EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0702

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE fir-rigward ta’ qafas ta’ appoġġ għat-trasport intermodali tal-merkanzija u r-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni u l-ġenerazzjoni ta’ data aggregata

COM/2023/702 final

Brussell, 7.11.2023

COM(2023) 702 final

2023/0396(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE fir-rigward ta’ qafas ta’ appoġġ għat-trasport intermodali tal-merkanzija u r-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni u l-ġenerazzjoni ta’ data aggregata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 373 final} - {SWD(2023) 351 final} - {SWD(2023) 352 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistipula li l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) tagħha fl-ekonomija kollha b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 1 . Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 2 indikat il-ħtieġa li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jitnaqqsu b’90 % sal-2050 biex tinkiseb in-newtralità klimatika. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 3 jippromwovi l-bidla għal trasport aktar nadif biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku. Barra minn hekk, sabiex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili, jeħtieġ ukoll li l-UE ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħha, kif enfasizzat fil-pakkett REPowerEU 4 , li jelenka r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat (minn hawn ’il quddiem “CTD” jew “id-Direttiva”) 5 bħala għodda importanti f’dan ir-rigward 6 .

It-trasformazzjoni lejn trasport tal-merkanzija b’emissjonijiet baxxi u b’konsum baxx ta’ enerġija tirrikjedi approċċ komprensiv. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (SSMS) 7 tenfasizza li jridu jintużaw il-lievi ta’ politika kollha biex il-modi kollha tat-trasport isiru aktar sostenibbli, biex l-alternattivi sostenibbli jsiru disponibbli b’mod wiesa’ f’sistema tat-trasport multimodali, u biex jiġu stabbiliti l-inċentivi t-tajba ħalli tiġi xprunata t-tranżizzjoni. Din titlob li jittieħdu azzjonijiet deċiżivi biex jintużaw modi ta’ trasport sostenibbli, b’mod partikolari billi ammont sostanzjali ta’ merkanzija tiġi ttrasportata fuq il-ferroviji, fuq passaġġi fuq l-ilma interni, u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra. Skont l-istadji importanti tal-SSMS, it-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija għandu jirdoppja, u l-passaġġi fuq l-ilma interni u t-traffiku tal-merkanzija tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra għandhom jiżdiedu b’50 % sal-2050. Bl-istess mod, il-Patt Ekoloġiku Ewropew talab ukoll li parti sostanzjali mill-75 % ta’ merkanzija interna li llum tinġarr permezz tat-trasport bit-triq tinbidel għat-trasport bil-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni.

It-trasport intermodali tal-merkanzija li jinkludi t-trasport ikkombinat 8 (minn hawn ’il quddiem it-tnejn flimkien imsejħa “trasport intermodali”) huwa essenzjali biex jippermetti użu akbar tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fuq l-ilma, li waħdu jipprovdi soluzzjonijiet ta’ trasport bieb bieb f’każijiet rari ħafna biss. Fl-istess ħin, il-kost estern medju għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni għal kull tunnellata-km (tkm) huwa kważi tliet darbiet aktar baxx, ta’ EUR 0,013 għal kull tkm u ta’ EUR 0,019 għal kull tkm, rispettivament, meta mqabbel mal-kost estern medju għall-Vetturi Tqal tal-Merkanzija (HDV) ta’ EUR 0,042 għal kull tkm. It-trasport intermodali, li jinkludi l-konnessjoni tal-partijiet tal-vjaġġ bit-triq fil-bidu u/jew fi tmiem tal-operazzjoni, jikkombina l-prestazzjoni ambjentali aħjar u l-effiċjenza enerġetika ta’ dawn il-modi mhux bit-triq mal-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà tat-trasport bit-triq. It-trasport intermodali jippermetti li jintużaw modi tat-trasport f’kombinazzjoni effiċjenti, b’mod partikolari jippromwovi dawk b’impronti ambjentali komparattivament aktar baxxi, u b’hekk jottimizza l-użu tan-network u tar-riżorsi eżistenti tat-trasport u jnaqqas l-emissjonijiet u l-konsum tal-enerġija.

Għalhekk, it-trasport intermodali huwa strumentali biex tinkiseb l-ambizzjoni kemm tal-SSMS kif ukoll dik tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Sussegwentement, l-SSMS iddikjarat li biex tiġi appoġġata l-ekoloġizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-merkanzija fl-Ewropa, il-qafas eżistenti għat-trasport intermodali jeħtieġ tiġdid sostanzjali u jrid jinbidel f’għodda effettiva.

Anke jekk il-prestazzjoni fil-volumi tat-trasport intermodali żdiedet sostanzjalment matul l-aħħar 30 sena, it-trasport bit-triq għadu jiddomina t-trasport tal-merkanzija fl-UE, minħabba li t-trasport intermodali spiss ma jkunx kompetittiv mat-trasport bit-triq biss minħabba diversi fatturi. L-ewwel nett, is-suċċess tat-trasport intermodali jiddependi mill-prestazzjoni (id-disponibbiltà, l-affidabbiltà, il-puntwalità, il-veloċità) u l-kost ta’ kull parti tal-katina, jiġifieri, is-servizzi offruti mit-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma, mit-terminals tat-trażbord kif ukoll mit-trasport bit-triq għall-“aħħar mil”. Hemm lakuni fil-prestazzjoni f’dawk l-elementi kollha li jeħtieġ li jiġu indirizzati mil-leġiżlazzjoni settorjali rispettiva u mill-isforzi tal-industrija. It-tieni, dment li l-livell ta’ internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni bejn il-modi jvarja, it-trasport mhux bit-triq u intermodali fuq distanzi medji sa twal ma huwiex kompetittiv fil-prezz mal-operazzjonijiet bit-triq biss. L-SSMS iddikjarat li biex jinkiseb ipprezzar ġust u effiċjenti fil-modi kollha tat-trasport, huwa meħtieġ sett komprensiv ta’ miżuri. Huwa biss f’dak ix-xenarju li min iniġġes u l-utenti jieħdu responsabbiltà sħiħa għall-kostijiet li jiġġeneraw, li jippermetti lill-utenti jagħmlu għażliet allinjati ma’ dak li huwa l-aħjar għas-soċjetà. L-SSMS tistenna wkoll li l-internalizzazzjoni sħiħa tal-kostijiet esterni fl-UE titlesta sal-2050, għalhekk huwa indispensabbli li tittieħed azzjoni addizzjonali qabel tali żmien, biex jintlaħqu l-objettivi tal-objettivi ambjentali deskritti hawn fuq sal-2050.

Sa mill-1975, l-UE kellha strument 9 biex tappoġġa l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali eliġibbli (jiġifieri t-trasport ikkombinat) bl-objettiv li żżid il-kompetittività tat-trasport ikkombinat vis-à-vis it-trasport tal-merkanzija bit-triq biss u b’hekk tikseb użu akbar tat-trasport ikkombinat.

Fl-1992, dan l-istrument ġie sostitwit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri (CTD). L-għan tas-CTD huwa li tikkomplementa politiki modali oħra biex tagħmel it-trasport intermodali li jinvolvi t-trasport bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra flimkien ma’ partijiet tal-vjaġġ bit-triq limitati aktar kompetittivi. Is-CTD hija l-uniku strument legali tal-UE li jappoġġa direttament it-trasport intermodali u b’hekk tinċentiva l-bidla mit-trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi ta’ trasport b’emissjonijiet aktar baxxi.

Sabiex tiżdied l-effettività tas-CTD, fl-1998 il-Kummissjoni għamlet proposta biex din tiġi emendata, iżda minħabba li fin-negozjati ma nkiseb l-ebda riżultat hija rtirata fl-2001.

Fl-2016, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni REFIT 10 . Hija kkonkludiet li s-CTD kompliet tkun strument rilevanti biex jiġi appoġġat it-trasport ikkombinat, iżda li hemm marġni sinifikanti għal aktar titjib fl-effettività tagħha peress li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha huma skaduti jew mhux ċari. In-nuqqasijiet jinkludu eliġibbiltà ristretta, appoġġ ekonomiku insuffiċjenti u l-użu ta’ dokumenti stampati. Sussegwentement, il-Kummissjoni fasslet proposta ġdida fl-2017. Din il-proposta ġiet irtirata fl-2020 minħabba li n-negozjati bejn il-koleġiżlaturi kienu rriżultaw f’eżitu li kien inaqqas l-ambizzjoni tas-CTD fi żmien meta l-objettivi politiċi, kif riflessi fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 11 , kienu jirrikjedu l-oppost.

Sabiex tissodisfa dawn l-aspettattivi, il-Kummissjoni ħejjiet proposta ġdida biex temenda s-CTD. L-objettiv tal-inizjattiva huwa li tiffoka mill-ġdid il-qafas ta’ appoġġ li din id-Direttiva toħloq u b’hekk tiżdied il-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq fuq distanzi twal biex tiġi stimulata l-bidla mit-trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi oħra ta’ trasport, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet esterni.

Id-Direttiva emendata tapplika għat-trasport intermodali kollu sa fejn huma kkonċernati l-oqfsa ta’ politika nazzjonali, ir-rapportar u t-trasparenza tat-terminals, u tistabbilixxi qafas ta’ appoġġ dedikat għas-subsett tat-trasport intermodali li jiffranka ċertu livell ta’ kostijiet esterni. Dan tal-aħħar, peress li huwa subsett tat-trasport intermodali, għadu jissejjaħ trasport ikkombinat.

Meta tfasslet din il-proposta, tqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-proposti tal-1998 u l-2017 u l-eżiti tan-negozjati. B’mod speċifiku, dawn huma:

Il-ħtieġa ta’ approċċ fundamentalment differenti għall-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom jista’ jingħata l-appoġġ. Il-kundizzjonijiet fis-CTD kurrenti huma definiti f’termini tat-tul tad-diversi partijiet tal-vjaġġ bit-triq u partijiet tal-vjaġġ mhux bit-triq u ta’ distanzi minn terminals xierqa, li mhux dejjem jirriflettu l-kundizzjonijiet ġeografiċi reali u jwasslu għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni. Aktar importanti minn hekk, dawn il-kriterji ma jirriflettux il-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni reali li jwassal biex l-appoġġ ma jkunx iffukat fuq operazzjonijiet li jiżguraw iffrankar tal-kostijiet esterni.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-investimenti biex tinkiseb kapaċità suffiċjenti tat-terminals, filwaqt li huma meħtieġa, ma jaqgħux sew fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u ħafna Stati Membri kienu kontrihom. Għalhekk, dawn issa ġew indirizzati fil-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament TEN-T 12 .

L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-kontrolli tal-konformità u l-infurzar, li jistgħu jiffaċilitaw ukoll l-aċċess għad-data dwar il-funzjonament tas-suq u dwar it-titjib tal-effettività tal-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku.

Sitwazzjonijiet differenzjati fl-Istati Membri li jirrikjedu approċċi differenti biex jappoġġaw il-miżuri.

Biex tindirizza l-objettivi tagħha, din l-inizjattiva ġiet strutturata madwar erba’ oqsma:

Il-kundizzjonijiet għall-appoġġ u l-prova tal-konformità

Il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom l-operazzjonijiet intermodali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ ipprovdut minn din id-Direttiva huma ssimplifikati biex ikopru sehem akbar tat-trasport intermodali, biex jeliminaw l-ambigwità u l-possibbiltajiet għal interpretazzjonijiet ħżiena u trattament mhux ugwali u biex jistabbilixxu bażi ċara għad-deċiżjonijiet ta’ konformità. Dan jinkludi kundizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku, l-unitajiet tat-tagħbija u r-reġim ta’ identifikazzjoni tagħhom, it-trattament ta’ kontenituri vojta, il-minimu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni li għandu jinkiseb, il-ħtieġa ta’ regoli dwar il-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni, u l-kontenut u r-regoli għall-prova tal-konformità.

L-oqfsa ta’ appoġġ

Ir-raġuni fundamentali tad-Direttiva kollha hija li tipprovdi qafas ta’ appoġġ għat-trasport intermodali inklużi miżuri regolatorji u/jew ekonomiċi xierqa. Madankollu, skont l-evalwazzjoni REFIT, il-qafas ta’ appoġġ stabbilit mid-Direttiva biex tittejjeb il-kompetittività relattiva tat-trasport ikkombinat ma kellux impatt suffiċjenti. Fil-fatt, 70 mill-100 tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa kkonfermaw li dan jippreżenta problema 13 . Ir-rapport speċjali reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar it-trasport intermodali kkonkluda wkoll li l-appoġġ għat-trasport intermodali ma kienx effettiv biżżejjed peress li kien għad ma hemmx kundizzjonijiet ekwi għat-trasport intermodali tal-merkanzija fl-UE 14 . Ir-regoli l-ġodda jintroduċu dan li ġej minbarra l-appoġġ eżistenti:

1.eżenzjoni regolatorja ġdida madwar l-UE mill-projbizzjonijiet nazzjonali fuq is-sewqan;

2.obbligu fuq l-Istati Membri li janalizzaw il-miżuri eżistenti tagħhom u jestendu jew jistabbilixxu oqfsa ta’ politika nazzjonali ġodda - inklużi miżuri xierqa ta’ natura regolatorja u/jew ekonomika - biex jappoġġaw l-użu tat-trasport intermodali;

3.objettiv ta’ tnaqqis globali ta’ 10 % fil-kostijiet għat-trasport ikkombinat f’kull Stat Membru, biex jiġi ffaċilitat it-titjib teknoloġiku rilevanti għat-trasport intermodali, u biex jiġu stabbiliti konnessjonijiet ġodda bejn terminals li qabel ma kinux konnessi.

It-trasparenza tal-funzjonament tas-suq

Kif konkluż mill-evalwazzjoni REFIT, hemm nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-politika nazzjonali eżistenti u s-sitwazzjoni tas-suq li jippermettu li jiġi vvalutat jekk l-appoġġ huwiex imfassal apposta għas-sitwazzjoni attwali. Minn 49 rispondent tal-istħarriġ 15 18 qablu jew qablu ħafna li hija nieqsa bażi empirika biex jiġi ddeterminat il-livell adegwat ta’ appoġġ. Ir-rapportar mill-Kummissjoni jibqa’, iżda b’data u perjodi ta’ rapportar aġġornati, ikkomplementat minn obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw it-trasparenza tal-oqfsa ta’ politika intermodali nazzjonali tagħhom li qed jimplimentaw biex jappoġġaw it-trasport ikkombinat. Ir-rabtiet mal-oqfsa ta’ politika nazzjonali kollha u l-miżuri nazzjonali se jiġu ppubblikati f’gateway ċentrali ġestit mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, hija inkluża klawżola ta’ rieżami għall-valutazzjoni mill-ġdid ta’ dan il-qafas ta’ appoġġ tal-UE.

Rekwiżiti tat-trasparenza tat-terminal

Il-proposta tintroduċi rekwiżiti komuni ta’ trasparenza għat-terminals li jiżguraw li t-terminals kollha jagħmlu d-data disponibbli għall-pubbliku fuq il-faċilitajiet u s-servizzi tat-terminals. Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi l-possibbiltà li jiġi stabbilit qafas ta’ kategoriji tat-terminal, ibbażat fuq il-livelli tas-servizz, għas-servizzi u l-faċilitajiet disponibbli. Dawn il-miżuri huma komplementari għar-reviżjoni proposta tar-Regolament TEN-T, li tindirizza l-kapaċità u l-kwalità tat-terminals fuq in-network tat-TEN-T. 

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-inizjattiva trid titqies fil-kuntest tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima 16 u l-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 17 , li t-tnejn jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-pakkett REPowerEU 18 li għandu l-għan li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-UE u li jidentifika r-reviżjoni tas-CTD bħala għodda importanti f’dan ir-rigward 19 , u tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 20 li jippromwovi l-bidla għal trasport aktar nadif biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku. Barra minn hekk, l-SSMS titlob li tittieħed azzjoni deċiżiva biex it-trasport tal-merkanzija jinqaleb għal modi ta’ trasport aktar sostenibbli.

Ta’ min jinnota li fil-passat kienu jeżistu kunsiderazzjonijiet speċifiċi ta’ politika rilevanti għat-trasport ikkombinat. Fl-1992, il-Kummissjoni ppubblikat White Paper dwar it-Trasport u pakkett leġiżlattiv li jakkumpanjaha, li wasslu għas-CTD tal-lum, li tilliberalizza bis-sħiħ is-suq tat-trasport ikkombinat fl-UE u li tipprovdi l-qafas ta’ appoġġ tal-lum. Fl-1997, il-Kummissjoni ppubblikat strateġija ddedikata dwar it-trasport intermodali fl-Ewropa 21 . Il-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 22 stabbiliet l-għan speċifiku li 30 % tal-merkanzija bit-triq fuq distanzi twal (aktar minn 300 km) tinbidel għat-trasport bil-ferrovija jew fuq l-ilma sal-2030, u aktar minn 50 % sal-2050.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkomplementa politiki oħra tat-trasport, li (a) jimmiraw lejn il-prestazzjoni ambjentali tal-modi individwali, (b) jinternalizzaw il-kostijiet esterni billi japplikaw il-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u “l-utent iħallas”, u (c) jipprovdu trasparenza dwar is-servizzi disponibbli u r-regoli applikabbli għas-settur jew għal partijiet minnu.

Li l-modi individwali jsiru aktar sostenibbli f’termini tal-effiċjenza enerġetika tagħhom u l-użu ta’ fjuwils sostenibbli, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport, ġie indirizzat minn firxa ta’ għodod ta’ politika, bħall-istandards ta’ prestazzjoni tas-CO2 għall-vetturi tqal 23 , id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) 24 , u r-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi.

Bl-istess mod, għadd ta’ miżuri diġà jimmiraw lejn l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni, bil-għan li jippermettu lis-soċjetà tagħmel l-għażliet it-tajba. Dawn jinkludu l-ipprezzar tal-karbonju, l-imposti tal-infrastruttura, u t-taxxi fuq l-enerġija u l-vetturi, li jiġu aġġustati u introdotti gradwalment. Eventwalment iridu jingħaqdu flimkien f’politika kompatibbli, komplementari u koerenti b’mod reċiproku, madankollu skont l-SSMS, dan jista’ jdum sal-2050 25 .

Filwaqt li jeżistu diversi obbligi ta’ trasparenza u rapportar f’leġiżlazzjoni speċifika għall-modi, ir-rapportar intermodali jew l-iskambju ta’ informazzjoni (rilevanti għat-trasport intermodali) fil-biċċa l-kbira tiegħu ma huwiex kopert. Barra minn hekk, il-valur miżjud u l-attraenza tat-trasport intermodali jiddependu mill-prestazzjoni ta’ modi individwali u l-kapaċità tal-infrastruttura disponibbli. Għalhekk, din l-inizjattiva hija żviluppata f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ leġiżlazzjoni dwar it-trasport u proposti leġiżlattivi oħra, inklużi dawk fil-Pakkett dwar it-Trasport Ekoloġiku, li din l-inizjattiva hija parti minnu.

Din għandha wkoll rabtiet qawwija ma’ partijiet oħra ta’ dan il-pakkett, b’mod partikolari l-inizjattiva għaż-żieda tas-sehem tal-ferrovija fit-trasport internazzjonali 26 u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Piżijiet u d-Dimensjonijiet tat-trasport bit-triq 27 , li huma t-tnejn importanti biex jitneħħew ostakoli speċifiċi għall-modi għat-trasport intermodali.

Barra minn hekk, il-qafas komuni l-ġdid tal-UE għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport u fil-loġistika (CEEU) u l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Informazzjoni Elettronika dwar it-Trasport tal-Merkanzija (eFTI) 28 jikkontribwixxu għall-qafas tekniku għall-implimentazzjoni tas-CTD riveduta.

Ir-reviżjoni hija konsistenti wkoll mal-Komunikazzjoni Naiades 29 li ġiet adottata dan l-aħħar, li titlob integrazzjoni akbar tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’sistema tat-trasport intermodali moderna u trans-Ewropea.

Barra minn hekk, prekundizzjoni għall-użu tat-trasport intermodali u multimodali hija d-disponibbiltà ta’ infrastruttura xierqa b’kapaċità suffiċjenti. L-istudju reċenti dwar it-teknoloġiji tat-trażbord 30 wera li hemm nuqqasijiet fin-network tat-TEN-T għat-trasport intermodali, u li l-kapaċità eżistenti tat-trażbord ma hijiex biżżejjed għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Il-kwistjoni tal-kapaċità tat-terminals ġiet indirizzata fil-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament TEN-T 31 , li għall-ewwel darba tinkludi obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw kapaċità tat-terminals tal-merkanzija multimodali suffiċjenti bbażata fuq pjan ta’ analiżi u azzjoni ddedikat. Dawn il-miżurihuma mistennija li jwasslu kapaċità infrastrutturali aħjar għat-trasport intermodali matul id-deċennju li ġej.

L-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat. Din id-Direttiva se tiddefinixxi l-kriterji għal kategorija ta’ operazzjonijiet bl-ogħla potenzjal għat-tnaqqis tal-kostijiet esterni fit-trasport u tistabbilixxi objettivi ta’ politika għall-promozzjoni ta’ dan is-subsett ta’ operazzjonijiet. L-Istati Membri jistgħu jqisu li jintroduċu, fost l-oħrajn, miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika fis-CTD emendata. Is-sempliċi inklużjoni ta’ miżuri fl-oqfsa ta’ politika nazzjonali li huma ppromulgati abbażi ta’ din id-Direttiva ma teżentahomx mill-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, li taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni.

Din il-proposta hija wkoll konformi mal-proposti finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Proposta 3 dwar it-tibdil fil-klima, l-enerġija u t-trasport, li titlob li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u li jiġu rispettati l-miri globali tal-klima.

Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li xi partijiet ikkonċernati jsemmu rabta bejn is-CTD u l-kabotaġġ bit-triq. Jibqa’ rilevanti u importanti li t-trasport internazzjonali kkombinat u t-trasport internazzjonali bit-triq ikomplu jiġu ttrattati bl-istess mod fir-rigward tal-użu ta’ trasportaturi mhux residenti kif previst fl-Artikolu 4 tas-CTD. Fir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 1072/2009 fl-2020 32 , il-koleġiżlaturi pprovdew deroga mill-Artikolu 4 tas-CTD (iżda biss fil-każ li dan jintuża ħażin) filwaqt li kkonfermaw mill-ġdid li l-Artikolu 4 kien utli u għadu fis-seħħ 33 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

It-Titolu VI (l-Artikoli 90-100) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jistabbilixxi l-prerogattiva tal-UE li tagħmel dispożizzjonijiet għall-politika komuni tat-trasport. L-Artikolu 91(1), il-punt (c) tat-TFUE jipprevedi li l-UE għandha kompetenza fil-qasam tat-trasport biex tistabbilixxi miżuri ħalli ttejjeb is-sikurezza tat-trasport, filwaqt li l-Artikolu 91(1)(d) tat-TFUE jipprovdi l-istess kompetenza fir-rigward ta’ “kwalunkwe dispożizzjoni xierqa oħra”.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Id-dimensjoni tal-UE tal-problema

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tagħha, l-UE tista’ taġixxi biss jekk, u sa fejn, l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Il-kostijiet esterni tat-trasport, b’mod partikolari dawk relatati mat-tibdil fil-klima, huma problemi transkonfinali, li ma jistgħux jiġu solvuti b’azzjoni nazzjonali jew lokali biss. Il-ħtieġa urġenti li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra prodotti mit-trasport tal-merkanzija tapplika bl-istess mod għall-operazzjonijiet transfruntieri u domestiċi. Għalhekk, il-problema identifikata jeħtieġ li tiġi indirizzata fil-livell tal-UE minħabba li għandha dimensjoni transfruntiera.

Azzjoni ta’ valur miżjud fil-livell tal-UE

L-għan tal-inizjattiva huwa li tippromwovi l-użu tat-trasport intermodali madwar l-UE, li 81 % minnu huwa bejn l-Istati Membri, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ ibbażati fuq kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà komuni. Mill-perspettiva tal-politika u tas-suq intern, huwa importanti li jiġi żgurat li l-benefiċċji previsti jkunu applikabbli b’mod komparabbli madwar l-UE. Minħabba n-natura limitata tas-CTD kurrenti, xi Stati Membri fasslu appoġġ differenzjat għall-operazzjonijiet tat-trasport intermodali kemm fil-forma ta’ appoġġ regolatorju mhux armonizzat kif ukoll skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. F’ċerti każijiet, l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ dawk il-miżuri ta’ appoġġ jaf ma tkunx aċċessibbli bl-istess mod għall-operaturi kollha, b’mod partikolari fil-każ ta’ operazzjonijiet transfruntieri. Xi operaturi setgħu kisbu vantaġġ kompetittiv b’impatti lil hinn mill-fruntiera nazzjonali tagħhom. L-azzjoni tal-UE għandha l-għan li tgħin biex jinħoloq trattament komparabbli għall-operaturi madwar l-UE, tissimplifika l-proċeduri amministrattivi għall-industrija, għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Dan ma jistax jinkiseb billi ssir leġiżlazzjoni fil-livell tal-Istati Membri biss.

Proporzjonalità

L-għażliet li jikkonċernaw il-miżuri ta’ politika rilevanti u l-għażla ta’ politika li tifforma l-istruttura ta’ din l-inizjattiva saru b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità, u b’hekk irriżultaw fl-aktar approċċ ibbilanċjat possibbli. Filwaqt li l-proposta tpoġġi obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ għal ċerti tipi ta’ operazzjonijiet tat-trasport intermodali, il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-għażla ta’ politika li tinvolvi biss l-appoġġ volontarju tal-Istati Membri mhux se tkun biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv. L-għażla ta’ politika magħżula tiżgura bidla modali suffiċjenti b’kost raġonevoli.

Għażla tal-istrument

L-għażla tal-istrument, l-emendar tad-Direttiva eżistenti jippermetti li jintlaħaq b’mod sodisfaċenti l-objettiv li tittejjeb il-kompetittività tat-trasport intermodali, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà. Sabiex jiġi żgurat l-appoġġ, l-Istati Membri se jkollhom il-libertà li jistabbilixxu l-oqfsa ta’ politika rispettivi tagħhom bl-aktar miżuri ta’ appoġġ rilevanti.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Bejn l-2014 u l-2016 twettqet evalwazzjoni 34 tas-CTD u kkonkludiet li d-Direttiva għadha strument rilevanti biex tappoġġa t-trasport tal-merkanzija li jikkombina modi differenti. Ġie stmat li fl-2011 il-bidla mit-trasport bit-triq biss għat-trasport intermodali kienet ġabet magħha ffrankar annwali ta’ massimu EUR 2,1 biljun f’kostijiet esterni. Filwaqt li mhux dan l-iffrankar kollu jista’ jiġi attribwit għas-CTD, ġie stabbilit li mingħajr azzjoni tal-UE, is-servizzi tat-trasport ikkombinat transfruntieri x’aktarx kienu jiffaċċaw ostakoli minħabba sistemi legali differenti, li jagħmlu s-servizzi tat-trasport ikkombinati inqas attraenti u possibbilment mhux fattibbli.

Madankollu, għadd ta’ dispożizzjonijiet tas-CTD, eż. ir-rekwiżit li jintużaw dokumenti stampati, huma skaduti peress li jirriflettu s-sitwazzjoni tas-suq fl-1992. Dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva jbatu minn traspożizzjoni u implimentazzjoni diverġenti fil-livell tal-Istati Membri, li jikkawżaw il-problemi prattiċi tal-industrija fuq bażi ta’ kuljum u għalhekk tali dispożizzjonijiet ma humiex kompletament effettivi. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku huma limitati ħafna u għalhekk ma għandhomx impatt sinifikanti fuq il-kompetittività tal-operazzjonijiet intermodali. Fil-konsultazzjoni pubblika, kemm l-industrija kif ukoll l-amministrazzjonijiet pubbliċi indikaw li l-miżuri ta’ politika huma proporzjonati biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kienet involuta b’mod attiv mal-partijiet interessati u wettqet konsultazzjonijiet komprensivi tul il-proċess kollu ta’ valutazzjoni tal-impatt.

L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni saru fl-2021 u fl-2022, mill-pubblikazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu (IIA) f’Awwissu 2021, għall-konsultazzjoni mmirata li għalqet f’Awwissu 2022.

L-objettivi tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kienu dawn li ġejjin:

·li jiġbru l-informazzjoni u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar il-problemi ewlenin u l-ixprunaturi assoċjati, id-definizzjoni tal-objettivi ta’ politika rilevanti marbuta ma’ dawk il-problemi, u l-identifikazzjoni, id-definizzjoni u l-iskrinjar tal-miżuri ta’ politika li jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-impatt;

·li jiġbru informazzjoni u opinjonijiet dwar l-impatti probabbli tal-miżuri u l-għażliet ta’ politika.

Bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ feedback inizjali, il-partijiet interessati kellhom il-possibbiltà li jipprovdu feedback dwar l-IIA mid-19 ta’ Awwissu sas-16 ta’ Settembru 2021. Ġew riċevuti total ta’ 62 rispons individwali.

Sussegwentement, konsultazzjoni pubblika miftuħa kienet aċċessibbli fuq is-sit web “Semma’ Leħnek” mis-7 ta’ Marzu sat-30 ta’ Mejju 2022. B’kollox, waslu 101 risposta minn partijiet ikkonċernati differenti. Xi partijiet ikkonċernati pprovdew ukoll dokumenti ta’ pożizzjoni flimkien mar-risposti tagħhom għall-konsultazzjoni.

Fl-aħħar nett, twettqu l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni mmirati li ġejjin:

·Stħarriġ online mmirat bil-għan li jivvalida d-definizzjoni tal-problema u l-objettivi tal-għażliet ta’ politika, jikseb kontribut biex jiddefinixxi f’aktar dettall il-miżuri/l-għażliet ta’ politika, u jipprovdi d-data meħtieġa biex jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri u tal-kostijiet mistennija. L-istħarriġ sar mis-16 ta’ Mejju sal-24 ta’ Ġunju 2022 u ġew riċevuti 59 risposta.

·Saru intervisti mmirati mal-partijiet ikkonċernati ma’ 29 parti interessata bejn Mejju u Awwissu 2022 (inklużi tliet intervisti esploratorji li twettqu fi Frar 2022).

·Fil-25 ta’ Ottubru 2022 saret laqgħa waħda ta’ esperti tal-partijiet ikkonċernati mal-industrija. Kien hemm 60 parteċipant li jirrappreżentaw 55 organizzazzjoni.

L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati żvelaw grad għoli ta’ ftehim fost il-partijiet ikkonċernati li l-problemi u l-objettivi tal-inizjattiva huma rilevanti għall-iżvilupp tat-trasport intermodali.

Il-konsultazzjoni tal-IIA u l-konsultazzjoni pubblika miftuħa ffukaw fuq il-problema f’livell ogħla, u wara dan l-istħarriġ u l-intervisti ħadu approċċ aktar dettaljat u sistematiku biex jispeċifikaw il-problema u objettiv assoċjat għar-reviżjoni tas-CTD. Tema komuni fil-feedback dwar l-IIA kienet nuqqas ta’ ċarezza dwar id-definizzjoni fis-CTD kurrenti, filwaqt li oħrajn issuġġerew li s-CTD għandha tiffoka aktar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra minbarra t-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-problema, il-konsultazzjoni wriet li hemm kunsens pjuttost wiesa’ fost il-partijiet ikkonċernati kollha li meta ma jingħata l-ebda appoġġ, it-trasport intermodali kien kompetittiv mat-trasport bit-triq biss fl-UE f’xi sitwazzjonijiet biss (63 minn 95, 66 %). L-operaturi tat-terminals kienu saħansitra aktar pessimisti, peress li tlieta minn ħamsa jqisu li t-trasport intermodali qatt jew kważi qatt ma huwa kompetittiv mat-trasport bit-triq biss sakemm ma jkunx appoġġat. Il-maġġoranza l-kbira tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija qablu li n-nuqqas ta’ kompetittività fil-prezzijiet kien ostakolu għall-iżvilupp tat-trasport intermodali, bl-eċċezzjoni tal-organizzaturi tal-merkanzija (eż. l-operaturi tal-loġistika, l-ispedituri tal-merkanzija li kienu attivi l-aktar fit-trasport bit-triq), li ġeneralment kienu aktar xettiċi f’dan ir-rigward.

Ir-rispondenti identifikaw sitt fatturi bħala li jaffettwaw il-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq biss: il-kostijiet tat-trażbord (87 minn 94; 93 %) u n-nuqqas ta’ terminals xierqa fil-viċinanza (85 minn 95; 89 %) kienu l-aktar prominenti. Għal dawn iż-żewġ fatturi, mill-inqas 75 % tar-rispondenti minn kull tip ta’ parti kkonċernata u s-subkategorija tal-industrija qablu li dawn kienu fatturi rilevanti. 80 % tar-rispondenti qiesu li erba’ fatturi addizzjonali huma rilevanti, jiġifieri: il-fatt li t-trasport bit-triq huwa orħos mit-trasport intermodali għal operazzjonijiet bieb bieb (78 minn 94; 83 %); id-drawwa tal-użu tat-trasport bit-triq biss (78 minn 94; 83 %); in-nuqqas ta’ offerta ta’ servizz xierqa fit-terminals fil-viċinanza (76 minn 95; 80 %); u dewmien/ħin itwal ta’ tranżitu meta mqabbel mat-trasport bit-triq biss (73 minn 92; 79 %). Għal kull wieħed minn dawn, mill-inqas nofs ir-rispondenti minn kull tip ta’ parti kkonċernata u subkategorija tal-industrija ħassew li dawn il-fatturi kienu rilevanti, filwaqt li fost l-organizzaturi tat-trasport, tlieta biss minn sebgħa ħassew li l-fatt li t-trasport bit-triq huwa orħos mit-trasport intermodali/multimodali għal operazzjonijiet bieb bieb kien fattur rilevanti.

Minn 100 rispondent, 80 (80 %) implikaw li kien hemm differenzi fil-kompetittività tat-trasport intermodali fi Stati Membri differenti, u raġunijiet komuni għal dawn kienu differenzi fl-infrastruttura u fis-servizzi li kienu disponibbli, kif ukoll differenzi fl-appoġġ ipprovdut.

Fir-rigward tal-fatturi li jikkawżaw il-problemi, 26 minn 49 rispondent għall-istħarriġ tal-partijiet ikkonċernati qablu jew qablu ħafna li l-kriterji ta’ eliġibbiltà kurrenti huma stretti wisq peress li l-operazzjonijiet bejn l-Istati Membri biss huma koperti, l-unitajiet tat-tagħbija jridu jkunu ta’ daqs minimu biex ikunu eliġibbli, u kundizzjonijiet differenti ta’ eliġibbiltà japplikaw għal kombinazzjonijiet modali differenti. Barra minn hekk, 24 minn 49 rispondent tal-istħarriġ kienu tal-fehma li l-kriterji ta’ eliġibbiltà kurrenti ma humiex kompletament rilevanti biex jiġi promoss l-użu tat-trasport intermodali u t-tnaqqis tal-esternalitajiet. 25 minn 49 rispondent tal-istħarriġ u 15 minn 29 persuna intervistata qiesu li d-definizzjoni kurrenti ta’ eliġibbiltà tippermetti interpretazzjonijiet differenti.

Minn 49 rispondent tal-istħarriġ 18 qablu jew qablu ħafna li bażi empirika biex jiġi ddeterminat il-livell adegwat ta’ appoġġ hija nieqsa, peress li l-evalwazzjoni REFIT kienet diġà kkonkludiet li s-CTD ma għandhiex qafas ta’ ħarsa ġenerali effettiv lejn is-suq li jippermetti li jitfasslu miżuri ta’ appoġġ għas-sitwazzjoni attwali jew fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri. Minn 49 rispondent tal-istħarriġ 20 appoġġaw l-objettiv li jittejbu d-data, l-analiżi u r-rapportar dwar l-istatus tat-trasport intermodali.

Skont l-evalwazzjoni REFIT, il-miżuri ta’ appoġġ stabbiliti mis-CTD biex tiżdied il-kompetittività relattiva tat-trasport ikkombinat huma limitati ħafna. Mill-100 risposta għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa 70 jaqblu li din hija problema, u 19 minn 49 rispondent għall-istħarriġ tal-partijiet ikkonċernati qablu jew qablu ħafna li l-miżuri ta’ appoġġ skarsi, ineffettivi u ineffiċjenti jippreżentaw problema.

L-SSMS tidentifika l-ħtieġa li jittejbu l-iskambju multimodali tad-data u l-ġestjoni intelliġenti tat-traffiku biex jiġu ssimplifikati l-arranġamenti regolatorji, amministrattivi u kummerċjali kumplessi. L-operaturi jużaw sistemi differenti, b’varjetà wiesgħa ta’ interfaċċi, rekwiżiti tas-sett tad-data u semantika. Minn 49 rispondent għall-istħarriġ tal-partijiet ikkonċernati 13 qablu li hemm nuqqas ta’ interoperabbiltà, u li l-frammentazzjoni tas-sistemi differenti tal-kondiviżjoni tad-data hija kwistjoni importanti li tillimita. Fir-rigward tal-ineffiċjenzi operazzjonali fit-terminals, 37 minn 100 rispondent għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa qiesu li l-kwalità ħażina tas-servizz fit-terminals hija fattur li jimmina l-kompetittività tat-trasport intermodali.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Sar studju minn kuntrattur estern biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-impatt li tirfed il-proposta (Diċembru 2021 - Ġunju 2023). Dan ipprovda għarfien siewi lill-Kummissjoni, b’mod partikolari biex tfassal l-għażliet ta’ politika, tivvaluta l-impatti mistennija, u tiġbor il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati affettwati direttament.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-miżuri ta’ politika inklużi f’din il-proposta huma bbażati fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt [SWD(2023)351] inizjalment irċieva opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni [SEC(2023)373]. Imbagħad dan ġie sottomess mill-ġdid lill-Bord u rċieva opinjoni pożittiva b’riżervi. Ir-rakkomandazzjonijiet li waslu mill-Bord ġew indirizzati u l-Anness 1 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jipprovdi sommarju dwar kif sar dan.

Tqiesu ħames għażliet ta’ politika fil-valutazzjoni tal-impatt biex jintlaħqu l-objettivi identifikati. Dawn il-ħames għażliet kollha jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

·il-kopertura ta’ firxa usa’ ta’ operazzjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ konformità effettivi

·iż-żieda fil-kompetittività permezz ta’ qafas ta’ appoġġ

·it-trasparenza, il-kooperazzjoni u s-simplifikazzjoni fir-rigward tad-dħul fis-suq

·it-titjib tar-rapportar u tal-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-suq.

L-għażla ta’ politika A hija l-għażla bl-inqas intervent strett fil-livell tal-UE. Dan japplika għat-trasport intermodali intra-UE kollu. L-eliġibbiltà tkun ibbażata fuq sett usa’ ta’ esternalitajiet, li jirrikjedu ffrankar ta’ mill-inqas 40 % tal-kostijiet esterni, b’metodoloġija stabbilita abbażi tal-valuri unitarji mill-Manwal dwar il-kostijiet esterni tat-trasport 35 . Il-gwida għall-kalkoli tiġi stabbilita f’att ta’ implimentazzjoni 36 . Id-data li għandha tiġi pprovduta biex tiġi ppruvata l-eliġibbiltà tiġi rieżaminata u marbuta mal-pjattaformi tal-eFTI 37 . L-obbligu kurrenti ta’ rapportar biannwali fuq il-Kummissjoni jiġi ssostitwit b’talba lill-Istati Membri biex iwettqu analiżi regolari u ppjanar strateġiku għal modi sostenibbli ta’ trasport ħalli jagħżlu appoġġ xieraq. Filwaqt li l-għażla politika PO-A ma tobbligax lill-Istati Membri jipprovdu kwalunkwe appoġġ, din tipprovdi Sett ta’ għodod b’għodod ta’ appoġġ predefiniti biex wieħed jagħżel minnhom. Għat-trasparenza u l-kooperazzjoni fit-terminals, jiġu introdotti regoli komuni ta’ trasparenza għat-terminals b’att ta’ implimentazzjoni.

L-għażla ta’ politika B hija l-għażla li tikkombina l-obbligi fil-livell tal-UE mal-flessibbiltà biex jitqiesu sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Din tobbliga lill-Istati Membri jappoġġaw it-trasport intermodali iżda tagħtihom il-libertà li jagħżlu fost l-għodod ta’ appoġġ differenti elenkati fis-Sett ta’ għodod, biex jindirizzaw l-isfidi fis-sistemi nazzjonali tat-trasport. Din l-għażla ta’ politika hija suddiviża fi tliet subgħażliet b’kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà differenti. L-għażla ta’ politika B1 u l-għażla ta’ politika B2a japplikaw għall-operazzjonijiet intermodali intra-UE kollha, filwaqt li l-għażla ta’ politika B2b tapplika biss għall-operazzjonijiet transfruntieri intra-UE. Fl-għażla ta’ politika B1, l-eliġibbiltà hija bbażata fuq l-iffrankar ta’ gassijiet serra b’limitu ta’ 25 % ikkalkulat permezz tal-metodoloġija tal-qafas Komuni tal-UE għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport u fil-loġistika (proposta CountEmissions EU). Fl-għażliet ta’ politika B2a u B2b, l-eliġibbiltà hija bbażata fuq sett usa’ ta’ esternalitajiet b’limitu ta’ ffrankar meħtieġ ta’ 40 % bħal fl-għażla A. Fl-għażliet sekondarji kollha tal-għażla ta’ politika B, id-data li għandha tiġi pprovduta għal prova tal-eliġibbiltà tiġi rieżaminata u marbuta mal-pjattaformi tal-eFTI. Għall-analiżi u r-rapportar tas-suq, is-subgħażliet kollha tal-għażla ta’ politika B jiddependu mill-obbligu kurrenti fuq il-Kummissjoni li tħejji rapporti kull 5 snin b’assistenza mill-Istati Membri u permezz ta’ studji ddedikati għall-analiżi tas-suq. Fis-subgħażliet kollha tal-għażla ta’ politika B, l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiksbu tnaqqis ġenerali fil-kostijiet kif ukoll żieda fit-titjib teknoloġiku, filwaqt li jitħallew jagħżlu minn Sett ta’ għodod biex jadattaw l-appoġġ tagħhom għaċ-ċirkostanzi nazzjonali fil-limiti partikolari. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mitluba jiffaċilitaw il-bidu ta’ rotot intermodali ġodda. Is-subgħażliet kollha tal-għażla ta’ politika B jinkludu benefiċċju regolatorju li jeżenta l-partijiet tal-vjaġġ bit-triq tal-operazzjonijiet eliġibbli mill-projbizzjonijiet nazzjonali tas-sewqan. Għat-trasparenza u l-kooperazzjoni fit-terminals, il-miżuri huma l-istess bħal fl-għażla ta’ politika A.

L-għażla ta’ politika C tistabbilixxi l-aktar intervent qawwi fil-livell tal-UE. Dan japplika għall-operazzjonijiet intra-UE kollha. L-eliġibbiltà hija l-istess bħal dik għas-subgħażliet tal-għażla ta’ politika A u l-għażla ta’ politika B2, abbażi ta’ sett usa’ ta’ esternalitajiet b’limitu ta’ 40 %. Bħal f’għażliet oħra, id-data li għandha tiġi pprovduta biex tiġi ppruvata l-eliġibbiltà tiġi rieżaminata u marbuta mal-pjattaformi tal-eFTI. L-obbligu ta’ rapportar biannwali tal-Kummissjoni jiġi ssostitwit b’obbligu fuq l-Istati Membri li jwettqu analiżi regolari u ppjanar strateġiku, li jkopru s-sistema sħiħa tat-trasport u li jinkludu analiżi transmodali. Għall-għodod ta’ appoġġ, dan jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ armonizzat biex inaqqsu l-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli (il-parti tagħhom) li jseħħu fit-territorju tagħhom f’livell li jwassal għall-użu tat-trasport intermodali. Dan il-livell ta’ appoġġ huwa vvalutat bħala 10 % tal-kost totali minn bieb sa bieb tal-operazzjoni għall-konsenjatur. Barra minn hekk, din l-għażla ta’ politika tkun tinkludi benefiċċju regolatorju armonizzat li jeżenta l-partijiet tal-vjaġġ bit-triq tal-operazzjonijiet eliġibbli mill-projbizzjonijiet nazzjonali tas-sewqan. L-għażla ta’ politika C tkun tirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta’ sett ta’ data definit u tobbliga l-użu ta’ settijiet ta’ data komuni u protokolli ta’ skambju ta’ data. Il-miżuri għat-trasparenza tat-terminal huma l-istess bħal fl-għażliet ta’ politika A u B.

Abbażi tal-valutazzjoni, l-għażla ta’ politika B2a hija identifikata bħala l-għażla ppreferuta. Din timplimenta l-objettiv billi tiżgura l-ogħla bidla modali u ffrankar tal-kostijiet esterni bi proporzjon tajjeb bejn il-kostijiet u l-benefiċċji, filwaqt li tiżgura wkoll il-koerenza u tikkonforma mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà.

L-għażla ppreferuta hija mistennija li twassal iffrankar sinifikanti rikorrenti fil-kostijiet amministrattivi għan-negozji li joperaw fis-settur intermodali. L-iffrankar rikorrenti tal-kostijiet għall-operaturi involuti fit-trasport intermodali minħabba l-użu ta’ data elettronika u ta’ pjattaformi tal-eFTI huwa stmat għal EUR 430 miljun fis-sena. Fl-istess ħin, it-terminals jġarrbu kostijiet amministrattivi biex jaġġornaw l-informazzjoni meħtieġa li tiġi ppubblikata fuq is-sit web tagħhom. Il-kost medju annwali rikorrenti għat-terminals kollha bejn l-2025 u l-2035 huwa stmat għal madwar EUR 6100. L-iffrankar tal-kostijiet amministrattivi fil-biċċa l-kbira huwa akbar mill-kostijiet negliġibbli u l-iffrankar nett tal-kostijiet amministrattivi għan-negozji huwa stmat għal EUR 430 miljun fis-sena.

Sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi ssodisfat aħjar, lil hinn mir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt, titħalla flessibbiltà totali għall-Istati Membri biex jagħżlu t-tip ta’ miżuri li se jimplimentaw, filwaqt li xorta għad iridu jilħqu l-mira ta’ tnaqqis tal-kostijiet ta’ 10 %. Sabiex jiġu żgurati deċiżjonijiet infurmati u l-ilħuq tal-miri, l-għażla ppreferuta tinkludi obbligu għal kull Stat Membru li jevalwa l-miżuri eżistenti u potenzjali tagħhom u li jikkonsolida l-miżuri kollha f’Qafas ta’ Politika Nazzjonali uniku. Dan huwa simili għall-obbligu li jkun hemm strateġiji transmodali analizzati taħt l-għażla ta’ politika PO-C, iżda inqas impenjattiv minnu. Huwa stmat li dan għandu impatt żgħir fuq il-kostijiet (kostijiet addizzjonali ta’ darba sa EUR 1,1 miljun flimkien ma’ kostijiet rikorrenti ta’ EUR 1,6 miljun kull 5 snin). Dawn il-bidliet ma jbiddlux b’mod sinifikanti l-klassifikazzjoni tal-għażliet u s-selezzjoni tal-għażla ta’ politika ppreferuta.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tagħti lok għal kostijiet netti għall-Baġit tal-Unjoni ta’ EUR 2 miljun matul il-perjodu bejn l-2025 u l-2050. L-impatt baġitarju tal-proposta huwa deskritt f’aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti (QFP) huwa deskritt fil-forma ta’ ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-Istati Membri huma meħtieġa jadottaw u jippubblikaw l-Oqfsa ta’ Politika Nazzjonali (NPF) tagħhom li jiġbru miżuri eżistenti u ġodda li jħallu impatt fuq it-trasport intermodali sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda u jivvalutaw l-impatt tal-NPFs tagħhom kull 5 snin minn hemm ’il quddiem. Huma jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-NPFs tagħhom kif ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-impatti ta’ din il-proposta permezz ta’ obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’din il-proposta. Sena qabel l-applikazzjoni tad-Direttiva, din se tistabbilixxi s-sitwazzjoni bażi fis-suq u mbagħad, 5 snin wara l-applikazzjoni tad-Direttiva, u kull 5 snin wara dan, se tfassal rapport dwar l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport intermodali fl-UE. Din se tiġi megħjuna fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri u permezz ta’ data aggregata mill-pjattaformi tal-eFTI. Ir-rapporti se jindirizzaw b’mod partikolari l-volum tat-traffiku tat-trasport intermodali fl-UE, il-kurituri ewlenin tat-trasport intermodali, l-ostakoli ewlenin biex jiżdied l-użu tat-trasport intermodali, il-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq biss (inkluża analiżi tal-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri fl-NPFs tagħhom) u l-iżviluppi fil-kapaċità tat-terminals.

Mhux aktar tard minn 10 snin wara, il-Kummissjoni se tevalwa jekk huwiex xieraq li jitkompla r-reġim ta’ appoġġ skont din id-Direttiva.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

It-titolu tad-Direttiva huwa aġġustat biex jirrifletti l-kamp ta’ applikazzjoni estiż billi jneħħi l-formulazzjoni “bejn l-Istati Membri” u jissostitwixxi “trasport ikkombinat” bi “trasport intermodali”.

L-Artikolu 1 tad-Direttiva emendatorja jipprovdi l-emendi li ġejjin għad-Direttiva 92/106/KEE:

·L-Artikolu 1 tad-Direttiva kurrenti pprovda l-kamp ta’ applikazzjoni tas-CTD billi stabbilixxa kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jikkwalifika għall-qafas ta’ appoġġ għat-“trasport ikkombinat”. Fid-Direttiva riveduta, biex tiġi żgurata ċ-ċarezza, jiddaħħlu żewġ Artikoli li jiddeskrivu l-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 1a) u li jipprovdu definizzjonijiet (l-Artikolu 1b), segwiti minn Artikolu 1c ġdid li jipprovdi l-kundizzjonijiet il-ġodda għall-operazzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala “trasport ikkombinat”.

·L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’lingwaġġ aġġornat biex titneħħa d-data fil-mira żejda fl-1993.

·L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’kundizzjonijiet aġġornati għall-prova tal-konformità.

·Jiddaħħal l-Artikolu 3a li jistabbilixxi obbligu fuq l-Istati Membri li jadottaw, jippubblikaw, jimplimentaw u jevalwaw Oqfsa ta’ Politika Nazzjonali għall-appoġġ tat-trasport intermodali.

·L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’lingwaġġ aġġornat dwar ir-rapportar mill-Kummissjoni.

·L-Artikolu 6.1 huwa sostitwit b’lingwaġġ aġġornat biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

·l-Artikolu 7 jitħassar.

·L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’lingwa ġdida biex jiġu aġġornati r-referenzi obsoleti u biex jiġi ssimplifikat il-lingwaġġ.

·Jiddaħħal l-Artikolu 9a li jistabbilixxi obbligu li l-partijiet tal-vjaġġ bit-triq tat-trasport ikkombinat jiġu eżentati minn projbizzjonijiet nazzjonali fuq is-sewqan fi tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi.

·Jiddaħħal l-Artikolu 9b, biex jistabbilixxi rekwiżiti ta’ trasparenza għat-terminals intermodali tal-merkanzija.

·Jiddaħħal l-Artikolu 9c, biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jikkonferixxu setgħat delegati lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva.

·Jiddaħħal l-Artikolu 9d, biex jistabbilixxi l-proċedura ta’ kumitat għall-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

·L-Artikolu 10 jitħassar.

·Jiddaħħal anness, li jipprovdi lista indikattiva ta’ miżuri ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 3a.

L-Artikolu 2 tad-Direttiva emendatorja jemenda r-Regolament (UE) 2020/1056 biex jintroduċi obbligu fuq il-pjattaformi tal-eFTI ħalli jipprovdu funzjonalità għall-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni u l-ġenerazzjoni ta’ data aggregata dwar il-volumi annwali ta’ trasport ikkombinat.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva emendatorja jistabbilixxi l-obbligu tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni differita.

L-Artikolu 4 tad-Direttiva emendatorja jistabbilixxi d-data tad-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva emendatorja jistabbilixxi d-destinatarji.

2023/0396 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE fir-rigward ta’ qafas ta’ appoġġ għat-trasport intermodali tal-merkanzija u r-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni u l-ġenerazzjoni ta’ data aggregata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 38 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 39 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u li jikseb in-newtralità klimatika sal-2050. Għat-trasport, dak il-għan ifisser li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b’90 % sal-2050. Barra minn hekk, sabiex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili, jeħtieġ ukoll li l-Unjoni ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħha, kif enfasizzat fil-pakkett REPowerEU 41 , u taqleb għal trasport aktar nadif biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku kif previst fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 42 .

(2)It-trasport intermodali jikkombina prestazzjoni ambjentali aħjar u effiċjenza enerġetika tat-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma mal-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà tat-trasport bit-triq u għalhekk huwa kruċjali biex jippermetti l-użu akbar tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fuq l-ilma. Dan jippermetti wkoll allokazzjoni aktar effiċjenti tal-volumi fost il-modi tat-trasport u jindirizza b’mod effettiv dawk il-kostijiet esterni tat-trasport bit-triq li huma diffiċli li jiġu internalizzati bis-sħiħ, b’mod partikolari l-konġestjoni u l-aċċidenti. Madankollu, il-prezzijiet tat-trasport illum għadhom ma jirriflettux bis-sħiħ l-impatti negattivi kkawżati minn modi differenti u dan ifixkel it-tnaqqis effettiv tal-impatti tal-esternalitajiet permezz tal-użu ta’ għażliet aktar sostenibbli għat-trasport tal-merkanzija.

(3)Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE 43 , stabbiliet qafas biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp tat-trasport intermodali, u b’mod partikolari l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Din tappoġġa l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali li jikkompetu ma’ trasport bit-triq unimodali, u hija l-att leġiżlattiv ewlieni tal-Unjoni li tinċentiva l-bidla mit-trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi ta’ trasport b’emissjonijiet aktar baxxi bħall-passaġġi fuq l-ilma interni, it-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-ferroviji. Filwaqt li d-Direttiva 92/106/KEE kkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar il-bidla modali, il-kamp ta’ applikazzjoni limitat tagħha, l-appoġġ insuffiċjenti u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni naqqsu l-effettività tagħha. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali fl-Unjoni li jnaqqsu l-kostijiet esterni billi jkunu aktar ekoloġiċi, aktar sikuri, aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jikkawżaw inqas konġestjoni mit-trasport bit-triq, isiru attraenti għall-konsenjaturi.

(4)L-operazzjonijiet tat-trasport intermodali biss li għandhom alternattiva tat-trasport bit-triq unimodali kummerċjalment vijabbli jwasslu għall-iffrankar tal-kostijiet esterni. L-operazzjonijiet intermodali li jgħaqqdu l-gżejjer u l-kontinent ma għandhom l-ebda alternattiva bit-triq iżda l-iffrankar tal-kostijiet esterni jista’ jinkiseb permezz ta’ rotot differenti bl-użu ta’ partijiet itwal tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra jew partijiet differenti tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra li jippermettu kombinazzjoni bit-trasport ferrovjarju u fuq passaġġi tal-ilma interni.

(5)Madwar 20 fil-mija tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali jseħħu esklużivament fi Stat Membru wieħed. Madankollu, l-effett negattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport bit-triq, u b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konġestjoni, iħallu impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk, biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-kostijiet esterni jiġu ttrattati bl-istess mod, huwa meħtieġ li jiġu inċentivati fil-livell tal-Unjoni kemm l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali internazzjonali kif ukoll dawk nazzjonali, inklużi kombinazzjonijiet modali differenti.

(6)Għall-iżvilupp tat-trasport intermodali, id-disponibbiltà tat-terminals tat-trażbord hija essenzjali. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri ta’ appoġġ biex tiżdied il-kapaċità tat-terminals ma jkunux koperti minn din id-Direttiva, peress li huma inklużi fi [żid referenza għar-Regolament TEN-T rivedut, li bħalissa qed jiġi nnegozjat mill-koleġiżlaturi].

(7)L-eliġibbiltà għall-benefiċċji mid-Direttiva 92/106/KEE hija bbażata fuq limiti ta’ distanza ta’ partijiet differenti tal-operazzjoni. Dak l-approċċ tad-definizzjoni ta’ “operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat” ma jappoġġax biżżejjed l-objettiv tat-tnaqqis tal-kostijiet esterni peress li ma huwiex immirat biżżejjed. Barra minn hekk, dan ma jirriflettix b’mod oġġettiv il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi f’reġjuni differenti u ma jqisx il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni attwali, inkluż pereżempju t-tip ta’ vettura u fjuwil użat. Għalhekk, l-appoġġ ipprovdut jenħtieġ li japplika biss għal operazzjonijiet tat-trasport intermodali li jiżguraw livell suffiċjenti ta’ ffrankar tal-kostijiet esterni u jippermettu użu ottimizzat tan-network tat-trasport. Sabiex jiġu indirizzati tali operazzjonijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta’ ffrankar mill-kostijiet esterni, inklużi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (“GHG”), it-tniġġis tal-arja, il-korrimenti u l-fatalitajiet, l-istorbju u l-konġestjoni, ta’ operazzjoni ta’ trasport intermodali meta mqabbla mal-operazzjoni tat-triq unimodali alternattiva kummerċjalment vijabbli. Il-limitu jenħtieġ li jippermetti li l-kombinazzjonijiet modali kollha jiksbu benefiċċju, filwaqt li jiġi żgurat li l-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni u l-partijiet tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra jikkostitwixxu parti kbira minn operazzjoni intermodali. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-kostijiet esterni tal-partijiet integrali kollha tal-operazzjoni tat-trasport intermodali meta jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-kostijiet esterni biex ikun jista’ jsir tqabbil ġust ma’ għażliet oħra tat-trasport.

(8)Fil-każ ta’ operazzjonijiet li jibdew jew jintemmu barra l-Unjoni, jew it-tnejn li huma, jew li jibdew u jintemmu fl-Unjoni, iżda li jgħaddu minn pajjiż terz, il-parti ta’ dik l-operazzjoni ta’ trasport intermodali li sseħħ fl-Unjoni jenħtieġ li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jekk dik il-parti tal-operazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, minħabba li ġġib magħha bidla modali fl-Unjoni.

(9)L-operazzjonijiet tat-trasport intermodali jistgħu jvarjaw ħafna minn xulxin fir-rigward tal-kombinazzjonijiet ta’ modi u l-għadd ta’ partijiet operazzjonali differenti, inkluż għadd differenti ta’ partijiet tat-trasport. L-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat appoġġati skont din id-Direttiva jistgħu jinvolvu jew parti waħda jew żewġ partijiet tal-vjaġġ bit-triq u parti waħda jew diversi partijiet tal-vjaġġ mhux bit-triq. Minħabba li l-ebda waħda mill-partijiet tal-vjaġġ differenti tat-trasport ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinat ma sseħħ mingħajr il-partijiet tal-vjaġġ l-oħra, u f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti, operazzjoni minn konsenjatur lir-riċevitur finali tikkostitwixxi operazzjoni waħda unika tat-trasport 44 . Għalhekk, l-ostakli għal kwalunkwe parti tal-operazzjoni intermodali jimminaw il-vijabbiltà tal-operazzjoni intermodali totali u b’hekk jirriżultaw f’użu akbar tat-trasport bit-triq unimodali.

(10)Biex l-unitajiet ta’ tagħbija intermodali jkunu jistgħu jiġu traċċati tul il-katina intermodali bl-objettiv li jiġu stabbiliti l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali li jistgħu jibbenefikaw mill-qafas ta’ appoġġ skont din id-Direttiva, huwa essenzjali li l-unitajiet ta’ tagħbija intermodali li jintużaw f’dawk l-operazzjonijiet kollha jużaw mezzi ta’ identifikazzjoni u mmarkar eżistenti u użati b’mod wiesa’. L-identifikazzjoni standardizzata jenħtieġ li tħaffef ukoll l-immaniġġar tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali fit-terminals u tiffaċilita l-fluss tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali.

(11)Fit-trasport tal-kontejners, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jinġabar jew jinġieb lura kontejner vojt f’maħżen tal-kontejners qabel jew wara li jintuża għal operazzjoni ta’ trasport intermodali. Meta dawn l-operazzjonijiet ta’ depożitu jsiru b’kontejners vojta ddedikati u jkunu koperti mill-kuntratt tat-trasport tal-operazzjoni tat-trasport intermodali jew minn parti minnha, dawn jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala parti integrali minn operazzjoni tat-trasport intermodali.

(12)Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet eliġibbli tat-trasport intermodali biss jibbenefikaw mill-qafas ta’ appoġġ stabbilit minn din id-Direttiva, huwa importanti li tkun tista’ tiġi vverifikata l-konformità ta’ kwalunkwe operazzjoni mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-qafas ta’ appoġġ. Għodod diġitali moderni jistgħu jwettqu l-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni u jgħinu fil-verifika tal-konformità. Il-pjattaformi għad-data dwar it-trasport diġitali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 1056/2020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 (“pjattaformi tal-eFTI”) jipprovdu għodda xierqa minħabba li huma mibnija biex jinkludu l-informazzjoni regolatorja meħtieġa, inkluż il-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni. Għalhekk, l-użu ta’ pjattaforma tal-eFTI jenħtieġ li jkun obbligatorju għall-operazzjonijiet kollha li jixtiequ jibbenefikaw mill-qafas ta’ appoġġ.

(13)Jeħtieġ li tiġi stabbilita u aġġornata regolarment metodoloġija ta’ kalkolu armonizzata komuni b’valuri ta’ referenza tal-kostijiet esterni jew tas-sorsi ta’ tali valuri ta’ referenza, filwaqt li jinżamm il-pass mal-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien u tal-evidenza. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-metodoloġija eżatta permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, ikkalkolat f’konformità mal-valuri unitarji stabbiliti fil-Manwal dwar il-kostijiet esterni tat-trasport 46 , fil-verżjoni aġġornata tiegħu.

(14)L-informazzjoni dwar it-trasport meħtieġa jenħtieġ li tiġi rreġistrata fil-pjattaformi tal-eFTI qabel il-bidu ta’ operazzjoni u tkun strettament limitata għad-data u l-kalkoli meħtieġa għall-prova tal-konformità. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jitolbu l-ebda informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-kontrolli tal-konformità.

(15)Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi ta’ rapportar tagħha stabbiliti minn din id-Direttiva, ċerta data dwar l-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat irreġistrati fuq pjattaformi tal-eFTI jenħtieġ li tkun disponibbli għall-Kummissjoni kull sena, f’forma aggregata.

(16)L-użu tat-trasport intermodali jista’ jkun kost-kompetittiv mat-trasport bit-triq unimodali f’distanzi itwal peress li l-kostijiet tat-trasport tal-modi tat-trasport mhux bit-triq normalment ikunu aktar baxxi għal kull unità. Madankollu, f’distanzi medji u iqsar, it-trasport bit-triq unimodali spiss jintgħażel mill-konsenjaturi u mill-organizzaturi tat-trasport minħabba pressjonijiet kompetittivi, minħabba li fuq tali distanzi iqsar, il-kostijiet aktar baxxi tat-trasport għal kull unità ma humiex biżżejjed biex jikkumpensaw għall-kostijiet addizzjonali organizzattivi u tat-trażbord li jirriżultaw mill-fatt li t-trasport intermodali jinvolvi diversi modi ta’ trasport. Għal distanzi medji, dik id-differenza fil-kompetittività tal-kostijiet hija bħala medja ta’ 10 %. Għalhekk, sabiex tiġi stimulata żieda rapida fl-użu tat-trasport intermodali fuq distanzi medji, l-Istati Membri jenħtieġ li jaġġustaw il-politiki nazzjonali u jieħdu l-miżuri regolatorji u mhux regolatorji meħtieġa li jtejbu l-kompetittività tat-trasport intermodali.

(17)Xi Stati Membri għandhom politiki nazzjonali biex jippromwovu t-trasport intermodali bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni jew bit-trasport marittimu fuq distanzi qosra, bil-għan li jnaqqsu d-differenza fil-kost bejn it-trasport bit-triq u għażliet alternattivi ta’ trasport. Madankollu, dawk il-politiki modali mhux dejjem ikunu allinjati bejn il-modi jew bejn l-Istati Membri ġirien. Barra minn hekk, xi Stati Membri ma għandhom l-ebda miżura ta’ appoġġ fis-seħħ. Il-frammentazzjoni kkawżata minn approċċ mhux ikkoordinat tnaqqas l-effettività tal-appoġġ eżistenti u tirriżulta f’kundizzjonijiet mhux ekwi bejn il-modi u l-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw oqfsa ta’ politika nazzjonali biex jappoġġaw l-użu tat-trasport intermodali, filwaqt li jqisu l-potenzjal ta’ kull kombinazzjoni modali kif ukoll l-interazzjonijiet tal-modi kollha b’mod komprensiv; L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw mill-ġdid regolarment l-effettività u r-rilevanza tal-miżuri nazzjonali.

(18)L-oqfsa ta’ politika nazzjonali jenħtieġ li jinkludu kemm miżuri regolatorji u mhux regolatorji nazzjonali eżistenti kif ukoll ippjanati li jkollhom impatt fuq il-kompetittività tat-trasport intermodali użat minn Stat Membru, bħal eżenzjonijiet regolatorji jew trattamenti preferenzjali; l-imposti, it-taxxi u t-tariffi, inklużi l-imposti tal-infrastruttura, tal-kostijiet esterni u tal-konġestjoni kif ukoll dawk li japplikaw għat-trasport tal-merkanzija bit-triq unimodali; u skemi ta’ appoġġ għat-trasport tal-merkanzija li japplikaw għal modi individwali jew għat-trasport intermodali, inklużi dawk li japplikaw għat-trasport tal-merkanzija bit-triq unimodali jew għal partijiet speċifiċi tiegħu. Il-miżuri ta’ appoġġ jenħtieġ li japplikaw bl-istess mod għall-operazzjonijiet kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jitqiesu operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw ma’ Stati Membri ġirien oħra, permezz ta’ konsultazzjoni jew oqfsa ta’ politika konġunta. Il-koordinazzjoni ta’ dawk l-oqfsa ta’ politika nazzjonali u l-koerenza tagħhom fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu appoġġati permezz ta’ analiżi tas-suq u rapportar mill-Kummissjoni.

(19)Sabiex l-operazzjonijiet intermodali fuq distanza medja jsiru kompetittivi f’termini ta’ kost ma’ operazzjonijiet tat-triq unimodali, u biex il-konsenjaturi jiġu mmotivati jbiddlu l-operazzjonijiet tagħhom għat-trasport intermodali, l-oqfsa ta’ politika nazzjonali jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis kumulattiv ġenerali ta’ mill-inqas 10 % tal-kostijiet totali minn bieb sa bieb tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali fuq terminu medju. Il-miżuri biex jinkiseb tali tnaqqis jistgħu jinkludu aġġustamenti u arranġamenti legali, ekonomiċi, fiskali jew amministrattivi. L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul iġġenerat skont id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali koperti minn din id-Direttiva. Soġġett għar-regoli applikabbli għal programmi speċifiċi, l-appoġġ jista’ jiġi ffinanzjat ukoll minn strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni.

(20)Barra minn hekk, sabiex ikun jista’ jintuża t-trasport intermodali, huwa importanti li jkun hemm appoġġ iddedikat għall-investimenti li jippermetti aġġornament meħtieġ tat-teknoloġiji intermodali. Dak l-appoġġ jista’ jindirizza l-ħtiġijiet teknoloġiċi fit-terminals jew fi kwalunkwe wieħed mill-modi involuti fit-trasport intermodali.

(21)Fejn ma jkun hemm l-ebda konnessjoni għajr it-triq bejn ċerti terminals jew fil-viċinanza tagħhom, jista’ jkun meħtieġ appoġġ tal-“bidu” biex jinfetħu konnessjonijiet intermodali ġodda peress li d-domanda għal servizzi fil-fażi tal-bidu tista’ ma tkunx biżżejjed biex tiġi żgurata l-profittabbiltà ta’ tali servizzi.

(22)L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi dwar il-Klima, dment li dawk il-miżuri jkunu kompatibbli mas-suq intern.

(23)Il-miżuri ta’ appoġġ introdotti fl-oqfsa ta’ politika nazzjonali jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Meta Stat Membru jistabbilixxi miżuri fil-qafas ta’ politika nazzjonali tiegħu, jenħtieġ li jivvaluta jekk xi waħda minn dawk il-miżuri tikkostitwix għajnuna mill-Istat, u dan ikun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. Fejn miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, japplikaw ir-regoli proċedurali u sostantivi dwar l-għajnuna mill-Istat. Huwa mifhum li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-TFUE.

(24)Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni prattika dwar il-miżuri ta’ appoġġ disponibbli implimentati mill-Istati Membri tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas għall-operaturi kollha fl-Unjoni, jenħtieġ li din issir aċċessibbli fuq paġna web apposta f’post ċentrali li jippermetti lill-impriżi li jorganizzaw operazzjonijiet internazzjonali jsibuha faċilment.

(25)Huwa importanti li jkun hemm ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi tas-suq u l-impatt tal-miżuri ta’ appoġġ fuq l-użu tat-trasport intermodali. Tali ħarsa ġenerali lejn is-suq jenħtieġ li tiżgura l-komparabbiltà madwar l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tirrapporta l-iżviluppi tas-suq bl-assistenza mill-Istati Membri. Tali rapport jenħtieġ li l-ewwel jistabbilixxi l-linja bażi għall-kompetittività tal-kostijiet tat-trasport intermodali mat-trasport bit-triq, u mbagħad jitwettaq kull 5 snin biex jingħata biżżejjed żmien ħalli kwalunkwe miżura ta’ appoġġ tipproduċi effetti.

(26)Dispożizzjonijiet regolatorji ddedikati fil-livell tal-Unjoni li jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi fit-trasport intermodali jistgħu jappoġġaw l-użu u l-effiċjenza tat-trasport intermodali. Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-kapaċità tat-terminal u mhux tat-triq, huwa importanti li t-tħaddim tat-terminals u tat-trasport mhux bit-triq ma jiġix imfixkel minn limitazzjonijiet temporali tas-sewqan fil-partijiet tal-vjaġġ bit-triq.

(27)Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar is-servizzi u l-faċilitajiet disponibbli fi kwalunkwe terminal intermodali tat-trażbord tkun faċilment aċċessibbli għall-operaturi u għall-organizzaturi kollha tat-trasport fl-Unjoni, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata mingħajr ħlas mill-operaturi tat-terminals fuq il-paġna web tagħhom. Sabiex jiġi pprovdut qafas għall-identifikazzjoni ta’ livell ta’ servizz ta’ terminals intermodali tat-trażbord fl-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista dettaljata ta’ tali informazzjoni f’att ta’ implimentazzjoni.

(28)Il-komparabbiltà tal-livelli tas-servizz f’terminals differenti fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kategorizzazzjoni għat-terminals tat-trażbord intermodali. Tali kategorizzazzjoni jenħtieġ li tevita kumplessità u piżijiet eċċessivi u għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq informazzjoni diġà ppubblikata.

(29)Appoġġ iddedikat għat-trasport intermodali huwa meħtieġ biss sakemm il-prezz tas-suq ikun jirrappreżenta b’mod adegwat il-kost totali ta’ diversi operazzjonijiet tat-trasport għas-soċjetà. Għalhekk, jenħtieġ li jsir rieżami wara 10 snin biex jiġi vvalutat jekk tali appoġġ għadux rilevanti u jekk iva, kif jista’ jkun meħtieġ li jiġi aġġustat.

(30)Sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-pjattaformi tal-eFTI jenħtieġ li jipprovdu funzjonalitajiet biex jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-kostijiet esterni u tiġi ġġenerata data aggregata.

(31)Sabiex titqies in-natura teknika ta’ ċerti rekwiżiti, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mal-lista ta’ aktar data meħtieġa biex jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-kostijiet esterni ta’ operazzjoni ta’ trasport intermodali, meħtieġa biex tintwera l-konformità ma’ din id-Direttiva u r-regoli biex id-data aggregata annwali dwar l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat issir disponibbli għall-analiżi tas-suq. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 48 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(32)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari tar-regoli dettaljati biex jiġu kkalkolati l-kostijiet esterni, il-lista ta’ rotot alternattivi predefiniti ta’ operat intermodali għall-konnessjonijiet tal-gżejjer u dawk kontinentali u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għas-servizzi disponibbli fit-terminals u għall-kategorizzazzjoni tat-terminals, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 .

(33)L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tippromwovi aktar it-trasferiment tat-trasport tal-merkanzija mit-triq għal modi ta’ trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent, bil-għan li jitnaqqsu l-kostijiet esterni tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni. Minħabba li t-trasport intermodali huwa primarjament internazzjonali fin-natura u l-infrastruttura hija interkonnessa, dak l-objettiv ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(34)Sabiex tkun tista’ ssir il-kontinwazzjoni ta’ operazzjonijiet tat-trasport transfruntieri bla xkiel fl-Unjoni, l-applikazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali meħtieġa għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi differita sakemm jkunu disponibbli l-pjattaformi tal-eFTI. Dik l-applikazzjoni differita jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.

(35)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 50 , l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

(36)Għaldaqstant, id-Direttiva 92/106/KE u r-Regolament (UE) Nru 2020/1056 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 92/106/KEE

Id-Direttiva 92/106/KE hija emendata kif ġej:

(1)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ appoġġ għat-trasport intermodali tal-merkanzija”;

(2)L-Artikolu 1 jitħassar;

(3)jiddaħħlu l-Artikoli 1a, 1b u 1c li ġejjin:

“Artikolu 1a

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport intermodali mwettqa bis-sħiħ jew parzjalment fit-territorju tal-Unjoni. Din tistabbilixxi wkoll regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għat-terminals tat-trażbord intermodali.

Artikolu 1b

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“operazzjoni ta’ trasport intermodali” tfisser il-ġarr ta’ unità ta’ tagħbija intermodali waħda bejn il-punt tat-tagħbija u l-punt tal-ħatt tagħha fuq żewġ partijiet tat-trasport jew aktar, fejn mill-inqas parti waħda sseħħ bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni jew bit-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-fażi inizjali jew finali, jew it-tnejn li huma, isiru bit-triq, mingħajr l-immaniġġar tal-merkanzija matul it-trażbord bejn il-partijiet differenti tat-trasport, kemm jekk ikunu koperti minn kuntratt wieħed tat-trasport multimodali kif ukoll jekk le jew minn kuntratti ta’ trasport speċifiċi għall-modalità konsekuttivi;

(2)“operazzjoni ta’ trasport ikkombinat” tfisser operazzjoni ta’ trasport intermodali li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1c(2) fit-territorju tal-Unjoni;

(3)“unità ta’ tagħbija intermodali” tfisser kontejner, kontejner skambjabbli jew semitrejler jew vettura tat-triq jew kombinazzjoni ta’ vetturi li jintużaw fit-trasport intermodali;

(4)“punt tat-tagħbija” tfisser il-post fejn il-merkanzija titgħabba f’unità tat-tagħbija intermodali;

(5)“punt tal-ħatt” tfisser il-post fejn il-merkanzija tinħatt minn unità ta’ tagħbija intermodali;

(6)“kostijiet esterni” tfisser kostijiet iġġenerati mill-utenti tat-trasport u mhux imġarrba minnhom iżda mis-soċjetà kollha kemm hi, b’mod partikolari relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, it-tniġġis tal-arja, il-korrimenti u l-fatalitajiet, l-istorbju u l-konġestjoni;

(7)“operazzjoni alternattiva tat-trasport bit-triq unimodali” tfisser operazzjoni tat-trasport unimodali vijabbli kummerċjalment ippjanata virtwalment tal-unità tat-tagħbija intermodali fejn it-trasport kollu jsir fit-triq bejn l-istess punt tat-tluq u l-istess punt tat-tmiem bħal dawk tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat attwali;

(8)“operazzjoni intermodali marittima alternattiva” tfisser operazzjoni ta’ trasport intermodali kummerċjalment vijabbli ppjanata virtwalment li tuża waħda mill-partijiet marittimi fil-lista stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1.c(7) għall-ġarr tal-unità tat-tagħbija intermodali bejn l-istess punt tat-tluq u punt tat-tmiem bħal dawk tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat ikkonċernata;

(9)“terminal intermodali tat-trażbord” tfisser terminal intermodali tal-merkanzija li għandu struttura mgħammra għat-trażbord ta’ unitajiet ta’ tagħbija intermodali bejn mill-inqas żewġ modi ta’ trasport jew bejn żewġ vetturi jew bastimenti differenti, bħal terminals f’portijiet interni jew marittimi, tul passaġġi fuq l-ilma interni, fl-ajruporti kif ukoll fit-terminals tal-ferroviji-tat-triq;

(10)“punt tat-tluq tas-sezzjoni tat-trasport” tfisser il-post fejn l-unità tat-tagħbija intermodali tibda l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fuq il-mezz tat-trasport partikolari;

(11)“punt tat-tmiem tas-sezzjoni tat-trasport” tfisser il-post fejn l-unità tat-tagħbija intermodali ttemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fuq il-mezz tat-trasport partikolari;

(12)“punt tal-bidu tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat” tfisser il-post fejn l-unità tat-tagħbija intermodali titgħabba fuq il-vettura jew il-bastiment li jwettaq l-ewwel sezzjoni tat-trasport tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni u meta l-operazzjoni tat-trasport intermodali tibda barra mit-territorju tal-Unjoni, il-punt tad-dħul tal-unità tat-tagħbija intermodali fit-territorju tal-Unjoni;

(13)“punt tat-tmiem tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat” tfisser il-post fejn l-unità tat-tagħbija intermodali tinħatt mill-vettura jew mill-bastiment li jwettaq l-aħħar sezzjoni tat-trasport tal-operazzjoni tat-trasport kombinat fl-Unjoni u meta l-operazzjoni intermodali tintemm barra mit-territorju tal-Unjoni, il-punt tal-ħruġ tal-unità tat-tagħbija intermodali mit-territorju tal-Unjoni.

(14)Miżuri ta’ appoġġ” tfisser miżuri u azzjonijiet ta’ natura ekonomika, regolatorja, amministrattiva jew kwalunkwe natura oħra li għandhom l-għan li jippromwovu l-użu tat-trasport intermodali.

Artikolu 1c 

1.L-operazzjonijiet kollha ta’ trasport ikkombinat għandhom jibbenefikaw mill-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikoli 2, 3a, 4, 6, 8, 9 u 9a, kif applikabbli.

2.Operazzjoni ta’ trasport ikkombinat għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ħlief għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b), l-operazzjoni tipproduċi mill-inqas 40 % inqas kostijiet esterni mill-operazzjoni alternattiva tat-trasport bit-triq unimodali;

(b)fil-każ ta’ konnessjonijiet bejn gżira u l-kontinent mingħajr alternattiva bit-triq, l-operazzjoni tipproduċi mill-inqas 40 % inqas kostijiet esterni mill-operazzjoni intermodali marittima alternattiva;

(c)l-unità tat-tagħbija intermodali fit-trasport mhux akkumpanjat għandha referenza unika f’konformità mar-reġim tal-identifikazzjoni u l-immarkar stabbilit skont il-verżjonijiet aġġornati tal-istandards internazzjonali ISO6346 jew EN13044.

3.It-trasport bit-triq ta’ kontejner vojt li jintuża għal operazzjoni partikolari minn jew lejn maħżen tal-kontejners qabel jew wara l-punt tat-tagħbija jew tal-ħatt, fejn tali trasport ikun soġġett għall-istess kuntratt ta’ trasport, għandu jitqies bħala parti integrali mill-operazzjoni ta’ trasport ikkombinat. Kwalunkwe moviment ieħor ta’ vetturi tat-triq qabel jew wara l-punt tat-tagħbija jew tal-ħatt ma għandux jitqies bħala parti mill-operazzjoni ta’ trasport ikkombinat.

4.Il-kalkolu tal-kostijiet esterni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jqis il-partijiet kollha tal-operazzjoni, inklużi l-operazzjonijiet tat-terminal, li jseħħu fl-Unjoni, inkluż it-trasport tal-kontejner vojt imsemmi fil-paragrafu 3.

5.Miżuri ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikoli 2, 3a, 4, 6, 8, 9 u 9a għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-operazzjonijiet kollha ta’ trasport ikkombinat li jitwettqu kompletament jew parzjalment fit-territorju tal-Unjoni irrispettivament mill-oriġini tal-impriża li torganizza l-operazzjoni jew li twettaq l-operazzjoni kollha jew parti minnha.

6.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-kalkolu tal-kostijiet esterni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9d(2).

7.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-lista tal-fażi marittima predefinita tal-operazzjonijiet intermodali marittimi alternattivi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9d(2).”;

(4)L-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

Artikolu 2

L-ebda sistema ta’ kwoti u sistema ta’ awtorizzazzjonijiet ma għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet tat-trasport intermodali.

Artikolu 3

1.Sabiex tibbenefika mill-qafas ta’ appoġġ stabbilit minn din id-Direttiva, l-impriża li torganizza l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat, għandha tirreġistra u tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar it-trasport f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* dwar pjattaforma ta’ informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (“pjattaforma tal-eFTI”).

2.L-informazzjoni dwar it-trasport imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata qabel il-bidu tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat ikkonċernata u għandha tkopri l-partijiet kollha ta’ tali operazzjoni. Tali informazzjoni dwar it-trasport għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-impriża li torganizza l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat;

(b)l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-impriża li tirċievi l-unità tat-tagħbija intermodali fil-punt tat-tmiem tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat;

(c)l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tat-terminal jew tat-terminals tat-trażbord intermodali għal dik l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat;

(d)it-tip tal-unità tat-tagħbija intermodali ttrasportata u r-referenza tagħha f’konformità mal-Artikolu 1c(2), il-punt (c);

(e)il-post tal-ġbir jew tal-konsenja tal-kontejner vojt kif indikat fil-kuntratt tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 1c(3), fejn rilevanti;

(f)għal kull sezzjoni tat-trasport, il-postijiet tal-punti tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull fażi tat-trasport tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni, id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem mistennija rispettivi, u l-mezz tat-trasport użat għal kull fażi;

(g)informazzjoni addizzjonali dwar it-trasport meħtieġa għall-kalkolu tal-kostijiet esterni ta’ operazzjoni tat-trasport ikkombinat kif speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1c(6).

3.L-informazzjoni dwar it-trasport irreġistrata skont il-paragrafu 2 għandha tintuża, permezz ta’ funzjonalitajiet iddedikati tal-pjattaformi tal-eFTI, biex:

(a)jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-kostijiet esterni msemmi fl-Artikolu 1c(2), il-punt (a);

(b)tiġi ġġenerata data aggregata annwali dwar l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat imsemmija fl-Artikolu 5(4), il-punti (a), b u (c).

Il-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, għandu jitwettaq f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1c(6).

L-aggregazzjoni msemmija fil-punt (b), l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha titwettaq f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 7.

4.Il-prova tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1c(2) għandha tikkonsisti mill-informazzjoni dwar it-trasport imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u r-riżultati tal-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni. Tali prova ta’ konformità għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-partijiet involuti f’dik l-operazzjoni ta’ trasport ikkombinat fuq l-istess pjattaforma tal-eFTI fejn ikunu ġew irreġistrati l-informazzjoni dwar it-trasport u r-riżultati tal-kalkolu. Għall-finijiet tal-kontrolli tal-konformità ma’ din id-Direttiva, ma għandha tintalab l-ebda informazzjoni addizzjonali.

5.Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, il-fornituri ta’ servizzi tal-eFTI jew l-impriżi li jippossjedu jew jimmaniġġaw pjattaformi tal-eFTI għall-attivitajiet tagħhom stess għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni d-data aggregata msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ rapportar tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(4), il-punti (a), (b) u (c).

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9c biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi aktar dettalji għall-informazzjoni dwar it-trasport imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (f), ta’ dan l-Artikolu, u l-lista ta’ informazzjoni addizzjonali dwar it-trasport meħtieġa msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (g) ta’ dan l-Artikolu.

7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9c biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi lista tad-data aggregata annwali msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, regoli dettaljati għall-ġenerazzjoni ta’ dik id-data aggregata u l-kundizzjonijiet biex dik id-data ssir disponibbli għall-Kummissjoni.

8.Fil-każ ta’ kontrolli mal-ġenb tat-triq, diskrepanza bejn l-operazzjoni ta’ trasport ikkombinat u l-informazzjoni pprovduta, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c) u (f), għandha tkun permessa meta jkun ġustifikat kif xieraq u kkawżata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti barra mill-kontroll tat-trasportatur. Sabiex jipprovdi l-prova meħtieġa, is-sewwieq għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport, lill-konsenjatur jew lil impriża oħra li torganizza l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat ikkonċernata, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tkun kapaċi tipprovdi ġustifikazzjoni addizzjonali rigward din id-diskrepanza.

_________

*    Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1056/oj).”;

(5)jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

1.Sa [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], kull Stat Membru għandu jadotta qafas ta’ politika nazzjonali biex jiffaċilita l-użu tat-trasport intermodali u, b’mod partikolari, l-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat. Tali qafas għandu jkun fih mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)ħarsa ġenerali lejn il-miżuri regolatorji u mhux regolatorji rilevanti eżistenti li għandhom impatt fuq il-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ta’ modi differenti, inklużi dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 4, 6 u 9a, kif ukoll valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali;

(b)lista ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqas id-distakk fil-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali meta mqabbla mal-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq unimodali, li hija stabbilita abbażi tal-ħarsa ġenerali u l-valutazzjoni msemmija fil-punt (a); lista indikattiva ta’ miżuri xierqa hija stabbilita fl-Anness.

2.Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom l-għan li jilħqu l-objettivi li ġejjin meta mqabbla mal-valutazzjoni tal-linja bażi inkluża fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 5(1):

(a)tnaqqis ġenerali ta’ mill-inqas 10 % tal-kostijiet totali tal-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat fit-territorju tagħhom imġarrba mill-impriżi li jorganizzaw operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat minn [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data: 90 xahar, jiġifieri 7 snin u 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]; 

(b)titjib jew użu akbar tat-teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali; u

(c)fejn rilevanti, l-istabbiliment ta’ konnessjonijiet ġodda ferrovjarji, ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew ta’ trasport marittimu fuq distanzi qosra bejn terminals tat-trażbord intermodali li ma kinux konnessi qabel.

3.L-introduzzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’qafas ta’ politika nazzjonali ma għandhiex tkun indikazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt tal-Unjoni jew mod ieħor. Meta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli proċedurali u sostantivi applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, inklużi dawk dwar in-notifika, il-pubblikazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.

4.L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom fuq l-internet u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tagħhom flimkien ma’ link għal tali pubblikazzjoni u kwalunkwe valutazzjoni jew studju sottostanti mwettqa, inkluż dwar il-kontribut ta’ dawk il-miżuri biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. fir-rigward ta’ miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ma humiex koperti minn regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, l-obbligu ta’ pubblikazzjoni u notifika previst għall-oqfsa ta’ politika nazzjonali għandu jkun minbarra l-obbligu ta’ notifika minn qabel u l-obbligu ta’ sospensjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

5.L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Huma għandhom jippubblikaw l-informazzjoni prattika bħall-kundizzjonijiet, il-proċedura ta’ applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-benefiċjarji potenzjali ta’ dawk il-miżuri wara l-adozzjoni, iżda qabel l-applikazzjoni ta’ tali miżuri b’mod faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas fuq l-internet. Huma għandhom, fl-istess ħin, jipprovdu lill-Kummissjoni link għal dik l-informazzjoni.

6.Fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jimmassimizzaw l-effett tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-operazzjonijiet transfruntieri tat-trasport intermodali.

7.L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-adozzjoni u l-impatt tal-miżuri fl-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-effettività u r-rilevanza tagħhom f’termini tat-tnaqqis tal-kostijiet esterni u f’termini tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, mill-inqas kull 5 snin. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jadattaw l-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom kif meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjonijiet u tal-oqfsa ta’ politika aġġornati tagħhom lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, biex jgħinuha tħejji r-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(2), u għandhom jippubblikaw dawk l-oqfsa ta’ politika nazzjonali aġġornati fuq l-internet.

8.Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tippubblika l-links għall-informazzjoni nazzjonali pprovduta mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 7 fuq il-paġna web tagħha ddedikata għall-miżuri ta’ appoġġ skont din id-Direttiva.

(6)L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.Sa [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq unimodali fl-Istati Membri, inkluża l-analiżi tal-kostijiet totali bieb bieb tal-kategoriji ewlenin tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, inklużi l-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat.

2.Sa [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data: 90 xahar, jiġifieri 7 snin u 6 xhur, wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva] u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport intermodali, inklużi operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat, fl-Unjoni.

3.Meta tfassal ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Istati Membri biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4.Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jippreżentaw u janalizzaw l-iżviluppi relatati mal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, inklużi l-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat. B’mod partikolari, dawn għandhom ikopru:

(a)il-volum ta’ operazzjonijiet intermodali fl-Unjoni għal kull kombinazzjoni modali, għal kull segment tas-suq, għal kull teknoloġija tat-trażbord u għal kull tip ta’ unitajiet ta’ tagħbija intermodali użati u għal kull kopertura ġeografika (nazzjonali u intra-Unjoni);

(b)il-kurituri ewlenin tat-trasport fejn jintuża t-trasport intermodali u ż-żoni ewlenin fl-Unjoni fejn ma jintużax, u r-raġunijiet għat-tnejn;

(c)in-numru, id-densità tal-post u t-tip ta’ terminals tat-trażbord li jipprovdu servizzi għal operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat

(d)l-ostakoli ewlenin identifikati mill-utenti għaż-żieda fl-użu tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali;

(e)l-iżviluppi fil-kapaċità disponibbli tat-terminals u taż-żoni tat-trażbord intermodali fejn huma meħtieġa żviluppi addizzjonali;

(f)id-disponibbiltà, il-faċilità tal-aċċess u l-kompletezza tal-informazzjoni dwar it-terminals tat-trażbord intermodali;

(g)analiżi tal-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri fil-kuntest tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom kif previst fl-Artikolu 3a(1) u (2);

(h)il-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq unimodali;

(i)il-benefiċċji ambjentali tat-trasport intermodali, b’mod partikolari fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ambjentali, tal-effiċjenza enerġetika u tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ modi differenti ta’ trasport.

5.Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, fejn xieraq, jipproponu soluzzjonijiet għat-titjib sussegwenti tad-disponibbiltà tal-informazzjoni u l-miżuri biex tittejjeb is-sitwazzjoni fis-settur tat-trasport intermodali.

6.Fuq il-bażi tar-rapporti, il-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tevalwa, mill-inqas kull 10 snin, l-effettività u r-rilevanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fl-iffaċilitar ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat.”;

(7)Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

1.    L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiżguraw li t-taxxi elenkati fil-paragrafu 3 li huma applikabbli għall-vetturi tat-triq (trakkijiet, tratturi, trejlers jew semitrejlers) meta jingħataw rotta fit-trasport ikkombinat jitnaqqsu jew jiġu rimborżati jew b’ammont standard, jew fi proporzjon mal-vjaġġi li tali vetturi jagħmlu bil-ferrovija fl-Istat Membru kkonċernat. Tali tnaqqis jew rimborżi għandhom jingħataw mill-Istat Membru li fih ikunu rreġistrati l-vetturi. Meta tali miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli proċedurali u sostantivi rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.

2.    Il-vetturi li jintużaw esklużivament għall-partijiet tal-vjaġġ bit-triq inizjali jew finali tat-trasport ikkombinat, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu eżentati, meta jiġu ntaxxati separatament, mit-taxxi elenkati fil-paragrafu 3, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, meta tali miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli proċedurali u sostantivi rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat. ”

(8)L-Artikolu 7 jitħassar;

(9)L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Meta semitrejler jew trejler li jintuża f’operazzjoni ta’ trasport ikkombinat ikun proprjetà tal-impriża ta’ dispaċċ jew riċeventi u jiġi ttrasportat f’sezzjoni tat-triq permezz ta’ trattur li jkun proprjetà, mixtri fuq termini differiti jew mikri skont id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* mill-impriża l-oħra kkonċernata, dik is-sezzjoni tat-triq għandha titqies li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(5), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.

*    Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82,l ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/1/oj).

**    Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1072/oj).”;

(10)jiddaħħlu l-Artikoli 9a, 9b, 9c u 9d li ġejjin:

“Artikolu 9a

Il-vetturi li jwettqu partijiet tal-vjaġġ bit-triq ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat għandhom ikunu eżentati minn projbizzjonijiet fuq is-sewqan matul tmiem il-ġimgħa, billejl u waqt il-vaganzi li japplikaw għal vetturi ta’ merkanzija tqila biss. Dik l-eżenzjoni ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ projbizzjonijiet ġenerali fuq is-sewqan applikabbli għall-vetturi kollha li jintużaw għal skopijiet privati.

Artikolu 9b

1.L-operaturi kollha tat-terminals tat-trażbord intermodali għandhom jagħmlu disponibbli fuq il-paġna web tagħhom, pubblikament u mingħajr ħlas, informazzjoni dwar is-servizzi u l-faċilitajiet disponibbli fit-terminal.

2.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lista dettaljata tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9d(2).

3.Sabiex tipprovdi qafas għall-identifikazzjoni ta’ livell ta’ servizz tat-terminals intermodali tat-trażbord fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kriterji għall-kategoriji tat-terminals tat-trażbord intermodali. Tali kriterji għandhom jiġu stabbiliti billi jiġu ddefiniti l-livelli ta’ servizz għas-servizzi u l-faċilitajiet disponibbli mil-lista stabbilita f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9d(2).

4.Meta jiġi stabbilit qafas għal-livell ta’ servizz tat-terminals tat-trażbord intermodali fl-Unjoni, l-operaturi tat-terminals tat-trażbord intermodali għandhom jippubblikaw il-livelli ta’ servizz applikabbli skont il-paragrafu 1.

Artikolu 9c

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(6) u 3(7) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(6) u 3(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9d

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011*.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

_________

*    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).

(11)it-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva jiżdied bħala l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2020/1056

Ir-Regolament (UE) 2020/1056 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 9(1), jiddaħħal il-punt (l) li ġej:

“(l) il-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni, imsemmi fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tad-Direttiva 92/106/KEE, isir f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1c(6) ta’ dik id-Direttiva.

(m) il-ġenerazzjoni ta’ data aggregata, imsemmija fl-Artikolu 3(3), il- punt (b), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 92/106/KEE, issir f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 3(7) ta’ dik id-Direttiva.”.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data: mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [PO, jekk jogħġbok daħħal id-data: 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.    FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE    

1.1.    Title of the proposal/initiative    

1.2.    Policy area(s) concerned    

1.3.    The proposal/initiative relates to:    

1.4.    Objective(s)    

1.4.1.    General objective(s)    

1.4.2.    Specific objective(s)    

1.4.3.    Expected result(s) and impact    

1.4.4.    Indicators of performance    

1.5.    Grounds for the proposal/initiative    

1.5.1.    Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative    

1.5.2.    Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.    

1.5.3.    Lessons learned from similar experiences in the past    

1.5.4.    Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments    

1.5.5.    Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment    

1.6.    Duration and financial impact of the proposal/initiative    

1.7.    Management mode(s) planned    

2.    MANAGEMENT MEASURES    

2.1.    Monitoring and reporting rules    

2.2.    Management and control system(s)    

2.2.1.    Justification of the management mode(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed    

2.2.2.    Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them    

2.2.3.    Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)    

2.3.    Measures to prevent fraud and irregularities    

3.    ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE    

3.1.    Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected    

3.2.    Estimated financial impact of the proposal on appropriations    

3.2.1.    Summary of estimated impact on operational appropriations    

3.2.2.    Estimated output funded with operational appropriations    

3.2.3.    Summary of estimated impact on administrative appropriations    

3.2.4.    Compatibility with the current multiannual financial framework    

3.2.5.    Third-party contributions    

3.3.    Estimated impact on revenue    

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri.

1.2.    Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Mobilità u Trasport

1.3.    Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 51  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.    Objettiv(i)

1.4.1.    Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tad-Direttiva huwa li tiffaċilita żieda fit-trasport intermodali fit-trasport tal-merkanzija intra-UE totali, biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni u l-konsum tal-enerġija tat-trasport tal-merkanzija. Id-Direttiva se tikkontribwixxi għall-SDG 13 (Tittieħed azzjoni urġenti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu), l-SDG 9 (Tinbena infrastruttura reżiljenti, tiġi promossa industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u titrawwem l-innovazzjoni) u l-SDG 11 (L-ibliet u l-insedjamenti umani jsiru inklużivi, sikuri, reżiljenti u sostenibbli).

1.4.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettivi speċifiċi tad-Direttiva huma li:

-    Tipprovdi appoġġ għal firxa usa’ ta’ operazzjonijiet intermodali f’kundizzjonijiet ta’ konformità effettivi

-    Tiżgura appoġġ aħjar billi ttejjeb ir-rapportar dwar it-trasport intermodali

-    Iżżid il-kompetittività tat-trasport intermodali biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni

-    Ittejjeb it-trasparenza u tissimplifika d-dħul fis-suq

1.4.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta hija mistennija li żżid il-kompetittività tat-trasport intermodali vis-à-vis it-trasport bit-triq unimodali u b’hekk tippromwovi l-użu tiegħu, u dan jirriżulta fi tnaqqis tal-kostijiet esterni.

1.4.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-Objettiv Speċifiku 1, se tiġi ddeterminata abbażi tal-indikatur li ġej:

- il-volum ta’ operazzjonijiet ta’ trasport intermodali fl-UE, għal kull kombinazzjoni modali, għal kull segment tas-suq, għal kull teknoloġija ta’ trażbord u għal kull tip ta’ unitajiet ta’ tagħbija;

- il-kurituri ewlenin fejn jintuża t-trasport intermodali u dawk fejn ma jintużax u r-raġunijiet għal dan.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-Objettiv Speċifiku 2, se tiġi ddeterminata abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

-    l-għoti ta’ rapport fl-intervalli stipulati mid-Direttiva dwar l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport intermodali fl-Unjoni.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-Objettiv Speċifiku 3, se tiġi ddeterminata abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

- il-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq unimodali u l-evoluzzjoni tal-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri.

- bidliet fit-tqassim modali u fis-sehem tat-trasport intermodali.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-Objettiv Speċifiku 4, se tiġi ddeterminata abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

-    l-iżviluppi fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord;

-    id-disponibbiltà, il-faċilità tal-aċċess u l-kompletezza tal-informazzjoni dwar it-terminals intermodali.    

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta se tipprovdi qafas ta’ appoġġ biex tiżdied il-kompetittività tat-trasport intermodali vis-à-vis it-trasport bit-triq unimodali sabiex jiġi stimulat l-użu tiegħu u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport tal-merkanzija. Din tinkludi:

- kundizzjonijiet komuni u effettivi għall-konformità u r-regoli għall-prova tal-konformità;

- miżuri ekonomiċi u regolatorji li jgħinu biex tiżdied il-kompetittività tat-trasport intermodali;

- rekwiżiti biex tiġi żgurata t-trasparenza tat-terminal fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi;

- ir-regoli għar-rapporti tas-suq u l-kontenut tagħhom u klawżola ta’ rieżami biex tiġi vvalutata mill-ġdid l-utilità tal-qafas ta’ appoġġ wara żmien partikolari.

Id-dispożizzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu applikabbli bis-sħiħ 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva hija speċifikament relatata ma’ studju li għandu jitwettaq biex jiġi vvalutat jekk hemmx ħtieġa li jiġi żviluppat qafas ta’ kategorizzazzjoni/tikkettar tat-terminal, soġġett għall-eżitu tal-istudju dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat tali qafas, u għall-istudji tas-suq bħala kontribut għar-rapporti li għandhom jiġu stabbiliti.

1.5.2.    Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-għoti ta’ regoli armonizzati għal (a) kundizzjonijiet effettivi ta’ konformità u l-prova tagħhom u (b) għal tipi ta’ appoġġ se jgħin biex jinħoloq trattament komparabbli tal-operaturi madwar l-UE, jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi għall-industrija, għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Bħalissa, minħabba n-nuqqasijiet tas-CTD, dan il-livell ta’ armonizzazzjoni ma setax jintlaħaq.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

Is-settur tat-trasport tal-UE għandu dimensjoni transfruntiera b’saħħitha, u jaqdi rwol importanti għall-fluss liberu tan-nies u tal-merkanzija fis-suq intern tal-UE. Is-servizzi tat-trasport effiċjenti huma kruċjali għall-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista u għat-tkabbir tal-ekonomija tal-UE. Iżda t-trasport, li mistenni jkompli jiżdied, xorta jikkostitwixxi wieħed mill-akbar emittenti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u joħloq kostijiet esterni konsiderevoli oħrajn relatati mal-konġestjoni, l-aċċidenti u l-istorbju.

Din id-Direttiva hija maħsuba b’mod ċar bħala strument biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport permezz taż-żieda tal-kompetittività tat-trasport intermodali vis-à-vis it-trasport bit-triq unimodali u b’hekk jiġi promoss l-użu tiegħu.

1.5.3.    Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi 

L-UE ilha tappoġġa għal żmien twil il-bidla modali lejn modi tat-trasport aktar ekoloġiċi u preferibbilment bl-użu tal-modi differenti tat-trasport fl-aħjar kombinazzjoni possibbli tagħhom, sabiex jiġu ottimizzati s-sistema u n-network tat-trasport u jitnaqqsu l-kostijiet esterni.

Sa mill-1975, l-UE kellha strument stabbilit biex tappoġġa l-operazzjonijiet eliġibbli tat-trasport ikkombinat bħala sottoforma ta’ trasport intermodali. Fl-1992, dan l-istrument ġie sostitwit mid-Direttiva kurrenti dwar it-Trasport Ikkombinat (CTD).

Biex iżżid l-effettività tas-CTD, fl-1998 il-Kummissjoni għamlet proposta biex temenda s-CTD, filwaqt li pproponiet estensjoni tal-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet domestiċi tat-triq, limitu fuq is-sezzjoni tat-triq ibbażat fuq sehem ta’ 20 % fl-operazzjoni totali, l-esklużjoni tat-trasport tal-gżejjer, u eżenzjoni tat-trasport ikkombinat minn projbizzjonijiet tas-sewqan fi tmiem il-ġimgħa. Minħabba l-fatt li ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim matul in-negozjati interistituzzjonali, fl-2001 il-Kummissjoni rtirat il-proposta.

Fl-2016, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni REFIT, li kkonkludiet li s-CTD kompliet tkun strument rilevanti għall-appoġġ tat-trasport ikkombinat, iżda li kien hemm potenzjal sinifikanti għal aktar titjib fl-effettività tas-CTD peress li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tas-CTD kienu skaduti jew mhux ċari, u dan ipprovda lok sinifikanti għal interpretazzjoni ambigwa tad-Direttiva u għalhekk implimentazzjoni mhux armonizzata.

Sussegwentement, fl-2017 il-Kummissjoni ressqet proposta ġdida biex temenda s-CTD b’enfasi fuq li tikkjarifika d-definizzjoni fid-dawl tal-ġurisprudenza u l-ilmenti eżistenti mingħajr ma jinbidel l-approċċ ibbażat fuq distanzi fissi għal partijiet differenti tal-operazzjoni. Hija pproponiet ukoll li tippromwovi l-investimenti fl-infrastruttura tat-terminal u ttejjeb b’mod konsiderevoli l-għodod ta’ appoġġ fiskali u ekonomiku.

Filwaqt li l-Istati Membri kollha laqgħu l-emenda u appoġġaw l-objettiv li tittejjeb il-kompetittività tat-trasport ikkombinat, kwalunkwe proposta biex tiġi estiża l-eliġibbiltà, u b’mod partikolari biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni għall-operazzjonijiet fl-Istati Membri, ġiet milqugħa pjuttost b’reżistenza. Bl-istess mod, ħafna Stati Membri kienu kontra obbligu li jiffaċilita ż-żieda fil-kapaċità tat-terminals, filwaqt li setgħu jaqblu dwar obbligu li jippromwovu l-investimenti fit-terminals. Fir-rigward ta’ appoġġ akbar għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, il-fehmiet tal-Istati Membri kienu diverġenti, jiġifieri l-Istati Membri ma appoġġawx appoġġ obbligatorju armonizzat, iżda obbligu li jipprovdu appoġġ meta l-għażla tal-għodda ta’ appoġġ tħalliet f’idejn l-Istati Membri. Il-proposta kurrenti tħejjiet billi tqies it-tħassib ta’ dawk l-Istati Membri.

Il-Parlament Ewropew appoġġa b’mod wiesa’ l-proposta, ippropona ambizzjoni ulterjuri fir-rigward tal-appoġġ ekonomiku, iżda talab ukoll xi eżenzjonijiet. Diversi emendi introdotti mill-koleġiżlaturi mmodifikaw il-proposta b’mod li, jekk tiġi adottata, kienet tnaqqas b’mod sinifikanti l-ambizzjoni u l-effettività tal-proposta tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rtirat il-proposta tagħha.

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Id-Direttiva proposta hija kisba tanġibbli ewlenija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti (SSMS), li tistabbilixxi l-viżjoni tal-UE għas-sistema tat-trasport tal-futur. L-istrateġija ħabbret li l-Kummissjoni qed tippjana li twettaq rieżami tal-qafas regolatorju għat-trasport intermodali, inkluża d-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat (fl-ambitu tal-Inizjattiva ewlenija 4 – Ekoloġizzazzjoni tat-Trasport tal-Merkanzija).

Id-Direttiva se toħloq sinerġiji ma’ politiki tat-trasport oħra u partijiet tal-qafas regolatorju tal-UE li jew jimmiraw lejn il-prestazzjoni ambjentali ta’ modi individwali u s-sistema tat-trasport jew l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni. Fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali, dawk il-partijiet jinkludu b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2019/1242, COM(2021) 557 u COM(2021) 559. Il-miżuri mmirati lejn l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni jinkludu l-ipprezzar tal-karbonju, it-tariffi tal-infrastruttura, it-taxxi fuq l-enerġija u l-vetturi.

Il-proposta hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. L-inizjattiva tirrikjedi finanzjament biex jiġu ffinanzjati mill-inqas tliet studji tas-suq meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar stabbiliti skont id-Direttiva u studju biex jiġi vvalutat jekk hemmx bżonn li jiġi żviluppat qafas ta’ kategorizzazzjoni/tikkettar tat-terminal kif stipulat mid-Direttiva.

1.5.5.    Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-implikazzjonijiet baġitarji ta’ din il-proposta huma ttrattati taħt din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva. F’termini ta’ nfiq, l-impatt baġitarju speċifiku ta’ din l-inizjattiva huwa limitat għall-approprjazzjonijiet għall-istudji kif imsemmi fil-punt 1.5.4. It-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet ma jirrikjedix żieda fir-riżorsi umani tal-Kummissjoni Ewropea. Fi ħdan il-QFP kurrenti, il-ħtiġijiet jistgħu jiġu ssodisfati permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan il-linja baġitarja tal-prerogattiva tat-trasport għal EUR 0,4 miljun. L-ebda kost addizzjonali ma huwa previst fil-QFP kurrenti. Fil-QFP ta’ wara l-2027, qed jiġi propost li l-kost għall-istudji jiġi ffinanzjat permezz tal-QFP sussegwenti, mingħajr ma jiġi antiċipat il-ftehim dwar il-QFP u l-programmi.

1.6.    Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2027-2037

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.    Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

 lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Mhux applikabbli

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (a) dwar il-kompetittività tat-trasport intermodali meta mqabbel mat-trasport bit-triq unimodali qabel l-applikazzjoni tad-Direttiva u wara (b) kull 5 snin dwar l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport intermodali fl-Unjoni. Wara 10 snin, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-iskema ta’ appoġġ għadhiex meħtieġa.

Il-kompiti implimentati direttament mid-DĠ MOVE se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u l-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rapportar tar-riżultati permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ MOVE.

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Kummissjoni u b’mod aktar speċifiku, id-DĠ MOVE, se jimmaniġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta. Il-finanzjament se jiġi pprovdut permezz ta’ ftehimiet ta’ akkwist. In-nefqa se tiġi implimentata permezz ta’ akkwisti ġestiti direttament, b’applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-istrateġija ta’ kontroll għall-akkwisti u l-għotjiet fid-DĠ MOVE tinkludi kontrolli legali, operazzjonali u finanzjarji ex ante speċifiċi dwar il-proċeduri kif ukoll dwar l-iffirmar ta’ kuntratti u ftehimiet. Barra minn hekk, in-nefqa li ssir għall-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi hija soġġetta għal kontrolli finanzjarji ex ante u, fejn ikun meħtieġ, ex post. 

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju ta’ żball fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq huwa mistenni li jibqa’ taħt it-2 %.

Ir-riskji potenzjali relatati mal-akkwist ta’ servizzi ta’ dan il-valur huma kkunsidrati baxxi.

Dawn ir-riskji huma marbuta mal-użu ta’ proċeduri ta’ akkwist: dewmien, disponibbiltà tad-data, informazzjoni f’waqtha lis-suq, eċċ. Dawn ir-riskji jkunu koperti mill-mekkaniżmi eżistenti tar-Regolament Finanzjarju u mmitigati mis-sett ta’ kontrolli interni użati mid-DĠ MOVE (kontrolli legali u finanzjarji ex ante sistematiċi qabel il-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti u qabel l-għoti tal-kuntratt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riżultati tanġibbli, awditi ex post tan-nefqa kif definit fil-pjanijiet ta’ ħidma annwali tal-Awditjar).

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Meta wieħed iqis l-ambitu limitat u l-ammont ta’ finanzjament tal-UE li għandu jingħata, u peress li l-benefiċjarji tal-fondi tal-UE jitqiesu bħala ta’ riskju baxx, il-kompiti li jirriżultaw mid-Direttiva proposta ma humiex mistennija jiġġeneraw kostijiet ta’ kontroll addizzjonali lil hinn mill-kost mistenni tal-kontrolli tad-DĠ MOVE.

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri regolari ta’ prevenzjoni u protezzjoni tal-Kummissjoni japplikaw, speċifikament:

- Il-pagamenti għal kwalunkwe servizz huma ċċekkjati mill-persunal tal-Kummissjoni qabel il-pagament, filwaqt li jitqies kwalunkwe obbligu kuntrattwali, prinċipju ekonomiku u prattika finanzjarja jew maniġerjali tajba. Id-dispożizzjonijiet kontra l-frodi (superviżjoni, rappurtar, rekwiżiti, eċċ.) se jiġu inklużi fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u r-riċeventi ta’ kwalunkwe pagament.

- Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni.

Il-Kummissjoni tkompli żżomm strateġija robusta kontra l-frodi, CAFS, li bħalissa qed tiġi riveduta.

Barra minn hekk, fl-2020 id-DĠ MOVE adotta Strateġija Kontra l-Frodi (AFS) riveduta. L-AFS tal-MOVE hija bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-Frodi u tantiċipa valutazzjoni tar-riskju speċifika mwettqa internament biex tidentifika l-oqsma l-aktar vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli diġà stabbiliti u l-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tad-DĠ MOVE li tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi. 

Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-akkwist pubbliku jiżguraw li l-awditi u l-kontrolli fuq il-post jkunu jistgħu jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, permezz tad-dispożizzjonijiet standard irrakkomandati mill-OLAF. 

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 52 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 53

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali 54

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

1

02.20.04.01

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ: MOVE

Sena 
2027

TOTAL 55

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 02.20.04.01

Impenji

(1a)

0,4

0,4

Pagamenti

(2a)

0,4

0,4

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ MOVE

Impenji

0,4

0,4

Pagamenti

0,4

0,4



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,4

0,4

Pagamenti

(5)

0,4

0,4

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA 1 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0,4

0,4

Pagamenti

0,4

0,4

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,4

0,4

Pagamenti

(5)

0,4

0,4

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0,4

0,4

Pagamenti

=5+ 6

0,4

0,4





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

□ Riżorsi umani

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2027

Sena 
2032

Sena 
2037

Sena 
għad irid jiġi kkonfermat

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,4

0,6

0,7

0,3

2,0

Pagamenti

0,4

0,6

0,7

0,3

2,0

3.2.2.    Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 56

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 57

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 58

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 59  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 2027

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 60

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   61

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

L-inizjattiva hija ffinanzjata mil-linja baġitarja ta’ appoġġ għall-politika tat-trasport (02.20.04.01), ma huwa meħtieġ l-ebda riprogrammazzjoni.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 62

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 


3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 63

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)

   Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”), ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1-17.

(2)

   COM(2019) 640 final.

(3)

   COM(2021) 400 final.

(4)

   REPowerEU: https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal/repowereu-affordable-secure-and-sustainable-energy-europe_mt  

(5)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri

(6)

   “Save Energy” tal-UE, COM(2022) 240 final.

(7)

   COM(2020) 789 final.

(8)

   It-trasport ikkombinat huwa subsett ta’ trasport intermodali li jissodisfa d-definizzjoni fis-CTD.

(9)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 75/130/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1975 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bit-triq/bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, ĠU L 48, 22.2.1975

(10)

   SWD(2016) 140 final.

(11)    COM(2019) 640 final.
(12)

   COM(2021) 812 final

(13)

   Dan kien jinkludi 11-il awtorità pubblika (CZ, żewġ awtoritajiet pubbliċi minn BE, AT, tliet awtoritajiet pubbliċi minn FR, NO, IT, DE, SE), 49 parti kkonċernati tal-industrija, erba’ ċittadini u sitt tweġibiet taħt il-kategorija “oħrajn”.

(14)

   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2023), op. cit.

(15)

   14 minn 31 rispondent tal-industrija u erbgħa awtoritajiet minn tmienja.

(16)

   Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”), ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1-17.

(17)

   COM(2019) 640 final.

(18)

   REPowerEU: https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal/repowereu-affordable-secure-and-sustainable-energy-europe_mt  

(19)

   “Save Energy” tal-UE, COM(2022) 240 final.

(20)

   COM(2021) 400 final.

(21)

   COM(97) 243 final.

(22)

   COM(2011) 144 final.

(23)

   Ir-Regolament (UE) 2019/1242

(24)

   COM(2021) 557 final

(25)

   L-SSMS tistabbilixxi stadju importanti għall-kostijiet esterni kollha tat-trasport fl-UE li għandhom jiġu koperti mill-utenti tat-trasport sa mhux aktar tard mill-2050.

(26)

   https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13134-International-freight-and-passenger-transport-increasing-the-share-of-rail-traffic_mt

(27)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59–75. Din tippermetti li jintużaw vetturi tat-triq akbar u itwal fit-trasport intermodali, inklużi l-partijiet tal-vjaġġ bit-triq tat-trasport ikkombinat.

(28)

   Ir-Regolament (UE) 2020/1056

(29)

    COM(2021) 324 final.

(30)

   Analiżi komparattiva tat-teknoloġiji tat-trażbord għat-trasport intermodali u l-kostijiet tagħhom, PWC, KombiConsult 2022, l-https://transport.ec.europa.eu/news/study-analyzes-transhipment-options-more-competitive-intermodal-transport-and-terminal-capacity-ten-2022-05-05_en  

(31)

   COM(2021) 812 final. 

(32)

   Ir-Regolament (UE) 1055/2020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq, ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17–32.

(33)

   Xi Stati Membri ppreżentaw azzjonijiet għal annullament fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (C-542/20, Il-Litwanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-545/20, Il-Bulgarija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-547/20, Ir-Rumanija vs Il-Parlament u Il-Kunsill u C-554/20, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill).

(34)    SWD (2016) 140 final
(35)

   CE Delft (2019).

(36)

   Sabiex jiġi żgurat tqabbil preċiż biżżejjed tal-operazzjonijiet, ikun meħtieġ li l-Manwal ikompli jiġi aġġornat fuq bażi regolari, filwaqt li titqies l-aħħar evidenza xjentifika. Barra minn hekk, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà mas-CEEU li jmiss.

(37)    Pjattaformi għall-iskambju elettroniku ta’ data bejn in-negozji u l-awtoritajiet (B2A) stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2020/1056.
(38)    ĠU C , , p. .
(39)    ĠU C , , p. .
(40)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(41)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Pjan REPowerEU (COM(2022) 230 final).
(42)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021) 400 final).
(43)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-oġġetti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/106/oj).

(44)

   Is-Sentenza tas-7 ta’ Mejju 1991, il-Kummissjoni / l-Italja (C-45/89, Ġabra 1991 p. I-2053) ECLI:EU:C:1991:185.

(45)

   Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1056/oj).

(46)

   Handbook on the external costs of transport. Il-Kummissjoni Ewropea. Verżjoni 2019 – 1.1, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ISBN 978-92-76-18184-2

(47)

   Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 187 20.7.1999, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/62/oj).

(48)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(49)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1313, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(50)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(51)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(52)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(53)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(54)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(55)    Lil hinn mill-2027, il-kost tal-proposta huwa stmat għal EUR 0,6 miljun fl-2032, EUR 0,7 miljun fl-2037 u EUR 0,3 miljun addizzjonali finali aktar tard biex il-kostijiet totali għall-baġit tal-UE jinġiebu għal EUR 2 miljun, li huwa propost li jiġi ffinanzjat permezz tal-MFFs sussegwenti, mingħajr ma jiġi antiċipat il-ftehim dwar l-MFFs u l-programmi.
(56)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(57)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(58)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(59)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(60)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(61)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(62)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(63)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 7.11.2023

COM(2023) 702 final

ANNESS

tal-Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE fir-rigward ta’ qafas ta’ appoġġ għat-trasport intermodali tal-merkanzija u r-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu tal-iffrankar tal-kostijiet esterni u l-ġenerazzjoni ta’ data aggregata










{SEC(2023) 373 final} - {SWD(2023) 351 final} - {SWD(2023) 352 final}


ANNESS

Lista indikattiva tal-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 3a

Parti I: Miżuri ta’ appoġġ biex jitnaqqas id-distakk fil-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat meta mqabbla mal-operazzjonijiet unimodali tat-trasport bit-triq

Il-miżuri biex tittejjeb il-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3a(2), il-punt (a), jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ aġġustamenti u inċentivi regolatorji u mhux regolatorji fl-istrumenti amministrattivi u ekonomiċi nazzjonali li jħallu impatt fuq il-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Dawn l-aġġustamenti u l-inċentivi jrid ikollhom l-għan li jagħmlu t-trasport ikkombinat aktar attraenti għall-impriżi li jiddeċiedu dwar il-modi magħżula, jiġifieri l-ispedituri jew l-impriżi li jorganizzaw l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat.

L-aġġustamenti u l-inċentivi jistgħu jinkludu miżuri li għandhom impatt fuq:

(a)l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat u partijiet minnhom, inkluż l-attribuzzjoni tal-infrastruttura u l-kapaċità tat-terminals u l-prijorità għat-trasport intermodali; il-ġestjoni mtejba tat-tfixkil matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-infrastruttura, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar dawk il-kwistjonijiet; is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali u lokali, inklużi dawk applikabbli fil-fażi tat-tħejjija ta’ operazzjoni kif ukoll matul l-operazzjoni;

(b)il-kostkompetittività tal-operazzjoni intermodali, inklużi l-pedaġġi stradali u imposti, taxxi jew tariffi oħra fir-rigward tal-użu tat-trasport u l-infrastruttura intermodali, u l-imposti fuq il-konġestjoni;

(c)it-tariffi għall-ispejjeż esterni, iddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, iddefiniti fl-Artikolu 3(11) u (12) tar-Regolament 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 fit-trasport intermodali,

(d)miżuri li jiffaċilitaw id-dħul fis-suq intermodali għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bħall-faċilitazzjoni tal-kera jew il-lokazzjoni ta’ unitajiet ta’ tagħbija intermodali, inkluż permezz ta’ garanziji; il-faċilitazzjoni tal-użu ta’ pjattaformi ta’ ppjanar intermodali jew pjattaformi ta’ konsolidazzjoni tal-merkanzija, inkluż permezz ta’ kampanji ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni;

(e)il-kundizzjonijiet tal-ippjanar u tal-kiri tal-art adattata għall-iżvilupp ta’ terminal tat-trażbord intermodali.

Parti II: Miżuri ta’ appoġġ biex jiżdied l-aġġornament jew l-adozzjoni ta’ teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali

Il-miżuri li jappoġġaw l-aġġornament jew l-adozzjoni ta’ teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali stabbiliti fl-Artikolu 3a(2), il-punt (b), jistgħu jiġu implimentati pereżempju permezz ta’ faċilitazzjoni jew appoġġ għal dawn li ġejjin:

(a)l-identifikazzjoni tas-semitrejlers użati fit-trasport ikkombinat f’konformità mar-reġim ta’ identifikazzjoni stabbilit skont l-istandards internazzjonali ISO6346 jew EN13044;

(b)it-tisħiħ tas-semitrejlers li ma jistgħux jintrefgħu minn krejn biex ikunu jistgħu jintrefgħu minn krejn jew għajnuna biex jiġu akkwistati semitrejlers li jistgħu jintrefgħu minn krejn;

(c)it-tneħħija tat-tariffi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u tat-taxxi fuq il-vetturi ta’ semitrejlers ta’ daqs standard li jistgħu jintrefgħu minn krejn;

(d)l-integrazzjoni ta’ sistemi konnessi u l-awtomatizzazzjoni tal-operazzjonijiet fit-trasport ikkombinat, il-loġistika diġitali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati u s-sistemi intelliġenti tat-trasport li huma meħtieġa għall-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, fosthom l-appoġġ għall-investimenti fil-photogates tat-terminals tat-trażbord intermodali u fil-kabini taċ-check-in/check-out awtomatiku;

(e)miżuri li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ polza tal-vjeġġ intermodali fit-territorju tagħhom;

(f)il-vetturi jew il-bastimenti b’emissjonijiet baxxi jew żero jew it-tagħmir tat-trażbord fit-trasport ikkombinat;

(g)l-aċċessorji għat-teknoloġija eżistenti għat-trażbord tal-kontejners li jippermettu t-trażbord ta’ semitrejlers bħad-dirgħajn tal-irfigħ ta’ krejn portiku għat-trażbord vertikali tas-semitrejlers.”

(1)    Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu tal-infrastrutturi tat-toroq (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/62/oj).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj).
Top