rimedju individwali jiġu mgħarrfa dwar il-possibbiltajiet li jilmentaw ma’ korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim dwar ksur allegat tar-Regolamenti kkonċernati. Il-korpi nazzjonali tal-infurzar jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmlu dan.

(17)Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u sabiex il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobilità mnaqqsa jingħataw l-opportunitajiet għall-ivvjaġġar bl-ajru komparabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra, jekk trasportatur tal-ajru, l-aġenti tiegħu jew operatur turistiku jitlob li persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobilità mnaqqsa tkun akkumpanjata minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-assistenza meħtieġa mir-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli stabbiliti mid-dritt internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali jew mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-persuna li takkumpanjaha tivvjaġġa mingħajr ħlas. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi allinjata mad-drittijiet eżistenti fil-mezzi tat-trasport bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ u fuq l-ilma fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jekk l-informazzjoni lill-persuni b’diżabbiltà u b’mobilità mnaqqsa tingħata f’formati aċċessibbli, din tingħata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli bħar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882 45 .

(18)Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar tal-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ, u fuq l-ilma, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(19)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 . Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża għall-adozzjoni tal-formoli komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens. 

(20)Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 26, 38 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni, l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust.

(21)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 47 ) u ta l-opinjoni tiegħu nhar [ ],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 2 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

“(z) “intermedjarju” tfisser kwalunkwe bejjiegħ tal-biljetti, organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut kif definit fil-punti (8) u (9) rispettivament tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għajr trasportatur.”;

(2)jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

Artikolu 8a

Rimborż meta l-biljett ġie pprenotat permezz ta’ intermedjarju

1.    Meta l-passiġġier ikun xtara biljett permezz ta’ intermedjarju, it-trasportatur tal-ajru li jopera jista’ jagħmel ir-rimborż imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) permezz ta’ dak l-intermedjarju f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.    L-intermedjarju u t-trasportatur tal-ajru għandhom jgħarrfu lill-passiġġier dwar il-proċess ta’ rimborż kif previst f’dan l-Artikolu b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli fil-ħin tal-prenotazzjoni u dwar il-konferma tal-prenotazzjoni.

3.     Ir-rimborż permezz tal-intermedjarju għandu jkun mingħajr ħlas għall-passiġġieri u għall-partijiet l-oħra kollha kkonċernati.

4.     It-trasportatur tal-ajru għandu jiddikjara pubblikament, b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli, jekk jaqbilx li jipproċessa r-rimborżi permezz ta’ intermedjarji, u ma’ liema intermedjarji jaċċetta li jagħmel dan.

5.     Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fil-każ ta’ rimborż permezz ta’ intermedjarji li jkunu ħallsu lit-trasportatur tal-ajru għall-biljetti mill-kontijiet tagħhom stess:

(a)    it-trasportatur tal-ajru għandu jirrimborża lill-intermedjarju fi żmien 7t ijiem, fi tranżazzjoni waħda permezz tal-istess metodu tal-pagament li jkun intuża fil-ħin tal-prenotazzjoni, u jorbot il-pagament mar-referenza oriġinali tal-prenotazzjoni. Il-perjodu ta’ 7t ijiem għandu jibda mid-data tal-għażla ta’ rimborż tal-passiġġier f’konformità mal-Artikolu 8(1)(a), l-ewwel inċiż. L-intermedjarju għandu jirrimborża lill-passiġġier permezz tal-metodu tal-pagament oriġinali, sa mhux aktar tard minn 7t ijiem oħra, u jgħarraf lill-passiġġier u lit-trasportatur tal-ajru b’dan.

(b)    jekk il-passiġġier ma jirċevix ir-rimborż fi żmien 14-il jum mid-data tal-għażla ta’ rimborż skont l-Artikolu 8(1)(a), l-ewwel inċiż, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jikkuntattja lill-passiġġier sa mhux aktar tard mill-jum wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 14-il jum sabiex jirċievi d-dettalji tal-pagament għar-rimborż. Malli jirċievi dawn id-dettalji tal-pagament, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jirrimborża lill-passiġġier fi żmien 7t ijiem u jgħarraf lill-passiġġier u lill-intermedjarju b’dan.

6.    Dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa l-ebda obbligu tat-trasportaturi tal-ajru li joperaw skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.”;

(3)jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

Artikolu 14a

Trasferiment ta’ informazzjoni

1.    L-informazzjoni għall-passiġġieri skont dan ir-Regolament għandha tingħata wkoll b’mezzi elettroniċi, fejn ikun teknikament possibbli. Meta l-informazzjoni tingħata b’dawn il-mezzi, it-trasportaturi tal-ajru u l-intermedjarji għandhom jiżguraw li l-passiġġier ikun jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ din il-korrispondenza, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni għandhom jippermettu lill-passiġġier jikkuntattjahom malajr u jikkomunika b’mod effettiv.

2.    Meta l-passiġġier ma jixtrix biljett direttament mit-trasportatur tal-ajru, iżda permezz ta’ intermedjarju, dan l-intermedjarju għandu jagħti d-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier u d-dettalji tal-prenotazzjoni lit-trasportatur tal-ajru. It-trasportatur tal-ajru jista’ juża dawn id-dettalji ta’ kuntatt biss sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni, tal-għoti ta’ kura, tar-rimborż, ta’ rotta ġdida u tal-kumpens tiegħu skont dan ir-Regolament u biex jissodisfa l-obbligi tat-trasportatur tal-ajru skont id-dritt applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni u biex jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar it-trasportatur li jopera f’konformità mal-obbligi tiegħu skont il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

3.    It-trasportatur għandu jħassar id-dettalji ta’ kuntatt fi żmien 72 siegħa wara t-tlestija tal-kuntratt tat-trasport sakemm iż-żamma ulterjuri tad-dettalji ta’ kuntatt ma tkunx ġustifikata biex jiġu ssodisfati l-obbligi fir-rigward tad-dritt tal-passiġġier għar-ridirezzjonar tar-rotta, għar-rimborż jew għall-kumpens.

4.    Meta intermedjarju jikseb biljett f’isem passiġġier, l-intermedjarju għandu jgħarraf lit-trasportatur tal-ajru fil-mument tal-prenotazzjoni dwar il-fatt li huwa jkun ipprenota l-biljett bħala intermedjarju. Għandu jagħti lit-trasportatur tal-ajru d-dettalji ta’ kuntatt postali u elettroniċi tiegħu stess. Jekk l-intermedjarju jitlob li jirċievi l-informazzjoni li l-passiġġier jirċievi mit-trasportatur tal-ajru biex jissodisfa l-obbligi tiegħu f’konformità mal-paragrafu 2, huwa għandu jgħarraf lit-trasportatur tal-ajru b’dan u t-trasportatur tal-ajru għandu jagħti l-informazzjoni skont il-paragrafu 2 lill-intermedjarju u lill-passiġġier fl-istess ħin.

5.    It-trasportatur tal-ajru għandu jagħti l-possibbiltà li l-intermedjarju jgħaddi u jitlob l-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 4 bħala parti mill-proċess ta’ prenotazzjoni.”;

(4)jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

Artikolu 15a

Standards tal-kwalità tas-servizzi

1.    It-trasportaturi tal-ajru għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizzi. L-istandards tal-kwalità tas-servizzi għandhom ikopru tal-inqas l-elementi elenkati fl-Anness II.

2.    It-trasportaturi tal-ajru għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. Huma għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom fuq is-sit web tagħhom sa [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan. Dan ir-rapport ma għandu jkun fih l-ebda data personali.

3.    Il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti li jinsabu fi Stat Membri għandhom jistabbilixxu standards tal-kwalità tas-servizzi abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fl-Anness II. Huma għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom skont dawk l-istandards u jagħtu aċċess għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fuq talba.”;

(5)jiddaħħal l-Artikolu 16aa li ġej:

Artikolu 16aa

Formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens

1.    Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal kumpens u għal rimborż skont l-Artikoli 7 u 8. Dik il-formola komuni għandha tkun stabbilita f’format li jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 .

2.    Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-formola msemmija fil-paragrafu 1. It-trasportaturi tal-ajru u l-intermedjarji li joperaw ma għandhomx jirrifjutaw talba sempliċiment għax il-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola. Jekk talba ma tkunx preċiża biżżejjed, it-trasportatur għandu jitlob lill-passiġġier biex jiċċara t-talba u għandu jassisti lill-passiġġier biex jagħmel dan.

3.    It-trasportaturi tal-ajru u l-intermedjarji għandhom jagħtu d-dettalji fuq is-sit web tagħhom bħal indirizz tal-posta elettronika, li lilu jistgħu jintbagħtu talbiet skont il-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fejn jeżistu mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni li permezz tagħhom il-passiġġieri jitolbu rimborż jew kumpens, bħal formola fuq sit web jew applikazzjonijiet mobbli, dment li dan il-mezz joffri l-għażla u l-informazzjoni stabbiliti fil-formola komuni u jkunu disponibbli wkoll f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni u bil-lingwa aċċettata internazzjonalment f’dan il-qasam. Meta jintużaw dawn il-mezzi, il-passiġġieri ma għandhomx jinżammu milli jipprovdu informazzjoni fi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Unjoni.

4.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-formola komuni disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni fuq is-sit web tagħha. Il-korp jew il-korpi nominati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 16(1) u 16a(3) għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jkollhom aċċess għall-formola komuni.

(6)jiddaħħlu l-Artikoli 16ba, 16bb u 16bc li ġejjin:

Artikolu 16ba

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri

1.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ tal-konformità biex jimmonitorjaw il-konformità tat-trasportaturi tal-ajru, tal-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u tal-intermedjarji mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-programm għandu jippermetti d-detezzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità rikorrenti fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

2.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni fattwali li tqis l-ilmenti magħmula mill-passiġġieri lil dawn il-korpi, fejn disponibbli, kif ukoll is-sejbiet tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa minn dawn il-korpi, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16bb(1) u (3), u sorsi oħra ta’ informazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sena wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

4.    L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji u mwettqa permezz ta’ awditi, ta’ spezzjonijiet, ta’ intervisti, ta’ verifiki u ta’ eżami tad-dokumenti kif xieraq. Dawn għandhom jinkludu kemm l-attivitajiet imħabbra kif ukoll dawk mhux imħabbra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

5.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżguraw ir-rettifika rapida tan-nuqqas ta’ konformità mit-trasportaturi tal-ajru, mill-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u mill-intermedjarji kif identifikati matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Huma għandhom jitolbu lit-trasportaturi jressqu pjan ta’ azzjoni biex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ konformità, kif xieraq. 

6.    Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità skont il-paragrafu 1, il-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2 kif ukoll is-sejbiet tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

Artikolu 16bb

Kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.    It-trasportaturi għandhom jagħtu lill-korpi nazzjonali tal-infurzar id-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fuq talbithom mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievu t-talba.

2.    F’każijiet kumplessi, il-korp nazzjonali tal-infurzar jista’ jestendi dan il-perjodu għal massimu ta’ 3 xhur minn meta jirċievi t-talba.

3.    Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom iqisu l-informazzjoni mressqa lilhom mill-korp nominat biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti.

Artikolu 16bc

Informazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim mill-korpi nazzjonali tal-infurzar

Il-korp nazzjonali tal-infurzar li magħhom jista’ jilmenta l-passiġġier, jew kwalunkwe korp ieħor nominat minn Stat Membru għal dak l-iskop, għandu jgħarraf lill-ilmentatur dwar id-dritt tiegħu li javviċina lil korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim biex ifittex rimedju individwali.”;

(7)L-Anness I ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness II.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 4(2), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“It-trasportaturi bl-ajru, l-aġenti tagħhom jew l-operatur turistiku għandhom jiżguraw li din il-persuna li takkumpanja tivvjaġġa mingħajr ħlas u, fejn prattikabbli, tpoġġi ħdejn il-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobilità mnaqqsa.”;

(2)jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

Artikolu 10a

Standards tal-kwalità tas-servizzi għat-trasportaturi bl-ajru

1.    It-trasportaturi bl-ajru għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizzi. L-istandards tal-kwalità tas-servizzi għandhom ikopru tal-inqas l-elementi elenkati fl-Anness III.

2.    It-trasportaturi bl-ajru għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. Huma għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom fuq is-sit web tagħhom sa [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan. Dak ir-rapport ma għandu jkun fih l-ebda data personali.”

(3)jiddaħħlu l-Artikoli 14a sa 14d li ġejjin:

Artikolu 14a

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri

1.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14(1) għandhom jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ tal-konformità biex jimmonitorjaw il-konformità tat-trasportaturi bl-ajru, tal-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u tal-operaturi turistiċi mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-programm għandu jippermetti d-detezzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità rikorrenti fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

2.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni fattwali li tqis l-ilmenti magħmula mill-passiġġieri lil dawn il-korpi, fejn disponibbli, kif ukoll is-sejbiet tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa minn dawn il-korpi, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10a u l-Artikolu 14b(1) u (3), u sorsi oħra ta’ informazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sena wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

4.    L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji u mwettqa permezz ta’ awditi, ta’ spezzjonijiet, ta’ intervisti, ta’ verifiki u ta’ eżami tad-dokumenti kif xieraq. Dawn għandhom jinkludu kemm l-attivitajiet imħabbra kif ukoll dawk mhux imħabbra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

5.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżguraw ir-rettifika rapida tan-nuqqas ta’ konformità mit-trasportaturi bl-ajru, mill-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u mill-operaturi turistiċi kif identifikat matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Huma għandhom jitolbu lit-trasportaturi bl-ajru, lill-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u lill-operaturi turistiċi jressqu pjan ta’ azzjoni biex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ konformità, kif xieraq. 

6.    Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità skont il-paragrafu 1, il-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2 kif ukoll is-sejbiet tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

Artikolu 14b

Kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.    It-trasportaturi bl-ajru, il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u l-operaturi turistiċi għandhom jagħtu lill-korpi d-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fuq talbithom mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jirċievu t-talba.

2.    F’każijiet kumplessi, il-korp nazzjonali tal-infurzar jista’ jestendi dan il-perjodu għal massimu ta’ 3 xhur minn meta jirċievi t-talba.

3.    Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, il-korp nominat f’konformità mal-Artikolu 14(1) għandu jqis l-informazzjoni mressqa lilu mill-korp nominat biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti.

Artikolu 14c

Informazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim mill-korpi nazzjonali tal-infurzar

Il-korp nazzjonali tal-infurzar li magħhom jista’ jilmenta l-passiġġier, jew kwalunkwe korp ieħor nominat minn Stat Membru għal dak l-iskop skont l-Artikolu 15(2), għandu jgħarraf lill-ilmentatur dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li javviċina lil korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim biex ifittex rimedju individwali.

Artikolu 14d

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment l-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fil-forma elettronika lill-Istati Membri l-oħra.

2.    Fuq talba tal-Kummissjoni, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jinvestigaw prattiki suspettati speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament minn trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, mill-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u mill-operaturi turistiċi u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-talba.

(4)jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

Artikolu 16a

Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 .

2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

(5)L-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 3

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

“1. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ ttardjar fit-tluq ta’ servizzi tal-passiġġieri jew ta’ kruċiera, il-passiġġieri li jitilqu minn terminali tal-port jew, jekk ikun possibbli, passiġġieri li jitilqu mill-portijiet, għandhom jingħarrfu mit-trasportatur jew, fejn meħtieġ, mill-operatur tat-terminali, bis-sitwazzjoni u bid-drittijiet tal-passiġġieri tagħhom skont ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u tal-ħin tat-tluq stmat u tal-ħin tal-wasla stmat, hekk kif dik l-informazzjoni tkun disponibbli.”;

(b)jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4. L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata b’mezzi elettroniċi lill-passiġġieri kollha, fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1, jekk il-passiġġier ikun qabel magħha u jkun ta d-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa lit-trasportatur jew, fejn xieraq, lill-operatur tat-terminal, meta jixtri l-biljett.”;

(2)jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej:

Artikolu 19a

Formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens

1.    Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens skont l-Artikolu 18 u 19. Dik il-formola komuni għandha tkun stabbilita f’format li jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782 50 .

2.    Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-formola msemmija fil-paragrafu 1. It-trasportaturi ma għandhomx jirrifjutaw talba għal rimborż jew għal kumpens sempliċiment għax il-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola. Jekk talba ma tkunx preċiża biżżejjed, it-trasportaturi għandhom jitolbu lill-passiġġier biex jiċċara t-talba u għandhom jassistu lill-passiġġier biex jagħmel dan.

3.    It-trasportaturi għandu jkollhom mezzi elettroniċi għall-passiġġieri fuq is-sit web tagħhom, bħall-indirizz tal-posta elettronika, li lilu jistgħu jintbagħtu talbiet skont il-paragrafu 1. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fejn jeżistu mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni li permezz tagħhom il-passiġġieri jitolbu rimborż jew kumpens, bħal formola fuq sit web jew applikazzjonijiet mobbli, dment li dan il-mezzi joffru l-għażla u l-informazzjoni stabbiliti fil-formola komuni u jkunu disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni u bil-lingwa aċċettata internazzjonalment f’dan il-qasam. Meta jużaw dawn il-mezzi, il-passiġġieri ma għandhomx jinżammu milli jipprovdu informazzjoni fi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Unjoni.

4.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-formola komuni disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni fuq is-sit web tagħha. Il-korp jew il-korpi maħtura mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 25(1) u (3) għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jkollhom aċċess għall-formola komuni.”;

(3)L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) tiddaħħal is-sentenza li ġejja qabel l-ewwel sentenza:

“Meta jbigħu biljetti għal servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-aġenti tal-ivvjaġġar, l-operaturi turistiċi u l-operaturi tat-terminali għandhom, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, jiżguraw li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni xierqa u li tinftiehem dwar drittijiethom skont dan ir-Regolament.”;

(ii) it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

It-trasportaturi, l-operaturi tat-terminal u, fejn japplika, l-awtoritajiet tal-port, għandhom ukoll, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, jiżguraw li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri skont dan ir-Regolament tkun pubblikament disponibbli abbord il-vapuri, fil-portijiet, jekk ikun possibbli, u fit-terminali tal-portijiet.”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. It-trasportaturi, l-operaturi tat-terminali u, fejn japplika, l-awtoritajiet tal-port għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b’mod xieraq abbord il-vapuri, fil-portijiet, jekk ikun possibbli, u fit-terminali tal-portijiet, bid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom u bid-dettalji ta’ kuntatt tal-korp tal-infurzar maħtur mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 25(1).”;

(4)jiddaħħal l-Artikolu 23a li ġej:

Artikolu 23a

Mezzi ta’ komunikazzjoni mal-passiġġieri

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 22 u 23 għandha tingħata fl-aktar format xieraq, fejn teknikament possibbli b’mezzi elettroniċi.

Meta l-informazzjoni tingħata b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, it-trasportaturi, l-operaturi tat-terminali, l-awtoritajiet tal-port, l-aġenti tal-ivvjaġġar, l-operaturi turistiċi u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiżguraw li l-passiġġier jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni għandhom jippermettu lill-passiġġier jikkuntattjahom malajr u jikkomunika b’mod effettiv.”;

(5)jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej:

Artikolu 24a

Standards tal-kwalità tas-servizzi

1.    It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizzi. L-istandards tal-kwalità tas-servizzi għandhom ikopru tal-inqas l-elementi elenkati fl-Anness V.

2.    It-trasportaturi għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom stess kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. Huma għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom fuq l-Internet sa [sentejn wara l-jum tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull sentejn wara dan. Dan ir-rapport ma għandu jkun fih l-ebda data personali.

3.    L-operaturi tat-terminali għandhom jistabbilixxu standards tal-kwalità tas-servizzi abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fl-Anness V. Huma għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom skont dawk l-istandards u jagħtu aċċess għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fuq talba.”;

(6)jiddaħħlu l-Artikoli 25a, 25b u 25c li ġejjin:

Artikolu 25a

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri

1.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ tal-konformità biex jimmonitorjaw il-konformità tat-trasportaturi, tal-operaturi tat-terminali, tal-awtoritajiet tal-port, tal-aġenti tal-ivvjaġġar, tal-operaturi turistiċi u tal-bejjiegħa tal-biljetti mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-programm għandu jippermetti d-detezzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità rikorrenti fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

2.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni fattwali li tqis l-ilmenti magħmula mill-passiġġieri lil dawn il-korpi, fejn disponibbli, kif ukoll is-sejbiet tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa minn dawn il-korpi, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25b(1) u (3), u sorsi oħra ta’ informazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sena wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

4.    L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji u mwettqa permezz ta’ awditi, ta’ spezzjonijiet, ta’ intervisti, ta’ verifiki u ta’ eżami tad-dokumenti kif xieraq. Dawn għandhom jinkludu kemm l-attivitajiet imħabbra kif ukoll dawk mhux imħabbra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

5.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżguraw ir-rettifika rapida tan-nuqqas ta’ konformità mit-trasportaturi, mill-operaturi tat-terminals, mill-awtoritajiet tal-port, mill-aġenti tal-ivvjaġġar, mill-operaturi turistiċi u mill-bejjiegħa tal-biljetti, meta applikabbli, kif identifikat matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Huma għandhom jitolbu lit-trasportaturi jressqu pjan ta’ azzjoni biex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ konformità, kif xieraq. 

6.    Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità skont il-paragrafu 1, il-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2 kif ukoll is-sejbiet tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan. Fejn applikabbli, il-valutazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 25b

Kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.    It-trasportaturi, l-operaturi tat-terminals u l-awtoritajiet tal-port, meta applikabbli, għandhom jagħtu lill-korpi nazzjonali tal-infurzar id-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievu t-talba.

2.    F’każijiet kumplessi, il-korp nazzjonali tal-infurzar jista’ jestendi dan il-perjodu għal massimu ta’ 3 xhur minn meta jirċievi t-talba.

3.    Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom iqisu l-informazzjoni mressqa lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 25(3) biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti.

Artikolu 25c

Informazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim mill-korpi nazzjonali tal-infurzar

Il-korp nazzjonali tal-infurzar li magħhom jista’ jilmenta l-passiġġier, jew kwalunkwe korp ieħor maħtur minn Stat Membru għal dak l-iskop skont l-Artikolu 25(3), għandu jgħarraf lill-ilmentatur dwar id-dritt tiegħu li javviċina lil korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim biex ifittex rimedju individwali.”;

(7)jiddaħħal l-Artikolu 27a li ġej:

Artikolu 27a

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment l-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fil-forma elettronika lill-Istati Membri l-oħra.

2.    Fuq talba tal-Kummissjoni, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jinvestigaw prattiki suspettati speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament minn trasportatur wieħed jew aktar, mill-operaturi tat-terminali, mill-awtoritajiet tal-port, mill-aġenti tal-ivvjaġġar, mill-bejjiegħa tal-biljetti u mill-operaturi turistiċi u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-talba.”;

(8)jiddaħħal l-Artikolu 28a li ġej:

Artikolu 28a

Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2021/782 51 .

2.    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

(9)L-Anness III ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V.

Artikolu 4

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 181/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej:

Artikolu 19a

Formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens

1.    Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. Dik il-formola komuni għandha tkun stabbilita f’format li jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġu adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782 52 .

2.    Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-formola msemmija fil-paragrafu 1. It-trasportaturi ma għandhomx jirrifjutaw talba għal rimborż jew għal kumpens sempliċiment għax il-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola. Jekk talba ma tkunx preċiża biżżejjed, it-trasportatur għandu jitlob lill-passiġġier biex jiċċara t-talba u għandu jassisti lill-passiġġier biex jagħmel dan.

3.    It-trasportaturi għandu jkollhom mezzi elettroniċi għall-passiġġieri fuq is-sit web tagħhom, bħall-indirizz tal-posta elettronika, li lilu jistgħu jintbagħtu talbiet skont il-paragrafu 1. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fejn jeżistu mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni li permezz tagħhom il-passiġġieri jitolbu rimborż jew kumpens, bħal formola fuq sit web jew applikazzjonijiet mobbli, dment li dawn il-mezzi joffru l-għażla u l-informazzjoni stabbiliti fil-formola komuni u jkunu disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni u bil-lingwa aċċettata internazzjonalment f’dan il-qasam. Meta jintużaw dawn il-mezzi, il-passiġġieri ma għandhomx jinżammu milli jipprovdu informazzjoni fi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Unjoni.

4.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-formola komuni disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni fuq is-sit web tagħha. Il-korp jew il-korpi magħżulin mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 28(1) u (3) għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jkollhom aċċess għall-formola komuni.”;

(2)L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. F’każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien fit-tluq ta’ servizz regolari, il-passiġġieri li jitilqu mit-terminals għandhom jingħarrfu mit-trasportatur jew, fejn meħtieġ, mill-korp għall-ġestjoni tat-terminals, bis-sitwazzjoni u bid-drittijiet tal-passiġġieri tagħhom skont dan ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u bil-ħin tat-tluq stmat hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.”;

(b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata b’mezzi elettroniċi lill-passiġġieri kollha, inkluż dawk li jitilqu minn postijiet ta’ waqfien tax-xarabanks, fi ħdan il-perjodu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1, jekk il-passiġġier ikun qabel ma’ dan u jkun ipprovda d-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa lit-trasportatur jew, fejn xieraq, lill-korp għall-ġestjoni tat-terminals, meta jkun qed jixtri l-biljett.”;

(3)it-Titolu tal-Kapitolu V huwa sostitwit b’“Regoli ġenerali, kwalità tas-servizzi u lmenti”;

(4)L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“It-trasportaturi u l-korpi għall-ġestjoni tat-terminals għandhom, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, jagħtu lill-passiġġieri informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ tagħhom f’formati aċċessibbli għal kulħadd u bl-istess lingwi bħal dawk li bihom l-informazzjoni ġeneralment tkun għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha.”;

(b)it-tieni sentenza titħassar;

(5)fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Meta jbigħu l-biljetti għas-servizzi tax-xarabanks u tal-kowċis, it-trasportaturi u l-korpi għall-ġestjoni tat-terminals għandhom, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, jiżguraw li l-passiġġieri jingħataw:

(a) informazzjoni xierqa u li tinftiehem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament,

(b) id-dettalji ta’ kuntatt tat-trasportaturi jew, fejn xieraq, tal-korpi għall-ġestjoni tat-terminals,

(c) id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp jew tal-korpi tal-infurzar magħżulin mill-Istat Membru skont l-Artikolu 28(1).

Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll b’mezzi elettroniċi jekk fattibbli inkluż fit-terminals u, fejn applikabbli, fuq l-Internet. Fuq talba ta’ persuna b’diżabbiltà jew ta’ persuna b’mobilità mnaqqsa l-informazzjoni għandha tingħata, fejn dan ikun fattibbli, f’format aċċessibbli.”;

(6)jiddaħħal l-Artikolu 25a li ġej:

Artikolu 25a

Mezzi ta’ komunikazzjoni mal-passiġġieri

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 24 fl-Artikolu 25(1) għandha tingħata fl-aktar format xieraq, b’mezzi elettroniċi fejn teknikament possibbli.

Meta l-informazzjoni tingħata b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, it-trasportaturi, il-korpi għall-ġestjoni tat-terminals, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi għandhom jiżguraw li l-passiġġier jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ din il-korrispondenza, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni għandhom jippermettu lill-passiġġier jikkuntattjahom malajr u jikkomunika b’mod effettiv.”;

(7)jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej:

Artikolu 26a

Standards tal-kwalità tas-servizzi

1.    It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizzi. L-istandards tal-kwalità tas-servizzi għandhom ikopru tal-inqas l-elementi elenkati fl-Anness III.

2.    It-trasportaturi għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom stess kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. Huma għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom fuq l-Internet sa [sentejn wara l-jum li fih dan ir-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan. Dan ir-rapport ma għandu jkun fih l-ebda data personali.

3.    Il-korpi għall-ġestjoni tat-terminals għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fl-Anness III. Huma għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom skont dawk l-istandards u jagħtu aċċess għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fuq talba.”;

(8)jiddaħħlu l-Artikoli 28a, 28b u 28c li ġejjin:

Artikolu 28a

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri

1.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ tal-konformità biex jimmonitorjaw il-konformità tat-trasportaturi, tal-korpi għall-ġestjoni tat-terminals, tal-aġenti tal-ivvjaġġar, tal-bejjiegħa tal-biljetti u tal-operaturi turistiċi mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-programm għandu jippermetti d-detezzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità rikorrenti fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

2.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni fattwali li tqis l-ilmenti magħmula mill-passiġġieri lil dawn il-korpi, fejn disponibbli, kif ukoll is-sejbiet tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa minn dawn il-korpi, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28b(1) u (3), u sorsi oħra ta’ informazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sena wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

4.    L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji u mwettqa permezz ta’ awditi, ta’ spezzjonijiet, ta’ intervisti, ta’ verifiki u ta’ eżami tad-dokumenti kif xieraq. Dawn għandhom jinkludu kemm l-attivitajiet imħabbra kif ukoll dawk mhux imħabbra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

5.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżguraw ir-rettifika rapida tan-nuqqas ta’ konformità mit-trasportaturi, mill-korpi għall-ġestjoni tat-terminals, mill-aġenti tal-ivvjaġġar, mill-bejjiegħa tal-biljetti u mill-operaturi turistiċi kif identifikati matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Huma għandhom jitolbu lit-trasportaturi jressqu pjan ta’ azzjoni biex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ konformità, kif xieraq. 

6.    Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità skont il-paragrafu 1, il-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2 kif ukoll is-sejbiet tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan. Fejn applikabbli, huma għandhom ikunu inklużi fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 29.

Artikolu 28b

Kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.    It-trasportaturi u l-korpi għall-ġestjoni tat-terminals għandhom jagħtu lill-korpi nazzjonali tal-infurzar id-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievu t-talba.

2.    F’każijiet kumplessi, il-korp nazzjonali tal-infurzar jista’ jestendi dan il-perjodu għal massimu ta’ 3 xhur minn meta jirċievi t-talba.

3.    Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom iqisu l-informazzjoni mressqa lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 28(3) biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti.

Artikolu 28c

Informazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim mill-korpi nazzjonali tal-infurzar

Il-korp nazzjonali tal-infurzar li magħhom jista’ jilmenta l-passiġġier, jew kwalunkwe korp ieħor magħżul minn Stat Membru għal dak l-iskop skont l-Artikolu 28(3), għandu jgħarraf lill-ilmentatur dwar id-dritt tiegħu li javviċina lil korpi alternattivi għas-soluzzjoni għat-tilwim biex ifittex rimedju individwali.”;

(9)jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

Artikolu 30a

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment l-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fil-forma elettronika lill-Istati Membri l-oħra.

2.    Fuq talba tal-Kummissjoni, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jinvestigaw prattiki suspettati speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament minn trasportatur wieħed jew aktar, mill-korpi għall-ġestjoni tat-terminals, mill-bejjiegħa tal-biljetti, mill-aġenti tal-ivvjaġġar u mill-operaturi turistiċi u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-talba.”;

(10)jiddaħħal l-Artikolu 31a li ġej:

Artikolu 31a

Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2021/782 53 .

2.    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

(11)jiddaħħal l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament bħala l-Anness III.

Artikolu 5

Emendi tar-Regolament (UE) 2021/782

Ir-Regolament (UE) 2021/782 huwa emendat kif ġej:

(1)jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

Artikolu 30a

Mezzi ta’ komunikazzjoni mal-passiġġieri

Meta l-informazzjoni skont dan ir-Regolament tingħata lill-passiġġieri b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjon, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jiżguraw li l-passiġġier ikun jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ din il-korrispondenza, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni għandhom jippermettu lill-passiġġier jikkuntattjahom malajr u jikkomunika b’mod effettiv.”;

(2)jiddaħħal l-Artikolu 32a li ġej:

Artikolu 32a

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri

1.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ tal-konformità biex jimmonitorjaw il-konformità tal-impriżi ferrovjarji, tal-amministraturi tal-istazzjon, tal-bejjiegħa tal-biljetti u tal-operaturi tal-vjaġġi mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-programm għandu jippermetti d-detezzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità rikorrenti fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

2.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni fattwali li tqis l-ilmenti magħmula mill-passiġġieri lil dawn il-korpi, fejn disponibbli, kif ukoll is-sejbiet tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa minn dawn il-korpi, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(2), u sorsi oħra ta’ informazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.    Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sena wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan.

4.    L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji u mwettqa permezz ta’ awditi, ta’ spezzjonijiet, ta’ intervisti, ta’ verifiki u ta’ eżami tad-dokumenti kif xieraq. Dawn għandhom jinkludu kemm l-attivitajiet imħabbra kif ukoll dawk mhux imħabbra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

5.    Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżguraw ir-rettifika rapida tan-nuqqas ta’ konformità mill-impriżi ferrovjarji, mill-amministraturi tal-istazzjon, mill-bejjiegħa tal-biljetti u mill-operaturi tal-vjaġġ kif identifikat matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Huma għandhom jitolbu lit-trasportaturi jressqu pjan ta’ azzjoni biex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ konformità, kif xieraq. 

6.    Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità skont il-paragrafu 1, il-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2 kif ukoll is-sejbiet tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dan. Fejn applikabbli, il-valutazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 32(3).”;

(3)jiddaħħal l-Artikolu 34a li ġej:

Artikolu 34a

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment l-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni nazzjonali ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f’forma elettronika lill-Istati Membri l-oħra.

2.    Fuq talba tal-Kummissjoni, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jinvestigaw il-prattiki suspettati speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, mill-amministraturi tal-infrastruttura, mill-amministraturi tal-istazzjon, mill-bejjiegħa tal-biljetti u mill-operaturi tal-vjaġġi u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-talba.”.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [sena wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Il-qafas regolatorju tad-drittijiet tal-passiġġieri jikkonsisti f’ħames Regolamenti: Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2006 għat-trasport bl-ajru, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 għat-trasport fuq l-ilma, ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 għax-xarabank u għall-kowċ, u r-Regolament (UE) 2021/782 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għat-trasport bil-ferrovija.
(2)    COM(2020)789 final: Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti – Inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-ġejjieni.
(3)    Ara l-valutazzjoni tal-impatt, SWD(2023)386, it-taqsima 2 dwar id-definizzjoni tal-problema.
(4)     https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_19_6814 . Qed jitħejja stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, ir-riżultati huma mistennija fl-ewwel trimestru tal-2024.
(5)    Ir-Rapport Speċjali 30/ 2018: tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE huma komprensivi, iżda l-passiġġieri għad iridu jitħabtu biex jiksbuhom .
(6)     Ir-Rapport Speċjali 15/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru matul il-pandemija tal-COVID-19: Drittijiet ewlenin mhumiex protetti minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni .
(7)    Ara l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali, COM(2023)752 final tad-29 ta’ Novembru 2023.
(8)    Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom COM(2013)130 final tat-13 ta’ Marzu 2013.
(9)     https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2023-0344_MT.html .
(10)    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2023 Unjoni soda u magħquda, COM(2022)548 final tat-18 ta’ Ottubru 2022.
(11)    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2024 Inwettqu illum u nħejju għal għada COM(2023)638 final tas-17 ta’ Ottubru 2023, Anness III, p. 26, nru 109.
(12)    Ara l-proċedura interistituzzjonali 2013/0072 (COD) https://oeil.secure.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?reference=2013/0072(COD)&l=en  u l-lista ta’ prijoritajiet leġiżlattivi komuni għall-2023 u għall-2024: https://oeil.secure.europarl.europa.eu/oeil/popups/thematicnote.do?id=41380&l=en .
(13)     SWD(2021)417 , SWD(2021)413 u SWD(2021)415 .  https://transport.ec.europa.eu/news-events/news/evaluation-confirms-better-protection-air-ship-and-bus-passengers-thanks-eu-law-2021-12-15_mt .
(14)    L-istħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru tal-2019 dwar il-fehmiet taċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2200 .
(15)    Proposta li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/20, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni, COM(2023)753 final tad-29 ta’ Novembru 2023.
(16)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13255-Revision-of-the-Air-Services-Regulation_mt .
(17)    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi, kif ukoll id-Direttivi (UE) 2015/2302, (UE) 2019/2161 u (UE) 2020/1828, COM(2023)649 final, 17 ta’ Ottubru 2023.
(18)     https://commission.europa.eu/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/enforcement-consumer-protection/coordinated-actions/air-travel_en .
(19)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).
(20)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12912-L-ivvjaggar-multimodali-fl-UE-kollha-specifikazzjonijiet-godda-g%C4%A7as-servizzi-tal-informazzjoni_mt .
(21)    Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport, COM(2021)813 final — 2021/0419 (COD) — (il-PE u l-Kunsill qablu dwar it-test proviżorju f’Ġunju 2023).
(22)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Ħolqien ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, COM(2023)751 final tad-29 ta’ Novembru 2023.
(23)    Għal aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, ara r-Rapport fil-qosor fl-Anness 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Valutazzjoni tal-Impatt SWD(2023)386.
(24)     Studju dwar il-livell attwali tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE — Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu) .
(25)    Studju esploratorju dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest multimodali (Ġunju 2019): https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/f176da6f-d9ca-11e9-9c4e-01aa75ed71a1 .
(26)    Stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru 2019 dwar il-fehmiet taċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2200 .
(27)    SWD(2023)386.
(28)    SWD(2023)386.
(29)    COM (2022) 548 final, l-Anness II tal-proposti REFIT, p. 7, Nru 6.
(30)    SWD(2023)386.
(31)    SWD(2023)386.
(32)    COM(2023) 168 final.
(33)    L-impriżi ferrovjarji diġà għandhom dan l-obbligu skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/782 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji.
(34)    ĠU C , , p. .
(35)    ĠU C , , p. .
(36)    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/261/oj?locale=mt .
(37)    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru ĠU L 204, 26.7.2006. p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2006/1107/oj?locale=mt .
(38)    Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1177/oj?locale=mt .
(39)    Ir-Regolament (UE) 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, ĠU L 55, 28.1.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/181/oj?locale=mt .
(40)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI:  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt .
(41)     SWD(2021)417 , SWD(2021)413 u SWD(2021)415 .
(42)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI:  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt .
(43)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(44)    Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportaturi tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2004, p. 15).
(45)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70), ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj?locale=mt .
(46)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(47)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1245/2002/KE, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(48)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt ).
(49)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI:  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt .
(50)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt ).
(51)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI:  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt .
(52)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI:  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt .
(53)    Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI:  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj?locale=mt .
Top

Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 753 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/2010, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni


ANNESS I

ANNESS 2

STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI

L-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri dwar drittijiethom kif meħtieġ minn dan ir-Regolament (b’mod trasparenti, aċċessibbli, mhux diskriminatorju, effettiv u proporzjonat), u l-biljetti

Il-puntwalità tat-titjiriet, u l-prinċipji ġenerali għat-trattament tal-interruzzjonijiet tat-titjiriet 

Id-dewmien 

(a)il-medja globali tad-dewmien tat-titjiriet; 

(b)il-perċentwal tad-dewmien ikkawżat: 

minn ċirkustanzi straordinarji; 

tort tal-passiġġier; jew 

mill-imġiba ta’ parti terza. 

(c)il-perċentwal tat-titjiriet imdewma mat-tluq: 

għal sagħtejn jew aktar, fil-każ tat-titjiriet ta’ 1500 kilometru jew inqas;

għal 3 sigħat jew aktar, fil-każ tat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1500 kilometru u tat-titjiriet l-oħrajn kollha bejn 1500 u 3500 kilometru;

għal 4 sigħat jew aktar fil-każ tat-titjiriet l-oħra kollha.

(d)il-perċentwal tat-titjiriet imdewma mal-wasla: 

il-perċentwal tad-dewmien ta’ aktar minn 3 sigħat (5 sigħat). 

Il-kanċellazzjonijiet tat-titjiriet 

(a)il-kanċellazzjoni tat-titjiriet; 

(b)il-perċentwal tal-kanċellazzjonijiet tat-titjiriet ikkawżati: 

minn ċirkustanzi straordinarji; 

tort tal-passiġġier; jew 

mill-imġiba ta’ parti terza. 

L-indafa tal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-faċilitajiet tat-terminals (il-kwalità tal-arja u l-kontroll tat-temperatura ġewwa, l-iġjene tal-faċilitajiet sanitarji, eċċ.)

Il-ħarsien tal-istandards tal-industrija dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-bagalji tal-kabina

Ir-riżultati tal-istħarriġ(ijiet) dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti 

It-trattament tal-ilmenti  

(a)l-għadd tal-ilmenti;

(b)it-tipi tal-ilmenti;

(c)l-eżitu tal-ilmenti;

(d)ir-rimborżi; kif ukoll  

(e)il-kumpens għan-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità tas-servizzi.

ANNESS II

ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI

L-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri dwar drittijiethom kif meħtieġ minn dan ir-Regolament (b’mod trasparenti, aċċessibbli, mhux diskriminatorju, effettiv u proporzjonat).

Ir-riżultati tal-istħarriġ(ijiet) dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti li jiffukaw fuq l-esperjenzi tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa u tal-persuni li jakkumpanjawhom

It-trattament tal-ilmenti

(a)l-għadd tal-ilmenti;

(b)it-tipi tal-ilmenti;

(c)l-eżitu tal-ilmenti; kif ukoll

(d)il-kumpens għat-telf jew għall-ħsara tat-tagħmir ta’ mobilità.

L-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM)  

(a)l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għal PMM, u r-raġuni għal dan; 

(b)l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għall-kelb tal-assistenza rikonoxxut tagħhom jew għat-tagħmir tal-mobilità tagħhom u r-raġunijiet għal dan;

(c)l-għadd tal-każijiet relatati mat-telf jew mal-ħsara tat-tagħmir tal-mobilità u tal-eżitu tagħhom; 

(d)l-għadd tal-każijiet fejn it-trasportatur obbliga lill-persuna b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa li tkun akkumpanjata minn xi ħadd biex tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza; 

(e)id-diskussjonijiet dwar din l-assistenza mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u, fejn rilevanti, mar-rappreżentanti tal-PMM;

(f)l-implimentazzjoni tat-taħriġ fis-sensibilizzazzjoni u fl-assistenza dwar id-diżabilità.  

ANNESS III

ANNESS V

STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI

L-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri dwar drittijiethom kif meħtieġ minn dan ir-Regolament (b’mod trasparenti, aċċessibbli, mhux diskriminatorju, effettiv u proporzjonat), u l-biljetti

Il-puntwalità tas-servizzi, u l-prinċipji ġenerali għat-trattament tal-interruzzjonijiet tas-servizzi

Id-dewmien

(a)il-medja globali tad-dewmien tas-servizzi;

(b)il-perċentwal tad-dewmien ikkawżat:

tort tal-passiġġier;

minn kundizzjonijiet tat-temp li jipperikolaw l-operazzjoni sikura tal-vapur; jew

minn ċirkostanzi straordinarji li jxekklu t-twettiq tas-servizz tal-passiġġieri.

(c)il-perċentwal tas-servizzi mdewma mat-tluq;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ inqas minn 90 minuta;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ aktar minn 90 minuta.

(d)il-perċentwal tas-servizzi mdewma mal-wasla:

il-perċentwal tad-dewmien ta’ inqas minn siegħa;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ mill-inqas siegħa fil-każ ta’ vjaġġ skedat sa 4 sigħat;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ mill-inqas sagħtejn fil-każ ta’ vjaġġ skedat ta’ aktar minn 4 sigħat, iżda li ma jaqbiżx it-8 sigħat;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ mill-inqas 3 sigħat fil-każ ta’ vjaġġ skedat ta’ aktar minn 8 sigħat, iżda li ma jaqbiżx l-24 siegħa;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ mill-inqas 6 sigħat fil-każ ta’ vjaġġ skedat ta’ aktar minn 24 siegħa.

Il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi

(a)il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi;

(b)il-perċentwal tal-kanċellazzjonijiet tas-servizzi kkawżati:

tort tal-passiġġier;

minn kundizzjonijiet tat-temp li jipperikolaw l-operazzjoni sikura tal-vapur; jew

minn ċirkostanzi straordinarji li jxekklu t-twettiq tas-servizz tal-passiġġieri;

L-indafa tal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-faċilitajiet tat-terminals (il-kwalità tal-arja u l-kontroll tat-temperatura ġewwa, l-iġjene tal-faċilitajiet sanitarji, eċċ.)

Ir-riżultati tal-istħarriġ(ijiet) dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti

It-trattament tal-ilmenti

(a)l-għadd tal-ilmenti;

(b)it-tipi tal-ilmenti;

(c)l-eżitu tal-ilmenti;

(d)ir-rimborżi; kif ukoll

(e)il-kumpens għan-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità tas-servizzi.

L-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM)

(a)l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għal PMM, u r-raġuni għal dan;

(b)l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għall-kelb tal-assistenza rikonoxxut tagħhom jew għat-tagħmir tal-mobilità tagħhom u r-raġunijiet għal dan;

(c)l-għadd tal-każijiet relatati mat-telf jew mal-ħsara tat-tagħmir tal-mobilità u tal-eżitu tagħhom;

(d)l-għadd tal-każijiet fejn it-trasportatur obbliga lill-persuna b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa li tkun akkumpanjata minn xi ħadd biex tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza;

(e)id-diskussjonijiet dwar din l-assistenza mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u, fejn rilevanti, mar-rappreżentanti tal-PMM;

(f)l-implimentazzjoni tat-taħriġ fis-sensibilizzazzjoni u fl-assistenza dwar id-diżabilità.

ANNESS IV

ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI

L-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri dwar drittijiethom kif meħtieġ minn dan ir-Regolament (b’mod trasparenti, aċċessibbli, mhux diskriminatorju, effettiv u proporzjonat), u l-biljetti 

Il-puntwalità tas-servizzi regolari, u tal-prinċipji ġenerali għat-trattament tal-interruzzjonijiet tas-servizzi regolari 

Id-dewmien 

(a)il-medja globali tad-dewmien tas-servizzi regolari; 

(b)il-perċentwal tad-dewmien ikkawżat minn:

kundizzjonijiet tat-temp severi jew diżastri naturali kbar li jipperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi tax-xarabanks u tal-kowċis; 

ix-xarabank jew il-kowċ ma jibqgħux operabbli matul il-vjaġġ.

(c)il-perċentwal tas-servizzi regolari mdewma mat-tluq:

il-perċentwal tad-dewmien ta’ 120 minuta jew aktar;

il-perċentwal tad-dewmien ta’ aktar minn 120 minuta. 

Il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi regolari 

(a)il-perċentwal tal-kanċellazzjonijiet tas-servizzi regolari; 

(b)il-perċentwal tal-kanċellazzjonijiet tas-servizzi regolari kkawżati minn: 

kundizzjonijiet tat-temp severi jew diżastri naturali kbar li jipperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi tax-xarabanks u tal-kowċis;

ix-xarabank jew il-kowċ ma jibqgħux operabbli matul il-vjaġġ. 

L-indafa tax-xarabanks u tal-kowċis (is-sistema tal-arja kundizzjonata, l-iġjene tal-faċilitajiet sanitarji jekk disponibbli, eċċ), u tal-faċilitajiet tat-terminals (il-kwalità tal-arja u l-kontroll tat-temperatura ġewwa, l-iġjene tal-faċilitajiet sanitarji, eċċ.)

Ir-riżultati tal-istħarriġ(ijiet) dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti 

It-trattament tal-ilmenti  

(a)l-għadd tal-ilmenti;

(b)it-tipi tal-ilmenti;

(c)l-eżitu tal-ilmenti;

(d)ir-rimborżi; kif ukoll  

(e)il-kumpens għan-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità tas-servizzi.

L-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM)  

(a)l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għal PMM, u r-raġuni għal dan; 

(b)l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għall-kelb tal-assistenza rikonoxxut tagħhom jew għat-tagħmir tal-mobilità tagħhom u r-raġunijiet għal dan;

(c)l-għadd tal-każijiet relatati mat-telf jew mal-ħsara tat-tagħmir tal-mobilità u tal-eżitu tagħhom; 

(d)l-għadd tal-każijiet fejn it-trasportatur obbliga lill-persuna b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa li tkun akkumpanjata minn xi ħadd biex tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza;

(e)id-diskussjonijiet dwar din l-assistenza mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u, fejn rilevanti, mar-rappreżentanti tal-PMM;

(f)l-implimentazzjoni tat-taħriġ fis-sensibilizzazzjoni u fl-assistenza dwar id-diżabilità.  

Top