EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0578

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2024

COM/2023/578 final

Brussell, 10.10.2023

COM(2023) 578 final

2023/0350(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2024


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (“ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS”) 1 ifittex li jiżgura li r-riżorsi ħajjin tal-baħar jiġu sfruttati b’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-iffissar annwali tal-opportunitajiet tas-sajd. Ir-Regolamenti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd iridu jillimitaw il-ħsad tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli konsistenti mal-objettivi kumplessivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

F’konformità mal-pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Punent tal-Mediterran 2 , din il-proposta tipproponi li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri kkonċernati (Spanja, Franza u l-Italja), mogħtija f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli u l-limiti massimi ta’ qbid għall-gambli.

Din il-proposta tipproponi wkoll li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd skont il-ftehimiet li ntlaħqu fil-qafas tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM), li hija organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-Unjoni Ewropea hija membru tal-GFCM flimkien mal-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja. Il-miżuri adottati fil-qafas tal-GFCM huma vinkolanti fuq il-membri tagħha.

Fl-aħħar nett, din il-proposta tipproponi li tiġi ffissata kwota awtonoma għal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed sabiex ma jiżdiedx il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd. Timplimenta wkoll il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-barbun imperjali fid-dritt tal-Unjoni, kif stabbiliti mill-GFCM.

L-objettiv aħħari tal-proposta huwa li jintlaħqu u jinżammu l-livelli tal-istokkijiet li jkunu jistgħu jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-punent tal-Mediterran huwa maħsub biex jikseb mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 meta possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma mfasslin f’konformità mal-objettivi u r-regoli tal-PKS.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-politiki l-oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex il-PKS hija politika komuni ħalli kull baċir tal-baħar reġjonali tal-UE (eż. il-Baltiku, il-Mediterran) ikun is-suġġett ta’ Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd u b’hekk jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-implimentazzjoni tal-PKS. L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jirrikjedi li l-Kunsill jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Il-proposta talloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. Skont l-Artikolu 16(6) u (7) u l-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu kif l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom jistgħu jiġu allokati lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f’konformità ma’ ċerti kriterji stabbiliti f’dawk l-Artikoli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom il-marġni ta’ diskrezzjoni meħtieġ filwaqt li jqassmu l-opportunitajiet tas-sajd allokati, f’konformità mal-mudelli soċjali u ekonomiċi tagħhom.

Għażla tal-istrument

Regolament hu meqjus l-aktar strument xieraq għax permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti li japplikaw direttament għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi rilevanti. Dan se jgħin biex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu implimentati fil-ħin u b’mod armonizzat, u jwassal għal aktar ċertezza legali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Sajd sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2024 (COM(2023) 303 final).

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-istat tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed hija bbażata fuq l-iktar ħidma riċenti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM dwar is-Sajd.

Valutazzjoni tal-impatt

L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

Il-pjan pluriennali għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran introduċa reġim tal-isforz tas-sajd biex tiġi indirizzata l-problema tas-sajd żejjed fis-sajd tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran. Barra minn hekk, l-Artikolu 7(3)(b) tal-pjan pluriennali jipprevedi l-possibbiltà li t-tnaqqis fl-isforz tas-sajd jista’ jiġi ssupplimentat bi kwalunkwe miżura teknika jew ta’ konservazzjoni oħra adottata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, sabiex tinkiseb il-mortalità mis-sajd stmata, li b’xejra tas-sajd partikolari u bil-kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, jipprovdi r-rendiment massimu fit-tul (Fmsy) sal-1 ta’ Jannar 2025. Abbażi tal-parir xjentifiku, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (ir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022) 3 introduċa reġim tal-isforz għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u limiti ta’ qbid għall-gambli, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 (ir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2023) 4 żamm dak ir-reġim.  

Fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-GFCM fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, din il-proposta tipproponi l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma fil-livell internazzjonali. Kull element li jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatti possibbli li l-opportunitajiet tas-sajd jista’ jkollhom, jiġi ttrattat fil-fażi ta’ tħejjija u twettiq tan-negozjati internazzjonali li matulhom jintlaħaq qbil mal-pajjiżi terzi dwar l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni.

Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għall-futur qarib, iżda wkoll approċċ iktar fit-tul, li permezz tiegħu l-isforz tas-sajd jiġi adattat bil-mod il-mod għal livelli li jkunu sostenibbli fit-tul.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u b’mod partikolari dawk rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-monitoraġġ u l-konformità se jiġu żgurati f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 5 .

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tipproponi l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2024 għal ċerti stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, b’mod partikolari:

A.    Implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-punent tal-Mediterran

Skont il-pjan pluriennali għas-sajd tal-qiegħ fil-punent tal-Mediterran, il-Kunsill jeħtieġ jistabbilixxi sforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali fil-punent tal-Mediterran, għal kull grupp tal-isforz tas-sajd, skont l-Istat Membru u għall-gruppi tal-istokkijiet fl-Anness I tal-pjan.

Fl-2022, il-parir xjentifiku kemm mill-STECF kif ukoll mill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM irrakkomanda li sabiex jinkiseb l-MSY għall-istokkijiet demersali fil-punent tal-Mediterran, jeħtieġ tittieħed azzjoni mill-aktar fis u jiġi adottat tnaqqis reali fil-mortalità mis-sajd. L-istokkijiet tal-merluzz u stokk wieħed tal-gambli bojod tant ġew sfruttati żżejjed li l-STECF stmahom f’livell taħt Blim, li huwa l-punt tar-referenza tal-limitu, mogħti bħala bijomassa tal-istokk riproduttiv u previst fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b’mod partikolari mill-STECF, jew minn korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew dak internazzjonali, li taħtu jista’ jkun hemm kapaċità riproduttiva mnaqqsa.

L-STECF (STECF-22-11 u PLEN-22-03) ta l-parir li kien meħtieġ approċċ olistiku, li jgħaqqad il-miżuri tal-isforz kemm għall-bastimenti tat-tkarkir kif ukoll għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u l-limiti ta’ qbid għall-gambli bojod, biex titnaqqas b’mod urġenti l-mortalità mis-sajd, b’mod partikolari għall-istokkijiet tal-merluzz u tal-gambli bojod. Dan l-approċċ ġie implimentat permezz tar-Regolamenti dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022 u tal-2023, u l-Kummissjoni tipproponi li tkompli timplimenta tali approċċ fl-2024.

Din il-proposta tinkludi sensiela ta’ “pro memoria” (pm) għal-livell tal-isforz tas-sajd, kif ukoll il-livell ta’ qabdiet, u se titlesta fi stadju aktar tard meta l-parir tal-STECF ikun disponibbli.

Barra minn hekk, sabiex jiġi promoss l-użu tas-selettività tal-irkapti u jiġu stabbiliti żoni ta’ għeluq effiċjenti ħalli jiġu protetti il-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, ir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2023 żamm il-mekkaniżmu ta’ kumpens rigward ir-reġim tal-isforz għall-bastimenti tat-tkarkir stabbilit bir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2022. Il-Kummissjoni tipproponi li jinżamm dan il-mekkaniżmu fl-2024.

B.    Miżuri tal-GFCM applikabbli fil-Baħar Mediterran

Limiti tal-ħsad tas-sajd u limiti fuq l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran kollu (GSAs minn 1 sa 27)

Limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu abjad kif ukoll sforz tas-sajd massimu permissibbli u kapaċità tal-flotta għall-merluzz fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs minn 12 sa 16)

Kapaċità tal-flotta massima u limiti ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u l-gamblu aħmar fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs minn 12 sa 16), il-Baħar Jonju (GSAs minn 19 sa 21) u l-Baħar Levantin (GSAs minn 24 sa 27)

Livell massimu ta’ qbid u għadd massimu ta’ konzijiet u xlief għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (GSAs minn 1 sa 3)

Miżuri għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar skont il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-2021 tal-GFCM għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18)

Il-Kummissjoni tipproponi li fl-2024 titkompla l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-pjan, li jsegwi approċċ f’żewġ stadji, b’perjodu tranżizzjonali ta’ 3 snin segwit b’miżuri fit-tul għal perjodu ta’ 5 snin.

L-2024 hija t-tielet sena tal-perjodu tranżizzjonali u l-Kummissjoni tipproponi li titkompla l-implimentazzjoni tal-limiti ta’ qbid bis-sehem intern tranżizzjonali bejn l-Italja u l-Kroazja u r-riżerva tranżizzjonali għas-Slovenja, kif ukoll il-limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u l-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira l-istokkijiet pelaġiċi żgħar.Dan il-limitu massimu tal-kapaċità jenħtieġ li jkun l-istess bħal fir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2023 u bbażat fuq il-kapaċità rrapportata lill-GFCM fl-2014.

Miżuri għall-istokkijiet demersali skont il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-GFCM tal-2019 għall-ispeċijiet demersali fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18):

Fis-46 sessjoni annwali tagħha f’Novembru 2023, il-GFCM jenħtieġ li tadotta rakkomandazzjoni ġdida li għall-2024 jitnaqqas l-isforz tas-sajd għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti (OTB) u għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu (TBB). Il-proposta se tiġi aġġornata permezz ta’ dokument informali bil-livelli tat-tnaqqis, wara s-sessjoni annwali tal-GFCM.

Il-kapaċità massima tal-flotta stabbilita bir-Regolament dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd tal-2023 jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ għall-2024.

Il-proposta tinkludi sensiela ta’ spazji riżervati għall-istokkijiet li għalihom il-miżuri tranżizzjonali tal-GFCM se jiskadu fi tmiem l-2023 u li għalihom il-GFCM jenħtieġ li tadotta miżuri ġodda fis-46 sessjoni annwali tagħha f’Novembru 2023, bħal pereżempju rigward il-lampuki. Il-proposta se tiġi aġġornata permezz ta’ dokument informali bil-miżuri l-ġodda, wara s-sessjoni annwali tal-GFCM.

C.    Miżuri tal-GFCM applikabbli fil-Baħar l-Iswed

Kwota awtonoma għal-laċċa kaħla, ibbażata fuq parir xjentifiku

It-TAC u l-allokazzjoni tal-kwota għall-barbun imperjali skont il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-GFCM tal-2017 għas-sajd tal-barbun imperjali, li jimplimenta r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 (GSA 29)

Rigward il-livelli tat-TAC u l-kwoti għall-barbun imperjali, il-proposta se tiġi aġġornata wara s-46 sessjoni annwali tal-GFCM f’Novembru 2023.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM sal-2017 ġew implimentati fid-dritt tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 (kif emendat) 6 u l-Kummissjoni ressqet proposta biex timplimenta r-Rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM fl-2018 u fl-2019 (COM/2021/434 final), li dwarhom il-koleġiżlaturi laħqu qbil politiku f’Lulju 2023 7 .

Il-miżuri marbutin mal-opportunitajiet tas-sajd mil-lat funzjonali, bħall-għeluq fiż-żmien riproduttiv, huma parti minn din il-proposta peress li mingħajr dawn il-perjodi ta’ għeluq (bħal dak għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed), l-opportunitajiet tas-sajd ma setgħux jiġu stabbiliti fl-istess livell. Kemm idum il-perjodu ta’ għeluq jista’ jvarja skont l-istat tal-istokk kif ivvalutat mill-parir xjentifiku.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 8 jistabbilixxi aktar kundizzjonijiet għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-opportunitajiet tas-sajd inklużi, skont l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u analitiċi, rispettivament. L-Artikolu 2 tiegħu jistipula li meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi għal liema stokkijiet jenħtieġ li ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. L-Artikolu 15(9) tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS ukoll jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ flessibbiltà minn sena għall-oħra għall-istokkijiet kollha soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art. Għal din ir-raġuni kif ukoll biex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar u tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-PKS, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss meta l-Istati Membri ma jużawx il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS.

2023/0350 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2024

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta jkunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), kif ukoll kwalunkwe parir li jasal mingħand il-kunsilli konsultattivi.

(2)Il-Kunsill se jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet marbuta mil-lat funzjonali ma’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew tip ta’ sajd. 

(3)Għalhekk, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b’kunsiderazzjoni tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(4)Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 stabbilixxa pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-punent tal-Baħar Mediterran (il-pjan). Il-pjan għandu l-għan li jinkiseb u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet fil-mira, jiġi żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maħsuda u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.

(5)F’konformità mal-Artikolu 4(1) tal-pjan, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 meta possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. L-opportunitajiet tas-sajd jeħtieġ jingħataw bħala l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz, u ffissati f’konformità mar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tal-pjan, kif ukoll bħala limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fl-ilmijiet fondi, f’konformità mal-parir xjentifiku u mal-Artikolu 7(3), il-punt (b), tal-pjan.

(6)[spazju riżervat għall-parir tal-STECF] Abbażi ta’ dan il-parir, għall-2024, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir fil-punent tal-Baħar Mediterran għalhekk jenħtieġ li jitnaqqas b’pm % meta mqabbel mal-linja bażi bejn l-2015 u l-2017, li jeħtieġ jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 11 .  

(7)[spazju riżervat għall-parir tal-STECF]. Abbażi tat-tali parir, għall-2024, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-bastimenti tas-sajd bil-konz għalhekk jenħtieġ li jkun pm meta mqabbel mal-linja bażi bejn l-2015 u l-2017.

(8)[spazju riżervat għall-parir tal-STECF] Fid-dawl tal-parir xjentifiku, għall-2024, il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 għalhekk jenħtieġ li jkun pm %.

(9)[spazju riżervat għall-parir tal-STECF] Fid-dawl tal-parir xjentifiku, għall-2024, il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 jenħtieġ li jkunu pm %.

(10)[spazju riżervat għall-parir finali tal-STECF] Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(3), il-punt (b), tal-pjan, jixraq li jibqgħu jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ qbid biex ir-reġim tal-isforz tas-sajd bit-tkarkir jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid. Fid-dawl tal-parir xjentifiku, għall-2024, il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 jenħtieġ li jkunu pm %.

(11)Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-qiegħ sostenibbli fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM) 12 , li introduċiet reġim tal-isforz tas-sajd mill-2020 sal-2026 u livell limitu għall-kapaċità tal-flotta għal ċerti stokkijiet demersali. Għalhekk, għall-2024, dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(12)[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda għall-istokkijiet demersali fil-Baħar Adrijatiku mis-46 sessjoni annwali tal-GFCM]

(13)Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM) 13 , li mill-2022 sal-2029 introduċiet livell massimu ta’ qbid u limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta relatat għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar, b’deroga għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn 10 bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku attivi fis-sajd għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar. Għalhekk, għall-2024, dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(14)[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku mis-46 sessjoni annwali tal-GFCM]

(15)Filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar u fuq l-istokkijiet demersali, u f’konformità mal-paragrafu 33 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 u mal-paragrafu 13 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5, jixraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal allokazzjoni minima tal-isforz għall-istokkijiet demersali.

(16)[Spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda għall-qroll aħmar mis-46 sessjoni annwali tal-GFCM]

(17)[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda għal-lampuka mis-46 sessjoni annwali tal-GFCM]

(18)Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet demersali fil-Fliegu ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi minn 12 sa 16) 14 , li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/12 u GFCM/42/2018/5. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 introduċiet reġim ta’ sforz għall-merluzz u limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad, kif ukoll l-iffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu abjad, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195.

(19)Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Fliegu ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi minn 12 sa 16) 15 , li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/7 u GFCM/43/2019/6. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195.

(20)Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi minn 19 sa 21) 16 , li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti tal-qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195.

(21)Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Levantin (is-subżoni ġeografiċi minn 24 sa 27) 17 , li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti tal-qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195.

(22)Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 3) 18 , li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/4, GFCM/43/2019/2 u GFCM/41/2017/2. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 introduċiet livelli massimi ta’ qbid għall-2023, l-2024 u l-2025, għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati u miżuri ġodda għas-sajd rikreattiv. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 7 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-paġella ħamra, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195.

(23)Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 19 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 introduċiet mill-2020 sal-2024, TAC reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari perjodu ta’ għeluq ta’ xahrejn għas-sajd u limitazzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3, dawn il-miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri huma marbuta mil-lat funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd, peress li mingħajr dawk il-miżuri fis-seħħ, il-livell tat-TAC għall-barbun imperjali jkollu jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru tiegħu. Għalhekk, dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(24)[spazju riżervat għad-deċiżjoni ta’ tiġdid għall-barbun imperjali mis-46 sessjoni annwali tal-GFCM]

(25)[spazju riżervat għad-deċiżjoni ta’ trasferiment għall-barbun imperjali mis-46 sessjoni annwali tal-GFCM]

(26)Abbażi tal-parir xjentifiku mogħti mill-Grupp ta’ Ħidma tal-GFCM għall-Baħar l-Iswed, il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd jenħtieġ li jinżamm biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk jixraq li jitkompla l-istabbiliment ta’ kwota awtonoma għal dawk l-istokkijiet.

(27)L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 20 , u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd kif ukoll in-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni rigward il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(28)Sabiex jiġi promoss l-użu tas-selettività tal-irkapti u jiġu stabbiliti żoni ta’ għeluq effiċjenti għall-protezzjoni tal-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, ir-Regolament (UE) 2022/110 stabbilixxa mekkaniżmu ta’ kumpens rigward ir-reġim tal-isforz għax-xbieki tat-tkarkir. Peress li fl-2024, l-STECF ikompli jirrakkomanda t-titjib ulterjuri tas-selettività u taż-żoni magħluqa b’mod effiċjenti biex jiġu protetti l-frieħ tal-ħut, jixraq li jiġu allokati pm % tal-jiem tas-sajd.

(29)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 21 jipprevedi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema stokkijiet mhux se jkunu soġġetti għall-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-Artikoli 3(2), 3(3) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss għat-TACs analitiċi meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(30)Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2024. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)il-qroll aħmar (Corallium rubrum) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran;

(b)il-gamblu aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-punent tal-Baħar Mediterran;

(c)l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku;

(d)il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku;

(e)il-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta’ Sqallija;

(f)il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija, fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin;

(g)il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran;

(h)il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.

2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għal attivitajiet tas-sajd oħrajn tal-Unjoni, inkluż is-sajd rikreattiv, meta huma msemmijin b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“ilmijiet internazzjonali” tfisser l-ilmijiet barra mis-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat;

(b)“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

(c)“qabda totali permissibbli” jew “TAC” tfisser:

(i)fis-sajd soġġett għall-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità tal-ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)fis-sajd l-ieħor kollu, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk tul il-perjodu ta’ sena;

(d)“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(e)“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu ta’ qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ TAC maqbula;

(f)“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha hemm disponibbli valutazzjoni analitika;

(g)“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq id-data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li rieżami xjentifiku indika li hija ta’ kwalità biżżejjed biex tipprovdi parir xjentifiku dwar l-għażliet għall-qabdiet futuri;

(h)“irkaptu biex jinġabar il-ħut” jew “FAD” tfisser kwalunkwe tagħmir ankrat fuq wiċċ il-baħar bl-objettiv li jattira l-ħut.

Artikolu 3
Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni ġeografiċi li ġejjin:

(a)“subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 ;

(b)“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c)“il-punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(e)“il-Fliegu ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(f)“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(g)“il-Baħar Levantin” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(h)“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 3 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(i)“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet fis-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif definita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

KAPITOLU I
Baħar Mediterran

Artikolu 4
Qroll aħmar

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaħsdu l-qroll aħmar (Corallium rubrum), jiġifieri s-sajd immirat u s-sajd rikreattiv fil-Baħar Mediterran.

2.Għas-sajd immirat, l-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi tal-istokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll l-attivitajiet tal-ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness I.

3.It-trażbord tal-qroll aħmar fil-baħar għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni soġġetti għall-paragrafu 2.

4.Għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art tal-qroll aħmar.

Artikolu 5
Lampuka

[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda]

KAPITOLU II
Punent tal-Baħar Mediterran

Artikolu 6
Stokkijiet demersali

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-istokkijiet demersali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022, fil-punent tal-Baħar Mediterran.

2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz huwa stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u mal-Artikoli 26 sa 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.L-allokazzjoni tal-limiti massimi ta’ qbid fost l-Istati Membri għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-punent tal-Baħar Mediterran hija wkoll stabbilita fl-Anness III.

4.L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Istati Membri, kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Anness III, għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)għandha tkun f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b) għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(i)skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(ii)tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(iii)ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(iv)kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(v)tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 7 
Mekkaniżmu ta’ kumpens

1.Għas-segment tal-flotta kkonċernat, fl-2024, Stat Membru se jkun jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd li tkun pm % ikkalkulat mil-linja bażi bejn l-2015 u l-2017 ta’ dak l-Istat Membru, kif stabbilit fil-paragrafu 4.

2.L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati b’tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll l-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.

3.L-allokazzjoni addizzjonali għandha tiġi kkalkulata mill-isforz massimu permess fil-linja bażi bejn l-2015 u l-2017 għas-segment rilevanti tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat, mill-1 ta’ Jannar 2024.

4.Stat Membru jista’ jagħti l-allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1, diment li bastiment jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)dak il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 45 mm sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-merluzz;

(b)dak il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 50 mm għas-sajd fil-baħar fond sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu aħmar b’tul tal-karapaċi (CL) ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11, u biex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu aħmar kbir b’CL ta’ inqas minn 35 mm fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11;

(c)dak il-bastiment juża rkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, fi tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % fil-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet demersali kollha jew tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % fil-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet demersali kollha meta mqabbla mal-2020, bħal għarbiel bi spazji ta’ mill-inqas 20 mm;

(d)l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa żoni ta’ għeluq temporanji sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet demersali kollha jew b’mill-inqas 20 % l-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet demersali kollha;

(e)l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ġdid għall-merluzz ta’ mill-inqas 26 cm, u jkun żgura l-infurzar tal-miżuri tekniċi xierqa biex jikkonforma ma’ dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, sabiex jintlaħaq progressivament it-tul fl-ewwel maturità u jittejjeb l-istatus tal-istokkijiet tal-merluzz;

(f)l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ġdid għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) ta’ mill-inqas 25 mm CL u għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) ta’ mill-inqas 35 mm CL, u jkun żgura l-infurzar tal-miżuri tekniċi xierqa biex jikkonforma ma’ dawk id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni biex jintlaħaq progressivament it-tul fl-ewwel maturità u jittejjeb l-istatus tal-istokkijiet;

(g)l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa perjodu ta’ għeluq ta’ mill-inqas 4 ġimgħat kontinwi għall-attivitajiet tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir fiż-żoni u l-perjodi rikonoxxuti bħala importanti, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, għall-protezzjoni tal-istokkijiet tal-merluzz riproduttiv. Żoni bħal dawn għandhom iqisu wkoll ix-xejriet spazjali tad-distribuzzjoni tal-ħut riproduttiv, inkluż il-fond minn 150 m sa 500 m. Il-perjodi tal-għeluq temporanju tas-sajd għandhom ikunu minn Frar sa Marzu u minn Ottubru sa Novembru. 

5.Kull xahar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll b’mod separat lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ mill-kwota addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1, billi juża kodiċijiet tar-rapportar speċifiċi għal dik l-allokazzjoni.

6.Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 4, il-punti minn (a) sa (g).

Artikolu 8
Reġistrazzjoni u trażmissjoni tad-data 

1.L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jittrażmettu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

2.Huma u jibagħtu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness III.

KAPITOLU III
Baħar Adrijatiku

Artikolu 9
Stokkijiet pelaġiċi żgħar 

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.

2. Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness IV.

3.Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’kW, tunnellaġġ gross (GT) u għadd, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati għall-istokkijiet tal-ħut pelaġiċi żgħar, hija stabbilita fl-Anness IV.

4.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 10
Stokkijiet demersali 

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-istokkijiet demersali u l-kapaċità massima tal-flotta fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.

3.Stat Membru jista’ jemenda l-allokazzjoni tal-isforz tas-sajd tiegħu kif stabbilit fl-Anness IV billi jittrasferixxi l-jiem tas-sajd fost il-gruppi tal-isforz tas-sajd tal-istess żona ġeografika u/jew irkaptu, dment li japplika fattur tal-konverżjoni nazzjonali appoġġat mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

4.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 11
Trażmissjoni tad-data

Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness IV.

KAPITOLU IV
Fliegu ta’ Sqallija

Artikolu 12
Stokkijiet demersali 

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta’ Sqallija.

2.Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu abjad ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V.

3.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-merluzz u l-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet demersali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huwa stabbilit fl-Anness V.

4.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 13
Gamblu abjad

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija.

2.Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet demersali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, hija stabbilita fl-Anness V.

3.Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 14
Trażmissjoni tad-data

Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness V.

KAPITOLU V

Il-Baħar Jonju u l-Baħar Levantin

Artikolu 15
Gamblu abjad

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin.

2.Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, hija stabbilita fl-Anness VI.

3.Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.

KAPITOLU VI

Il-Baħar Alboran

Artikolu 16
Paġella Ħamra

1.Dan l-Artikolu japplika għas-sajd kummerċjali u rikreattiv bil-konzijiet u bix-xlief minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran.

2.Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VII.

3.L-għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet tal-paġella ħamra huwa stabbilit fl-Anness VII.

4.Għall-attivitajiet tas-sajd rikreattiv, l-għadd massimu ta’ qabdiet għandu jkun limitat għal ħuta waħda għal kull sajjied kuljum. Id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 40 cm għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) għandu japplika għas-sajd rikreattiv fil-Baħar Alboran. Is-sajd rikreattiv għal din l-ispeċi għandu jkun ipprojbit matul il-perjodu tal-għeluq tas-sajd kummerċjali stabbilit fil-livell nazzjonali.

KAPITOLU VII
Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 17
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla 

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.

2.Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta’ tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta mil-lat funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VIII.

3.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 18
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.

2.It-TAC tal-Unjoni għall-barbun imperjali applikabbli fil-Baħar l-Iswed, l-allokazzjoni tat-tali TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta mil-lat funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VIII.

3.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 19
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-barbun imperjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19 ma għandhomx jaqbżu l-180 jum tas-sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul kumplessiv tal-bastiment.

Artikolu 20
Perjodu ta’ għeluq għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kwalunkwe attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju.

Artikolu 21
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 18 u 19 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 22
Trażmissjoni tad-data

Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness VIII.

TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220).
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1–50)
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44).
(7)     eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CONSIL:ST_11623_2023_INIT  
(8)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?qid=1694417686349&uri=CELEX:31996R0847  
(9)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).    
(10)    Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220).
(12)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_43_2019_5-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(13)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_44_2021_20-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(14)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_45_2022_4-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(15)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_45_2022_5-e.pdf- Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)  
(16)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_45_2022_6-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(17)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_45_2022_7-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(18)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_45_2022_3-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(19)     Portal tal-Kumitat ta’ Konformità (CoC) - REC.CM_GFCM_45_2022_9-e.pdf - Id-dokumenti kollha (sharepoint.com)
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.).
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44).
Top

Brussell, 10.10.2023

COM(2023) 578 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2024


ANNESS I

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-GFCM GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Corallium rubrum

COL

Qroll aħmar

Tabella 1

Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd 1  

Stati Membri

Qroll aħmar

COL

Il-Greċja

12

Spanja

0( 2 )

Franza

32

Il-Kroazja

28

L-Italja

40

Tabella 2

Livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Qroll aħmar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran - GSA 1-27

Corallium rubrum

COL/GF1-27

Il-Greċja

1,844

Spanja

0 (2)

Franza

1,400

Il-Kroazja

1,226

L-Italja

1,378

L-Unjoni

5,848

TAC

Mhux rilevanti

ANNESS II

LAMPUKA FIL-BAĦAR MEDITERRAN

[spazju riżervat għall-miżuri l-ġodda]

ANNESS III

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET DEMERSALI FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi ta’ qbid u t-tul globali tat-tipi kollha ta’ bastimenti tat-tkarkir 31 u l-bastimenti bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-punent tal-Baħar Mediterran.

L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

1.    Sforz tas-sajd massimu permissibbli f’jiem tas-sajd

(a)

Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali

It-trilja tal-ħama fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; il-gamblu abjad fil-GSAs 1, 5 u 6; l-iskampu fil-GSAs 5 u 6

< 12 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR1

EFF1/MED1_TR1_AA

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR2

EFF1/MED1_TR2_AA

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR3

EFF1/MED1_TR3_AA

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR4

EFF1/MED1_TR4_AA

Grupp ta’ stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali

Il-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7

< 12 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR1

EFF2/MED1_TR1_AA

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR2

EFF2/MED1_TR2_AA

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR3

EFF2/MED1_TR3_AA

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR4

EFF2/MED1_TR4_AA

(b)

Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardenja (GSAs 8, 9, 10 u 11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali

It-trilja tal-ħama fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; il-gamblu abjad fil-GSAs 9, 10 u 11; l-iskampu fil-GSAs 9 u 10

< 12-il m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR1

EFF1/MED2_TR1_AA

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR2

EFF1/MED2_TR2_AA

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR3

EFF1/MED2_TR3_AA

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR4

EFF1/MED2_TR4_AA

Grupp ta’ stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali

Gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11

< 12 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR1

EFF2/MED2_TR1_AA

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR2

EFF2/MED2_TR2_AA

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR3

EFF2/MED2_TR3_AA

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR4

EFF2/MED2_TR4_AA

(c)

Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Il-merluzz fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7

< 12 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_LL1

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_LL2

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_LL3

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_LL4

(d)

(d) Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardenja (GSAs 8, 9, 10 u 11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11

< 12 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_LL1

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_LL2

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_LL3

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_LL4

2.    Limiti massimi ta’ qbid għall-gambli tal-baħar fond

(a)

Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7) mogħtija bħala livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 1, 2, 5, 6 u 7

(ARA/GF1-7)

Spanja

pm

 

 

Franza

pm

 

 

L-Italja

pm

 

 

L-Unjoni

pm

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

Livell massimu ta’ qabdiet

(b)

Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8, 9, 10 u 11) mogħtija bħala livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 8, 9, 10 u 11

(ARA/GF8-11)

Spanja

pm

 

 

Franza

pm

 

 

L-Italja

pm

 

 

L-Unjoni

pm

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

Livell massimu ta’ qabdiet

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona:

GSAs 8, 9, 10 u 11

(ARS/GF8-11)

Spanja

pm

 

 

Franza

pm

 

 

L-Italja

pm

 

 

L-Unjoni

pm

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

Livell massimu ta’ qabdiet

ANNESS IV

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn xieraq, inkluż l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-pelaġiċi żgħar.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Sardina pilchardus

PIL

Sardina

Solea solea

SOL

Lingwata komuni

1.   Stokkijiet pelaġiċi żgħar – GSAs 17 u 18

Livell massimu ta’ qabdiet mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Speċijiet pelaġiċi żgħar (inċova u sardin)

Engraulis encrasicolus u Sardina pilchardus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tal-GSAs 17 u 18 tal-GFCM

(SP1/GF1718)

L-Italja

pm

(*)

Livell massimu ta’ qabdiet

L-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Il-Kroazja

pm

TAC

Mhux rilevanti

(*) Għas-Slovenja, il-kwantitajiet huma bbażati fuq il-livell tal-qabdiet li saru fl-2014 u jenħtieġ li ma jaqbżux it-300 tunnellata.

Il-kapaċità massima tal-flotta ta’ bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jistadu b’mod attiv għal pelaġiċi żgħar

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Il-Kroazja

PS

249

77 145,52

18 537,72

L-Italja

PTM, OTM u PS

685

134 556,7

25 852

Is-Slovenja (*)

PS

4

433,7

38,5

(*) Id-dispożizzjoni skont il-paragrafu 28 ta’ GFCM/44/2021/20 ma għandhiex tapplika għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn 10 bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar, kif irreġistrat kemm fir-reġistru nazzjonali u f’dak tal-GFCM fl-2014. F’dak il-każ, il-kapaċità tal-flotta attiva tista’ tiżdied b’mhux aktar minn 50 % tal-għadd ta’ bastimenti u f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT), tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u kW.

2.   Stokkijiet demersali – GSAs 17 u 18

L-isforz massimu permissibbli tas-sajd (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir u s-segment tal-flotta li jistadu għal stokkijiet demersali fil-GSAs 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).

 

 

 

 

 

Jiem tas-sajd 2024

Tip ta’ rkaptu

Żona ġeografika

Stokkijiet ikkonċernati

Tul globali tal-bastimenti

Kodiċi tal-grupp tal-isforz

L-ITALJA

IL-KROAZJA

IS-SLOVENJA (*)

Xbieki tat-tkarkir (OTB)

Is-subżoni 17 u 18 tal-GFCM

Trilja tal-ħama; merluzz; gamblu abjad; u skampu

< 12 m

EFF/MED3_OTB_TR1

pm

pm

 

≥ 12 m u < 24 m

EFF/MED3_OTB_TR2

pm

pm

 

≥ 24 m

EFF/MED3_OTB_TR3

pm

pm

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu (TBB)

Is-subżona 17 tal-GFCM

Lingwata komuni

< 12 m

EFF/MED3_TBB_TR1

pm

pm

 

≥ 12 m u < 24 m

EFF/MED3_TBB_TR2

pm

pm

 

≥ 24 m

EFF/MED3_TBB_TR3

pm

pm

 

(*) Is-Slovenja ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum tas-sajd fis-sena f’konformità mal-paragrafu 13 ta’ GFCM/43/2019/5.

Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastimenti bi xbieki tat-tkarkir bit-travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet demersali

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Il-Kroazja

OTB

495

79 867,99

13 267,99

L-Italja

OTB u TBB

1 363

260 618,37

47 148

Is-Slovenja (*)

OTB

11

1 813,00

168,67

(*) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 ta’ GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bix-xibka tat-tkarkir (OTB) u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 9(c). Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bix-xbieki tat-tkarkir (OTB) ma għandhiex tiżdied b’aktar minn 50 % fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza.

ANNESS V

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-FLIEGU TA’ SQALLIJA

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn xieraq, inkluż l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-ispeċijiet f’qiegħ il-baħar u għall-gamblu abjad.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu aħmar

1. Stokkijiet demersali

(a) Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Ċipru

OTB

1

265

105

Spanja

OTB

1

100

118

L-Italja

OTB

594

144 175

36 856

Malta

OTB

15

5 562

2 007

(b) Il-livell massimu tal-isforz tas-sajd, mogħti f’għadd ta’ jiem tas-sajd, għall-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jistadu għall-merluzz (Merluccius merluccius) fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16)

Stat Membru

Irkaptu

Tul tal-bastiment

Kodiċi tal-grupp tal-isforz

Jiem tas-sajd 2024

CYP

OTB

T-12

EFF4/MED4_OTB4

51

ITA

OTB

T-07

EFF4/MED4_OTB1

90

ITA

OTB

T-10

EFF4/MED4_OTB2

188

ITA

OTB

T-11

EFF4/MED4_OTB3

19 366

ITA

OTB

T-12

EFF4/MED4_OTB4

3 657

MLT

OTB

T-11

EFF4/MED4_OTB3

338

MLT

OTB

T-12

EFF4/MED4_OTB4

165

(c) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu abjad

Parapenaeus longirostris

Żona: GSAs 12, 13, 14, 15 u 16

(DPS/GF12-16)

Ċipru

1

Limitu analitiku ta’ qbid

L-Italja

2083

Malta

6

L-Unjoni

2090

TAC

Mhux rilevanti

2. Gamblu abjad

(a) Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet ta’ gamblu abjad fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12, 13 14, 15 u 16)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Ċipru

OTB

1

265

105

Spanja

OTB

2

440,56

218.78

L-Italja

OTB

320

93 756

26 076

Malta

OTB

15

5 562

2 007

(b) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona: GSAs 12, 13, 14, 15 u 16

(ARS/GF12-16)

Spanja

1

Limitu analitiku ta’ qbid

L-Italja

844

Ċipru

0

Malta

36

L-Unjoni

881

TAC

Mhux rilevanti

(c) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona: GSAs 12, 13, 14, 15 u 16

(ARA/GF12-16)

Spanja

1

Limitu prekawzjonarju ta’ qbid

L-Italja

98

Ċipru

0

Malta

2

L-Unjoni

101

TAC

Mhux rilevanti



ANNESS VI

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU U FIL-BAĦAR LEVANTIN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin. Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu aħmar

1. Il-Baħar Jonju

(a) Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet ta’ gamblu abjad fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Il-Greċja

OTB

240

69 281

23 101

L-Italja

OTB

410

95 996

22 252

Malta

OTB

15

5 562

2 007

(b) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona: GSAs 19, 20 u 21 (ARS/GF19-21)

Il-Greċja

33

Limitu analitiku ta’ qbid

L-Italja

303

Malta

45

L-Unjoni

381

TAC

Mhux rilevanti

(c) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona: GSAs 19, 20 u 21 (ARA/GF19-21)

Il-Greċja

14,5

Limitu analitiku ta’ qbid

L-Italja

242.5

Malta

0

L-Unjoni

257

TAC

Mhux rilevanti

2. Il-Baħar Levantin

(a) Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet ta’ gamblu abjad fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Ċipru

OTB

6

2 048

618

L-Italja

OTB

80

37 192

13 199

(b) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona: GSAs 24, 25, 26 u 27 (ARS/GF24-27)

L-Italja

46,4

Limitu prekawzjonarju ta’ qbid

Ċipru

11,3

L-Unjoni

57,7

TAC

Mhux rilevanti

(c) Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27) mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona: GSAs 24, 25, 26 u 27 (ARA/GF24-27)

L-Italja

9

Limitu prekawzjonarju ta’ qbid

Ċipru

6

L-Unjoni

15

TAC

Mhux rilevanti



ANNESS VII

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN

(a) Il-livell massimu ta’ qabdiet li jsiru bil-konzijiet u bix-xlief, mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Paġella ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona: L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Alboran – GSAs 1, 2 u 3 (SBR/GF1-3)

Spanja

29,76

Livell massimu ta’ qabdiet

L-Unjoni

29,76

TAC

Mhux rilevanti

(b) Għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati għas-sajd fil-Baħar Alboran (GSAs 1, 2 u 3)

Stat Membru

Paġella ħamra fil-GSAs 1, 2 u 3

Spanja

82

ANNESS VIII

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla

Scophthalmus maximus

TUR

Barbun imperjali

Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29

(SPR/F3742C)

Il-Bulgarija

8 032,50

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Ir-Rumanija

3 442,50

 

L-Unjoni

11 475

 

TAC

Mhux rilevanti

Speċi:

Barbun imperjali

Scophthalmus maximus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

pm

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Ir-Rumanija

pm

 

L-Unjoni

pm

(*1)

TAC

pm

 

(1)  Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2024 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ.

(1)    Jirrappreżenta l-għadd ta’ bastimenti jew bugħaddasa, jew it-tnejn li huma, jew l-abbinament ta’ bugħaddas wieħed ma’ bastiment wieħed, awtorizzati għall-ħsad tal-qroll aħmar.
(2)    F’konformità mal-projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli.
(3) 1    TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP u TSP.
Top