Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 52023PC0716

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI RIŻERVA TA’ TALENT TAL-UE

COM/2023/716 final

Brussell, 15.11.2023

COM(2023) 716 final

2023/0404(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

LI JISTABBILIXXI RIŻERVA TA’ TALENT TAL-UE

{SEC(2023) 716 final} - {SWD(2023) 716 final} - {SWD(2023) 717 final} - {SWD(2023) 718 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.1Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-migrazzjoni legali hija parti essenzjali mill-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni stabbilit fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil 1 . Perkorsi legali effettivi jistgħu jgħinu biex titnaqqas il-migrazzjoni irregolari u jingħalqu l-lakuni fis-suq tax-xogħol tagħna. Filwaqt li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddeterminaw il-volumi ta’ dħul għal persuni li jiġu minn pajjiżi terzi biex jaħdmu, jeħtieġ li l-politika komuni tal-UE dwar il-migrazzjoni tkun tirrifletti l-integrazzjoni tal-ekonomija tal-UE u l-interdipendenza tas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri. Din hija r-raġuni għaliex, kif jissottolinja l-Patt il-Ġdid, il-politiki tal-UE jeħtieġ li jrawmu kundizzjonijiet ekwi bejn is-swieq tax-xogħol nazzjonali bħala destinazzjonijiet tal-migrazzjoni. Huma għandhom ukoll jgħinu lill-Istati Membri jużaw is-sħubija tagħhom fl-UE bħala assi biex jattiraw it-talent.

L-impjegaturi tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs, qed jiffaċċjaw nuqqas akut u strutturali ta’ ħaddiema u ħiliet f’ħafna professjonijiet 2 . Pereżempju, it-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ekoloġika u diġitali toħloq domanda għolja għal ħiliet speċifiċi f’ċerti setturi u titlob ir-ristrutturar tal-ekonomiji u tas-swieq tax-xogħol tagħna 3 . Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, sar ukoll ċar li jeħtieġ li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fis-settur tas-saħħa 4 . Il-prospett ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u ta’ popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tiċkien, flimkien ma’ ineffiċjenzi marbuta mal-funzjonament tas-suq tax-xogħol, jippreżentaw pressjoni sinifikanti u sfidi fit-tul għall-kapaċità tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jindirizzaw b’mod effettiv tali nuqqasijiet.

L-UE qed tindirizza dawn in-nuqqasijiet permezz ta’ approċċ komprensiv li jinkludi l-attivazzjoni tal-popolazzjoni inattiva tal-UE, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti 5 , it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-iffaċilitar tal-mobilità intra-UE. Madankollu, fid-dawl tal-ħtiġijiet dejjem jikbru tas-suq tax-xogħol, il-migrazzjoni tal-ħaddiema trid tkun ukoll parti minn din it-taħlita ta’ politika. Għalhekk, minbarra l-użu tal-potenzjal mhux sfruttat tal-forza tax-xogħol domestika tal-UE, l-attrazzjoni tat-talent u tal-ħiliet minn barra l-UE hija mod kif tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti u futuri ta’ ħaddiema u ħiliet, inklużi dawk marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Dan jinċentiva wkoll lill-migranti ekonomiċi potenzjali biex jiġu fl-UE permezz ta’ mezzi legali, li jikkontribwixxi biex titnaqqas il-pressjoni tal-migrazzjoni irregolari.

Madankollu, l-impjegaturi u l-persuni minn pajjiżi terzi li qed ifittxu impjieg għadhom qed jiffaċċjaw diversi sfidi marbuta mar-reklutaġġ internazzjonali. Dan jimmina l-potenzjal ta’ perkorsi tal-migrazzjoni legali biex jgħinu jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet tal-UE. B’mod partikolari, it-tqabbil tal-impjiegi internazzjonali spiss ikun ikkumplikat u ineffettiv minħabba nuqqas ta’ mezzi u għodod effettivi, diffikultajiet fl-aċċess u l-fehim tal-informazzjoni dwar il-proċessi ta’ reklutaġġ, kif ukoll il-kostijiet għoljin assoċjati ma’ dawn il-proċeduri. Dan, flimkien mar-riskju pperċepit ta’ reklutaġġ inġust u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ sfruttament, jista’ jiskoraġġixxi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi milli jfittxu opportunitajiet ta’ xogħol fl-UE. Barra minn hekk, l-inċertezza dwar il-preċiżjoni, il-kwalità u l-komparabbiltà tal-kwalifiki u l-ħiliet miksuba barra mill-pajjiż tikkostitwixxi wieħed mid-diżinċentivi ewlenin għall-impjegaturi tal-UE u għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jiddependu fuq ir-reklutaġġ internazzjonali. L-użu limitat ta’ perkorsi tal-migrazzjoni tal-ħaddiema biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet tal-UE huwa marbut ukoll mal-frammentazzjoni ġenerali tal-qafas ta’ migrazzjoni li tirriżulta fi proċeduri kumplessi u kkumplikati li huma diffiċli biex jinftiehmu u jiġu nnavigati kemm għall-impjegaturi kif ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, hemm approċċ inkonsistenti u frammentat għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni legali u l-ġestjoni tal-migrazzjoni b’mod ġenerali, li jipprevjeni lill-UE milli tattira t-talent li teħtieġ u tuża bis-sħiħ il-potenzjal ta’ kooperazzjoni ta’ benefiċċju fuq il-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni.

Għal dan il-għan, il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil irrikonoxxa b’mod espliċitu l-ħtieġa li jiġi esplorat aktar l-iżvilupp ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE. Din l-inizjattiva tħabbret formalment fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Nattiraw il-Ħiliet u t-Talent” ta’ April 2022 6 .

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha l-għan li tindirizza parzjalment l-isfidi msemmija hawn fuq billi tiffaċilita l-kisba ta’ offerta ta’ impjieg li hija prerekwiżit essenzjali biex tingħata viża jew permess ta’ residenza relatat max-xogħol f’konformità mal-qafas tal-migrazzjoni legali tal-UE. Barra minn hekk, hija se tipprovdi informazzjoni aktar ċara u trasparenti dwar ir-regoli tal-immigrazzjoni, tal-impjiegi u tar-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-Istati Membri, u b’hekk tiffaċilita l-aċċess għall-proċeduri tal-immigrazzjoni u tar-rikonoxximent. Fl-aħħar nett, billi tipprovdi għodda għall-implimentazzjoni ta’ kollokamenti tax-xogħol fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent, hija se tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-kooperazzjoni fuq il-migrazzjoni tal-ħaddiema ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li tqis it-tħassib ta’ pajjiżi terzi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tkun l-ewwel pjattaforma għall-UE kollha mmirata biex tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali u biex tipprovdi opportunitajiet għal persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li huma interessati u li għandhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu f’okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha. Il-pjattaforma online se tappoġġa t-tqabbil tal-postijiet tax-xogħol vakanti ta’ impjegaturi stabbiliti fl-Unjoni mal-profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li qed jirrisjedu barra mill-Unjoni. Din se tkun għodda volontarja għall-Istati Membri interessati. Hija se tkun miftuħa għal persuni li qed ifittxu impjieg b’livell baxx, medju u għoli ta’ ħiliet. L-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fil-livelli kollha ta’ ħiliet se jkunu fil-mira tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, b’faċilitazzjonijiet addizzjonali għall-implimentazzjoni tas-Sħubijiet ta’ Talent. Il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tintegra għodod speċifiċi biex tiffaċilita l-identifikazzjoni u t-tqabbil, filwaqt li tibbenefika mill-użu mill-ġdid ta’ ċerti komponenti tal-IT mill-Pjattaforma tal-EURES eżistenti. Din il-pjattaforma se tipprevedi wkoll servizzi addizzjonali maħsuba biex jappoġġaw ir-reklutaġġ internazzjonali, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-regoli tar-reklutaġġ u tal-immigrazzjoni, kif ukoll il-proċeduri ta’ rikonoxximent, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien u appoġġ speċifiku mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali fl-Istati Membri parteċipanti.

Xi Stati Membri diġà rrikonoxxew ir-rwol ewlieni tal-migrazzjoni legali u żviluppaw politiki ta’ attrazzjoni tat-talent, pereżempju, billi jippromwovu skemi speċifiċi biex jissimplifikaw il-proċessi tal-migrazzjoni, l-esklużjoni mit-test tas-suq tax-xogħol għal ċerti okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema u, fi ftit każijiet, pjattaformi internazzjonali ta’ tqabbil tal-impjiegi. Diversi Stati Membri bħalissa qed jirċievu appoġġ tekniku biex jiżviluppaw jew jimplimentaw riformi tal-migrazzjoni tax-xogħol taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (Technical Support Instrument, TSI) tal-Kummissjoni. B’mod ġenerali, in-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fl-Istati Membri biex jattiraw persuni minn pajjiżi terzi li qed ifittxu impjieg, flimkien mal-viżibbiltà potenzjalment limitata tal-pjattaformi nazzjonali eżistenti fil-livell globali usa’, inaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiksbu ekonomiji ta’ skala meta jiżviluppaw politiki ta’ attrazzjoni tat-talent individwalment. Għalhekk, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tappoġġa speċifikament lill-Istati Membri parteċipanti biex jindirizzaw xi wħud mill-isfidi ewlenin relatati mar-reklutaġġ internazzjonali.

1.2Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta ssegwi l-Patt tal-Kummissjoni dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, adottat fit-23 ta’ Settembru 2020, li rrikonoxxa l-migrazzjoni legali bħala parti essenzjali mill-approċċ komprensiv tal-UE għall-migrazzjoni u impenja ruħu li “jkompli jesplora r-Riżerva ta’ Talent tal-UE għall-ħaddiema tas-sengħa ġejjin minn pajjiżi terzi li jistgħu joperaw bħala pjattaforma għall-UE kollha għar-reklutaġġ internazzjonali”. Il-Patt enfasizza wkoll li perkorsi legali effettivi jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għas-suq tax-xogħol tal-UE u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari.

Sabiex jiġi żgurat li l-UE ssir aktar attraenti u tittejjeb il-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni, f’April 2022, il-Kummissjoni adottat il-Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti li jippreżenta sett ta’ inizjattivi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. B’mod partikolari, il-pakkett ħabbar l-intenzjoni li tiġi stabbilita Riżerva ta’ Talent tal-UE. Din kienet appoġġata bil-qawwa mill-Parlament Ewropew fiż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-politika dwar il-migrazzjoni legali tal-2021 7 kif ukoll mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-opinjonijiet tagħhom dwar il-Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti 8 .

Il-perkorsi tal-migrazzjoni tal-ħaddiema bħalissa huma regolati mill-acquis tal-UE dwar il-migrazzjoni legali li jistabbilixxi t-termini għall-għoti u l-irtirar ta’ permessi ta’ residenza u ta’ xogħol, kif ukoll id-drittijiet li jappartjenu għalihom. Id-Direttivi eżistenti dwar il-migrazzjoni legali jarmonizzaw il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza tal-Istati Membri għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż għal finijiet ta’ xogħol. F’dan ir-rigward, l-inizjattiva tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE ttejjeb l-użu tad-Direttivi tal-UE dwar il-migrazzjoni legali. B’mod partikolari, billi tagħmel il-qafas leġiżlattiv tal-migrazzjoni legali aktar ċar, permezz tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni u appoġġ online, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiffaċilita l-aċċess għall-proċeduri u, għalhekk, tappoġġa r-reklutaġġ internazzjonali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ perkorsi legali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tniedi Sħubijiet ta’ Talent 9 ma’ pajjiżi sħab speċifiċi biex tagħti spinta lill-mobilità internazzjonali u lill-iżvilupp tal-ħiliet b’mod ta’ benefiċċju reċiproku, bħala parti minn approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Is-Sħubijiet ta’ Talent huma wieħed mill-aspetti ewlenin tad-dimensjoni esterna tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u huma operazzjonalizzati f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-attrazzjoni tal-ħiliet u t-talent lejn l-UE. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tappoġġa l-implimentazzjoni tas-Sħubijiet ta’ Talent billi tipprovdi għodda għal kollokament f’impjieg effettiv ta’ persuni li qed ifittxu impjieg mill-pajjiżi sħab li jipparteċipaw f’dawn is-sħubijiet. Hija se żżid l-effettività tal-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni legali u, bħala konsegwenza, tal-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tas-Sħubijiet ta’ Talent.

Kif ikkonfermat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2020 dwar il-perkorsi legali għall-protezzjoni fl-UE 10 , il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll l-isforzi tal-Istati Membri biex jipprovdu u jsaħħu mezzi legali u sikuri lejn l-UE għal dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali madwar id-dinja. Billi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tkun miftuħa għal dawk kollha li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, inklużi dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, hija se tappoġġa wkoll l-operazzjonalizzazzjoni tal-perkorsi komplementari.

1.3Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tikkomplementa l-inizjattivi ta’ politika tal-UE li jistinkaw biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE, bħall-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa 11 , li tirrikonoxxi l-ħtieġa għal approċċ aktar strateġiku għall-migrazzjoni legali, orjentat lejn l-attrazzjoni u ż-żamma aħjar tat-talent għall-promozzjoni tal-potenzjal ta’ tkabbir u innovazzjoni u l-indirizzar tal-migrazzjoni legali lejn ir-reġjuni u l-impjiegi li jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħiliet.

Barra minn hekk, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tikkontribwixxi għall-ksib tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fl-UE, f’konformità mal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti 12 u mal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku 13 li jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-forza tax-xogħol tiġi mgħammra bil-ħiliet meħtieġa għal din it-tranżizzjoni industrijali.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija wkoll konsistenti mal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Innovazzjoni, minħabba li tappoġġa n-negozji ġodda u n-negozji innovattivi biex isibu persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi bil-ħiliet it-tajbin u mal-Komunikazzjoni dwar il-kompetittività fit-tul tal-UE 14 li tissottolinja wkoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet.

In-network EURES huwa l-qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fl-Unjoni. Huwa jappoġġa l-mobilità tal-forza tax-xogħol intra-UE billi jgħaqqad flimkien il-postijiet tax-xogħol vakanti u s-CVs tal-kandidati. Filwaqt li ma huwiex miftuħ għar-reklutaġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu barra mill-Unjoni, xi wħud mill-elementi stabbiliti sewwa tal-EURES, bħar-rwol tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u l-istandards tekniċi għall-iskambju tad-data u l-formati tad-data għandhom jerġgħu jintużaw biex tiġi stabbilita r-Riżerva ta’ Talent tal-UE. B’mod partikolari, is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi għandu jkollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li diġà qed jirrisjedu legalment fl-UE jistgħu jibbażaw fuq l-appoġġ tas-servizzi nazzjonali tal-impjiegi pubbliċi biex isibu impjieg fl-Istat Membru li jkunu qegħdin joqogħdu fih. Barra minn hekk, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE jistgħu jibbażaw fuq l-EURES, ladarba jgawdu d-dritt li jiċċaqilqu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor tal-UE.

Barra minn hekk, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se timmira għal okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mal-UE kollha, u b’hekk toħloq sinerġiji mal-politika tal-impjiegi. F’dan ir-rigward, ir-rwol tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), tal-EUROFOUND u tas-CEDEFOP fl-identifikazzjoni tal-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema eżistenti fil-livell tal-UE jista’ jitqies rilevanti flimkien mar-rwol diġà stabbilit u mal-għarfien espert żviluppat biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil tal-persuni li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi permezz tal-pjattaforma tal-EURES. Għall-futur, għandhom jiġu esplorati sinerġiji ulterjuri bejn ir-rwol tal-ELA u l-governanza u l-implimentazzjoni futuri tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija wieħed mill-komponenti ewlenin tal-pakkett tal-Kummissjoni dwar il-mobilità tat-talent bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Ħiliet. Il-pakkett jinkludi wkoll Komunikazzjoni dwar il-ħiliet u l-mobilità tat-talent, proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropa Attiva” – opportunitajiet ta’ mobilità tal-apprendiment għal kulħadd. Il-miżuri adottati għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-mobilità tat-talent, jappoġġaw l-adattament ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti barra mill-pajjiż għas-suq tax-xogħol, u jgħinu lill-Istati Membri u lill-impjegaturi jirrikonoxxu l-kwalifiki tagħhom u jivvalidaw il-ħiliet tagħhom b’mod aktar effiċjenti. Huma se jkollhom l-għan li jżidu l-attraenza tal-UE għat-talent minn barra l-Ewropa u li jgħinu biex jiġi żgurat li t-talent fl-UE jkun jista’ jintuża bis-sħiħ.

Barra minn hekk, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ġiet adottata reċentement bit-titolu “Demographic change in Europe: a toolbox for action”. Il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi li t-tixjiħ u t-tnaqqis tal-popolazzjoni tal-UE, jekk ma jiġux indirizzati, huma mistennija li jaggravaw in-nuqqas ta’ ħaddiema, iżidu l-pressjoni fuq il-baġits pubbliċi u jaffettwaw il-vantaġġ kompetittiv tal-UE. Hija tippreżenta lill-Istati Membri bis-sett komprensiv ta’ għodod ta’ politika diġà disponibbli fil-livell tal-UE biex jagħtu s-setgħa u jappoġġaw lill-ġenerazzjonijiet kollha fl-UE biex iwettqu l-għażliet ta’ ħajjithom u jilħqu l-potenzjal tagħhom fl-ekonomija u fis-soċjetà b’mod ġenerali. Il-Komunikazzjoni tidentifika wkoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet permezz ta’ migrazzjoni legali ġestita, fejn meħtieġ, f’komplementarjetà sħiħa mal-użu tat-talenti minn ġewwa l-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

2.1Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għall-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam hija l-Artikolu 79(2)(a) tat-TFUE. Din id-dispożizzjoni tagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, biex jadottaw miżuri fil-qasam tal-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha l-għan li tiffaċilita r-reklutaġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti barra mill-pajjiż u li jixtiequ jaħdmu fl-UE. Billi s-sejba ta’ impjieg u l-kisba ta’ offerta ta’ impjieg huma prekundizzjoni għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jiksbu dritt ta’ dħul u residenza fi Stat Membru f’konformità mal-qafas tal-migrazzjoni legali tal-UE, l-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li tagħmilha aktar faċli għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jirċievi offerta ta’ impjieg minn impjegatur fi Stat Membru, kif inhu l-każ tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, tippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jissodisfaw din il-kundizzjoni. Għalhekk, l-azzjoni prevista tal-leġiżlatur tal-Unjoni taqa’ fil-qasam tal-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

2.2Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, azzjoni tal-UE tista’ tittieħed biss jekk l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-Istati Membri weħidhom, iżda jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

It-TFUE jagħti s-setgħa b’mod espliċitu lill-Unjoni biex tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni, għalhekk dan huwa objettiv ċar li għandu jiġi segwit fil-livell tal-UE. Fl-istess ħin, il-migrazzjoni legali hija qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, u l-Artikolu 79 tat-TFUE jirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġejjin minn pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom sabiex ifittxu x-xogħol. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika billi dan huwa qasam ta’ kompetenza kondiviża.

L-Istati Membri kollha jiffaċċjaw nuqqasijiet ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema li huma mistennija li jiżdiedu fid-dawl tal-isfidi demografiċi u r-rekwiżiti tat-tranżizzjoni doppja (ekoloġika u diġitali). L-Istati Membri diġà jindirizzaw dawn l-isfidi billi jattivaw il-forza tax-xogħol nazzjonali, it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid, irawmu l-mobilità intra-UE u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’ċerti impjiegi. Madankollu, komponent importanti ta’ rispons komprensiv għan-nuqqasijiet huwa wkoll il-migrazzjoni legali.

Ir-reklutaġġ limitat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tas-sengħa permezz tal-mezzi eżistenti tal-migrazzjoni tal-ħaddiema biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet għandu komponent transfruntier b’saħħtu.

Filwaqt li xi Stati Membri diġà jirrikonoxxu r-rwol ewlieni tal-migrazzjoni legali u żviluppaw politiki ta’ attrazzjoni tat-talent, l-inizjattivi u l-politiki nazzjonali biex itejbu r-reklutaġġ internazzjonali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi huma frammentati ħafna u jvarjaw madwar l-Istati Membri fir-rigward tal-iskala ta’ intervent tagħhom.

Ftit Stati Membri biss għandhom pjattaformi diġitali u għodod ta’ attrazzjoni tat-talent fil-livell nazzjonali li jimmiraw speċifikament għall-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi billi joffru appoġġ għat-tiftix ta’ impjieg u informazzjoni rilevanti għar-reklutaġġ internazzjonali. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom spiss ikun limitat, minħabba li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma mmirati lejn ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet (filwaqt li n-nuqqasijiet tal-UE jikkonċernaw il-livelli kollha ta’ ħiliet) u għandhom funzjonalitajiet limitati. Barra minn hekk, dawk l-għodod huma ffokati fuq is-swieq tax-xogħol nazzjonali, u b’hekk in-nuqqas ta’ użu tal-ekonomiji ta’ skala li l-kooperazzjoni tal-UE tista’ toffri biex tattira ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Għalhekk, l-ostakli għar-reklutaġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod adegwat minn Stati Membri individwali.

L-Istati Membri li jaġixxu weħidhom, speċjalment l-Istati Membri iżgħar b’inqas viżibbiltà madwar id-dinja, jista’ jkun li ma jkunux kapaċi jattiraw biżżejjed ħaddiema potenzjali minn pajjiżi terzi. Għalhekk, l-inizjattivi fil-livell nazzjonali ma jindirizzawx b’mod effettiv in-nuqqasijiet ta’ ħaddiema madwar l-UE, filwaqt li pjattaforma unifikata tista’ tgħin biex tgħaqqad u tnaqqas id-distakk bejn il-provvista ta’ ħaddiema potenzjali minn pajjiżi terzi u d-domanda ta’ impjegaturi stabbiliti fl-Istati Membri, biex b’hekk tattira talent barrani b’mod aktar effettiv meta mqabbel ma’ dak li jistgħu jiksbu l-Istati Membri li jaġixxu weħidhom. Barra minn hekk, hemm frammentazzjoni u nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-pjattaformi nazzjonali jew privati eżistenti differenti, li jistgħu jingħelbu biss minn pjattaforma fil-livell tal-UE li tipprovdi approċċ komprensiv u ssimplifikat.

L-UE kollha kemm hi hija aktar attraenti għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi interessati fil-migrazzjoni mis-somma tal-Istati Membri tagħha individwalment. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, bħala pjattaforma waħda ta’ tqabbil tal-impjiegi għall-UE kollha li toffri wkoll informazzjoni trasparenti dwar il-proċessi tal-immigrazzjoni u tar-reklutaġġ, kif ukoll servizzi ta’ appoġġ, ittejjeb l-effiċjenza ġenerali tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-UE u tippromwovi lill-UE bħala destinazzjoni għal persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi b’potenzjal li jimlew id-diskrepanzi fil-ħiliet. Bis-saħħa tal-ekonomiji ta’ skala li jistgħu jinkisbu permezz tal-kooperazzjoni tal-UE, l-UE tkun mgħammra aħjar biex tikkompeti fix-xena globali biex tattira talent barrani. Dan se jiżgura li jintlaħqu għadd akbar ta’ persuni potenzjali li qed ifittxu impjieg bil-ħiliet meħtieġa, u li l-ħtiġijiet tax-xogħol tal-impjegaturi f’kull Stat Membru jiġu indirizzati aħjar. Dan jibgħat messaġġ ċar lill-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li l-UE hija lesta li tilqagħhom fis-suq tax-xogħol tagħha, filwaqt li tipprovdi protezzjoni kontra reklutaġġ inġust u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ sfruttament.

2.3Proporzjonalità

Din l-inizjattiva ma tissostitwix l-inizjattivi u l-pjattaformi nazzjonali fil-kuntest tar-reklutaġġ internazzjonali u lanqas ma tiddefinixxi l-politiki ta’ attrazzjoni tat-talent tal-Istati Membri. Barra minn hekk, billi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE ma tikkostitwixxix perkors ġdid ta’ migrazzjoni legali, hija ma taffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom u lanqas id-diskrezzjoni tagħhom li jintroduċu testijiet tas-suq tax-xogħol fil-livell nazzjonali. Bħala għodda volontarja biex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ internazzjonali, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE toffri appoġġ addizzjonali fil-livell tal-UE. L-inizjattiva hija limitata għal dawk l-aspetti li l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu b’mod sodisfaċenti weħidhom, u fejn l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar biex taġixxi bil-għan li jinkisbu ekonomiji ta’ skala. B’hekk, l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-għodod tagħhom fis-seħħ u jikkomplementawhom bil-pjattaforma l-ġdida. B’hekk, din l-inizjattiva jkollha l-valur miżjud li tappoġġa lill-Istati Membri li diġà qed jiżviluppaw politiki ta’ attrazzjoni tat-talent. L-Istati Membri li ma għandhomx għodda simili fis-seħħ ikunu jistgħu jużaw ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE minflok jistabbilixxu l-pjattaforma tagħhom stess. B’mod ġenerali, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tgħin biex tattira ħaddiema li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi minn barra l-pajjiż fejn in-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-Istati Membri ma jkunux jistgħu jimtlew biżżejjed b’mod ieħor. Barra minn hekk, billi tipprovdi pjattaforma għall-UE kollha b’firxa usa’ ta’ għodod u servizzi biex tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiżgura aktar viżibbiltà tal-postijiet tax-xogħol vakanti tal-impjegaturi tal-UE fil-livell globali, kif ukoll tagħmel disponibbli ġabra usa’ ta’ kandidati potenzjali għan-negozji tal-UE.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati.

2.4Għażla tal-istrument

Il-proposta hija maħsuba biex tistabbilixxi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE, pjattaforma għall-UE kollha mmirata biex tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali u tipprovdi opportunitajiet għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jaħdmu f’okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE. Il-proposta tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, l-arkitettura tas-sistema tal-IT, l-istruttura ta’ governanza, ir-regoli għall-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni tal-impjegaturi fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-funzjonament ġenerali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inklużi l-għoti ta’ informazzjoni u s-servizzi ta’ appoġġ.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija għodda volontarja. Għalhekk, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu jekk iridux jissieħbu fiha jew le. L-intenzjoni ta’ parteċipazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. Huma biss l-impjegaturi stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti li se jkunu jistgħu jippubblikaw il-postijiet tax-xogħol vakanti tagħhom fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

L-istabbiliment ta’ pjattaforma għall-UE kollha jeħtieġ regoli applikabbli direttament. Tali regoli, li huma ċari biżżejjed, dettaljati u mingħajr kundizzjoni, għandhom jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha u ma jeħtieġu l-ebda miżura ta’ traspożizzjoni. Għalhekk, Regolament huwa l-aktar strument xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

3.1Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bejn it-23 ta’ Settembru u t-30 ta’ Diċembru 2020, tnediet konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tal-migrazzjoni legali fil-qafas tal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil 15 . Din il-konsultazzjoni pubblika għandha l-għan li tidentifika oqsma fejn il-qafas tal-UE dwar il-migrazzjoni legali jista’ jittejjeb aktar, inkluż permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida possibbli. Ġew inklużi mistoqsijiet rilevanti għall-istabbiliment ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE (4 minn 13-il mistoqsija). 16 It-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika ġew minn ċittadini tal-UE, organizzazzjonijiet u ċittadini ta’ pajjiżi terzi (li jirrisjedu fl-UE jew barra minnha), assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet tan-negozju, organizzazzjonijiet mhux governattivi, istituzzjonijiet akkademiċi/ta’ riċerka, trade unions, ministeri u entitajiet tas-servizz pubbliku.

Saru konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-kuntest tal-istudju ta’ fattibbiltà tal-OECD dwar ir-Riżerva ta’ Talent 17 , li ġie ffinalizzat f’Ġunju 2022. Dawn kienu jinkludu atturi rilevanti tas-settur pubbliku u privat, fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, kif ukoll akkademiċi u esperti. L-atturi tas-settur pubbliku kienu jinkludu ministeri rilevanti, entitajiet reġjonali, inizjattivi nazzjonali ta’ attrazzjoni tat-talent u servizzi tal-impjiegi. L-atturi tas-settur privat kienu jinkludu rappreżentanti tal-impjegaturi, kumpaniji multinazzjonali, unions u aġenziji ta’ reklutaġġ. Ġew ikkonsultati wkoll is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji kompetenti tal-UE.

Bħala parti mit-tħejjija tal-Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti, ġew organizzati konsultazzjonijiet immirati, inkluż dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, mal-Istati Membri, inklużi s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, u gruppi ta’ esperti li jaħdmu fuq aspetti relatati mal-migrazzjoni.

Bejn Marzu u Ġunju 2023, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjonijiet immirati estensivi biex jikkontribwixxu għall-Valutazzjoni tal-Impatt dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dawn il-konsultazzjonijiet koprew aktar mistoqsijiet tekniċi meta mqabbla ma’ dawk inklużi fil-konsultazzjoni pubblika u fl-istudju ta’ fattibbiltà tal-OECD. Saru konsultazzjonijiet immirati mill-Kummissjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, organizzazzjonijiet mhux governattivi, sħab ekonomiċi u soċjali, trade unions u assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi.

Barra minn hekk, ġiet ippubblikata Sejħa għal Evidenza dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE li tipprovdi spjegazzjoni dettaljata tal-inizjattiva ppjanata fuq is-sit web “Semma’ Leħnek” 18 . Total ta’ 45 parti kkonċernata, inklużi networks, organizzazzjonijiet mhux governattivi, sħab ekonomiċi u soċjali, awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri, kif ukoll ċittadini tal-UE, ikkontribwew billi pprovdew il-feedback tagħhom.

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati li ġew ikkonsultati laqgħu l-inizjattiva proposta u rrikonoxxew il-potenzjal tagħha li tipprovdi valur miżjud fl-indirizzar tan-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet billi tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali u tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-ostakli eżistenti. B’mod partikolari, ġie rikonoxxut li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE tista’ tipprovdi informazzjoni u gwida ċari matul il-proċess ta’ reklutaġġ kollu. Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kienu favur l-iżvilupp ta’ għodda volontarja miftuħa għall-Istati Membri interessati li jipparteċipaw. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati laqgħu l-għażla ta’ għodda xprunata mid-domanda bbażata fuq il-ħtiġijiet attwali tas-suq tax-xogħol u miftuħa għal-livelli kollha ta’ ħiliet, filwaqt li fl-ewwel stadju mmiraw għal okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mal-UE kollha bil-possibbiltà li jespandu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha maż-żmien. Diversi partijiet ikkonċernati enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni xierqa taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kontra r-riskju ta’ reklutaġġ inġust u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ sfruttament. Issemmiet ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali fl-iżvilupp ta’ tali għodda. Ġiet enfasizzata l-importanza tal-bini fuq l-għodod ta’ reklutaġġ eżistenti fil-livell nazzjonali u tal-UE, b’mod partikolari l-ħtieġa li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn dawk l-għodod. Ġie rrakkomandat l-involviment tas-sħab ekonomiċi u soċjali, speċjalment tat-trade unions u tal-awtoritajiet lokali u nazzjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva.

Il-problemi ewlenin identifikati fil-konsultazzjonijiet ġew ikkunsidrati u indirizzati fil-proposta.

3.2Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-istabbiliment ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE ġiet appoġġata minn studju mwettaq minn kuntrattur estern. Barra minn hekk, ġew ikkonsultati għadd ta’ gruppi ta’ esperti dwar il-proposta tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE: il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Migrazzjoni Ekonomika, in-Network tal-prattikanti tal-migrazzjoni legali, il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Fehmiet tal-Migranti fil-qasam tal-Migrazzjoni, il-Grupp ta’ Esperti dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, il-Grupp Konsultattiv dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.

Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-Pjattaforma Ewropea dwar il-Migrazzjoni tal-Ħaddiema u l-laqgħa tal-Konsulenti għas-Servizzi Pubbliċi Ewropej tal-Impjiegi (AFEPAs).

3.3Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, fit-tħejjija tal-proposta, il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt li evalwat tliet għażliet ta’ politika:

Għażla Nru 1: Miżuri mhux vinkolanti li għandhom l-għan li jtejbu l-għoti ta’ informazzjoni u jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u t-tqabbil (għażla mhux leġiżlattiva)

Din l-għażla kienet tikkonsisti f’sett ta’ miżuri mhux leġiżlattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-għoti ta’ informazzjoni u jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u t-tqabbil. Hija pprevediet i) it-titjib tal-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni, ii) l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ tqabbil tal-impjiegi, u iii) l-iżvilupp ta’ katalogu online ta’ profili psewdonimizzati ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi stabbiliti mill-Istati Membri, wara Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Network ta’ Koordinaturi Nazzjonali jiffaċilita l-konnessjoni bejn l-impjegaturi u l-kandidati interessati.

Għażla Nru 2: L-iżvilupp ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE mmirata biex tindirizza l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol f’impjiegi ewlenin (għażla leġiżlattiva)

Din l-għażla pprevediet azzjoni leġiżlattiva għall-istabbiliment ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE. Hija tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjattaforma online li tiġbor flimkien profili rreġistrati minn persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-Unjoni u postijiet tax-xogħol vakanti minn impjegaturi stabbiliti fl-Unjoni. L-għodda tkun miftuħa għal-livelli kollha ta’ ħiliet, filwaqt li fl-istess ħin tkun immirata biex tindirizza l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mal-UE kollha (inklużi kunsiderazzjonijiet reġjonali). Barra minn hekk, din issir għodda biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ Sħubijiet ta’ Talent billi tiddirezzjona lill-persuni li qed ifittxu impjieg minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li pparteċipaw fi Sħubija ta’ Talent għal kollokament ta’ impjieg ma’ impjegaturi stabbiliti fl-Istat Membru rilevanti. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tkun ukoll sistema volontarja li tippermetti lill-Istati Membri interessati biss jipparteċipaw. Il-pjattaforma tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tintegra għodod speċifiċi biex tiffaċilita l-identifikazzjoni u t-tqabbil bejn il-persuni li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi (eż. għodda awtomatizzata ta’ tqabbil), filwaqt li tibbenefika mill-użu mill-ġdid ta’ ċerti komponenti tal-IT tal-EURES. L-informazzjoni online dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ, immigrazzjoni u rikonoxximent fl-Istati Membri tkun disponibbli fuq il-pjattaforma. Jiġu pprovduti wkoll appoġġ u gwida personalizzati mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u responsabbli għall-implimentazzjoni prattika tal-għodda. Taħt din l-għażla, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jintroduċu miżuri ta’ faċilitazzjoni mmirati biex jagħmlu l-proċess ta’ reklutaġġ aktar faċli u aktar mgħaġġel (eż. proċeduri rapidi ta’ immigrazzjoni).

Għażla Nru 3: L-iżvilupp ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE bħala għodda kompletament xprunata mid-domanda (għażla leġiżlattiva)

Fir-rigward tal-għażla nru 2, din l-għażla pprevediet azzjoni leġiżlattiva għall-istabbiliment ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-iżvilupp ta’ pjattaforma online li tiġbor flimkien profili rreġistrati minn persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-Unjoni u postijiet tax-xogħol vakanti minn impjegaturi stabbiliti fl-Unjoni. Madankollu, l-għodda tkun għodda kompletament xprunata mis-suq miftuħa għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u għall-impjegaturi kollha, irrispettivament mill-impjiegi tagħhom. Hija tkun xprunata mill-ħtiġijiet tal-impjegaturi minflok ma dawn jiġu integrati f’kunsiderazzjoni strateġika usa’ tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u objettivi ta’ politika oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-UE. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tkun sistema volontarja li tippermetti biss lill-Istati Membri interessati jissieħbu. Taħt din l-għażla, l-iżvilupp ta’ pjattaforma tal-IT ikun jinvolvi soluzzjoni tal-IT kompletament ġdida żviluppata permezz ta’ sistema ta’ tqabbil tal-impjiegi li hija kompletament ibbażata fuq algoritmi bbażati fuq l-IA u teknoloġiji mill-aktar avvanzati ispirati minn pjattaformi eżistenti tas-settur privat (il-komponenti tal-IT tal-EURES ma jerġgħux jintużaw). Skont l-Għażla Nru 2, il-pjattaforma tintegra għodod speċifiċi biex tiffaċilita l-identifikazzjoni, it-tiftix u t-tqabbil (eż. għodda awtomatizzata ta’ tqabbil) u l-informazzjoni online tkun disponibbli. Jiġu pprovduti wkoll appoġġ u gwida personalizzati mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u responsabbli għall-implimentazzjoni prattika tal-għodda. Taħt din l-għażla, l-Istati Membri jkollhom obbligu li jintroduċu proċeduri rapidi ta’ immigrazzjoni u rikonoxximent u/jew esklużjoni mit-test tas-suq tax-xogħol.

Abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatti soċjali u ekonomiċi, l-effettività u l-effiċjenza tal-għażliet ta’ politika, u l-fattibbiltà politika tagħhom u l-aċċettazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, l-għażla ppreferuta hija l-Għażla Nru 2.

L-Għażla ppreferuta tippermetti li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-impjegaturi, filwaqt li titqies kunsiderazzjoni strateġika usa’ tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u objettivi ta’ politika oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-UE. Din tkun miftuħa għal-livelli kollha ta’ ħiliet, filwaqt li tipprovdi mekkaniżmu flessibbli biex jiġu identifikati u indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet b’mod aktar strateġiku u strutturali. In-natura volontarja tippermetti lill-Istati Membri interessati jżommu l-għodod tagħhom fis-seħħ u jikkomplementawhom bil-pjattaforma l-ġdida, u għalhekk joffru appoġġ addizzjonali fil-livell tal-UE. L-użu tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE bħala l-għodda għall-kollokamenti tal-impjiegi fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva u, b’hekk, jikkontribwixxi indirettament għall-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni billi jinċentiva l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fuq il-migrazzjoni.

B’mod ġenerali, l-Għażla ppreferuta tkun ta’ benefiċċju għall-impjegaturi u għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minħabba li tagħmel ir-reklutaġġ internazzjonali aktar mgħaġġel, aktar faċli u aktar effettiv. Filwaqt li dan jimplika kostijiet marbuta mal-iżvilupp u l-ġestjoni tal-pjattaforma kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, l-użu mill-ġdid ta’ ċerti elementi tal-IT tal-EURES jippermetti ffrankar ogħla f’termini ta’ riżorsi. Barra minn hekk, is-sinerġiji mal-EURES jippermettu li wieħed jibni fuq l-għarfien espert stabbilit sew ta’ dan in-network dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ. L-użu ta’ azzjoni leġiżlattiva jippermetti li jiġu inklużi salvagwardji xierqa u li jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali u r-riskju ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ sfruttament.

3.4Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Filwaqt li din il-proposta ma hijiex mistennija li tirriżulta f’xi simplifikazzjoni diretta ta’ piż regolatorju, hija tkun partikolarment ta’ benefiċċju għan-negozji u l-impjegaturi tal-UE, hekk kif billi tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali, huma jkollhom aċċess aktar faċli, aktar mgħaġġel u usa’ għar-riżorsi tax-xogħol minn pajjiżi terzi. L-appoġġ previst għar-reklutaġġ internazzjonali jkun partikolarment ta’ benefiċċju għall-SMEs, minħabba li dawn x’aktarx iġorru piż sproporzjonat meta jimpjegaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi meta mqabbla ma’ intrapriżi kbar minħabba riżorsi aktar limitati. Minħabba n-natura mmirata tagħha li tiffoka fuq l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mal-UE kollha, il-proposta għandha l-potenzjal li tkun partikolarment ta’ benefiċċju għan-negozji u l-impjegaturi tal-UE li jaħdmu f’setturi strateġiċi li jbatu minn nuqqasijiet strutturali bħal dawk is-setturi marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. L-għażla ppreferuta ma hijiex mistennija li jkollha impatti detrimentali fuq iċ-ċittadini tal-UE minħabba li se tintegra kunsiderazzjonijiet strateġiċi usa’ tas-suq tax-xogħol.

3.5Drittijiet fundamentali

Din l-inizjattiva hija konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u ssaħħaħ id-dritt għax-xogħol u tal-libertà professjonali (l-Artikolu 15), id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi u ġusti (l-Artikolu 31), id-dritt għal amministrazzjoni tajba (l-Artikolu 41) 19 u n-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21) 20 . Barra minn hekk, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija konsistenti wkoll mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 8 dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, speċjalment ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u r-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE 21 . B’mod partikolari, ir-Regolament propost jistabbilixxi l-iskopijiet tal-ipproċessar, kif ukoll rwoli u responsabbiltajiet ċari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali. Id-data personali tiġi pproċessata biss sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti assenjati fl-interess pubbliku lill-awtoritajiet kompetenti, kif stipulat f’dan ir-Regolament.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI 22

Billi din l-inizjattiva hija volontarja, l-Istati Membri interessati biss ikunu qed jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Ċerti kostijiet u impatti jvarjaw skont l-għadd ta’ Stati Membri. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji potenzjali tal-proposta, filwaqt li titqies in-natura volontarja tagħha u l-fatt li xi Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissieħbu ladarba s-sistema tkun kompletament operattiva, ġie preżunt li minimu ta’ 11-il Stat Membru u massimu ta’ 20 Stat Membru jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE sal-2030 23 b’aktar Stati Membri jissieħbu wara. Din is-suppożizzjoni ma tippreġudikax l-għażliet tal-Istati Membri u l-baġit se jiġi aġġustat skont l-għadd tal-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tħeġġeġ l-ogħla għadd possibbli ta’ Stati Membri biex jissieħbu fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Hawn taħt qed tiġi ppreżentata firxa ta’ kostijiet stmati taħt kull xenarju.

L-għażla ppreferuta se timplika:

1) Kostijiet ta’ darba għall-iżvilupp tal-IT (2026-2027)

Il-kostijiet tal-IT huma marbuta mal-iżvilupp ta’ pjattaforma ġdida tal-IT billi jerġgħu jintużaw parzjalment ċerti komponenti tal-IT tal-EURES. Il-maġġoranza l-kbira tal-kostijiet tal-IT hija prevista fil-livell tal-UE għall-iżvilupp tal-infrastruttura rilevanti li tinkludi, pereżempju, is-sistema ewlenija, il-ħolqien tal-għodda ta’ kontroll preventiv, il-ħolqien ta’ bażi tad-data għall-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, kif ukoll l-adattamenti rilevanti tal-komponenti tal-EURES (eż. għodda ta’ tqabbil awtomatiku). Dawn il-kostijiet ikopru wkoll l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri u l-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Finanzjament fi ħdan il-Kummissjoni: EUR 6 722 056 – 6 804 539 (bi 11 sa 20 Stat Membru jipparteċipaw);

Finanzjament għall-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri mar-Riżerva ta’ Talent tal-UE (għall-Kummissjoni): EUR 2 672 400 – 4 175 625 (bi 11 sa 20 Stat Membru jipparteċipaw).

2) Kostijiet annwali rikorrenti għall-kwistjonijiet ta’ governanza u dawk mhux relatati mal-IT (mill-2026):

Ikun meħtieġ persunal addizzjonali fil-livell tal-UE hekk kif is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jiġi stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni 24 . Se jkun hemm ukoll kostijiet għall-Kummissjoni għal attivitajiet marbuta mal-koordinazzjoni tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, taħriġ, komunikazzjoni, traduzzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni online.

Barra minn hekk, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali jinħatru fl-Istati Membri (mill-2026). Fid-dawl tar-rabta mas-Sħubijiet tat-Talent, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tista’ tiffaċilita l-kollokamenti f’impjiegi ta’ persuni li qed ifittxu impjieg li żviluppaw jew ivvalidaw il-ħiliet tagħhom fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent u kisbu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” li jiċċertifikaha (wara l-2027).

Finanzjament għall-Kummissjoni: EUR 5 426 500 – 6 000 000 fis-sena.

Finanzjament għall-Istati Membri (li għandu jkun kopert mill-AMIF): EUR 9 440 000 – 16 040 000: EUR 8 000 000 – 14 600 000 għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali maħtura (mill-2026) u EUR 1 440 000 (wara l-2027) għall-appoġġ amministrattiv għall-ħruġ tal-“permessi tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” (dawn iż-żewġ kategoriji ta’ kostijiet għandhom jiġu koperti mill-AMIF).

3) Kostijiet annwali rikorrenti relatati mal-IT fil-fażi tal-operat (wara l-2027):

Finanzjament għall-Kummissjoni: EUR 1 906 255 – 1 947 497 għall-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, filwaqt li jiġu żviluppati l-karatteristiċi u l-infrastruttura addizzjonali tagħha matul l-ewwel sentejn tal-operat tagħha (bil-kostijiet jonqsu gradwalment fis-snin ta’ wara).

Finanzjament għall-Istati Membri (mill-baġits nazzjonali): EUR 348 075 – 543 867 tal-kostijiet annwali relatati mal-manutenzjoni tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri u l-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għall-Istati Membri parteċipanti kollha matul l-ewwel sentejn tal-operat tas-sistema, jekk wieħed jassumi li bejn 11 u 20 Stat Membru se jissieħbu fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE sal-2030 (bil-kostijiet jonqsu gradwalment fis-snin ta’ wara).

L-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa huma spjegati fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

5.ELEMENTI OĦRA

5.1Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se torganizza laqgħat regolari mal-Istati Membri parteċipanti permezz tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex tiddiskuti u tiċċara kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’. Sal-2031 (wara madwar 3 snin ta’ tħaddim tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE) u kull 5 snin wara, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jevalwa l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-impatt tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

L-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tiġi mmonitorjata skont l-objettivi ta’ politika ewlenin bl-użu ta’ għadd ta’ indikaturi rilevanti u li jistgħu jitkejlu bbażati fuq sorsi ta’ data faċilment disponibbli, aċċettati u kredibbli. B’mod partikolari, se tinġabar id-data li ġejja: i) in-numru u t-tip ta’ profili ta’ dawk li qed ifittxu xogħol minn pajjiżi terzi rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE; ii) in-numru u t-tip ta’ postijiet tax-xogħol battala rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE; iii) in-numru ta’ żjarat fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE; iv) in-numru ta’ impjiegi ffaċilitati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE; v) in-numru ta’ passes tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE maħruġa, vi) in-numru u t-tip ta’ kollokamenti ffaċilitati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fil-kuntest tas-Sħubijiet Talent. Il-prestazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiġi mmonitorjata regolarment mis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

L-aġenziji u n-networks eżistenti tal-UE, bħall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, in-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni u ċ-Ċentru tal-Għarfien tal-Kummissjoni dwar il-Migrazzjoni u d-Demografija jistgħu jintużaw biex issir riċerka puntwali dwar temi relatati mal-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tagħmel użu mill-gruppi ta’ esperti eżistenti li kkontribwew għall-valutazzjoni tal-impatt.

5.2Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

IL-KAPITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikoli 1 – 4

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi s-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet stabbiliti għall-fini tal-proposta.

Il-proposta tistabbilixxi Riżerva ta’ Talent tal-UE disponibbli għall-Istati Membri kollha biex tiffaċilita r-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-Unjoni, inklużi dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali li jinsabu f’pajjiżi terzi.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija għodda volontarja li toffri appoġġ addizzjonali fil-livell tal-UE lill-Istati Membri interessati biex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ internazzjonali. L-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu kwalunkwe għodda eżistenti fis-seħħ u jikkomplementawha bil-pjattaforma l-ġdida. Billi l-Istati Membri jibqgħu liberi li jiddeċiedu jekk iridux jissieħbu, huma stabbiliti regoli ċari dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Artikolu 3. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi kwalunkwe ħin li jissieħbu fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 9 xhur qabel. Huma biss l-impjegaturi stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti li jkunu jistgħu jużaw ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jippubblikaw il-postijiet tax-xogħol vakanti tagħhom fuq il-pjattaforma.

L-informazzjoni dwar l-Istati Membri parteċipanti se tiġi ppubblikata fuq il-pjattaforma biex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU II – ARKITETTURA TAS-SISTEMA TAL-IT

L-Artikoli 5 u 6

L-Artikolu 5 tal-proposta jistabbilixxi pjattaforma tal-IT ġdida (pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE) li tiġbor flimkien u tappoġġa t-tqabbil tal-profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-Unjoni u l-postijiet tax-xogħol vakanti ta’ impjegaturi stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. Għal dan il-għan, il-komponenti tal-IT rilevanti li għandhom jiġu żviluppati huma elenkati fl-Artikolu 5(2). Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni hija prevista li tiddefinixxi standards tekniċi uniformi għall-iskambju tad-data, il-formati tad-data, il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-formati tal-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg.

Bil-għan li jitnaqqsu l-implikazzjonijiet tar-riżorsi tal-iżvilupp ta’ pjattaforma tal-IT ġdida, il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha tiġi żviluppata billi tintuża l-infrastruttura tal-IT eżistenti tal-Kummissjoni, sa fejn ikun possibbli.

Sabiex jiġi żgurat li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE toffri għodda ta’ appoġġ effettiva lill-Istati Membri parteċipanti, għandha hija żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali u l-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti - minbarra l-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE - jaċċessaw il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg irreġistrati fil-bażijiet tad-data nazzjonali u tal-UE f’daqqa.

Billi l-operat tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u ta’ impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, l-Artikolu 6 ta’ din il-proposta jipprevedi regoli dwar l-ipproċessar ta’ data personali, inkluża d-definizzjoni ta’ kontrolluri tad-data u ta’ dawk li jistgħu jaċċessaw data personali fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-persuni li qed ifittxu impjieg f’dan il-kuntest. L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni hija prevista li tipprovdi regoli aktar speċifiċi, inkluż dwar id-definizzjoni tas-subkategoriji ta’ data personali li għandha tiġi pproċessata, ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data u l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ data personali.

IL-KAPITOLU III - GOVERNANZA

L-Artikoli 7 – 10

Dawn id-dispożizzjonijiet jidentifikaw l-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-governanza tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Fl-Artikolu 8 huwa stabbilit Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jiżgura l-ġestjoni ġenerali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inkluż it-twaqqif u l-ġestjoni tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Il-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, stabbilit fl-Artikolu 9, huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti (rappreżentanti tal-Istati Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi) u għandu l-għan li jipprovdi appoġġ dwar għadd ta’ aspetti rilevanti għall-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inkluż fir-rigward tal-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dan il-grupp jista’ joffri wkoll forum ta’ diskussjoni biex jiffaċilita l-iskambji tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati biex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi mqabbla mal-impjegaturi permezz tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Kif definit fl-Artikolu 10, kull Stat Membru parteċipanti għandu jaħtar il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-EU li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fil-livell nazzjonali. B’mod partikolari, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-EU għandhom jibagħtu l-postijiet tax-xogħol vakanti lill-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u jinnotifikaw lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE l-lista nazzjonali ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema, kif ukoll l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mneħħija minn jew miżjuda mal-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mal-UE kollha skont l-Artikolu 15(1).

IL-KAPITOLU IV – IR-REĠISTRAZZJONI TA’ PERSUNI LI QED IFITTXU IMPJIEG MINN PAJJIŻI TERZI U L-PARTEĊIPAZZJONI TA’ IMPJEGATURI FIR-RIŻERVA TA’ TALENT TAL-UE

L-Artikolu 11 – Ir-reġistrazzjoni u l-aċċess ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi

L-Artikolu 11 jipprovdi regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-aċċess ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Wara li jkunu rreġistraw il-profili tagħhom permezz tal-għodda tal-bini tal-profil tal-Europass, il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jsiru viżibbli għall-impjegaturi u jitħallew ifittxu postijiet tax-xogħol vakanti fil-pjattaforma.

L-Artikolu 12 – Ir-reġistrazzjoni tal-profil u l-aċċess tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent

Il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE se toffri għodda biex jiġu implimentati s-Sħubijiet ta’ Talent billi jiġu ffaċilitati l-kollokamenti fl-impjiegi f’dan il-kuntest. Għal dan il-għan, l-Artikolu 12 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-parteċipazzjoni ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent.

Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li pparteċipaw fi Sħubija ta’ Talent għandhom jirċievu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” li jiċċertifika l-ħiliet żviluppati jew ivvalidati fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent. Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri fil-qafas tas-Sħubija ta’ Talent rilevanti. Huwa previst att ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni ta’ mudelli għall-format ta’ dan il-permess.

Ladarba l-profili ta’ dawn il-persuni li qed ifittxu impjieg jiġu rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, il-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” isir viżibbli għall-impjegaturi.

Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li kisbu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” jkunu rċevew appoġġ għall-iżvilupp u l-validazzjoni tal-ħiliet f’qafas miftiehem bejn l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi sħab. Dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu mmirati lejn is-suq tax-xogħol ta’ Stat Membru wieħed jew aktar li jipparteċipaw fis-Sħubija ta’ Talent, li jistgħu jikkontribwixxu, anki finanzjarjament, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. B’hekk, l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-Sħubija ta’ Talent rilevanti jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw il-viżibbiltà tal-profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jkunu kisbu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”, għal perjodu massimu ta’ sena, għall-impjegaturi stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar li jipparteċipaw f’dik l-istess Sħubija ta’ Talent.

L-Artikolu 13 – Il-parteċipazzjoni tal-impjegaturi fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE

L-Artikolu 13 jistabbilixxi r-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegaturi fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Il-postijiet tax-xogħol vakanti tal-impjegaturi jiġu ttrasferiti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Billi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE timmira għal ċerti okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema, huma biss il-postijiet tax-xogħol vakanti li jaqgħu fil-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha (l-Artikolu 14), l-aġġustamenti nazzjonali għal din il-lista (l-Artikolu 15) u dawk rilevanti għal Sħubija ta’ Talent li jiġu ttrasferiti għall-pjattaforma. Sabiex jiġu ttrasferiti għall-pjattaforma, dawk il-postijiet tax-xogħol vakanti għandhom ikunu miftuħa wkoll għar-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi f’konformità mal-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

L-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jikkonformaw mal-liġi u l-prattika nazzjonali rilevanti tal-Unjoni. Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi huma b’hekk protetti mid-diskriminazzjoni, mir-riskju ta’ reklutaġġ inġust u minn kundizzjonijiet tax-xogħol inadegwati.

L-Artikoli 14 u 15 – Lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha u aġġustamenti nazzjonali għal-lista

Sabiex jiġu appoġġati aħjar l-isforzi tal-Istati Membri parteċipanti fl-indirizzar tan-nuqqasijiet eżistenti u futuri ta’ ħaddiema, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha timmira speċifikament għall-aktar impjiegi rilevanti. Għal dan il-għan, hija stabbilita lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha fil-livell b’4 ċifri tal-ISCO-08 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-lista għall-UE kollha tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati li jqisu l-okkupazzjonijiet b’nuqqas ta’ ħaddiema komuni għal għadd sinifikanti tal-Istati Membri parteċipanti u l-okkupazzjonijiet li jikkontribwixxu direttament għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-UE. L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jżidu jew ineħħu mil-lista tal-UE l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom tas-suq tax-xogħol. L-aġġustamenti nazzjonali għandhom jaffettwaw biss it-tqabbil tal-postijiet tax-xogħol vakanti fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Artikolu 16 – Tiftix u tqabbil

Il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom ikunu jistgħu jfittxu lil xulxin fuq il-pjattaforma tal-IT permezz ta’ funzjoni ta’ tiftix li tipprovdi l-filtri. Għandhom ikunu disponibbli filtri speċifiċi biex jiġu identifikati l-profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg li jkollhom “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”.

Barra minn hekk, għodda awtomatizzata ta’ tqabbil inkorporata fil-pjattaforma tal-IT tiġġenera lista ta’ profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg issuġġeriti u postijiet tax-xogħol vakanti. Il-lista hija bbażata fuq ir-rilevanza tal-ħiliet, tal-kwalifiki u tal-esperjenzi tax-xogħol iddikjarati fil-profil vis-à-vis dawk meħtieġa għal post tax-xogħol vakanti speċifiku.

KAPITOLU V – L-GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI, IS-SERVIZZI TA’ APPOĠĠ U L-PROĊEDURI TAL-IMMIGRAZZJONI AĊĊELLERATI

L-Artikolu 17 – L-għoti ta’ informazzjoni u s-servizzi ta’ appoġġ

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ billi r-regoli rilevanti applikabbli fl-Istati Membri differenti jsiru jinftiehmu aktar u aktar trasparenti għall-impjegaturi u għall-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, tiġi pprovduta informazzjoni online fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta’ reklutaġġ, immigrazzjoni u rikonoxximent.

Barra minn hekk, bil-ħsieb li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi rreklutati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, hija inkluża informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli fl-Istati Membri parteċipanti.

Fir-rigward tal-assistenza ta’ wara l-għażla, l-Artikolu 17(3) jirrikjedi li l-Punti ta’ Kuntatt tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jipprovdu gwida u informazzjoni fuq talba mill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u minn impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE dwar il-proċeduri ta’ riunifikazzjoni tal-familja u d-drittijiet tal-membri tal-familja, il-miżuri ta’ integrazzjoni nazzjonali u l-organizzazzjonijiet li joffru assistenza wara r-reklutaġġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Tali informazzjoni għandha tinkludi wkoll mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli għal każijiet ta’ sfruttament tax-xogħol u prattiki ta’ reklutaġġ inġusti fl-Istati Membri parteċipanti.

L-Artikolu 18 – Il-faċilitazzjoni tal-ilmenti

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, l-Artikolu 18 jimponi fuq l-Istati Membri obbligu li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi effettivi li jippermettu lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jippreżentaw ilment f’każ ta’ ksur mill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 13. F’konformità mal-Artikolu 10, l-aċċess tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jiġi sospiż u l-postijiet tax-xogħol vakanti tagħhom għandhom jitneħħew mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE f’każ li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti responsabbli mil-liġi u l-prattika rilevanti jinnotifikaw ksur tal-liġi u l-prattika nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti biex jiġu żgurati t-trattament ugwali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-protezzjoni tagħhom kontra reklutaġġ inġust u kundizzjonijiet tax-xogħol inadegwati skont l-Artikolu 13.

L-Artikolu 19 – Proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati

Sabiex ir-reklutaġġ ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-pajjiż isir aktar faċli u aktar mgħaġġel għall-impjegaturi, l-Artikolu 19 jintroduċi l-possibbiltà li l-Istati Membri parteċipanti jistabbilixxu proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kisba ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal skopijiet ta’ xogħol u l-eżenzjoni mill-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

IL-KAPITOLU VI – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikoli 20 – 24

Dawn l-Artikoli jistabbilixxu regoli dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar, l-eżerċitar tad-delega u l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.



2023/0404 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

LI JISTABBILIXXI RIŻERVA TA’ TALENT TAL-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 25 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 26 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data 27 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni u l-Istati Membri individwali qed jiffaċċjaw nuqqasijiet f’firxa wiesgħa ta’ setturi u impjiegi, inkluż f’dawk rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. In-nuqqasijiet estensivi fil-kostruzzjoni, fil-kura tas-saħħa, fl-ospitalità, fit-trasport, fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u fit-teknoloġija tax-xjenza, fl-inġinerija u fil-matematika, ilhom jeżistu u ġew aggravati mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. In-nuqqas ta’ ħaddiema huwa mistenni li jippersisti u potenzjalment jaggrava fid-dawl tal-isfidi demografiċi.

(2)L-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema jeħtieġ approċċ komprensiv fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jinkludi, bħala prijorità, l-isfruttar aħjar tal-potenzjal sħiħ ta’ gruppi b’parteċipazzjoni aktar baxxa fis-suq tax-xogħol, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti, l-iffaċilitar tal-mobilità tal-ħaddiema intra-UE, kif ukoll it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-attraenza ta’ ċerti impjiegi. Minħabba l-iskala attwali tan-nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u x-xejriet demografiċi, il-miżuri li jimmiraw lejn il-forza tax-xogħol domestika u tal-Unjoni weħidhom x’aktarx ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqasijiet eżistenti u futuri ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet. Għalhekk, il-migrazzjoni legali hija essenzjali biex tikkomplementa dawk l-azzjonijiet u trid tkun parti mis-soluzzjoni biex tappoġġa bis-sħiħ it-tranżizzjoni doppja.

(3)Sabiex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ internazzjonali u jiġu pprovduti opportunitajiet għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jaħdmu f’okkupazzjonijiet nieqsa mill-ħaddiema fl-UE kollha, jenħtieġ li tiġi stabbilita Riżerva ta’ Talent tal-UE fil-forma ta’ pjattaforma għall-Unjoni kollha li tiġbor flimkien u tappoġġa t-tqabbil tal-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-Unjoni u l-postijiet tax-xogħol vakanti ta’ impjegaturi stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti.

(4)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-perkorsi legali għall-protezzjoni fl-UE 28 tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu u jappoġġaw perkorsi tax-xogħol komplementari għal dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali 29 . Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tista’ tappoġġa wkoll l-operazzjonalizzazzjoni tal-perkorsi komplementari.

(5)Jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE jkollha l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri parteċipanti biex jindirizzaw in-nuqqasijiet eżistenti u futuri ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet permezz tar-reklutaġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, sa fejn l-attivazzjoni tal-forza tax-xogħol domestika u l-mobilità intra-UE ma jkunux biżżejjed biex jintlaħaq dan l-objettiv. Bħala għodda volontarja biex tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali, jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE toffri appoġġ addizzjonali fil-livell tal-Unjoni lill-Istati Membri interessati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żgurati l-komplementarjetà u l-interoperabbiltà mal-inizjattivi u l-pjattaformi nazzjonali eżistenti. Jenħtieġ li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri jitqiesu fl-iżvilupp tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE sabiex tiġi żgurata l-usa’ parteċipazzjoni possibbli. B’hekk, “Talent” huwa terminu komprensiv li jirreferi għall-firxa sħiħa ta’ ħiliet li jistgħu jkunu meħtieġa mis-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri.

(6)Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha l-għan li tipprovdi servizzi lill-impjegaturi li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti, inklużi aġenziji privati tal-impjiegi, aġenziji tax-xogħol temporanju u intermedjarji tas-suq tax-xogħol kif definiti mill-Konvenzjoni 181 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol mill-1997.

(7)Jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni ta’ Sħubijiet ta’ Talent, li huma wieħed mill-aspetti ewlenin tad-dimensjoni esterna tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil 30 u huma operazzjonalizzati f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-attrazzjoni tal-ħiliet u tat-talent lejn l-UE 31 . Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru fis-Sħubija ta’ Talent tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tiegħu dwar il-parteċipazzjoni fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

(8)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu rrappreżentati b’mod adegwat fil-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti jaħtru żewġ rappreżentanti kull wieħed, wieħed mill-awtoritajiet tal-impjiegi u wieħed mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni.

(9)Jenħtieġ li tiġi żviluppata pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE billi tintuża l-infrastruttura tal-IT eżistenti tal-Kummissjoni sa fejn ikun possibbli. L-infrastruttura tal-IT żviluppata fil-qafas tal-EURES tista’ terġa’ tintuża parzjalment għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inkluż il-mezz ikkoordinat uniku u l-għodda awtomatizzata ta’ tqabbil bl-adattamenti rilevanti, inkluż biex jitqies kif xieraq il-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”.

(10)Jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji, fejn xieraq, bejn il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u strumenti u servizzi rilevanti oħrajn fil-livell tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-aċċess għal materjali ta’ taħriġ bħall-Akkademja tal-UE u l-Akkademja tal-Ewropa Interoperabbli. Jenħtieġ li l-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiġi adattata malajr u regolarment għal prattiki ġodda fit-teknoloġija u tipprovdi servizzi tal-IT tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku billi tintroduċi karatteristiċi u għodod innovattivi.

(11)Jenħtieġ li l-format tal-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg u tal-postijiet tax-xogħol vakanti jiġi stabbilit bl-użu tal-klassifikazzjoni Ewropea eżistenti ta’ ħiliet, kompetenzi, kwalifiki u impjiegi (ESCO) kif previst fir-Regolament (UE) 2016/589 32 li jipprevedi terminoloġija standardizzata għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi u jiffaċilita t-trasparenza tal-ħiliet u tal-kwalifiki. Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni tal-ESCO tappoġġa lill-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, lill-impjegaturi u lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jipprovdu informazzjoni komparabbli dwar l-esperjenzi tax-xogħol, l-impjiegi koperti minn post tax-xogħol vakanti, kif ukoll il-ħiliet offruti mill-persuni li qed ifittxu impjieg u meħtieġa mill-impjegaturi, biex b’hekk jippermettu proċess ta’ tqabbil ta’ kwalità għolja. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jużaw il-format tal-ESCO għat-trasferiment ta’ postijiet tax-xogħol vakanti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. L-Istati Membri li ma jadottawx il-klassifikazzjoni tal-ESCO għall-postijiet tax-xogħol vakanti nazzjonali jenħtieġ li jipproduċu tabelli ta’ mmappjar li jqabblu l-klassifikazzjoni użata fis-sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni tal-ESCO biex jippermettu l-interoperabbiltà. Jenħtieġ li t-tabelli tal-immappjar isiru disponibbli għall-Kummissjoni u jenħtieġ li jintużaw għat-transkowdjar awtomatiku tal-informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti jew il-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg għall-fini ta’ tqabbil awtomatizzat permezz tal-pjattaforma tal-IT komuni.

(12)Jenħtieġ li l-kompiti jiġu assenjati lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jiġu żgurati l-funzjonijiet ta’ tiftix u tqabbil tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Jenħtieġ li dawn il-kompiti jitqiesu bħala kompiti mwettqa fl-interess pubbliku li għat-twettiq tagħhom huwa meħtieġ li tiġi pproċessata data personali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 33 , u fl-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/679 34 , rispettivament. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta’ data personali jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mar-Regolamenti (UE) 2018/1725 u (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(13)Jenħtieġ li l-ipproċessar għall-fini tal-funzjonijiet ta’ tiftix u tqabbil tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jkun limitat għad-data personali meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, li tippermetti t-tiftix u t-tqabbil fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, kif ukoll għall-ġbir tad-data biex jittejjeb il-funzjonament tar-Riżerva ta’ Talent. Jenħtieġ li dan ma jkunx jirrikjedi l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(14)Jenħtieġ li l-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jkollhom id-dritt li jagħżlu minn għadd ta’ għażliet tekniċi biex jirrestrinġu l-aċċess għad-data personali tagħhom, pereżempju, billi jirrestrinġu l-aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. Jenħtieġ li l-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u ta’ impjegaturi li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE li ma ntużawx għal perjodu ta’ sentejn jitneħħew awtomatikament. Meta jitneħħew il-profili, sett limitat ta’ data anonimizzata jista’ jkompli jinħażen għal finijiet ta’ riċerka u statistika, inkluż għall-fini tal-produzzjoni u l-kwalità tal-istatistika Ewropea.

(15)Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tagħhom li jinfurmaw lis-suġġetti tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u d-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jenħtieġ ukoll li s-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jinfurmaw lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom li jirrestrinġu teknikament l-aċċess għad-data personali tagħhom u li jitolbu, fi kwalunkwe ħin, it-tħassir jew il-modifika tad-data personali tagħhom inkluża fil-profili tagħhom.

(16)Jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE tikkontribwixxi għall-objettiv li tiskoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari, inkluż billi tiffaċilita l-aċċess għall-perkorsi legali eżistenti. Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li tirrifjuta d-dħul jew is-soġġorn fi Stat Membru jew projbizzjoni fuq id-dħul f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , jenħtieġ li ma jitħallewx jirreġistraw il-profili tagħhom fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, minħabba li mhux se jitħallew jidħlu u jibqgħu fl-Unjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jkunu meħtieġa, qabel ma jirreġistraw il-profili tagħhom fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, jiddikjaraw li bħalissa ma humiex soġġetti għal rifjut ta’ dħul jew soġġorn fi Stat Membru jew projbizzjoni fuq id-dħul fit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar il-konsegwenzi biex issir dikjarazzjoni falza f’dan ir-rigward.

(17)Jenħtieġ li l-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jixtiequ jirreġistraw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE joħolqu profil billi jużaw il-funzjonalità tal-bini tal-profil tal-Europass 36 li tippermetti l-ħolqien ta’ profil liberu u r-rapportar tal-ħiliet u l-kwalifiki rilevanti, u ta’ esperjenzi oħrajn f’post online sigur wieħed.

(18)Fejn meħtieġ, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-validazzjoni tal-ħiliet tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jitwettqu fl-Istati Membri parteċipanti fuq talba tal-persuna li qed tfittex impjieg jew tal-impjegatur f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, u ma’ kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti, inklużi Arranġamenti ta’ Rikonoxximent Reċiproku għall-kwalifiki professjonali. L-assistenza personalizzata u l-informazzjoni online dwar il-proċeduri ta’ rikonoxximent u validazzjoni eżistenti fil-livell nazzjonali jenħtieġ li jkunu disponibbli fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

(19)Fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi magħżula jirċievu appoġġ għall-iżvilupp u l-validazzjoni tal-ħiliet f’qafas approvat mill-Istati Membri li jieħdu sehem fi Sħubija ta’ Talent u minn pajjiżi sħab. Għalhekk, jenħtieġ li l-ħiliet żviluppati jew ivvalidati fil-qafas ta’ Sħubija ta’ Talent jiġu ċċertifikati mill-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” li huwa viżibbli fil-kuntest tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Jenħtieġ li l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jkunu jistgħu jiffiltraw il-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi sabiex jivviżwalizzaw dawk li jkunu kisbu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”. Dan jista’ jħeġġeġ lill-impjegaturi joffru kollokament f’impjieg fl-Unjoni. L-Istati Membri, fil-qafas ta’ Sħubija ta’ Talent, jenħtieġ li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” għall-fini tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inkluż jekk jenħtieġx li l-awtorità nazzjonali ta’ pajjiż sieħeb, organizzazzjoni internazzjonali jew parti kkonċernata oħra jappoġġaw it-twettiq tagħha. Il-ħruġ ta’ “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u Ewropej dwar l-aċċess għal professjonijiet regolati.

(20)Jenħtieġ li l-lista ta’ pajjiżi terzi u tal-Istati Membri li jipparteċipaw fi Sħubijiet ta’ Talent tiġi ppubblikata fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE flimkien mal-impjiegi rilevanti mmirati minn kull sħubija.

(21)Fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent, l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-ħiliet jistgħu jkunu mmirati lejn is-suq tax-xogħol ta’ Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu, anki finanzjarjament, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-iżvilupp u l-validazzjoni tal-ħiliet offruti fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent. Għalhekk, jekk jiġi deċiż hekk mill-Istati Membri li jipparteċipaw fis-Sħubija ta’ Talent, huma biss l-impjegaturi stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar li jipparteċipaw fi Sħubija ta’ Talent li jenħtieġ li jkunu jistgħu, għal perjodu massimu ta’ sena, ifittxu persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg li għandhom “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”. Din il-possibbiltà tista’, b’mod partikolari, tapplika f’każijiet fejn l-iżvilupp tal-ħiliet kien immirat speċifikament għall-ħtiġijiet ta’ Stat Membru. Informazzjoni dwar jekk din il-possibbiltà hijiex applikata u f’liema każijiet jenħtieġ li tiġi pprovduta fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, sabiex tinforma lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. L-impjegaturi kollha li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jfittxu l-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg li għandhom “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” wara li jkun għadda dan il-perjodu ta’ żmien. Jenħtieġ li l-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li rċevew appoġġ taħt Sħubija ta’ Talent dejjem ikollhom il-possibbiltà li jirreġistraw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE bħal kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz ieħor, mingħajr ma jkollhom bżonn jiddikjaraw l-eżistenza ta’ “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” u b’hekk ikunu jistgħu japplikaw għal impjiegi fi Stati Membri oħrajn.

(22)Jenħtieġ li l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali japplikaw għall-attivitajiet kollha mwettqa fil-kuntest tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi minimi, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, it-taħriġ, u l-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol. F’konformità ma’ dawk il-prinċipji, jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiżgura impjieg ta’ kwalità. 

(23)L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-xogħol (International Labour Organisation, ILO) fil-“Prinċipji ġenerali u l-linji gwida operazzjonali tagħha għal reklutaġġ ġust” tistabbilixxi għadd ta’ standards dwar il-protezzjoni adegwata tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi kontra reklutaġġ inġust. Jenħtieġ li l-impjegaturi jikkonformaw mad-dritt u l-prattika applikabbli tal-Unjoni. It-trattament ugwali tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fir-rigward ta’ ċittadini tal-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll mill-impjegaturi f’konformità mad-Direttiva 2011/98 37 , id-Direttiva 2014/36/UE 38 , id-Direttiva 2021/1883/UE 39 u d-Direttiva 2016/801/UE 40 . F’konformità mad-Direttiva 2019/1152/UE 41 , jenħtieġ li l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jipprovdu lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi informazzjoni bil-miktub u b’lingwa li tinftiehem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol fil-bidu tal-impjieg. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tinkludi mill-inqas il-post u t-tip ta’ xogħol, id-durata tal-impjieg, ir-rimunerazzjoni, is-sigħat tax-xogħol, l-ammont ta’ kwalunkwe liv bi ħlas u, fejn applikabbli, kundizzjonijiet tax-xogħol rilevanti oħrajn. Jenħtieġ li impjegatur la jitlob ħlas għar-reklutaġġ u lanqas jipprojbixxi lil ħaddiem milli jibda impjieg ma’ impjegaturi oħrajn, barra mill-iskeda tax-xogħol stabbilita ma’ dak l-impjegatur, u lanqas ma jissoġġetta lil ħaddiem għal trattament avvers biex jagħmel dan. Jenħtieġ li l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jikkonformaw mad-Direttiva 96/71/KE 42 kif emendata mid-Direttiva 2018/957 meta jistazzjonaw ħaddiema fil-qafas tal-forniment ta’ servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg b’dan stabbiliti, bħall-obbligu li l-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiġu stazzjonati biss fi Stat Membru jekk ikunu impjegati legalment u abitwalment fi Stat Membru ieħor. 

(24)Sabiex jiġi żgurat tqabbil ta’ kwalità għolja, jenħtieġ li l-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jkollhom aċċess għal lista ta’ profili ssuġġeriti ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg u ta’ postijiet tax-xogħol vakanti abbażi tar-rilevanza tal-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi tax-xogħol tagħhom għall-post tax-xogħol vakanti. Il-lista hija ġġenerata mill-għodda awtomatizzata ta’ tqabbil tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

(25)Jenħtieġ li l-pjattaforma tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tissodisfa l-ħtiġijiet stabbiliti fis-suq tax-xogħol u ma sservix bħala mezz biex tisposta jew taffettwa b’mod negattiv il-forza tax-xogħol eżistenti jew inkella timmina x-xogħol deċenti jew il-kompetizzjoni ġusta. Sabiex jiġu appoġġati aħjar l-isforzi tal-Istati Membri fl-indirizzar tan-nuqqasijiet ta’ ħaddiema eżistenti u futuri, jenħtieġ li r-Riżerva ta’ Talent tal-UE timmira għal impjiegi speċifiċi fil-livelli kollha ta’ ħiliet, abbażi tal-aktar impjiegi komuni b’nuqqas ta’ ħaddiema fl-Unjoni u tal-impjiegi b’kontribuzzjoni diretta għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Sabiex il-postijiet tax-xogħol vakanti jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq tax-xogħol nazzjonali u billi l-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha stabbilita fl-Anness titqies bħala punt tat-tluq, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitħallew jinnotifikaw lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biż-żieda jew bit-tneħħija ta’ impjiegi speċifiċi b’nuqqas ta’ ħaddiema. Jenħtieġ li tali notifiki jkollhom impatt biss fuq il-konkordanzi għall-postijiet tax-xogħol vakanti sottomessi mill-Istat Membru rispettiv. Jenħtieġ li la l-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE u lanqas in-notifiki tal-Istati Membri ma jaffettwaw il-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

(26)Jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti jagħmlu l-informazzjoni dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-funzjonament tagħha faċilment aċċessibbli għall-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u għall-impjegaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti. Jenħtieġ li tali informazzjoni tinkludi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-parteċipazzjoni fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

(27)Jenħtieġ li s-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jiżgura li informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri tal-immigrazzjoni, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-validazzjoni tal-ħiliet, id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli għal każijiet ta’ sfruttament tax-xogħol u prattiki ta’ reklutaġġ inġusti fl-Istati Membri parteċipanti tkun disponibbli fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Jenħtieġ li l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jipprovdu l-informazzjoni rilevanti mas-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE sabiex tkun tista’ tiġi ppubblikata fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Jenħtieġ li l-informazzjoni online dwar l-appoġġ disponibbli għall-persuni li qed ifittxu impjieg li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u li jinsabu f’pajjiżi terzi tkun disponibbli wkoll fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Il-miżuri ta’ appoġġ stabbiliti mill-Istati Membri jistgħu jinkludu kampanji ta’ informazzjoni speċifiċi, appoġġ biex jinkiseb dokument tal-ivvjaġġar u appoġġ għall-integrazzjoni mal-wasla.

(28)Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tkun disponibbli mill-inqas bil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri parteċipanti.

(29)Jenħtieġ li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jappoġġaw l-għoti ta’ informazzjoni lil dawk li qed ifittxu xogħol minn pajjiżi terzi dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-funzjonament tagħha, kif ukoll mill-Istati Membri parteċipanti.

(30)Fuq talba mill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u minn impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jipprovdu appoġġ addizzjonali. Jenħtieġ li l-appoġġ addizzjonali jinkludi informazzjoni mfassla apposta dwar il-viżi u l-permessi ta’ residenza rilevanti għall-finijiet ta’ xogħol fl-Istat Membru parteċipanti, inkluż fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bħall-aċċess għall-benefiċċji soċjali, l-assistenza għas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni. Jistgħu jiġu pprovduti wkoll gwida u informazzjoni speċifiċi dwar il-proċeduri ta’ riunifikazzjoni tal-familja u d-drittijiet tal-membri tal-familja, u miżuri eżistenti biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti, bħal korsijiet tal-lingwa u taħriġ vokazzjonali. Tali informazzjoni għandha tinkludi wkoll mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli għal każijiet ta’ sfruttament tax-xogħol u prattiki ta’ reklutaġġ inġusti fl-Istati Membri parteċipanti. Jenħtieġ li l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jipprovdu informazzjoni lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom relatati mas-sigurtà soċjali, mal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, mat-tassazzjoni, mal-kwistjonijiet relatati mal-kuntratti tax-xogħol, mad-drittijiet tal-pensjoni u mal-assigurazzjoni tas-saħħa.

(31)Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-UE dwar il-migrazzjoni legali. Barra minn hekk, sabiex ir-reklutaġġ tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li huma residenti barra mill-Unjoni jsir aktar faċli u aktar malajr għall-impjegaturi, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jistabbilixxu proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kisba ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal finijiet ta’ xogħol u l-eżenzjoni mill-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni. L-implimentazzjoni ta’ proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati tista’ tiġi diskussa fil-kuntest tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi appoġġat l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.

(32)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ pjattaforma għall-Unjoni kollha mmirata biex tindirizza n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema fil-livell tal-Unjoni billi tiffaċilita r-reklutaġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jaħdmu f’okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-nuqqas ta’ mezzi effettivi u l-viżibbiltà limitata fil-livell globali, iżda minflok, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(33)Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament li jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ internazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex temenda dan ir-Regolament fir-rigward tal-Anness li jipprovdi l-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 43 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(34)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 .

(35)Jenħtieġ li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni tal-mudelli għall-format tal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”. Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża għall-adozzjoni u l-aġġornament ta’ standards tekniċi għall-iskambju tad-data, il-formati tad-data, il-formati tal-postijiet tax-xogħol vakanti u l-formati tal-profili għall-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża wkoll għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi għall-adozzjoni tas-subkategoriji ta’ data personali li għandhom jiġu pproċessati, ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data, inklużi regoli li jirregolaw l-użu possibbli ta’ proċessur jew proċessuri tad-data, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data personali u l-għażla disponibbli għall-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg biex jirrestrinġu l-aċċess għad-data personali tagħhom fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

(36)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(37)Jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti jimplimentaw dan ir-Regolament f’konformità sħiħa mal-obbligi kollha tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u, b’mod partikolari, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwi, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija ta’ minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li jiġu żgurati r-rispett ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi u ġusti u l-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol.

(38)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(39)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. JEW [F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat [, b’ittra ta’ ...,] ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi Riżerva ta’ Talent tal-UE disponibbli għall-Istati Membri kollha biex tiffaċilita r-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi residenti barra mill-Unjoni.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)l-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni u l-funzjonament tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-kooperazzjoni bejniethom;

(b)il-funzjonament tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u s-servizzi ta’ appoġġ relatati;

(c)il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-parteċipazzjoni fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u impjegaturi;

(d)il-faċilitazzjoni tar-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn Sħubija ta’ Talent.

Artikolu 2
Ambitu

1.Dan ir-Regolament japplika għal persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li huma residenti barra mill-Unjoni u impjegaturi stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 3 
Parteċipazzjoni

1.Kwalunkwe Stat Membru jista’ jiddeċiedi, fi kwalunkwe ħin, li jipparteċipa fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Huwa għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 9 xhur qabel id-data minn meta jkollu l-ħsieb li jipparteċipa. Mill-ewwel jum tal-parteċipazzjoni, il-postijiet tax-xogħol vakanti ta’ impjegaturi stabbiliti f’dak l-Istat Membru jistgħu jiġu ttrasferiti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.L-informazzjoni dwar l-Istati Membri parteċipanti għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Artikolu 4
Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“Stati Membri parteċipanti” tfisser Stati Membri li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(2)“persuna li qed tfittex impjieg minn pajjiż terz” tfisser persuna residenti barra mill-Unjoni li ma hijiex ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-TFUE u li qed tfittex impjieg fl-Unjoni;

(3)“impjegatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe entità ġuridika, stabbilita fi Stat Membru parteċipanti taħt id-direzzjoni jew is-superviżjoni ta’ min isir l-impjieg, kif ukoll aġenziji privati tal-impjiegi, aġenziji tax-xogħol temporanju u intermedjarji tas-suq tax-xogħol;

(4)“profil” tfisser l-informazzjoni pprovduta minn persuna li tfittex impjieg minn pajjiż terz permezz ta’ format standard tad-data bl-iskop li tfittex impjieg permezz tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(5)“mezz ikkoordinat uniku” tfisser is-servizz tal-IT li jiġi stabbilit għat-trażmissjoni ta’ postijiet tax-xogħol vakanti mill-Istati Membri parteċipanti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE skont sistema uniformi u bl-użu tal-infrastruttura teknika meħtieġa.

KAPITOLU II
ARKITETTURA TAS-SISTEMA TAL-IT

Artikolu 5
Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE

1.Il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għall-iffaċilitar tar-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi hija stabbilita.

2.Il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha tkun magħmula minn:

(a)il-mezz ikkoordinat uniku li jippermetti lill-Istati Membri parteċipanti jittrasferixxu l-postijiet tax-xogħol vakanti għall-bażi tad-data tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(b)l-infrastruttura teknika li tippermetti lill-bażi tad-data tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tirċievi l-postijiet tax-xogħol vakanti mill-Istati Membri parteċipanti;

(c)l-infrastruttura teknika biex jinġabru u jinżammu l-profili ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi;

(d)l-infrastruttura teknika li tippermetti lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex ifittxu persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, u lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg biex ifittxu postijiet tax-xogħol vakanti;

(e)l-għodda awtomatizzata ta’ tqabbil;

(f)il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur li jippermetti lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jikkomunikaw fi ħdan il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-istandards tekniċi meħtieġa għall-iskambju tad-data, il-formati tad-data, inklużi l-ESCO, il-formati tal-postijiet tax-xogħol vakanti u l-formati tal-profili għall-persuni li qed ifittxu impjieg. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(3).

4.L-Istati Membri parteċipanti u s-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà teknika bejn is-sistemi nazzjonali u l-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jiżgura l-interfaċċa ma’ strumenti u servizzi rilevanti oħrajn offruti fil-livell tal-Unjoni, fejn xieraq.

Artikolu 6
Ipproċessar ta’ data personali

1.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jista’ jipproċessa d-data personali ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u dawk tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE biss sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 8. Meta jipproċessaw id-data personali għal dan il-għan, is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jaġixxi bħala kontrollur tad-data, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

2.Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jipproċessaw id-data personali tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi biss sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 10. Meta tiġi pproċessata data personali għal dan il-għan, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jaġixxu bħala kontrolluri tad-data, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.Il-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi għandhom jinkludu l-isem, il-kunjom, id-dettalji ta’ kuntatt, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità, informazzjoni dwar il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, l-esperjenza tax-xogħol, ħiliet oħrajn u għarfien tal-lingwa. Il-postijiet tax-xogħol vakanti tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jinkludu l-isem, il-kunjom u d-dettalji ta’ kuntatt. 

4.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jinformaw lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u d-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data, kif ukoll dwar id-drittijiet tagħhom skont il-paragrafi 6 u 7.

5.Id-data personali rreġistrata fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jew trażmessa lilha f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tiġi indiċjata, maħżuna u magħmula disponibbli hemmhekk biss għal finijiet ta’ tiftix u tqabbil. Il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu minn għadd ta’ għażliet tekniċi biex jirrestrinġu l-aċċess għad-data personali tagħhom.

6.Il-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li ma jkunux ġew aċċessati għal perjodu ta’ sentejn mir-reġistrazzjoni tal-profili tagħhom għandhom jitneħħew jew jiġu anonimizzati u ma għandha tinħażen l-ebda data personali. Ladarba l-profili jitneħħew, sett limitat ta’ data anonimizzata jista’ jkompli jinħażen għal skopijiet ta’ riċerka u statistika, kif ukoll biex tiġi estratta data biex jittejjeb il-funzjonament tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

7.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jagħmel id-data tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-postijiet tax-xogħol vakanti tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE disponibbli għal tfittxijiet u tqabbil fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

8.Id-data tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi għandha tkun aċċessibbli biss għall-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, u għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Id-data tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha tkun aċċessibbli għall-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi, u għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

9.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, aktar dispożizzjonijiet dwar id-data personali li għandha tiġi pproċessata u inkluża fil-formati tal-postijiet tax-xogħol vakanti u tal-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg, ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data, inklużi regoli li jirregolaw l-użu possibbli ta’ proċessur jew proċessuri tad-data, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data personali u l-għażla disponibbli għall-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg biex jirrestrinġu l-aċċess għad-data personali tagħhom fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(3).

KAPITOLU III
GOVERNANZA

Artikolu 7
Struttura

1.Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha tikkonsisti minn:

(a)is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(b)il-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(c)il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

Artikolu 8
Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE 

1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.Is-Segretarjat għandu jkun responsabbli biex:

(a)jiżgura l-ġestjoni ġenerali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inklużi l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(b)jistabbilixxi u jiġġestixxi l-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u s-servizzi tal-IT relatati meħtieġa għall-funzjonament tagħha, b’mod partikolari bl-użu tal-infrastruttura teknika diġà disponibbli fil-livell tal-Unjoni, fejn rilevanti;

(c)jippubblika l-informazzjoni rilevanti fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 10(2), il-punt (f), l-Artikolu 12(5), (6) u (7), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2);

(d)iħejji l-laqgħat tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(e)jiġbor id-data rilevanti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE skont l-Artikolu 20;

(f)ilaqqa’ laqgħat regolari tan-Network tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE msemmija fl-Artikolu 10 biex jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni teknika fil-livell nazzjonali ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9
Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE

1.Il-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE huwa stabbilit. Il-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE huwa responsabbli biex:

(a)jipprovdi appoġġ lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fit-tħejjija tal-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE skont l-Artikolu 14;

(b)jipprovdi appoġġ lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fl-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(c)jiffaċilita l-ġbir tad-data rilevanti għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE msemmija fl-Artikolu 20;

(d)jiddiskuti l-implimentazzjoni ta’ proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati biex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 19.

2.L-Istati Membri parteċipanti biss għandhom ikunu membri tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. L-Istati Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE bħala osservaturi.

3.Il-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jiltaqa’ darbtejn fis-sena, jew fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ. Il-laqgħat għandhom jissejħu u jiġu ppreseduti mill-Kummissjoni.

4.Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali trans-industrijali fil-livell tal-Unjoni għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Ir-rappreżentanza ta’ żewġ parteċipanti mit-trade union u żewġ parteċipanti mill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi għandha tiġi żgurata mill-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dawk ir-rappreżentanti għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub li tiddikjara li ma humiex f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess.

Artikolu 10
Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE

1.Kull Stat Membru parteċipanti għandu jaħtar Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet rilevanti mill-qasam tal-impjiegi u l-immigrazzjoni jinħatru bħala l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.Il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jkun responsabbli biex:

(a)jiffaċilita l-funzjonament tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fil-livell nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5;

(b)jittrasferixxi l-postijiet tax-xogħol vakanti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE permezz tal-mezz ikkoordinat uniku u jiffaċilita t-tqabbil bejn il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u l-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(c)jinnotifika lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE l-lista nazzjonali ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema darba fis-sena u kwalunkwe aġġustament nazzjonali fil-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE skont l-Artikolu 15;

(d)iżomm reġistru tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(e)jissospendi l-aċċess tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u jneħħi l-postijiet tax-xogħol vakanti tagħhom mill-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE f’każ li jiġi nnotifikat ksur tal-liġi u l-prattika rilevanti skont l-Artikolu 13(3) lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti responsabbli għall-infurzar tal-liġi u l-prattika rilevanti;

(f)jipprovdi informazzjoni lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE dwar il-proċeduri ta’ immigrazzjoni u rikonoxximent fil-livell nazzjonali, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni u data rilevanti għall-monitoraġġ tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE kif stabbilit fl-Artikolu 20;

(g)jipprovdi informazzjoni u servizzi ta’ appoġġ lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE f’konformità mal-Artikolu 17.

3.Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE minn kull Stat Membru parteċipanti għandhom jissejħu regolarment mis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fin-Network tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV
REĠISTRAZZJONI TA’ PERSUNI LI QED IFITTXU IMPJIEG MINN PAJJIŻI TERZI U L-PARTEĊIPAZZJONI TA’ IMPJEGATURI FIR-RIŻERVA TA’ TALENT TAL-UE

Artikolu 11
Reġistrazzjoni u l-aċċess ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi

1.Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jistgħu joħolqu l-profili tagħhom permezz tal-bennej tal-profil tal-Europass sabiex jirreġistraw fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.L-aċċess għar-reġistrazzjoni ta’ profil fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jkun limitat għal persuni li jiddikjaraw b’mod espliċitu li ma humiex soġġetti għal deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li tirrifjuta d-dħul jew is-soġġorn fi Stat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu jew projbizzjoni fuq id-dħul fit-territorju tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE.

3.Il-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi rreġistrati fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom ikunu viżibbli għall-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

4.Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jfittxu postijiet tax-xogħol vakanti.

Artikolu 12
Reġistrazzjoni tal-profil u l-aċċess tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent

1.L-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi Sħubija ta’ Talent jistgħu jiddeċiedu li jiddependu fuq ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jiffaċilitaw ir-reklutaġġ tal-persuni li qed ifittxu impjieg minn dak il-pajjiż terz li l-ħiliet tagħhom ġew żviluppati jew ivvalidati fil-qafas ta’ dik is-Sħubija ta’ Talent u ċċertifikati minn “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”.

2.Il-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jkunu rċevew “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” li jiċċertifika l-ħiliet żviluppati jew ivvalidati fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent jistgħu jirreġistraw il-profil tagħhom fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE li tgħaqqad il-profili tagħhom mal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”.

3.Il-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” għandu jkun viżibbli fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u għandu jkun fih informazzjoni dwar wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)id-dettalji tal-edukazzjoni u t-taħriġ miksuba miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jipparteċipa fis-Sħubija ta’ Talent, inkluż is-suġġett tal-edukazzjoni u t-taħriġ, id-durata tiegħu u t-tip ta’ ħiliet miksuba u l-livell tagħhom;

(b)il-kwalifika miksuba u l-ħiliet taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkunu ġew ivvalidati fil-kuntest tas-Sħubija ta’ Talent, inklużi l-ħiliet u l-kompetenzi relatati ma’ impjieg speċifiku, il-ħiliet lingwistiċi, jew il-kompetenzi li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(c)kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti għall-fini tar-reklutaġġ.

4.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta mudelli għall-format tal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22(2).

5.Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri fil-qafas tas-Sħubija ta’ Talent li fiha jkunu qed jipparteċipaw. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

6.L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu, fil-qafas tas-Sħubija ta’ Talent rilevanti, li jillimitaw il-viżibbiltà tal-profili tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jkunu kisbu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”, għal perjodu massimu ta’ sena, għall-impjegaturi stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar li jieħdu sehem f’dik l-istess Sħubija ta’ Talent. Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jippubblika informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

7.Il-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ Stati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi Sħubija ta’ Talent u l-impjiegi rilevanti koperti fiha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Artikolu 13
Parteċipazzjoni tal-impjegaturi fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE

1.L-impjegaturi interessati li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jitolbu lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti biex jittrasferixxi l-postijiet tax-xogħol vakanti tagħhom għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jittrasferixxu għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE postijiet tax-xogħol vakanti li:

(a)jaqgħu fil-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha stabbilita fl-Artikolu 14 u l-aġġustamenti nazzjonali fil-lista skont l-Artikolu 15(1) jew dawk il-postijiet tax-xogħol vakanti li huma rilevanti għal Sħubija ta’ Talent;

(b)huma miftuħa għar-reklutaġġ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi f’konformità mal-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni, fejn applikabbli skont il-liġi nazzjonali.

3.L-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jikkonformaw mal-liġi u l-prattika nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti biex jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kontra reklutaġġ inġust u kundizzjonijiet tax-xogħol inadegwati, kif ukoll in-nondiskriminazzjoni. L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jintroduċu kundizzjonijiet addizzjonali għall-parteċipazzjoni tal-impjegaturi fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jiżguraw il-konformità ma’ prattiki nazzjonali rilevanti oħrajn, ma’ ftehimiet kollettivi u mal-prinċipji u l-linji gwida stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

L-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE ma għandhomx jitolbu tariffi lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi għall-fini tar-reklutaġġ.

4.Il-postijiet tax-xogħol vakanti tal-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom ikunu viżibbli għall-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

5.L-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jindikaw, mingħajr dewmien żejjed, fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE li jkunu temmew b’suċċess ir-reklutaġġ tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi għall-post tax-xogħol vakanti partikolari. Il-profili ta’ dawk il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg u l-postijiet tax-xogħol vakanti li ġew issodisfati għandhom awtomatikament ma jibqgħux viżibbli fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

6.L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal-liġi u l-prattika rilevanti fl-Istati Membri parteċipanti għandhom jinformaw minnufih lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE dwar kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi u l-prattika rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 3 għall-finijiet tal-Artikolu 10(2)(e).

Artikolu 14
Lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha

1.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha fil-livell b’4 ċifri tal-ISCO-08 hija stabbilita fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21 biex temenda l-Anness, f’konformità mal-kriterji li ġejjin:

(a)l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema komuni għal għadd sinifikanti ta’ Stati Membri parteċipanti kif innotifikati lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE skont l-Artikolu 10(2)(c);

(b)l-impjiegi li jikkontribwixxu direttament għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-UE u li x’aktarx jikbru fl-importanza.

2.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jippubblika l-lista tal-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Artikolu 15
Aġġustamenti nazzjonali għal-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha

1.L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fil-livell b’4 ċifri tal-ISCO-08, sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom tas-suq tax-xogħol. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li jneħħu l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema mil-lista madwar l-UE kollha fejn dawk ma jikkorrispondux għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom tas-suq tax-xogħol. L-aġġustamenti speċifiċi għall-pajjiż għandhom jaffettwaw biss it-tqabbil tal-postijiet tax-xogħol vakanti fl-Istat Membru kkonċernat.

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tal-Istati Membri li jinnotifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE skont l-Artikolu 3 għandhom jinnotifikaw kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha mhux aktar tard minn 3 xhur qabel ma jissieħbu fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tal-Istati Membri parteċipanti għandhom jinnotifikaw kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha fi żmien 3 xhur wara l-emendi għall-Anness.

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jinnotifikaw lis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE aktar żidiet u tneħħijiet mil-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha massimu ta’ darba fis-sena.

2.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jippubblika l-aġġustamenti għal-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha nnotifikati mill-Punti ta’ Kuntatt tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

3.Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jittrasferixxu għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE dawk il-postijiet tax-xogħol vakanti biss li jikkorrispondu għal-lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha, filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 16
Tiftix u tqabbil

1.L-impjegaturi li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jfittxu persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.L-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jużaw filtru speċifiku disponibbli fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex ifittxu profili ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg li jkunu kisbu “permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”.

3.L-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE jistgħu jaċċessaw lista ta’ profili ssuġġeriti ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg iġġenerati mill-għodda awtomatizzata ta’ tqabbil u abbażi tar-rilevanza tal-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi tax-xogħol tagħhom għall-post tax-xogħol vakanti.

4.Il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jistgħu jfittxu postijiet tax-xogħol vakanti fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u jaċċessaw lista ta’ postijiet tax-xogħol vakanti rilevanti ssuġġeriti ġġenerati mill-għodda awtomatizzata ta’ tqabbil.

KAPITOLU V
GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI, SERVIZZI TA’ APPOĠĠ U PROĊEDURI TAL-IMMIGRAZZJONI AĊĊELLERATI

Artikolu 17
Għoti ta’ informazzjoni u servizzi ta’ appoġġ

1.L-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-funzjonament tagħha faċilment aċċessibbli.

Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, bl-appoġġ tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, għandu jagħmel disponibbli, fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, l-informazzjoni li ġejja:

(a)informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ u ta’ immigrazzjoni, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-validazzjoni tal-ħiliet, id-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tal-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli, kif ukoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fl-Istati Membri parteċipanti;

(b)spjegazzjoni ċara lill-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jekk ikunu soġġetti għal deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li tirrifjuta d-dħul jew is-soġġorn fi Stat Membru jew projbizzjoni fuq id-dħul f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-dħul u s-soġġorn tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri kollha għandhom ikunu pprojbiti.

2.Fuq talba mill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u mill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jipprovdu appoġġ addizzjonali, u assistenza ta’ wara l-għażla, lill-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi u lill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)informazzjoni speċifika dwar il-proċeduri nazzjonali ta’ immigrazzjoni biex jinkisbu viżi u permessi ta’ residenza għal finijiet ta’ xogħol wara l-proċess tal-għażla;

(b)gwida u informazzjoni speċifiċi dwar il-proċeduri ta’ riunifikazzjoni tal-familja u d-drittijiet tal-membri tal-familja;

(c)informazzjoni speċifika dwar id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż l-aċċess għall-benefiċċji soċjali, l-assistenza għas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-mekkaniżmu għall-ilmenti skont l-Artikolu 18;

(d)informazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istat Membru ospitanti, bħal korsijiet tal-lingwa, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kif ukoll miżuri oħrajn ta’ integrazzjoni;

(e)fejn disponibbli, id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet li joffru assistenza ta’ wara r-reklutaġġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

3.Fejn rilevanti, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandhom jirreferu t-talbiet għal informazzjoni, gwida u appoġġ lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn u, jekk applikabbli, lil korpi xierqa oħrajn fil-livell nazzjonali li jappoġġaw l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-suq tax-xogħol.

Artikolu 18
Faċilitazzjoni tal-ilmenti

1.L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw ilmenti f’każ ta’ ksur mill-impjegaturi li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tal-obbligi u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(3).

2.L-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli faċilment aċċessibbli.

Artikolu 19
Proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati

1.L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu proċeduri tal-immigrazzjoni aċċellerati biex jippermettu reklutaġġ aktar mgħaġġel tal-persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li jkunu ntgħażlu għal post tax-xogħol vakanti fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

2.Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tkopri:

(a)il-kisba tal-viżi u tal-permessi ta’ residenza għal finijiet ta’ xogħol;

(b)l-eżenzjoni mill-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni għal postijiet tax-xogħol vakanti ttrasferiti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20
Attivitajiet ta’ monitoraġġ

1.Il-prestazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandha tiġi mmonitorjata regolarment mis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 8(2). B’mod partikolari, għandha tinġabar data dwar:

(a)l-għadd u t-tip ta’ profili ta’ persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(b)l-għadd u t-tip ta’ postijiet tax-xogħol vakanti ttrasferiti għall-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(c)l-għadd ta’ żjarat fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(d)l-għadd u t-tip ta’ kollokamenti f’impjiegi ffaċilitati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

(e)l-għadd ta’ “permessi tas-Sħubijiet ta’ Talent tal-UE” maħruġa;

(f)l-għadd ta’ kollokamenti ffaċilitati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent.

2.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jistabbilixxi l-ġbir tad-data skont il-kunċetti u d-definizzjonijiet tal-istatistika u jiskambja informazzjoni u data mal-Kummissjoni għall-fini tal-kwalità tad-data miġbura skont dan ir-Regolament u l-produzzjoni u l-kwalità tal-istatistika Ewropea.

3.Is-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE għandu jiġbor id-data msemmija fil-paragrafu 1 bl-appoġġ tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u tal-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

Artikolu 21
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għal perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 22
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit minn dan ir-Regolament. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 23
Rapportar

1.Sal-31 ta’ Diċembru 2031 u kull 5 snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 24
Dħul fis-seħħ

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri parteċipanti f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Riżerva ta’ Talent tal-UE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Il-migrazzjoni u l-impjiegi

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 45  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-inizjattiva huwa li tappoġġa r-reklutaġġ internazzjonali ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi permezz ta’ perkorsi legali biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet tal-UE.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettivi ta’ politika speċifiċi huma:

1) L-iżgurar ta’ tqabbil internazzjonali aktar effettiv tal-impjiegi;

2) It-titjib tal-komparabbiltà tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba f’pajjiżi terzi ma’ dawk meħtieġa fil-livell nazzjonali;

3) It-titjib tal-fehim u tal-aċċess għall-proċeduri ta’ migrazzjoni;

4) L-inċentivar tal-kooperazzjoni fuq il-migrazzjoni ma’ pajjiżi terzi, inkluż fil-kuntest ta’ Sħubija ta’ Talent.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tkun l-ewwel pjattaforma għall-UE kollha mmirata biex tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali u biex tipprovdi opportunitajiet għal persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li huma interessati u li għandhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu f’okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha. L-inizjattiva hija volontarja, u b’hekk tħalli lill-Istati Membri jagħżlu jekk iridux jissieħbu fiha jew le. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji potenzjali tal-proposta, filwaqt li titqies in-natura volontarja tagħha u l-fatt li xi Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissieħbu ladarba s-sistema tkun operattiva għalkollox, huwa preżunt li bejn 11 u 20 Stat Membru se jissieħbu sal-2030, b’aktar Stati Membri jissieħbu wara. Din is-suppożizzjoni ma tippreġudikax l-għażliet tal-Istati Membri u l-baġit se jiġi aġġustat skont l-għadd tal-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE. L-offerta ta’ pjattaforma għat-tqabbil tal-impjiegi u firxa wiesgħa ta’ gwida u servizzi personalizzati tkun ta’ benefiċċju għan-negozju u, b’mod partikolari, għall-SMEs, minħabba li tiggarantixxi aċċess għal riżerva usa’ ta’ persuni rilevanti li qed ifittxu impjieg minn barra l-UE. Dan jagħmel ukoll ir-reklutaġġ aktar mgħaġġel, aktar faċli u aktar effettiv u jiżgura kwalità aħjar ta’ tqabbil permezz ta’ għodod speċifiċi u appoġġ personalizzat. Il-benefiċċji għall-impjegaturi huma prinċipalment marbuta mal-iffrankar tal-ħin tul id-diversi passi tal-proċess ta’ reklutaġġ. Barra minn hekk, l-iffrankar ulterjuri tal-kostijiet totali għall-impjegaturi Ewropej f’medda ta’ bejn EUR 74 500 000 u EUR 77 700 000 jirriżulta mill-fatt li l-pjattaforma l-ġdida tkun libera li tintuża għan-negozji. Il-mili tal-postijiet tax-xogħol vakanti jippermetti lill-impjegaturi jżidu l-produttività u l-kapaċità tagħhom li jinnovaw u jikbru. Jista’ jiġi ġġenerat aktar iffrankar tal-kostijiet, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu miżuri ta’ faċilitazzjoni relatati mal-proċeduri ta’ migrazzjoni.

L-inizjattiva jkollha impatt pożittiv fuq il-PDG bi PDG addizzjonali ta’ madwar EUR 3,855 – 4,255 biljun bi 11 sa 20 Stat Membru li jipparteċipaw sal-2030 iġġenerat minn pagi addizzjonali. Dan ikollu impatt pożittiv ukoll fuq il-kontribuzzjonijiet fiskali (EUR 918-957 miljun) u r-rimessi għal pajjiżi terzi (EUR 712-748 miljun).

Billi timla n-nuqqas ta’ ħaddiema madwar l-UE kollha, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se jkollha impatt pożittiv fuq il-prosperità futura tal-UE u tippermetti lill-Istati Membri parteċipanti jindirizzaw aħjar l-isfidi relatati mat-tnaqqis tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol u t-tranżizzjoni doppja.

L-użu tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE bħala l-għodda għall-kollokamenti f’impjiegi fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva. B’hekk, hija se tikkontribwixxi indirettament għall-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni billi tinċentiva l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fuq il-migrazzjoni, filwaqt li tagħti spinta lill-mobilità internazzjonali u lill-iżvilupp tal-ħiliet. Dan ikun ta’ benefiċċju għall-UE, għall-Istati Membri tagħha u għaċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll għal pajjiżi terzi u għaċ-ċittadini tagħhom.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Qafas ta’ monitoraġġ dedikat, inkluż numru ta’ indikaturi skont l-objettivi speċifiċi, huwa deskritt fir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja l-proposta.

L-indikaturi se jinkludu:

l-għadd u t-tip ta’ profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

il-postijiet tax-xogħol vakanti rreġistrati fil-Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

l-għadd ta’ żjarat fuq il-Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-għadd ta’ kollokamenti f’impjiegi ffaċilitati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE;

l-għadd ta’ “permessi tas-Sħubijiet ta’ Talent tal-UE” maħruġa u l-għadd ta’ kollokamenti ffaċilitati permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent.

Dan jippermetti li jiġu mmonitorjati l-effettività u s-suċċess tal-inizjattiva fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi.

Il-prestazzjoni tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiġi mmonitorjata regolarment mis-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE (kull sentejn), li se tinkludi indikaturi dettaljati tal-prestazzjoni akkumpanjati minn miri u linja bażi.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Wara l-adozzjoni tal-proposta dwar ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE mill-koleġiżlaturi (li mistennija sseħħ fi tmiem l-2025), l-iżvilupp tal-Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE se jibda u jdum madwar sentejn (2026-2027). Fl-istess perjodu, il-Kummissjoni jkollha bżonn tiggarantixxi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti, l-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom mar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

B’mod parallel, jeħtieġ li jiġu stabbiliti s-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, kif ukoll fora ta’ governanza oħrajn (il-Grupp ta’ Tmexxija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE), u kumitati rilevanti għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se jkollha bżonn tieħu rwol aktar importanti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid, sabiex tiżgura li l-objettivi tiegħu jintlaħqu.

L-implimentazzjoni tar-Regolament se tkun tirrikjedi li għadd ta’ kwistjonijiet dettaljati jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jew delegati fi żmien sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament.

Sal-bidu tal-operat tal-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-att delegat li ġej:

   li jistabbilixxi lista ta’ okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema fl-UE kollha.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

   li jadotta l-istandards tekniċi meħtieġa għall-iskambju tad-data, il-formati tad-data, il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-formati tal-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg;

   li jadotta mudelli għall-format tal-“permess tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”,

   li jadotta aktar dispożizzjonijiet dwar is-subkategoriji ta’ data personali li għandha tiġi pproċessata, ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data, inklużi regoli li jirregolaw l-użu possibbli ta’ proċessur jew proċessuri tad-data, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data personali u l-għażla disponibbli għall-persuni li qed ifittxu impjieg biex jirrestrinġu l-aċċess għad-data personali tagħhom fuq il-pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): L-Istati Membri kollha qed jiffaċċjaw nuqqasijiet ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema li qed imorru għall-agħar fid-dawl tal-isfidi demografiċi u r-rekwiżiti tat-tranżizzjoni doppja. Filwaqt li xi wħud minnhom diġà qed jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet billi jattivaw mill-ġdid il-forza tax-xogħol domestika u jtejbu l-mobilità intra-UE, jista’ jkun li dawn l-isforzi ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw bis-sħiħ in-nuqqasijiet eżistenti u futuri. Għal din ir-raġuni, xi Stati Membri diġà rrikonoxxew ir-rwol ewlieni tal-migrazzjoni legali u żviluppaw politiki ta’ attrazzjoni tat-talent, iżda dawn huma frammentati ħafna u jvarjaw madwar l-Istati Membri fir-rigward tal-iskala ta’ intervent tagħhom. Huma mistennija li jkunu insuffiċjenti meta mqabbla mad-domanda mistennija għall-ħaddiema fl-UE. Għalkemm ġew stabbiliti xi pjattaformi diġitali u għodod ta’ attrazzjoni tat-talent fil-livell nazzjonali, dawn jeżistu biss fi ftit Stati Membri u huma limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni, filwaqt li n-nuqqasijiet tal-UE jikkonċernaw il-livelli kollha ta’ ħiliet, u b’hekk ma jindirizzawx id-dimensjoni tal-UE tal-kwistjoni.

In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat flimkien mal-viżibbiltà potenzjalment limitata tal-pjattaformi nazzjonali eżistenti fil-livell globali jnaqqsu l-kapaċità tal-Istati Membri li jiksbu ekonomiji ta’ skala meta jiżviluppaw politiki ta’ attrazzjoni tat-talent individwalment. Għalhekk, ir-reklutaġġ insuffiċjenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ mezzi eżistenti ta’ migrazzjoni tal-ħaddiema biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet tal-UE ma jistax jiġi indirizzat biżżejjed mill-Istati Membri individwali: jista’ jkun li l-Istati Membri li jaġixxu weħidhom, speċjalment l-Istati Membri iżgħar b’inqas viżibbiltà madwar id-dinja, ma jkunux jistgħu jikkompetu għal persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi.

Pjattaforma unifikata tal-UE tista’ tgħin biex tgħaqqad u tnaqqas id-distakk bejn il-provvista ta’ ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi u d-domanda tal-UE, u b’hekk tattira t-talent barrani b’mod akbar minn dak li jiksbu l-Istati Membri li jaġixxu weħidhom.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post): Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tippermetti li jiġi appoġġat ir-reklutaġġ internazzjonali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ perkorsi legali biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet tal-UE. Bħala pjattaforma waħda ta’ tqabbil tal-impjiegi għall-UE kollha li toffri wkoll informazzjoni trasparenti dwar il-proċessi ta’ immigrazzjoni u reklutaġġ, kif ukoll is-servizzi ta’ appoġġ, din ittejjeb l-effiċjenza ġenerali tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-UE u tippromwovi l-UE bħala destinazzjoni għall-ħaddiema barranin. Hija ttejjeb ukoll il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni billi ttejjeb il-viżibbiltà tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri dwar il-migrazzjoni legali fil-livell globali u billi tattira aktar ċittadini ta’ pajjiżi terzi minn barra l-pajjiż. Bis-saħħa tal-ekonomiji ta’ skala, l-UE tkun mgħammra aħjar biex tikkompeti fix-xena globali biex tattira t-talent barrani u biex tikseb it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Dan se jiżgura li jiġu inklużi għadd akbar ta’ kandidati potenzjali bil-ħiliet it-tajbin, u l-ħtiġijiet ta’ ħaddiema tal-impjegaturi f’kull Stat Membru jiġu indirizzati aħjar. Dan jibgħat messaġġ ċar lill-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li l-UE hija lesta li tilqagħhom fis-suq tax-xogħol tagħha. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tikkomplementa u ssaħħaħ l-inizjattivi nazzjonali eżistenti ta’ attrazzjoni tat-talent.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

F’Ottubru 2022 tnieda l-proġett pilota tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jappoġġa l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni li jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Taħt din l-inizjattiva Pilota, il-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja residenti fi Stat Membru issa jistgħu jirreġistraw is-CVs tagħhom fuq il-pjattaforma tal-EURES u jfittxu opportunitajiet ta’ xogħol fi Stat Membru ieħor, iżda s-CVs tagħhom ma humiex imqabbla mal-postijiet tax-xogħol vakanti. Filwaqt li l-proġett pilota tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE huwa speċifikament maħsub biex jiffaċilita l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja diġà fl-UE, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE xierqa tkun immirata biex tattira l-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi terzi li ma humiex diġà residenti fl-UE. Għalhekk, iż-żewġ inizjattivi għandhom loġika, bażi legali u kamp ta’ applikazzjoni differenti u t-tagħlimiet meħuda mill-proġett pilota jistgħu jintużaw għal din l-inizjattiva biss sa ċertu punt. Madankollu, l-esperjenza tal-proġett pilota turi l-importanza li tiġi żgurata sistema ta’ tqabbil bejn il-profili tal-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol vakanti u li titwettaq kampanja ta’ sensibilizzazzjoni estensiva sabiex jintlaħqu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi potenzjalment interessati li jużaw l-għodda. Barra minn hekk, ir-rwol rilevanti tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) ġie kkonfermat bl-istess mod.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta ssegwi l-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li rrikonoxxa l-migrazzjoni legali bħala parti essenzjali mill-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u impenja ruħu li “jesplora aktar Riżerva ta’ Talent tal-UE għal ħaddiema tas-sengħa minn pajjiżi terzi li jistgħu joperaw bħala pjattaforma għall-UE kollha għar-reklutaġġ internazzjonali”.

L-intenzjoni li tiġi stabbilita Riżerva ta’ Talent tal-UE tħabbret fil-Pakkett ta’ Ħiliet u Talenti. L-inizjattiva tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE ttejjeb l-użu tad-Direttivi tal-UE dwar il-migrazzjoni legali, minħabba li r-riċeviment ta’ offerta ta’ impjieg li se tiffaċilita r-Riżerva ta’ Talent tal-UE huwa fl-UE prerekwiżit essenzjali biex jiġu riċevuti viża jew permess ta’ residenza relatat max-xogħol. Billi tagħmel il-qafas leġiżlattiv tal-migrazzjoni legali aktar ċar, permezz tal-forniment ta’ informazzjoni online u ta’ servizzi ta’ appoġġ, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE tiffaċilita l-aċċess għall-proċeduri u, għalhekk, tappoġġa r-reklutaġġ internazzjonali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ perkorsi legali. Barra minn hekk, perkorsi legali effettivi jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari u jkunu ta’ benefiċċju għas-suq tax-xogħol tagħna.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tas-Sħubijiet ta’ Talent billi tipprovdi għodda għal kollokament effettiv f’impjieg ta’ persuni li qed ifittxu impjieg mill-pajjiżi sħab li jipparteċipaw f’dawn is-sħubijiet, u b’hekk iżżid l-effettività tal-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi fuq il-migrazzjoni legali u, b’konsegwenza ta’ dan, tal-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni.

Billi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tkun miftuħa wkoll għal persuni li qed ifittxu impjieg li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali f’pajjiżi terzi, hija se tikkontribwixxi għall-objettiv li jiġu pprovduti u msaħħa l-mezzi legali u sikuri lill-UE għal dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali madwar id-dinja, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2020 dwar il-perkorsi legali għall-protezzjoni lill-UE.

Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija wieħed mill-komponenti ewlenin tal-Pakkett tal-Kummissjoni dwar il-mobilità tat-talent adottat bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Ħiliet.

Hija se tikkomplementa wkoll l-inizjattivi ta’ politika tal-UE li jagħmlu ħilithom biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE, bħall-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, filwaqt li tiffaċilita l-kisba tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fl-UE, f’konformità mal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u mal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku.

Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tal-EURES u tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, hija se tgħin biex jinkisbu sinerġiji ma’ miżuri ta’ politika oħrajn tal-UE mmirati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema tal-UE (b’mod partikolari l-EURES).

L-investimenti meħtieġa fil-livell tal-UE u fil-livell tal-Istati Membri huma kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 bl-użu tal-AMIF biex jiġu ffinanzjati dawn l-investimenti.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Fi ħdan il-QFP attwali, il-ħtiġijiet jistgħu jiġu ssodisfati permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan il-programm eżistenti AMIF.

Ma huwa previst l-ebda kost addizzjonali fil-QFP attwali. Fil-QFP ta’ wara l-2027, qed jiġi propost li l-kost għar-Riżerva ta’ Talent tal-UE jiġi ffinanzjat permezz tal-QFP sussegwenti, mingħajr ma jiġi antiċipat il-ftehim dwar il-QFP u l-programmi. Il-kostijiet li jkopru l-perjodu wara l-2027 huma indikattivi u ma jippreġudikawx il-baġit disponibbli għall-inizjattiva taħt il-QFP futur.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2026 sal-2028.

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 46   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Il-fażi ta’ żvilupp tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE mistennija ddum sentejn, li matulhom se tiġi stabbilita l-Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, flimkien mas-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u fora oħrajn ta’ governanza. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE hija mistennija li tibda topera mill-bidu tal-2028.

Il-ġestjoni indiretta se tkun applikabbli mill-2028, minħabba li hemm intenzjoni li mill-2028 jibdew jiġu appoġġati finanzjarjament atturi internazzjonali jew ibbażati fl-UE preżenti fil-pajjiżi terzi li jistgħu jgħinu lil persuni spostati li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali biex jagħmlu użu mill-opportunitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, u b’hekk jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-perkorsi tax-xogħol komplementari.


2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-finanzjament implimentat taħt il-ġestjoni diretta u indiretta se jiġi implimentat taħt il-Faċilità Tematika AMF, li taqa’ wkoll taħt il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni ġenerali tal-AMF. Se jiġu stabbiliti mudelli u regoli ssimplifikati sabiex jinġabru indikaturi mill-benefiċjarji tal-ftehimiet ta’ għotja u kontribuzzjoni bl-istess pass bħal dak għall-ġestjoni kondiviża, sabiex tiġi żgurata d-divulgazzjoni ta’ data komparabbli.

Meta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi pprovduta permezz ta’ ġestjoni kondiviża, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: Il-finanzjament implimentat mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża se jsegwi r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-24 ta’ Ġunju 2021, li ssir referenza għalih ukoll bħala r-regolament RDK, fir-Regolament 2018/2016 (Regolament Finanzjarju) u fir-Regolament (UE) 2021/1147 tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li ssir referenza għalih ukoll bħala r-Regolament AMIF. F’konformità mar-regolament RDK, kull Stat Membru diġà stabbilixxa sistema ta’ ġestjoni u kontroll għall-programm tiegħu biex jiżgura l-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ. Għalhekk, għal ġestjoni kondiviża, hemm fis-seħħ qafas ta’ rapportar, monitoraġġ u evalwazzjoni koerenti u effiċjenti. L-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu kumitat ta’ monitoraġġ li fih tista’ tipparteċipa l-Kummissjoni f’kapaċità konsultattiva. Il-kumitati ta’ monitoraġġ se jevalwaw il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm lejn l-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Għall-fondi tal-affarijiet interni, l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti annwali tal-prestazzjoni tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-progress fl-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri. Jenħtieġ ukoll li tali rapporti jqajmu kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u jiddeskrivu l-azzjoni meħuda biex jiġu indirizzati.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju u fuq ir-regolament RDK. Għall-parti implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta taħt il-faċilità tematika, is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll se tibni fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-QFP attwali.

Meta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi pprovduta permezz ta’ ġestjoni kondiviża, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: l-Istati Membri se jirċievu kontribuzzjoni addizzjonali għall-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali tagħhom mal-Pjattaformi tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tagħhom, kif ukoll appoġġ amministrattiv għall-ħruġ tal-“permessi tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” fil-kuntest tas-Sħubijiet ta’ Talent (fejn xieraq). L-ammonti korrispondenti se jiġu allokati lill-Istati Membri permezz tal-emendar tal-programm tagħhom. Dawn il-programmi huma ġestiti taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, mar-regolament RDK u mar-regolament AMIF. L-arranġamenti ta’ pagament għal ġestjoni kondiviża huma stabbiliti fir-regolament RDK.

Kwalunkwe irregolarità misjuba mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-pakkett ta’ aċċertament annwali tista’ twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.

2.2.2Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Billi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tinvolvi l-ħolqien ta’ Pjattaforma tal-IT speċifika tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE li tkun teħtieġ ukoll li tkun interoperabbli mas-sistemi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri u tobbligahom jaħtru l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, hemm riskju potenzjali li, jekk il-kooperazzjoni tal-Istati Membri ma tkunx biżżejjed, l-iżvilupp tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE ma jkunx kif skedat.

Għalhekk, l-importanza tal-ħidma preparatorja se tkun kruċjali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda mill-aktar fis possibbli tħejji l-ħidma prattika għall-arranġamenti rilevanti tal-governanza u tal-IT.

Se jkunu meħtieġa laqgħat frekwenti u kuntatti regolari bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet rilevanti kollha jittieħdu malajr u ma jaffettwawx b’mod negattiv iż-żmien tal-implimentazzjoni.

Id-DĠ HOME jmexxi eżerċizzju annwali ta’ ġestjoni tar-riskji sabiex jidentifika u jivvaluta r-riskji għoljin potenzjali. Ir-riskji kkunsidrati bħala kritiċi jiġu rrapportati kull sena fil-pjan ta’ ġestjoni tad-DĠ HOME u jiġu akkumpanjati minn pjan ta’ azzjoni li jiddikjara l-azzjoni ta’ mitigazzjoni.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll/il-valur tal-fondi relatati ġestiti” jiġi rrapportat regolarment mill-Kummissjoni. Ir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2022 tad-DĠ HOME jirrapporta proporzjon ta’ 0,45 % b’rabta mal-ġestjoni kondiviża, proporzjon ta’ 0,83 % b’rabta mal-għotjiet ta’ ġestjoni diretta u proporzjon ta’ 0,12 % b’rabta mal-ġestjoni indiretta.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni se jkompli japplika l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (CAFS) sabiex jiġi żgurat li, fost l-oħrajn, il-kontrolli interni kontra l-frodi tagħha jkunu allinjati bis-sħiħ mas-CAFS u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi jkun immirat sabiex jidentifika oqsma b’riskju ta’ frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 47

mill-pajjiżi tal-EFTA 48

minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali 49

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

4

10 02 01

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 50  

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

   miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

4

 

 

DĠ: PAĠNA EWLENIJA

 

2024

2025

2026

2027

Total
24-27

2028 51

2029 52

2030 53

Total
24-30

Approprjazzjonijiet operazzjonali

10 02 01 - Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)

Impenji

0,000

0,000

12,309

12,309

24,618

23,513

23,513

22,262

93,906

10 02 01 - Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)

Pagamenti

0,000

0,000

1,361

6,075

7,436

6,884

7,958

10,823

33,101

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

 

 

 

 

 

10 01 01 - Nefqa ta’ appoġġ għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)

CA=PA

 

 

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ HOME

Impenji

0,000

0,000

12,309

12,309

24,618

23,513

23,513

22,262

93,906

Pagamenti

0,000

0,000

1,361

6,075

7,436

6,884

7,958

10,823

33,101

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

0,000

0,000

12,309

12,309

24,618

23,513

23,513

22,262

93,906

Pagamenti

0,000

0,000

1,361

6,075

7,436

6,884

7,958

10,823

33,101

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0,000

0,000

12,309

12,309

24,618

23,513

23,513

22,262

93,906

Pagamenti

0,000

0,000

1,361

6,075

7,436

6,884

7,958

10,823

33,101



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: PAĠNA EWLENIJA

 

2024

2025

2026

2027

Total
24-27

2028 54

2029 55

2030 56

Total
24-30

Riżorsi Umani

CA=PA

0,086

0,433

1,037

1,470

3,026

1,903

1,903

1,903

8,735

Nefqa amministrattiva oħra

CA=PA

0,000

0,000

0,078

0,078

0,155

0,061

0,102

0,061

0,379

TOTAL TAD-DĠ HOME

CA=PA

0,086

0,433

1,115

1,548

3,181

1,964

2,005

1,964

9,113

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-QFP

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,086

0,433

1,115

1,548

3,181

1,964

2,005

1,964

9,113

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-QFP

Impenji

0,086

0,433

13,423

13,856

27,798

25,477

25,517

24,226

103,019

Pagamenti

0,086

0,433

2,475

7,623

10,617

8,848

9,963

12,787

42,214

Mill-2028, il-kost annwali tal-proposta huwa stmat għal 25 miljun, li huwa propost li jiġi ffinanzjat permezz tal-QFP sussegwenti, mingħajr ma jiġi antiċipat il-ftehim dwar il-QFP u l-programmi. Barra minn hekk, hemm intenzjoni li mill-2028 jiġu appoġġati finanzjarjament l-atturi internazzjonali jew ibbażati fl-UE preżenti fil-pajjiżi terzi li jistgħu jgħinu lil persuni spostati li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jagħmlu użu mill-opportunitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, u b’hekk jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-perkorsi tax-xogħol komplementari. F’dan l-istadju ma huwiex possibbli li dan l-ammont jiġi kkwantifikat fid-dettall.



3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali) 57

Indika l-objettivi u l-outputs

 

2026

2027

2028 58

2029 59

TOTAL

Tip

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

L-OBJETTIVI KOLLHA: Governanza – Riżorsi umani

 

 

 

 

 

 

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (l-Istati Membri, li għandhom jiġu koperti mill-AMIF)

4,856

 

4,856

14,567

14,567

14,567

 

53,413

Subtotal

 

4,856

 

4,856

14,567

14,567

14,567

 

53,413

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2:
Il-kostijiet tal-IT bl-użu mill-ġdid ta’ ċerti komponenti tal-EURES

 

 

 

 

 

 

L-adattament u l-integrazzjoni tal-Europass

 

 

0,087

 

0,087

 

0,175

Il-ħolqien ta’ għodda ta’ kontroll preventiv

 

 

0,112

 

0,112

 

0,225

Bażi tad-data ta’ CVs tat-TCNs

 

 

0,112

 

0,112

 

0,225

L-adattament u l-integrazzjoni tal-bażi tad-data tal-postijiet tax-xogħol vakanti tal-EURES

 

 

0,300

 

0,300

 

0,600

L-adattament u l-integrazzjoni tal-magna ta’ tiftix/tqabbil tal-EURES

 

 

0,225

 

0,225

 

0,450

Is-sistema ewlenija

 

 

2,175

 

2,175

 

4,350

L-interoperabbiltà bejn il-Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u sistemi oħrajn

 

 

0,075

 

0,075

 

0,150

L-interoperabbiltà bejn il-Pjattaforma tal-IT tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u s-sistemi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri

 

 

2,088

 

2,088

 

4,176

Operazzjonijiet (Manutenzjoni)

 

 

 

 

 

0,926

0,926

0,772

 

2,624

Infrastruttura

 

 

0,315

 

0,315

 

0,315

0,315

0,315

 

1,574

L-implimentazzjoni ta’ karatteristiċi addizzjonali

 

 

 

 

 

 

1,645

1,645

0,548

 

3,837

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

 

5,490

 

5,490

 

2,886

2,886

1,635

 

18,386

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 3: Attivitajiet Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

Kommunikazzjoni

 

 

0,487

 

0,487

 

0,487

0,487

0,487

 

2,435

Traduzzjoni

 

 

1,300

 

1,300

 

1,300

1,300

1,300

 

6,500

Taħriġ

 

 

 

 

 

 

1,600

1,600

1,600

 

4,800

Koordinazzjoni orizzontali

 

 

0,176

 

0,176

 

0,176

0,176

0,176

 

0,880

Informazzjoni online

 

 

 

 

 

 

1,057

1,057

1,057

 

3,171

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 3

 

1,963

 

1,963

 

4,620

4,620

4,620

17,786

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 4:

 

 

 

 

 

 

 

Appoġġ amministrattiv għall-ħruġ tal-“permessi tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE” (kostijiet għall-Istati Membri, li għandhom jiġu koperti mill-AMIF)

 

 

 

 

1,440

1,440

1,440

 

4,320

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 4

 

 

 

1,440

 

1,440

TOTAL

 

 

12,309

 

12,309

 

23,513

23,513

22,262

 

93,906

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 60  

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

2024

2025

2026

2027

TOTAL
24-27

2028 61

2029 62

2030 63

TOTAL

24-30

INTESTATURA 7 tal-QFP

 

 

 

 

 

Riżorsi Umani

0,086

0,433

1,037

1,470

3,026

1,903

1,903

1,903

8,735

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,078

0,078

0,155

0,061

0,102

0,061

0,379

Subtotal tal-INTESTATURA 7 tal-QFP

0,086

0,433

1,115

1,548

3,181

1,964

2,005

1,964

9,113

Barra mill-INTESTATURA 7 tal-QFP

 

 

 

 

 

Riżorsi Umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal Barra mill-INTESTATURA 7 tal-QFP

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,086

0,433

1,115

1,548

3,181

1,964

2,005

1,964

9,113

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mis-Servizzi tal-Kummissjoni li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riallokati fi ħdan dawn is-Servizzi tal-Kummissjoni, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lis-Servizzi tal-Kummissjoni ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

 

2024

2025

2026

2027

2028 64

2029 65

2030 66

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

2

5

7

9

9

9

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

 

 

 

 

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)

 

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

0

1

2

3

4

4

4

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

 

 

 

 

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

 

 

 

 

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

TOTAL

1

3

7

10

13

13

13

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-membri tal-persunal mis-Servizzi tal-Kummissjoni li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riallokati fi ħdan dawn is-Servizzi tal-Kummissjoni, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lis-Servizzi tal-Kummissjoni ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

-L-appoġġ għan-negozjati tal-proposta leġiżlattiva fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill

-L-abbozzar ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni + in-negozjati matul is-snin 2026-2027

-L-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza u komitoloġija

-L-implimentazzjoni tal-kompiti tas-Segretarjat tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, inklużi l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE

-Il-protezzjoni tad-data (inklużi l-abbozzar u l-finalizzazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kontroll)

-Il-ġestjoni tal-kuntratti tal-fornituri tas-servizzi u l-koordinazzjoni tal-IT (il-Grupp ta’ Tmexxija tal-IT intern u s-sottomissjoni lill-bord tal-IT)

-Il-kooperazzjoni u l-appoġġ fl-istabbiliment tal-attivitajiet relatati mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali

-L-appoġġ amministrattiv għall-ħruġ tal-“permessi tas-Sħubija ta’ Talent tal-UE”

-L-appoġġ lill-Istati Membri li jipparteċipaw fis-Sħubijiet ta’ Talent

Ir-reġim speċifiku għas-Sħubija ta’ Talent (rekwiżiti tal-pass, kampanja ta’ informazzjoni)

Persunal estern

-L-appoġġ għan-negozjati u t-tħejjija qabel id-dħul fis-seħħ

-It-tħejjija tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ u tal-moduli tal-bini tal-kapaċità

-L-appoġġ fit-twaqqif ta’ qafas tal-indikaturi, monitoraġġ u

evalwazzjoni

-L-istrateġija ta’ komunikazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, networking

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Il-kostijiet tal-proposta tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE se jiġu koperti mill-AMIF mingħajr ma jiġi pperikolat il-pakkett eżistenti

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 67

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 68

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)     COM/2020/609 final .
(2)    Rieżami annwali tal-2023 dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa. Kif issostanzjat mil-listi ta’ impjiegi b’nuqqas mifrux u akut ta’ ħaddiema li jinsabu fir-rapport tal-Eures 2022 dwar l-okkupazzjonijiet neqsin mill-ħaddiema u b’ħaddiema żejda, ara hawn taħt, għal aktar dettalji: EURES-Labour Shortages report (europa.eu) .
(3)    Il- Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-2023 jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni ekoloġika se tamplifika d-domandi għal ħiliet ġodda fil-livelli kollha. Pereżempju, hemm ħtieġa partikolari li jiġu rreklutati aktar speċjalisti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) fl-Ewropa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ekosistemi industrijali. Fil-fatt, fl-2021, madwar 60 % tal-intrapriżi tal-UE li rreklutaw jew ipprovaw jirreklutaw speċjalisti tal-ICT kellhom diffikultajiet biex jimlew il-postijiet tax-xogħol vakanti fis-settur tal-ICT. Hekk kif il-Kummissjoni qed tippjana li jkollha rwol ewlieni fit-tranżizzjoni dinjija lejn il-Web 4.0 u d-dinjiet virtwali, hemm ħtieġa dejjem akbar għal speċjalisti b’ħiliet għoljin fit-teknoloġiji relatati ma’ dan il-proċess, bħar-realtà estiża, il-cloud, il-5G, ir-reġistru distribwit, eċċ.
(4)    Il-pandemija tal-COVID-19 aċċentwat nuqqasijiet li ilhom jeżistu f’setturi bħall-kura tas-saħħa u l-ICT. Eurofound, L-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema fl-Istati Membri tal-UE, 2021, p. 6.
(5)     L-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa mnedija fl-2020 ippreżentat l-objettivi tal-UE għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fil-5 snin li ġejjin. L-Aġenda għall-Ħiliet tipprevedi wkoll l-attivazzjoni tal-popolazzjoni inattiva tal-UE billi tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(6)     COM/2022/657 final .
(7)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar rotot ġodda għall-migrazzjoni legali tal-ħaddiema; ( 2020/2010(INI) ); ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2021 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-politika u l-liġi dwar il-migrazzjoni legali ( 2020/2255(INL) .
(8)    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE tat-28 ta’ Frar 2023, KESE 2022/02745 . Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-migrazzjoni legali: Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE, COR 2022/03942 .
(9)     Sħubijiet ta’ Talent (europa.eu) .
(10)     C/2020/6467 .
(11)     L-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet imnedija fl-2020 ippreżentat l-objettivi tal-UE għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fil-5 snin li ġejjin.
(12)     COM/2023/161 final .
(13)     COM/2023/62 final .
(14)     COM/2023/168 final .
(15)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12594-Public-consultation-on-legal .
(16)    Il-mistoqsijiet kienu jikkonċernaw l-identifikazzjoni ta’ impjiegi li fihom l-UE se jkollha bżonn l-aktar tirrekluta ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-snin li ġejjin, l-objettivi ewlenin li għandha tilħaq ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE u l-kriterji ta’ dħul possibbli għar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, b’mistoqsija miftuħa finali dwar kif tista’ tittejjeb il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni legali.
(17)    L-istudju ta’ fattibbiltà tal-OECD kopra l-valutazzjoni ta’ tliet xenarji possibbli għall-iżvilupp tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, kif ukoll l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għal kull verżjoni. L-istudju vvaluta fid-dettall il-qafas legali possibbli, il-governanza, il-kamp ta’ applikazzjoni, kif ukoll il-funzjonalitajiet tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE futura. Ara l-istudju ta’ fattibbiltà tal-OECD dwar ir-Riżerva ta’ Talent .
(18)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13716-EU-Talent-Pool_mt .
(19)    Dan jiffaċilita l-aċċess għall-impjiegi fl-UE u jillimita l-piż amministrattiv ta’ proċeduri nazzjonali multipli.
(20)    B’mod partikolari fir-rigward tal-prattiki ta’ reklutaġġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
(21)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.
(22)    Fir-rigward tal-kostijiet wara l-2027, dawn huma indikattivi u ma jippreġudikawx il-baġit disponibbli għall-inizjattiva taħt il-QFP futur.
(23)    Kif spjegat fid-dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta leġiżlattiva, din is-suppożizzjoni kienet ibbażata fuq għadd ta’ kunsiderazzjonijiet. Filwaqt li l-inizjattiva titfassal biex tkun attraenti għall-akbar għadd ta’ Stati Membri possibbli, huwa probabbli li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun proċess gradwali b’xi Stati Membri biss jissieħbu fl-ewwel snin tal-operat u b’żieda progressiva mistennija fit-tul. Għalhekk, ġie preżunt li l-Istati Membri b’interess aktar b’saħħtu jistgħu jissieħbu mill-bidu, filwaqt li oħrajn se jsegwu wara. Fit-tul, huwa previst użu ogħla tal-inizjattiva, kif muri mill-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri kkonsultati laqgħu l-inizjattiva. Barra minn hekk, jista’ jiġi preżunt b’mod raġonevoli li diversi Stati Membri se jissieħbu fid-dawl tal-ħtiġijiet urġenti relatati mas-sitwazzjoni demografika ta’ sfida li tkun teħtieġ dipendenza fuq il-migrazzjoni legali biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema fil-futur li ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod suffiċjenti mill-forza tax-xogħol domestika tal-UE.
(24)    Huwa stmat li se jkunu meħtieġa 13-il membru tal-persunal fil-Kummissjoni għall-kompiti kollha relatati mar-Riżerva ta’ Talent tal-UE. Dan il-persunal se jasal gradwalment, skont l-istadju tal-evoluzzjoni tal-inizjattiva. Sal-2027 se jkunu meħtieġa għaxar membri tal-persunal. Il-kostijiet wara l-2027 huma indikattivi u ma jippreġudikawx il-baġit disponibbli għall-inizjattiva taħt il-QFP futur.
(25)    ĠU C , , p. .
(26)    ĠU C , , p. .
(27)    ĠU C , , p. .
(28)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1364 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar mezzi legali għall-protezzjoni fl-UE: il-promozzjoni tar-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja u mezzi komplementari oħra.
(29)    “Perkorsi komplementari” huma mezzi sikuri u regolati għal persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali li jikkumplimentaw ir-risistemazzjoni billi jipprovdu soġġorn legali f’pajjiż terz fejn il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tagħhom huma ssodisfati. Il-perkorsi tax-xogħol komplementari jippermettu lill-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali biex jaċċessaw il-perkorsi eżistenti tal-migrazzjoni tax-xogħol, jutilizzaw il-ħiliet tagħhom, u jgħinu biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema fil-pajjiżi riċeventi. Ara wkoll: https://www.unhcr.org/complementary-pathways.html .
(30)     COM/2020/609 final .
(31)     COM/2022/657 final .
(32)    Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar network Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/589/oj ).
(33)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(35)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/115/oj ).
(36)    Id-Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta’ servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/646/oj ).
(37)    Id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 1–9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/98/oj ).
(38)    Id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali ĠU L 94, 28.3.2014, p. 375, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/36/oj ).
(39)    Id-Direttiva (UE) 2021/1883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE, ĠU L 382, 28.10.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2021/1883/oj ).
(40)    Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/801/oj ).
(41)    Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1152/oj ).
(42)    Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/71/oj ).
(43)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj ).
(44)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj .
(45)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(46)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(47)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(48)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(49)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(50)    It-tabelli f’din it-taqsima jirrappreżentaw xenarju fejn jipparteċipaw 20 Stat Membru. Dan ma jippreġudikax l-għażliet tal-Istati Membri u l-baġit se jiġi aġġustat skont l-għadd tal-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.
(51)    Il-kostijiet li jkopru l-perjodu wara l-2027 huma indikattivi u ma jippreġudikawx il-baġit disponibbli għall-inizjattiva taħt il-QFP futur.
(52)    Idem.
(53)    Idem.
(54)    Idem.
(55)    Idem.
(56)    Idem.
(57)    Din it-tabella tirrappreżenta xenarju fejn jipparteċipaw 20 Stat Membru. Dan ma jippreġudikax l-għażliet tal-Istati Membri u l-baġit se jiġi aġġustat skont l-għadd tal-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.
(58)    Idem.
(59)    Idem.
(60)    Din it-tabella tirrappreżenta xenarju fejn jipparteċipaw 20 Stat Membru. Dan ma jippreġudikax l-għażliet tal-Istati Membri u l-baġit se jiġi aġġustat skont l-għadd tal-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE.
(61)    Idem.
(62)    Idem.
(63)    Idem.
(64)    Idem.
(65)    Idem.
(66)    Idem.
(67)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(68)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Vrh

Brussell, 15.11.2023

COM(2023) 716 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi Riżerva ta’ Talent tal-UE

{SEC(2023) 716 final} - {SWD(2023) 716 final} - {SWD(2023) 717 final} - {SWD(2023) 718 final}


ANNESS
Lista ta’ okkupazzjonijiet nieqsa mill-ħaddiema fl-UE kollha

Kodiċi ISCO

Okkupazzjoni

2142

Inġiniera ċivili

2151

Inġiniera tal-elettriku

2211

Tobba tal-familja

2212

Prattikanti mediċi speċjalisti

2221

Professjonisti tal-infermerija

2411

Kontabilisti

2511

Analisti tas-sistemi

2512

Żviluppaturi ta’ software

2513

Żviluppaturi tal-web u tal-multimedia

2514

Programmaturi tal-applikazzjonijiet

2519

Żviluppaturi ta’ software u ta’ applikazzjonijiet u analisti mhux ikklassifikati banda oħra

3113

Tekniċi tal-inġinerija elettrika

3221

Professjonisti assoċjati tal-infermerija

5120

Kokijiet

5131

Wejters

5321

Assistenti tal-kura tas-saħħa

7112

Bennejja u ħaddiema relatati

7114

Ħaddiema li jqiegħdu u jlestu l-konkrit u ħaddiema relatati

7115

Mastrudaxxa

7121

Bennejja tas-soqfa

7123

Kaħħala

7126

Plamers u ħaddiema li jwaħħlu l-pajpijiet

7127

Mekkaniċi tal-arja kundizzjonata u tar-refriġerazzjoni

7212

Welders u flame cutters

7213

Ħaddiema tal-folji tal-metall

7214

Preparaturi u installaturi tal-metall strutturali

7223

Setters tal-għodda u operaturi tal-magni li jaħdmu l-metall

7231

Mekkaniċi u ħaddiema tat-tiswija tal-vetturi bil-mutur

7233

Mekkaniċi u ħaddiema tat-tiswija ta’ makkinarju agrikolu u industrijali

7411

Elektrixins ta’ bini u relatati

7412

Mekkaniċi u installaturi tal-elettriku

7511

Bejjiegħa tal-laħam, tal-ħut u preparaturi relatati tal-ikel

8331

Xufiera tal-karozzi tal-linja u tat-tram

8332

Sewwieqa ta’ trakkijiet tqal u ta’ trakkijiet

9112

Sefturi u assistenti f’uffiċċji, f’lukandi u fi stabbilimenti oħra

3119

Tekniċi tax-xjenza fiżika u tal-inġinerija mhux ikklassifikati band’oħra

2143

Inġiniera ambjentali

2133

Professjonisti tal-ħarsien tal-ambjent

2145

Inġiniera kimiċi

2144

Inġiniera mekkaniċi

3115

Tekniċi tal-inġinerija mekkanika

2141

Inġiniera industrijali u tal-produzzjoni

Vrh