EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0532

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)

COM/2023/532 final

Brussell, 12.9.2023

COM(2023) 532 final

2023/0321(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)

{SWD(2023) 308 final} - {SWD(2023) 309 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta BEFIT tħabbret fil-Komunikazzjoni dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21 f’Mejju 2021 1 . Il-proposta hija inkluża wkoll fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2023 2 u hija rilevanti wkoll minn perspettiva tar-riżorsi proprji, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-2021 dwar il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riżorsi proprji għall-baġit tal-Unjoni 3 .

L-idea li jiġi żviluppat qafas komuni għat-taxxa korporattiva b’appoġġ għas-suq intern minn dejjem kienet parti mill-istorja tal-Unjoni u dehret għall-ewwel darba fid-dokumenti ta’ politika tal-Komunità Ekonomika Ewropea lura fis-snin sittin. Madankollu, hekk kif qegħdin niċċelebraw it-30 sena tas-suq intern, għad ma hemm l-ebda regola komuni kif jiġi kkalkolat l-introjtu taxxabbli tan-negozji li joperaw fl-Unjoni. Għalhekk, in-negozji jridu jikkonformaw ma’ (massimu ta’) 27 sistema tat-taxxa nazzjonali differenti, u dan jagħmilha diffiċli u għalja għall-kumpaniji sabiex jagħmlu negozju madwar l-Unjoni. Il-kumplessità u d-diskrepanzi fl-interazzjoni tas-sistemi tat-taxxa differenti joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u jżidu l-inċertezza tat-taxxa u l-kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa għan-negozji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed. Dan għandu effett avvers fuq il-funzjonament tas-suq intern billi jiskoraġġixxi l-investimenti transfruntiera u jpoġġi lin-negozji tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabblin ma’ negozji li joperaw fi swieq ta’ daqs komparabbli xi mkien ieħor fid-dinja.

Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ distakkament fil-prezzar ta’ trasferiment li jintuża għall-valwazzjoni tat-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi assoċjati mhux biss jirriżulta f’kostijiet ogħla u f’tilwimiet fit-tul iżda jiddependi wkoll fuq id-disponibbiltà ta’ tranżazzjonijiet komparabbli, li jagħmluh anqas akkurat speċjalment għal tranżazzjonijiet relatati ma’ assi intanġibbli (privattivi, trademarks, avvjament, eċċ.), billi dawn huma uniċi fin-natura tagħhom. Dan jagħmel il-bażi għat-taxxa tal-Istati Membri anqas stabbli, u n-negozji jirriskjaw valwazzjoni arbitrarja ta’ parti importanti mill-attivitajiet tagħhom.

Sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati, l-għarfien siewi miksub minn ħafna snin ta’ negozjati u mill-analiżijiet relatati tal-fajls tat-tassazzjoni issa jista’ jintuża fit-tfassil tal-BEFIT. B’mod partikolari, il-proposti tal-2011 4 u tal-2016 5 għal bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva taw bidu għal skambju dettaljat ta’ fehmiet u l-Istati Membri kkonverġew b’mod konsiderevoli fl-approċċi tekniċi tagħhom matul dawk in-negozjati. Din il-proposta tissostitwixxi l-proposti tal-Kummissjoni dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, li jiġu rtirati. Il-BEFIT se tirrifletti l-għarfien miksub u l-bidliet fl-ekonomija moderna kkaratterizzati minn żieda fil-globalizzazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni.

Il-kuntest għall-politika tat-tassazzjoni tal-Unjoni nbidel b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin. Il-kunċetti ewlenin ta’ inizjattivi tat-taxxa korporattiva u ta’ diskussjonijiet ta’ segwitu ġew adottati f’kuntesti oħrajn u usa’ minn qabel. Fl-2020, il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni qablu li bażi komuni għat-taxxa korporattiva tista’ tkun il-bażi għal riżorsa proprja ġdida li l-Kummissjoni se tipproponi 6 . Fl-2021, bħala parti mid-dikjarazzjoni tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri 7 , aktar minn 135 pajjiż qablu li jikkalkulaw ir-rata tat-taxxa effettiva ta’ grupp multinazzjonali kbir billi jibdew mir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp (it-Tieni Pilastru) u li jużaw il-formula tat-tqassim sabiex jallokaw mill-ġdid parzjalment il-profitti taxxabbli (l-Ewwel Pilastru). Il-ftehim dwar it-Tieni Pilastru ġie approvat mill-Istati Membri li adottaw b’mod unanimu d-Direttiva dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u għal gruppi domestiċi fl-Unjoni (id-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru) f’Diċembru 2021 8 . Għalhekk, il-politiki tal-Unjoni jistgħu jibnu mhux biss fuq l-esperjenzi proprji, iżda wkoll fuq dawn l-iżviluppi fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva li jseħħu fil-livell internazzjonali.

Il-progress teknoloġiku u l-kapaċità amministrattiva mtejba tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri għamlu wkoll il-prospett għall-implimentazzjoni u għall-ġestjoni ta’ qafas tat-taxxa madwar l-Unjoni bħala proposta aktar effiċjenti u fattibbli. Barra minn hekk, wara l-kriżi tal-COVID-19 u fil-kuntest tal-inċertezza ekonomika kkawżata mill-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, regoli affidabbli u dħul pubbliku stabbli huma aktar importanti minn qatt qabel. Madankollu, il-bażijiet għat-taxxa tal-Istati Membri jinbidlu bħala riżultat tal-megatendenzi, bħall-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, popolazzjoni li qed tixjieħ, u suq tax-xogħol li qed jinbidel. B’mod partikolari, il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni wittew it-triq għat-trasferiment tal-profitt permezz ta’ prattiki ta’ ppjanar tat-taxxa li qabel kienu indirizzati mill-Unjoni u mill-Istati Membri billi adottaw miżuri kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Dawn il-miżuri kienu ta’ suċċess fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet speċifiċi, iżda żiedu wkoll il-kumplessità tas-sistemi tat-taxxa li n-negozji jridu jinnavigaw. Għalhekk, sar aktar urġenti li l-politika tat-tassazzjoni tal-Unjoni tiżgura li l-bażijiet għat-taxxa tal-Istati Membri jkunu robusti, sostenibbli, u protetti kontra l-abbuż filwaqt li tnaqqas il-kumplessità fis-suq intern.

Din il-proposta tfittex triq ’il quddiem li tgħaqqad l-aspetti kollha billi tintroduċi qafas komuni għat-tassazzjoni tal-introjtu korporattiv fl-Unjoni. Il-qafas komuni jissimplifika l-ambjent tat-taxxa fis-suq intern billi jissostitwixxi s-27 mod differenti kurrenti għad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli għal gruppi ta’ kumpaniji li għandhom dħul annwali kombinat li jaqbeż is-EUR 750 miljun. Konsegwentement, il-qafas komuni joħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, itejjeb iċ-ċertezza legali, inaqqas il-kostijiet tal-konformità, iħeġġeġ lin-negozji joperaw b’mod transfruntier u jistimula l-investimenti u t-tkabbir fl-Unjoni.

Flimkien ma’ din il-proposta, il-Kummissjoni adottat proposta separata dwar il-prezzar ta’ trasferiment li hija koperta mill-istess rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din id-Direttiva hija konformi ma’ u tikkomplementa numru ta’ proposti reċenti magħmulin mill-Kummissjoni, li tħabbru wkoll fil-Komunikazzjoni dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-seklu 21. B’mod partikolari, il-proposta “DEBRA” li għandha l-għan li tippromwovi t-tkabbir u l-innovazzjoni billi tindirizza l-predispożizzjoni favur id-dejn fit-tassazzjoni korporattiva permezz ta’ sistema ta’ kwoti 9 , u l-proposta “UNSHELL” li għandha l-għan li tindirizza l-użu ħażin ta’ kumpaniji fantażma għal finijiet tat-taxxa, permezz ta’ miżuri ġodda għall-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa 10 .

Din l-inizjattiva hija wkoll konsistenti bis-sħiħ mal-politiki eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Id-Direttiva dwar Kumpaniji Prinċipali u Sussidjarji, 11 id-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties 12 u d-Direttiva dwar il-fużjonijiet 13 kellhom l-objettiv li jindirizzaw it-taxxa doppja tal-kumpaniji. Il-BEFIT tkompli tibni fuq din il-politika u għandha l-għan li tipprovdi soluzzjoni aktar komprensiva. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC) 14 tiżgura l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ tipi differenti ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. B’mod partikolari, mill-2017, ir-reviżjoni tad-DAC4 15 tirrikjedi li l-entitajiet omm apikali tal-gruppi MNE jippreżentaw rapporti pajjiż b’pajjiż li jkun fihom informazzjoni dwar id-dħul, il-profitti, it-taxxi, l- impjegati u l-assi tanġibbli, u l-entitajiet kostitwenti tagħhom. Din l-informazzjoni hija kondiviża bejn l-Istati Membri. Is-sistema ta’ amministrazzjoni tal-BEFIT tibbenefika minn din il-kooperazzjoni eżistenti u tagħmilha aktar effiċjenti.

Din il-proposta hija kompatibbli wkoll mad-Direttiva kontra l-Evitar tat-Taxxa (ATAD) 16 li ġiet adottata fl-2016 sabiex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa. Il-BEFIT ma tmurx kontra dawn ir-regoli. In-negozji li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-BEFIT jistgħu jibbenefikaw saħansitra minn aktar ċertezza tat-taxxa f’dan ir-rigward. Is-sitwazzjoni tat-taxxa tagħhom tkun aktar trasparenti u aktar ċara, meta mqabbla mal-ħtieġa li l-operazzjonijiet tagħhom jiġu strutturati f’konformità ma’ oqfsa legali nazzjonali multipli filwaqt li jiġi żgurat ukoll li dawn jirrispettaw l-iskop ewlieni ta’ kull qafas u jevitaw id-diskrepanzi. L-unika dispożizzjoni li fiha l-proposta tal-BEFIT jeħtieġ li tiżgura l-konsistenza hija r-regola dwar il-limitazzjoni tal-imgħax (l-Artikolu 4 tal-ATAD). Għal dan l-għan, il-proposta tinkludi dispożizzjoni speċifika sabiex takkomoda din il-miżura fid-dimensjoni ta’ grupp transfruntier u mhux bħala regola li tapplika kumpanija b’kumpanija (l-Artikolu 13).

Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-implimentazzjoni tas-Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20. Bħala estensjoni għall-Proġett tal-OECD/G20 dwar Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS) fl-2015, u b’mod partikolari għar-Rapport ta’ Azzjoni 1 tal-BEPS dwar l-indirizzar tal-isfidi tat-taxxa tal-ekonomija diġitali, ġie stabbilit Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni. L-approċċ iffoka fuq żewġ flussi ta’ xogħol differenti, iżda relatati u fl-2021, il-ġuriżdizzjonijiet madwar id-dinja laħqu ftehim storiku dwar soluzzjoni b’żewġ pilastri. L-Ewwel Pilastru jinkludi riallokazzjoni parzjali tad-drittijiet tat-taxxa għall-ġuriżdizzjonijiet tas-suq (Ammont A) u simplifikazzjoni tal-prinċipju ta’ distakkament għal ċerti attivitajiet (Ammont B). It-Tieni Pilastru jikkonsisti fir-regoli Globali Kontra l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa (GloBE), li huma żewġ regoli domestiċi li jorbtu flimkien li jiżguraw tassazzjoni effettiva minima ta’ 15 %, u r-Regola Soġġett għat-Taxxa (STTR), li hija regola bbażata fuq it-trattat li tippermetti rata minima ta’ 9 % fuq ċerti pagamenti. Fil-15 ta’ Diċembru 2022, l-Unjoni adottat id-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru, bil-ħsieb li timplimenta r-regoli tal-GloBE b’mod uniformi fl-Unjoni. Il-ħidma ulterjuri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 sabiex jiġu indirizzati l-elementi li jifdal tas-Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri ġiet miftiehma minn 138 pajjiż u ġuriżdizzjoni fil-11 ta’ Lulju 2023 17 . Il-proposta tibni fuq il-kisbiet taż-żewġ Pilastri, sabiex tipprovdi lin-negozji fl-Unjoni b’sempliċità u b’ċertezza b’mod komprensiv.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ħabbret fid-diskors tagħha tal-2022 dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea li l-Kummissjoni se tipproponi “Pakkett ta’ Għajnuna” għall-SMEs. Il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs għandu jipprovdi appoġġ tant meħtieġ għall-iżgurar tal-fluss tal-flus, għas-simplifikazzjoni, u għall-investiment u għat-tkabbir. Dan għandu jagħmilha aktar faċli għall-SMEs sabiex jagħmlu negozju fis-suq intern. F’dan ir-rigward, proposta relatata għal Direttiva għall-SMEs bi preżenza taxxabbli limitata barra mill-pajjiż (biss permezz ta’ stabbilimenti permanenti fi Stat(i) Membru/i ieħor/oħrajn) hija mistennija tikkomplementa l-firxa tal-inizjattivi tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni fit-tassazzjoni korporattiva. Dan jiżgura li l-gruppi tal-SMEs jitħeġġu wkoll sabiex jespandu lil hinn mill-fruntieri u li l-kostijiet għoljin tal-konformità mar-regoli tat-taxxa ma jfixklux lill-SMEs milli jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet fis-suq intern.

Il-BEFIT u l-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs huma komplementari. Iż-żewġ inizjattivi għandhom l-għan li jtejbu s-simplifikazzjoni għan-negozji. Fil-qasam tat-tassazzjoni, il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs għandu l-għan li joffri simplifikazzjoni għall-SMEs bi preżenza limitata barra mill-pajjiż filwaqt li l-BEFIT tiffoka fuq gruppi korporattivi kbar li diġà għandhom attività transfruntiera estensiva. Madankollu, il-BEFIT toffri regoli mhux obbligatorji għall-SMEs li huma parti minn grupp li jippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Il-kamp ta’ applikazzjoni mhux obbligatorju jippermettilhom jagħżlu l-għażla l-aktar sempliċi u kosteffiċjenti fuq il-bażi tal-ħtiġijiet individwali tagħhom.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-regoli tal-proposta għandhom l-għan li japprossimaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiki amministrattivi tal-Istati Membri billi jaffettwaw direttament l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk, għandha tiġi adottata skont proċedura leġiżlattiva speċjali f’konformità ma’ dan l-Artikolu u fil-forma ta’ Direttiva. Il-kompetenza tal-Unjoni f’dan il-qasam hija kondiviża mal-Istati Membri.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

In-negozji fl-Unjoni qegħdin joperaw dejjem aktar b’mod transfruntier fis-suq intern, iżda l-qafas tat-taxxa kurrenti fl-Unjoni jikkonsisti f’27 sistema differenti tat-taxxa korporattiva. Din il-varjetà ta’ regoli tirriżulta fi frammentazzjoni u tippreżenta impediment serju għall-attività tan-negozji fis-suq intern. Fil-fatt, in-negozji transfruntieri jiffaċċjaw kostijiet għoljin tal-konformità mar-regoli tat-taxxa fis-suq intern, billi jridu jikkonformaw ma’ diversi oqfsa legali. Barra minn hekk, id-disparitajiet bejn l-Istati Membri joħolqu diskrepanzi li jistgħu jwasslu għal nontassazzjoni doppja u benefiċċji mhux intenzjonati tat-taxxa.

Dawn il-problemi huma komuni għall-Istati Membri kollha u ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod effettiv permezz ta’ azzjonijiet nazzjonali. Billi qabel kollox huma r-riżultat tat-tħaddim ta’ sistemi tat-taxxa differenti, azzjoni nazzjonali mhux koordinata tkun tipproduċi effetti insuffiċjenti. B’mod simili, filwaqt li kooperazzjoni aħjar tista’ tkun ta’ benefiċċju wkoll, dan l-approċċ kien prinċipalment bilaterali u huwa limitat, speċjalment għal gruppi li joperaw f’aktar minn żewġ Stati Membri.

F’dan il-kuntest, hija biss inizjattiva mifruxa mal-Unjoni kollha li tipprevedi sett komuni ta’ regoli li tista’ tkun effettiva. Il-kumplessità u l-konsegwenzi tagħha jitnaqqsu b’mod sinifikanti jekk ikun hemm fis-seħħ sett wieħed ta’ regoli tat-taxxa korporattiva madwar l-Unjoni għal gruppi ta’ kumpaniji. Id-diskrepanzi jistgħu jiġu eliminati biss, minflok ikkoreġuti, meta l-problema tiġi indirizzata b’regoli komuni.

Jekk l-azzjoni tittieħed fil-livell tal-Unjoni, ikollha valur miżjud ċar. Pereżempju, l-aggregazzjoni tal-bażijiet għat-taxxa tal-membri ta’ grupp f’aggregazzjoni waħda, flimkien ma’ metodu sempliċi għall-allokazzjoni tal-profitti fi ħdan il-grupp, ikunu jipprovdu metodu għad-determinazzjoni tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa ta’ gruppi ta’ kumpaniji b’mod aktar oġġettiv u anqas għali. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jużaw dan il-metodu b’mod effettiv individwalment, minħabba li jibqa’ r-riskju ta’ tassazzjoni doppja u ta’ tilwim jekk il-metodu għall-allokazzjoni tal-profitt ma jkunx uniformi għall-grupp kollu u l-bażi għat-taxxa allokabbli tal-grupp ma tiġix ikkalkolata f’konformità ma’ sett wieħed ta’ regoli.

Regoli sostantivi komuni jistgħu jiġu amministrati wkoll minn qafas komuni, li jkollu vantaġġi definittivi għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-Unjoni. Minflok il-preżentazzjoni f’kull Stat Membru, punt uniku ta’ servizz jista’ jippermetti lil gruppi ta’ kumpaniji jikkonformaw mar-rekwiżiti permezz ta’ entità waħda. Għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, li bħalissa jivvalutaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa tal-istess negozji transfruntieri separatament iżda kull waħda bir-riżorsi proprji tagħha biss, ikun possibbli li dawk ir-riżorsi jintużaw b’mod kollettiv b’mod aktar effettiv u mmirat. Barra minn hekk, il-kwistjonijiet transfruntieri jistgħu jeħtieġu ftehim bejn Stati Membri differenti u spiss jirriżultaw f’tilwim jew fi proċeduri twal. B’hekk, qafas amministrattiv komuni jkun jippermetti wkoll lin-negozji fl-Unjoni jiksbu grad ta’ ċertezza bikrija dwar ċerti oġġetti.

Għalhekk, din l-inizjattiva hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TFUE, meta jitqies li l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u approċċ komuni għall-Istati Membri kollha jkollu l-ogħla probabbiltà li jilħaq l-objettivi maħsubin.

Proporzjonalità

Il-miżuri previsti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħhom u, għalhekk, huma konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità. Il-proposta ma tippreskrivix armonizzazzjoni sħiħa tas-sistemi tat-taxxa korporattiva iżda tistabbilixxi biss regoli komuni sabiex jiġi ddeterminat l-introjtu taxxabbli ta’ gruppi (kbar) ta’ kumpaniji fl-Unjoni. Dan huwa meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva u r-regoli huma limitati bir-reqqa għal dak li jkun strettament neċessarju.

Il-politiki dwar ir-rati tat-taxxa u l-infurzar jibqgħu kompletament f’idejn l-Istati Membri. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri proposti jikkonċerna biss il-bażi għat-taxxa. B’mod aktar speċifiku, il-proposta tintroduċi biss regoli meta dan ikun neċessarju sabiex in-negozji fl-Unjoni jkunu jistgħu jikkalkolaw il-bażi għat-taxxa tagħhom madwar l-Unjoni abbażi ta’ sett uniku ta’ regoli. Dan ifisser li l-bażi għat-taxxa l-ġdida tal-BEFIT tkun ibbażata primarjament fuq ir-regoli tal-kontabilità finanzjarja eżistenti, li diġà huma aċċettati skont id-dritt tal-Unjoni, jiġifieri jew il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati (GAAP) nazzjonali tal-Istati Membri, jew l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS). Il-proposta ma tarmonizzax b’mod ġenerali r-regoli tal-bażi għat-taxxa, iżda biss meta dan ikun neċessarju u tippermetti aġġustamenti addizzjonali wara l-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, b’kunsiderazzjoni għall-ħtiġijiet tal-politika nazzjonali.

Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ, ir-regoli jkunu wkoll mhux obbligatorji għall-biċċa l-kbira tan-negozji, li jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli eżistenti tal-Istati Membri. Il-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju huwa limitat għas-subsett tal-Unjoni tal-gruppi l-kbar li huma wkoll fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru, sakemm grupp kbir ma jkollux il-kwartieri ġenerali barra l-Unjoni iżda jkollu attività limitata fis-suq intern (livell limitu ta’ materjalità). Dan l-approċċ immirat jittieħed sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza fl-Unjoni u minħabba li r-regoli komuni skont din id-Direttiva jkunu ta’ benefiċċju, b’mod partikolari, għal dawn in-negozji. Għalhekk, huma l-aktar probabbli li jkollhom preżenza transfruntiera b’saħħitha u r-regoli l-ġodda huma allinjati mill-qrib kemm jista’ jkun mal-approċċ b’Żewġ Pilastri.

L-applikazzjoni tar-regoli tal-BEFIT b’mod uniformi għal dawn il-gruppi tkun tiżgura koerenza mad-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru. Tippermetti li jiġu ingranati l-interazzjonijiet u li l-kostijiet tal-implimentazzjoni jinżammu għall-anqas possibbli. Kemm il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT kif ukoll ir-rata minima effettiva tat-taxxa tat-Tieni Pilastru jiġu ttrattati fl-istess livell, jiġifieri fil-livell tal-grupp tal-Unjoni. Il-proċessi jistgħu jiġu allinjati wkoll; pereżempju, it-tnejn jiddependu fuq ir-rapporti kontabilistiċi finanzjarji bħala punt tat-tluq u l-kumpaniji jeħtiġilhom japplikaw l-aġġustamenti tat-taxxa madwar l-Unjoni għat-tnejn li huma. Għalhekk, dan huwa pass proporzjonat ’il quddiem sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli tat-taxxa tagħna u tissaħħaħ iċ-ċertezza tat-taxxa fl-Unjoni.

L-introduzzjoni ta’ qafas tat-taxxa ġdid għan-negozji fl-Unjoni tkun timplika xi spejjeż inizjali ta’ adattament u piżijiet amministrattivi. Madankollu, dawn il-kostijiet huma stmati li jingħelbu mill-iffrankar tal-kostijiet tal-konformità kif ukoll mill-proċeduri amministrattivi simplifikati u, fit-tul, mill-allokazzjoni mtejba tar-riżorsi min-negozji u mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

Konsegwentement, din l-inizjattiva hija wkoll konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TFUE, billi l-kontenut u l-forma tagħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju u proporzjonat mal-objettivi maħsubin.

Għażla tal-istrument

Il-proposta hija għal Direttiva, li hija l-uniku strument legali permissibbli skont il-bażi legali (l-Artikolu 115 tat-TFUE).

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-istrateġija ta’ konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati għal din l-inizjattiva kienet tikkonsisti kemm f’konsultazzjonijiet pubbliċi kif ukoll f’konsultazzjonijiet immirati. Għall-konsultazzjoni pubblika, fit-13 ta’ Ottubru 2022 ġew ippubblikati sejħa għall-evidenza 18 u stħarriġ online, segwiti minn perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ 12-il ġimgħa li sar sas-26 ta’ Jannar 2023. Din kellha l-għan li fiha jinġabru l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar il-prinċipji ewlenin li jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ bażi komuni tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni. B’mod ġenerali, il-konsultazzjoni rċiviet 123 kontribut, li jikkonsistu f’46 kontribut ta’ feedback u f’77 tweġiba għall-istħarriġ ta’ konsultazzjoni pubblika, li minnhom 29 kienu jinkludu sottomissjonijiet bil-miktub li jew kienu mehmużin ma’ feedback jew intbagħtu permezz tal-posta elettronika. Erbgħa u ħamsin mill-123 kontribut ġew sottomessi minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li jirrappreżentaw interessi kummerċjali ġenerali, konsulenti tat-taxxa, avukati, jew setturi tan-negozju speċifiċi, bħall-assigurazzjoni. Ir-rispondenti kienu jinkludu wkoll ċittadini u negozji kemm akbar kif ukoll iżgħar, kif ukoll istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka, organizzazzjonijiet nongovernattivi, u trade unions. Ma daħal l-ebda kontribut mingħand l-awtoritajiet nazzjonali.

Fil-valutazzjoni tal-impatt ġew ikkunsidrati l-kontributi riċevuti kollha. Rapport fil-qosor jista’ jinstab fl-anness tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt, u l-Kummissjoni ppubblikat l-input tal-partijiet ikkonċernati u rapport fil-qosor fattwali fuq il-paġna ta’ konsultazzjoni. Dan tal-aħħar jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-profili tar-rispondenti u l-kontribut riċevut.

Saru wkoll konsultazzjonijiet immirati u laqgħat bilaterali mal-partijiet ikkonċernati rilevanti (kontribwenti korporattivi li x’aktarx jaqgħu taħt il-BEFIT, akkademiċi, Stati Membri). Fl-anness tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt tista’ tinstab ġabra tar-rapporti tal-intervisti minn konsultazzjonijiet immirati. L-Istati Membri ġew infurmati wkoll permezz ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kummissjoni IV (tassazzjoni diretta) u tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli (HLWP) tal-Kunsill.

Minn dawn l-iskambji u l-kontribut kollha riċevut minn diversi partijiet ikkonċernati, jista’ jiġi konkluż li, filwaqt li l-fehmiet ivarjaw, hemm kunsens mifrux dwar il-problemi li jirriżultaw mid-differenzi bejn is-sistemi tat-taxxa nazzjonali u dwar il-ħtieġa għal azzjoni fl-Unjoni sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni frammentata u ineffiċjenti.

Il-fehmiet dwar il-karatteristiċi ewlenin għal sistema ġdida kienu aktar maqsumin. Madankollu, il-proposta tinkludi l-għażliet li kienu l-aktar ippreferuti mir-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika, bħal kamp ta’ applikazzjoni ibridu, il-kalkolu tal-bażi għat-taxxa billi jsiru kemm jista’ jkun ftit aġġustamenti fil-kontijiet finanzjarji, l-għoti ta’ possibbiltà ta’
ħelsien minn taxxa għal telf f’livell transfruntier, u simplifikazzjoni għall-obbligi ta’ preżentazzjoni. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ma’ intrapriżi assoċjati barra mill-grupp tal-BEFIT, se jkomplu japplikaw ir-regoli dwar il-prezzar ta’ trasferiment, iżda l-proposta tressaq parametri referenzjarji għal qafas simplifikat ta’ valutazzjoni tar-riskju. Dawn tal-aħħar kienu ppreferuti mill-biċċa l-kbira tar-rispondenti.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni qagħdet fuq l-għarfien espert taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tagħha, li uża l-mudell CORTAX sabiex jistudja l-impatti possibbli tal-inizjattiva. Il-mudell CORTAX huwa mudell ta’ ekwilibriju ġenerali intiż sabiex jevalwa l-effetti tar-riformi tat-taxxa korporattiva f’27 Stat Membru, billi juża data dettaljata minn diversi sorsi.

Il-Kummissjoni ma qagħditx fuq l-għarfien espert estern fit-tħejjija ta’ din il-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt sabiex titħejja din l-inizjattiva, kif ukoll il-proposta għal Direttiva dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) tal-Kummissjoni fis-26 ta’ April u saret laqgħa fl-24 ta’ Mejju 2023. L-RSB ta opinjoni pożittiva 19 b’riżervi fis-26 ta’ Mejju 2023, li fiha ssuġġerixxa lok għal aktar titjib. L-oqsma għat-titjib ewlenin kienu: li titfassal rabta aktar ċara mal-proposti preċedenti u mal-iżviluppi internazzjonali tat-taxxa li għaddejjin, deskrizzjoni aktar dettaljata tal-estimi tal-kostijiet tal-konformità, spjegazzjoni aħjar tal-kostijiet u tal-benefiċċji u deskrizzjoni aktar ċara tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ.

Tħejja rapport rivedut ta’ valutazzjoni tal-impatt li indirizza dawn ir-riżervi. Pereżempju, it-tagħlimiet meħuda minn inizjattivi preċedenti tat-taxxa korporattiva ġew ċċarati u żdiedu r-rabtiet mal-Approċċ b’Żewġ Pilastri tal-OECD. L-estimi tal-kostijiet tal-konformità ġew amplifikati wkoll sa fejn possibbli fuq il-bażi tad-data disponibbli.

Instab li kien neċessarju li l-inizjattivi vvalutati fir-rapport li rċevew l-opinjoni pożittiva b’riżerva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jiġu ppreżentati bħala proposti separati. Għal din ir-raġuni, dan ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt jivvaluta biss l-impatt tal-proposti għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-BEFIT u għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-Prezzar ta’ Trasferiment.

Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta jirrappreżenta fedelment l-analiżi dwar il-BEFIT u l-Prezzar ta’ Trasferiment li tinsab fl-abbozz skrutinizzat tal-valutazzjoni tal-impatt u jintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju f’dak ir-rigward.

Ir-rapport jivvaluta l-impatt fuq il-bażi ta’ diversi għażliet ta’ politika. Għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-BEFIT, l-għażliet ikopru l-obbligatorji, il-fakultattivi, u l-ibridi, jiġifieri, obbligatorji għal xi gruppi filwaqt li jibqgħu fakultattivi għal oħrajn. Għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa, l-għażliet ikopru aġġustamenti limitati għar-rapporti finanzjarji u sett komprensiv ta’ regoli tat-taxxa. Għall-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa, l-opzjonijiet ikopru formula mingħajr assi intanġibbli, formula li tinkludi assi intanġibbli u metodu ta’ allokazzjoni ta’ tranżizzjoni. Għal tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati barra mill-grupp tal-BEFIT, l-għażliet ikopru ż-żamma tal-istatus quo u l-introduzzjoni ta’ “sistema tad-dawl tat-traffiku” bħala għodda għall-valutazzjoni tar-riskju. Għall-amministrazzjoni, l-għażliet ikopru punt uniku ta’ servizz avvanzat, punt uniku ta’ servizz limitat u punt uniku ta’ servizz ibridu.

Sabiex jivvaluta dawn l-għażliet, ir-rapport jeżamina tliet “Verżjonijiet” tal-BEFIT, jiġifieri tliet kombinazzjonijiet tad-diversi għażliet. Billi l-valutazzjoni tal-għażliet tal-prezzar ta’ trasferiment se tkun inkluża fi proposta separata, ma hijiex se tinġabar fil-qosor għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Verżjoni 1 – BEFIT “Komprensiva”:

Kamp ta’ applikazzjoni

Komputazzjoni tal-Bażi għat-Taxxa

Allokazzjoni tal-Vażi għat-Taxxa

Valutazzjoni tar-Riskju tal-Prezzar ta’ Trasferiment

Amministrazzjoni

Obbligatorji għall-gruppi kollha

Sett komprensiv ta’ regoli

Formula li tinkludi assi intanġibbli

Sistema tad-dawl tat-traffiku

Punt uniku ta’ servizz avvanzat

Din il-verżjoni tkun tipproponi regoli li huma obbligatorji għall-kontribwenti kollha, u tkun tinvolvi l-ogħla grad ta’ armonizzazzjoni kif ukoll applikazzjoni immedjata. Din it-taħlita ta’ għażliet tiżgura l-usa’ kamp ta’ applikazzjoni possibbli u, b’riżultat ta’ dan, l-aktar simplifikazzjoni estensiva għan-negozji fl-Unjoni u għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, meta jitqies li tkun tissostitwixxi r-regoli nazzjonali kurrenti dwar it-tassazzjoni tal-gruppi fl-Unjoni.

Verżjoni 2 – BEFIT “Issimplifikata”:

Kamp ta’ applikazzjoni

Komputazzjoni tal-Bażi għat-Taxxa

Allokazzjoni tal-Bażi għat-Taxxa

Valutazzjoni tar-Riskju tal-Ipprezzar ta’ Trasferiment

Amministrazzjoni

Fakultattiv għall-gruppi kollha

Aġġustamenti tat-taxxa limitati

Regola dwar l-allokazzjoni tranżizzjonali

Żamma tar-regoli kurrenti

Punt uniku ta’ servizz limitat

Din il-verżjoni tkun tipproponi regoli li fil-biċċa l-kbira huma fakultattivi, bl-anqas grad ta’ armonizzazzjoni u ppjanati biex jiġu applikati gradwalment. Din il-kombinazzjoni ta’ għażliet iġġib magħha xi bidliet fl-istatus quo, iżda dawn ikunu aktar ristretti fil-kamp ta’ applikazzjoni, anqas komprensivi, u b’dispożizzjoni għal applikazzjoni gradwali.

Verżjoni 3 – BEFIT “Komposta”:

Kamp ta’ applikazzjoni

Komputazzjoni tal-Bażi għat-Taxxa

Allokazzjoni tal-Bażi għat-Taxxa

Valutazzjoni tar-Riskju tal-Ipprezzar ta’ Trasferiment

Amministrazzjoni

Ibridu

Aġġustamenti tat-taxxa limitati

Regola dwar l-allokazzjoni tranżizzjonali

Sistema tad-dawl tat-traffiku

Punt uniku ta’ servizz ibridu

Din hija t-tielet “verżjoni tan-nofs” li hija kompilazzjoni ta’ elementi ta’ armonizzazzjoni obbligatorja u ta’ applikazzjoni gradwali. Il-BEFIT “Komposta” tipprevedi approċċ ibridu fir-rigward tal-applikazzjoni u tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Tiżgura regoli komuni u obbligatorji mmirati lejn gruppi kbar li huma l-aktar probabbli li jkollhom strutturi u attivitajiet transfruntieri u, għalhekk, jistgħu jkunu mistennijin jibbenefikaw l-aktar mis-simplifikazzjoni li toffri l-BEFIT.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet regolatorji kemm għall-kontribwenti kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Il-kostijiet ta’ konformità mar-regoli taxxa huma piż għan-negozji u t-tnaqqis tagħhom ikun vantaġġ kbir fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva. It-tnaqqis stmat fil-kostijiet tal-konformità jidher fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ simplifikazzjoni tar-regoli tat-taxxa, ta’ stimular tat-tkabbir u tal-investiment, filwaqt li jiġi żgurat ukoll dħul mit-taxxa ġust u sostenibbli, b’mod proporzjonat, l-għażla ppreferuta tal-inizjattiva hija kamp ta’ applikazzjoni ibridu għan-negozji transfruntieri fl-Unjoni. In-negozji fl-Unjoni, minbarra s-subsett tal-Unjoni tal-akbar gruppi, li wkoll jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru, huma eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju tal-inizjattiva. Għall-akbar gruppi, ir-regoli tal-BEFIT ikunu obbligatorji, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza. Gruppi oħrajn taħt il-livell limitu, inklużi gruppi ta’ SMEs, ikollhom l-għażla li japplikaw ir-regoli tal-BEFIT, skont l-istruttura tan-negozju tagħhom. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni volontarju għandu jiżgura li l-proposta tnaqqas b’mod effettiv il-piżijiet regolatorji. In-negozji x’aktarx li jagħżlu li jipparteċipaw meta jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni li joffru r-regoli. Jekk dan ma jkunx il-każ, jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli eżistenti. B’dan il-mod, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta jiżgura li l-kostijiet tal-konformità għall-SMEs jinżammu baxxi. Fl-aħħar nett, billi l-proposta hija primarjament immirata sabiex tindirizza l-ħtiġijiet tan-negozji transfruntiera li jkollhom preżenza taxxabbli f’aktar minn Stat Membru wieħed, ħafna mikrointrapriżi, effettivament, ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni.

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom jibbenefikaw ukoll mit-tnaqqis mistenni fi kwistjonijiet ta’ prezzar ta’ trasferiment, billi l-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet bir-reqqa tal-konsistenza mal-prinċipju ta’ distakkament titnaqqas għal tranżazzjonijiet intragrupp fil-qafas tar-regoli tal-BEFIT. Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-ħtieġa għall-prezzar ta’ tali tranżazzjonijiet intragrupp b’konsistenza mal-prinċipju ta’ distakkament tista’ saħansitra ssir żejda għal finijiet tat-taxxa. Għandu jonqos ukoll in-numru ta’ tilwimiet billi l-istabbiliment tat-timijiet tal-BEFIT jippermetti li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jaqblu dwar grad ta’ ċertezza bikrija u jsolvu l-problemi li jinqalgħu b’mod aktar effiċjenti permezz ta’ konsultazzjoni u koordinazzjoni.

Drittijiet fundamentali

Ma huwiex mistenni li jkun hemm effett konsiderevoli fuq id-drittijiet fundamentali u l-miżuri proposti huma kompatibbli mad-drittijiet, mal-libertajiet u mal-prinċipji fil-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea. 20 Billi tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, tneħħi ostakli transfruntieri, u tipprovdi aktar ċertezza tat-taxxa, il-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni jew restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-libertajiet relatati mat-twettiq ta’ negozju.

Id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data koperti mill-Karta u mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) 21 huma ssalvagwardjati. Data personali, eż., informazzjoni dwar l-interessi proprjetarji fi grupp tal-BEFIT, tista’ tiġi pproċessata mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa iżda biss għall-fini tal-applikazzjoni tal-Kapitolu IV kif ukoll għall-fini tal-eżami u tal-ilħuq ta’ kunsens dwar il-kontenut tar-ritorn u tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-BEFIT u tal-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa individwali skont il-Kapitolu V. Data personali tista’ tiġi trażmessa biss bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa li jkunu involuti fl-amministrazzjoni ta’ grupp partikolari tal-BEFIT. L-ammont ta’ data personali li tiġi trażmessa jkun limitat għal dak li jkun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-konformità u jiġi identifikat frodi, evażjoni jew evitar tat-taxxa f’konformità mar-rekwiżiti tal-GDPR. Data personali tinżamm biss dment li tkun neċessarja għal dan il-għan iżda fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn 10 snin.

Impatti oħra

Ma hemm l-ebda impatt sinifikanti ieħor. Il-proposta tikkonċerna gruppi ta’ kumpaniji fis-setturi kollha li huma soġġetti għat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu fi Stat Membru. Il-proposta, minnha nnifisha, ma taffettwax il-mod preżenti kif isir in-negozju u ma huwiex mistenni li se jkollha impatt dirett fuq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jew tal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea. Indirettament, jista’ jitqies li r-riżorsi lliberati mill-kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa jistgħu jintużaw mill-kumpaniji sabiex jinvestu f’metodi ta’ produzzjoni aktar sostenibbli għall-ambjent jekk il-kumpaniji jkunu jixtiequ jagħmlu dan.

Il-proposta ssostni l-prinċipji ta’ “diġitali b’mod awtomatiku” u tikkontribwixxi għall-kisba tal-mod Ewropew għal soċjetà u għal ekonomija diġitali.

L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli rilevanti parzjalment indirizzati mill-proposta huma n-numri 8 (Xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku) u 9 (Industrija, innovazzjoni u infrastruttura) kif ippreżentati fl-Anness 3 tal-valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-inizjattiva jkollha implikazzjonijiet baġitarji għall-Kummissjoni b’rabta mal-għodda kollaborattiva tal-BEFIT. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkollhom bżonn jikkoordinaw mill-qrib u jużaw għodod ta’ komunikazzjoni għat-timijiet tal-BEFIT fil-qafas ta’ din l-inizjattiva. Sabiex tiffaċilita l-operat u l-komunikazzjoni tat-timijiet tal-BEFIT, il-Kummissjoni tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji, li jinkludu miżuri sabiex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni bejn il-membri tat-timijiet tal-BEFIT permezz tal-użu ta’ għodda kollaborattiva tal-BEFIT. Il-Kummissjoni tkun responsabbli għall-iżvilupp ta’ din l-għodda (kost ta’ darba), kif ukoll għall-hosting, għall-ġestjoni tal-kontenut, għall-kriptaġġ, u għall-manutenzjoni annwali tagħha. Il-kostijiet għal tali għodda kollaborattiva tal-BEFIT huma stmati għal madwar EUR 300 000 ta’ darba (għall-ewwel sena) u għal madwar EUR 600 000 fuq bażi annwali għat-tħaddim tal-għodda kollaborattiva tal-BEFIT. Dawn il-kostijiet jiġu ffinanzjati mill-pakkett previst għall-programm Fiscalis. Id-dettalji jinsabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Għall-fini tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, inizjalment ikun neċessarju li l-Istati Membri jingħataw il-ħin u l-assistenza neċessarji kollha, sabiex jiġu implimentati kif xieraq ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operat tagħha. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li l-Kummissjoni tista’ tkun teħtieġ għall-finijiet tal-evalwazzjoni.

Minbarra evalwazzjoni, l-effettività u l-effiċjenza tal-inizjattiva jiġu mmonitorjati regolarment u kontinwament bl-użu tal-indikaturi predefiniti li ġejjin: il-kostijiet tal-implimentazzjoni u dawk operatorji inizjali tal-BEFIT; in-numru ta’ gruppi ta’ kumpaniji fil-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju tal-proposta, kif ukoll in-numru ta’ kumpaniji li jagħżlu li jipparteċipaw volontarjament; l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-konformità; u n-numru ta’ tilwimiet dwar it-taxxa doppja. Dan huwa stabbilit f’aktar dettall fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli sabiex tiġi ddeterminata l-bażi għat-taxxa ta’ kumpaniji li jkunu parti minn grupp li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati u li jkunu soġġetti għal tassazzjoni korporattiva fuq l-introjtu fi Stat Membru.

L-aspetti ewlenin tal-proposti huma dawn li ġejjin:

Kamp ta’ applikazzjoni ibridu għal applikazzjoni obbligatorja u fakultattiva

Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kapitolu I, il-proposta tiddefinixxi kamp ta’ applikazzjoni ibridu għall-applikazzjoni tar-regoli fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Il-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju jinkludi l-istess gruppi bħat-Tieni Pilastru (jiġifieri, gruppi bi dħul kombinat annwali ta’ mill-inqas EUR 750 miljun) iżda huwa limitat għas-subsett tal-Unjoni ta’ entitajiet li jissodisfaw il-limitu ta’ sjieda ta’ 75 % (l-Artikoli 5-6). Għal gruppi li għandhom il-kwartieri ġenerali f’pajjiżi terzi, is-subsett tagħhom tal-Unjoni jkollu jiġġenera wkoll tal-anqas EUR 50 miljun fi dħul kombinat annwali f’tal-anqas tnejn mill-4 snin fiskali immedjatament qabel is-sena fiskali li fiha l-grupp beda japplika din id-Direttiva u dan ikollu jammonta għal tal-anqas 5 % tad-dħul totali tal-grupp (l-Artikolu 2, il-paragrafu 4). Dan il-livell limitu ta’ materjalità jkompli jiżgura li r-rekwiżiti tal-proposta jkunu proporzjonati għall-benefiċċji tagħha.

L-għażla li l-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju jiġi allinjat mat-Tieni Pilastru saret minħabba li huwa magħruf li dawn il-kontribwenti diġà jimplimentaw diversi karatteristiċi rilevanti bħala parti mid-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru, pereżempju fir-rigward tal-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli. Għalhekk, toħloq bilanċ bejn il-kisba tal-bidliet neċessarji b’mod konsistenti, minn naħa waħda, u ż-żamma tas-sistema sempliċi, min-naħa l-oħra.

Gruppi iżgħar oħrajn jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw jekk jixtiequ hekk, dment li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni volontarju jista’ jkun ta’ interess partikolari għal gruppi iżgħar li joperaw b’mod transfruntier, billi jkollhom anqas riżorsi x’jiddedikaw għall-konformità ma’ diversi sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva.

Meta grupp japplika jew jagħżel li japplika r-regoli ta’ din id-Direttiva, il-qafas japplika għall-“grupp tal-BEFIT” kollu, jiġifieri s-subsett tal-kumpaniji kollha b’residenza tat-taxxa tal-Unjoni u bi istabbilimenti permanenti li jinsabu fl-Unjoni tal-grupp li jilħqu l-livell limitu ta’ sjieda ta’ 75 %, imsejħin il-“membri tal-grupp tal-BEFIT”. Il-kamp ta’ applikazzjoni jinsab fi ħdan dawn l-entitajiet.

Il-proposta ma teskludi l-ebda settur mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Il-karatteristiċi speċifiċi għas-setturi huma riflessi fil-partijiet rilevanti tal-proposta. Dan huwa partikolarment il-każ għat-trasport internazzjonali u għall-attivitajiet estrattivi. Pereżempju, l-introjtu mit-tbaħħir spiss ikun soġġett għal reġimi tat-taxxa speċjali li jkunu mfasslin għar-realtajiet f’dan is-settur. Il-proposta tirrikonoxxi dan u teskludi l-introjtu mit-tbaħħir kopert mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ mill-bażi għat-taxxa BEFIT.

Kalkolu tar-riżultat tat-taxxa preliminari ta’ kull membru tal-grupp BEFIT bl-użu ta’ metodu simplifikat

Il-Kapitolu II jinkludi r-regoli għad-determinazzjoni tar-riżultat tat-taxxa preliminari ta’ kull membru tal-grupp BEFIT. Dan isir billi jiġu applikati l-aġġustamenti tat-Taqsimiet 2 u 3 u r-regoli tat-Taqsima 4 dwar kwistjonijiet ta’ twaqqit u ta’ kwantifikazzjoni għall-introjtu jew għat-telf nett kif iddikjarat fil-kontijiet finanzjarji.

Bħal fit-Tieni Pilastru, il-punt tat-tluq huwa r-riżultat kontabilistiku mill-kontijiet finanzjarji, li jrid jiġi ddeterminat skont standard kontabilistiku uniku wieħed għall-grupp BEFIT. Għal dan l-għan, il-kontijiet finanzjarji ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT iridu jiġu rrikonċiljati mal-istandard kontabilistiku tal-entità omm apikali, jew jekk il-grupp ikollu l-kwartieri tiegħu barra mill-Unjoni, ma’ dak tal-entità dikjaranti. L-istandard kontabilistiku jrid ikun aċċettat skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, li essenzjalment ifisser li jrid ikun jew il-prinċipji kontabilistiċi nazzjonali ġeneralment aċċettati (GAAP) ta’ wieħed mill-Istati Membri jew l-istandards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju (IFRS), kif stabbilit fl-Artikolu 7.

Fl-interess tas-simplifikazzjoni, l-aġġustamenti jinżammu għall-minimu neċessarju, minflok ma jiġi stabbilit qafas dettaljat tat-taxxa korporattiva. Għalhekk, il-BEFIT tinkludi anqas aġġustamenti tat-taxxa mit-Tieni Pilastru li għandu skop differenti, jiġifieri li jikkalkola l-introjtu kwalifikanti xieraq għal-livell ta’ taxxa dovuta.

L-aġġustamenti tal-BEFIT huma elenkati fit-Taqsima 2. L-entrati li ġejjin huma inklużi, jiġifieri jiżdiedu lura f’każ li jkunu tnaqqsu jew ma jkunux diġà ġew irreġistrati fir-rapporti tal-kontabilità finanzjarja: assi finanzjarji miżmumin għan-negozju (l-Artikolu 11), kostijiet tat-teħid b’self li jitħallsu lil partijiet barra mill-grupp tal-BEFIT li jaqbżu r-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax tal-ATAD (l-Artikolu 13), aġġustamenti tal-valur ġust u gwadanji kapitali riċevuti minn impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja fil-kuntest ta’ kuntratti marbuta ma’ indiċi u marbuta ma’ unitajiet (l-Artikolu 14), multi, penali u pagamenti illegali bħal tixħim (l-Artikolu 16), u taxxi korporattivi li diġà tħallsu jew taxxi kumplimentari b’applikazzjoni tat-Tieni Pilastru (l-Artikolu 17).

L-entrati li ġejjin huma esklużi, jiġifieri jitnaqqsu mill-introjtu jew mit-telf nett finanzjarju jekk kienu fil-kontijiet finanzjarji: dividendi u qligħ jew telf kapitali fuq ishma jew fuq interessi ta’ sjieda, fil-każ ta’ sjieda sinifikanti u sakemm ma jkunux miżmumin għan-negozju jew minn impriża tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja (l-Artikoli 8-11 u 14), il-profitt jew it-telf minn stabbilimenti permanenti (l-Artikolu 12), l-introjtu mit-tbaħħir soġġett għal taxxa nazzjonali fuq it-tunnellaġġ (l-Artikolu 15), ħelsien ta’ rifinanzjament għall-gwadanji fuq l-assi li jiġu ssostitwiti (l-Artikolu 18), il-kostijiet tal-akkwist, tal-kostruzzjoni u tat-titjib tal-assi deprezzabbli, minħabba li dawn il-kostijiet diġà se jkunu parti mill-bażi tad-deprezzament, kif ukoll is-sussidji marbutin direttament minħabba li s-sussidji la għandhom ikunu d-deprezzament u lanqas fil-bażi għat-taxxa (l-Artikolu 19), gwadanji jew telf mhux realizzat minn fluttwazzjonijiet fil-kambju fuq assi fissi (l-Artikolu 20). Ir-regola fl-Artikolu 21 teskludi wkoll kwalunkwe ammont relatat mal-aġġustamenti ta’ wara l-allokazzjoni elenkati fl-Artikolu 48 (spjegati aktar ’il quddiem). Konsegwentement, dawn l-entrati ma humiex parti mir-riżultat tat-taxxa preliminari, li jipprevjeni riskju li jiġu kkontabbilizzati darbtejn.

Barra minn hekk, it-Taqsima 3 tikkonsisti f’sett komuni ta’ regoli dwar id-deprezzament tat-taxxa. Dan huwa aġġustament importanti għall-finijiet tat-taxxa, iżda l-proposta tibqa’ eqreb tal-kontabbiltà finanzjarja mir-regoli nazzjonali dwar id-deprezzament tat-taxxa. Assi tanġibbli fissi vvalutati taħt il-EUR 5 000 jiġu paċuti mal-introjtu taxxabbli immedjatament. Assi oħrajn dejjem jiġu ddeprezzati fuq bażi lineari, jiġifieri ddistribwiti b’mod ugwali matul id-durata tal-assi. Fil-prinċipju, id-durata tikkorrispondi għall-ħajja utli fil-kontijiet finanzjarji. Għall-proprjetà immobbli, inkluż il-bini industrijali, id-durata hija, madankollu, stabbilita għal 28 sena bħala regola ġenerali. Għal assi intanġibbli fissi, din tikkorrispondi għall-perjodu ta’ protezzjoni legali, eż. drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jew jekk dan ma jkunx il-każ, għal 5 snin. L-avvjament jiġi ddeprezzat ukoll jekk jiġi akkwistat, u kif xieraq, ikun preżenti fil-kontijiet finanzjarji.

Skont it-Taqsima 4, il-proposta tindirizza kwistjonijiet ta’ twaqqit u ta’ kwantifikazzjoni li huma meħtieġa għall-finijiet tat-taxxa sabiex jiġu evitati l-abbużi. Id-differenzi bejn il-kost tal-istokkijiet u x-xogħol fl-idejn għandhom jitkejlu b’mod konsistenti pereżempju bl-użu tal-metodu joħroġ li daħal l-aħħar jew tal-metodu tal-kost medju ponderat (l-Artikolu 29). Id-dispożizzjonijiet jiġu esklużi jekk ma jkunux legalment meħtieġa jew ma jkunux jistgħu jiġu stmati b’mod affidabbli (l-Artikolu 30). Id-djun mitlufa jistgħu jitnaqqsu biss jekk il-passi raġonevoli kollha sabiex jinkiseb il-pagament mid-debitur ikunu ġew eżawriti jew jekk l-ammont li jkun se jintilef ikun jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli, u dan qatt ma jseħħ jekk id-debitur ikun intrapriża assoċjata (l-Artikolu 31). Id-dħul u l-kostijiet minn kuntratti fit-tul jgħoddu biss għas-sena li fiha jkunu dovuti jew jiġġarrbu (l-Artikolu 32). L-istrumenti għall-iħħeġġjar tat-trattament iridu jsegwu t-trattament tat-taxxa tal-entrata ħħeġġjata (l-Artikolu 33).

Fl-aħħar nett, skont it-Taqsima 5, il-proposta tinkludi wkoll regoli li huma neċessarji għall-entitajiet li jidħlu jew joħorġu mill-grupp tal-BEFIT. Pereżempju, it-telf li ġġarrab qabel ma l-membru l-ġdid daħal fil-grupp tal-BEFIT, ma għandux jiġi inkluż għad-detriment tal-bażi għat-taxxa ta’ Stati Membri oħrajn fejn il-grupp tal-BEFIT ikollu membri. Dan it-telf għandu jiġi paċut kontra s-sehem allokat, u għalhekk wara l-aggregazzjoni u l-allokazzjoni (l-Artikolu 38 flimkien ma’ 48, il-paragrafu 1, il-punt (a)). Ir-regoli jittrattaw ukoll ir-riorganizzazzjonijiet tan-negozji, sabiex jiġi ċċarat pereżempju li d-Direttiva dwar il-fużjonijiet tieħu preċedenza (l-Artikolu 40). Hemm ukoll regola kontra l-abbuż sabiex jiġi żgurat li l-gwadanji kapitali fuq l-assi jiġu inklużi fir-riżultat preliminari tat-taxxa meta l-assi jiġu ttrasferiti fi ħdan il-grupp, mingħajr implikazzjonijiet tat-taxxa, għal membru tal-grupp li mbagħad jinbiegħ barra mill-grupp. Dan normalment jibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa għad-disponimenti tal-ishma iżda ma għandux jitħalla, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat minn perspettiva kummerċjali (l-Artikolu 41).

L-aggregazzjoni tat-taxxa preliminari tirriżulta f’bażi għat-taxxa unika u l-allokazzjoni ta’ din il-bażi għat-taxxa aggregata lill-membri tal-grupp tal-BEFIT eliġibbli 

Il-Kapitolu III fih ir-regoli għall-aggregazzjoni u għall-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa. L-ewwel nett, ir-riżultati preliminari tat-taxxa tal-membri kollha tal-grupp tal-BEFIT jiġu aggregati f’“ġabra” waħda fil-livell tal-grupp tal-Unjoni, li se tkun “il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT”. Dan huwa deskritt fl-Artikoli 42-44 u għandu diversi vantaġġi importanti:

·Ħelsien minn taxxa għal telf transfruntier: jippermetti lill-gruppi jpaċu t-telf b’mod transfruntier. Illum, dan rarament biss huwa possibbli, li jista’ jirriżulta f’tassazzjoni eċċessiva tal-profitti tal-grupp u jiddiżinċentiva lin-negozji milli joperaw bejn il-fruntieri fis-suq intern, u;

·Faċilitazzjoni tal-konformità tal-prezzar ta’ trasferiment: matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-eżitu tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT se jkun fattur determinanti għal kif il-bażi għat-taxxa (aggregata) tal-BEFIT tiġi allokata lill-membri tal-grupp tal-BEFIT. Minħabba din l-importanza tal-prezzar tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT għal finijiet tat-taxxa, jinżamm ir-rekwiżit għall-konsistenza tagħhom mal-prinċipju ta’ distakkament iżda, fl-istess ħin, il-membri tal-grupp tal-BEFIT jibbenefikaw minn aktar ċertezza tat-taxxa (żona ta’ kumdità) jekk, bħala riżultat tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT tagħhom, l-ispejjeż jew l-introjtu tagħhom jibqa’ fi ħdan limitu ta’ żieda ta’ anqas minn 10 % meta mqabbel mal-medja tat-3 snin fiskali preċedenti. Din is-sistema tippermetti grad ta’ ċertezza u twitti t-triq għal eliminazzjoni possibbli tal-ħtieġa għall-prezzar tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT b’konsistenza mal-prinċipju ta’ distakkament jekk tiġi miftiehma formula bbażata fuq il-fatturi bħala mod permanenti għall-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

·Mhux se jkun hemm ukoll l-ebda taxxa f’ras il-għajn fuq tranżazzjonijiet bħall-pagamenti tal-imgħax u tar-royalties fi ħdan il-grupp tal-BEFIT, sakemm is-sid benefiċjarju tal-pagament ikun membru tal-grupp tal-BEFIT. Fi ħdan il-grupp tal-BEFIT, fil-prinċipju ma hemm l-ebda ħtieġa li dawn it-tranżazzjonijiet jiġu intaxxati individwalment billi dawn jiġu inklużi fil-bażi għat-taxxa aggregata tal-BEFIT iżda huwa kruċjali wkoll li jiġi żgurat li tali pagamenti ma jintużawx sabiex il-profitti jiġu ttrasferiti barra mill-grupp b’taxxa baxxa. Din hija r-raġuni għaliex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jżommu d-dritt li jirrieżaminaw jekk ir-riċevitur tagħhom ikunx sid benefiċjarju.

Madankollu, hemm żewġ eċċezzjonijiet għall-aggregazzjoni. L-introjtu u t-telf mill-attivitajiet estrattivi huma separati mill-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, minħabba li dejjem jiġu allokati għall-ġuriżdizzjoni tal-oriġini tagħhom. Ir-raġunament, f’konformità mal-approċċ b’Żewġ Pilastri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20, huwa li t-tassazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet għandha tkun ibbażata fuq l-oriġini, jiġifieri l-post tal-estrazzjoni (l-Artikolu 46). Id-dħul u l-ispejjeż mit-tbaħħir li ma humiex koperti minn taxxa fuq it-tunnellaġġ jew mit-trasport bl-ajru lanqas ma huma allokati. F’konformità mal-approċċ fl-Artikolu 8 tal-mudell ta’ konvenzjoni tat-taxxa tal-OECD, tali attivitajiet jiġu intaxxati biss fl-Istat fejn tinsab il-kumpanija li topera l-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 47).

Imbagħad, il-bażi għat-taxxa aggregata tiġi allokata lill-membri ta’ kull grupp tal-BEFIT fuq il-bażi ta’ regola ta’ allokazzjoni tat-tranżizzjoni, li tuża l-perċentwal ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT ta’ bażi għat-taxxa aggregata kkalkolat bħala l-medja tar-riżultati taxxabbli fit-3 snin fiskali preċedenti. Dan jista’ jwitti t-triq għal metodu ta’ allokazzjoni permanenti li jista’ jkun ibbażat fuq formula tat-tqassim. Proposta li tistabbilixxi soluzzjoni tranżitorja jkollha l-vantaġġ li tuża data aktar reċenti ta’ Rapportar Pajjiż, Pajjiż (CBCR) u l-informazzjoni miġbura mill-ewwel snin tal-applikazzjoni tal-BEFIT fit-tfassil ta’ metodu ta’ allokazzjoni permanenti. Tippermetti wkoll valutazzjoni aktar bir-reqqa tal-impatt li l-implimentazzjoni tal-approċċ b’Żewġ Pilastri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 hija mistennija jkollha fuq il-bażijiet għat-taxxa nazzjonali u tal-BEFIT.

Il-proposta takkomoda wkoll sistemi tat-taxxa bbażati fuq id-distribuzzjoni u, għal dan l-għan, tipprovdi għall-aġġustament neċessarju, li jippermetti lill-kumpaniji tagħhom jipparteċipaw fi grupp tal-BEFIT. F’dan il-każ, it-tassazzjoni tal-introjtu korporattiv ma ssirx fuq bażi annwali, iżda mad-distribuzzjoni tal-profitti. Għaldaqstant, il-parti allokata tal-bażi għat-taxxa aggregata tiġi riportata kull sena b’mod proporzjonali għall-introjtu li ma ġiex distribwit dik is-sena (l-Artikolu 49).

Fl-aħħar nett, mal-allokazzjoni, kull membru tal-grupp tal-BEFIT ikollu parti. Fuq din il-parti, il-membru tal-grupp ikollu japplika aġġustamenti addizzjonali fil-valutazzjoni tat-taxxa tiegħu (l-Artikolu 48, il-paragrafu 1). Dawn jinkludu l-aktar korrezzjonijiet tekniċi li huma neċessarji għall-koerenza tas-sistema. Pereżempju, diversi entrati ma għandhomx jiġu inklużi fir-riżultat tat-taxxa preliminari, sabiex jiġi evitat li dawn jiġu kondiviżi fost l-Istati Membri kollha, iżda dawn l-entrati xorta għandhom jitqiesu (eż. telf ta’ qabel il-BEFIT). Ammonti oħrajn, bħal għotjiet, donazzjonijiet u provvedimenti ta’ pensjoni jiddependu ħafna fuq ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali u, għalhekk, huma l-aktar adattati min-naħa allokata.

Importanti, sabiex tiġi żgurata l-kompetenza sħiħa tal-Istati Membri fuq il-politiki tagħhom dwar ir-rati tat-taxxa, l-Istati Membri jkunu liberi li japplikaw ulterjorment kwalunkwe tnaqqis, inċentiv tat-taxxa, jew żieda fil-bażi għall-partijiet allokati tagħhom, mingħajr restrizzjonijiet (l-Artikolu 48, il-paragrafu 2). L-uniku rekwiżit li l-Istati Membri jkollhom jirrispettaw f’dan ir-rigward huwa r-regoli tad-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru għal livell minimu effettiv globali ta’ tassazzjoni.

“Sistema tad-dawl tat-traffiku” sabiex tiffaċilita l-konformità tal-prezzar ta’ trasferiment ma’ intrapriżi assoċjati barra mill-grupp tal-BEFIT

Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ma’ intrapriżi assoċjati barra mill-grupp tal-BEFIT, jiġifieri entitajiet tal-grupp li ma humiex fl-Unjoni jew li ma jissodisfawx il-livell limitu ta’ sjieda ta’ 75 %, il-Kapitolu IV għandu l-għan li jiffaċilita l-konformità billi jipprovdi għodda għall-valutazzjoni tar-riskju (“sistema tad-dawl tat-traffiku”) b’parametri referenzjarji.

Din il-karatteristika tal-BEFIT tiffoka fuq is-simplifikazzjoni tal-konformità mal-prezzar ta’ trasferiment u ma tfixkilx ir-regoli sostantivi li jiddeterminaw jekk ċerta tranżazzjoni ġietx ipprezzata skont il-prinċipju ta’ distakkament. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħha huwa limitat għal attivitajiet b’riskju baxx, li normalment ma jinvolvux diskrezzjoni estensiva fil-prezzar tagħhom, peress li ma jwasslux għal profitti residwi għoljin. Din hija distinzjoni ċara mid-Direttiva dwar il-prezzar ta’ trasferiment, li hija relatata mar-regoli sostantivi u għandha kamp ta’ applikazzjoni usa’, li potenzjalment ikopri l-firxa sħiħa ta’ suġġetti tal-prezzar ta’ trasferiment, u li għandha funzjoni separata. Għalhekk, id-Direttiva dwar il-prezzar ta’ trasferiment tapprova l-linji gwida tal-OECD dwar il-prezzar ta’ trasferiment u tikkostitwixxi pass importanti għall-Istati Membri sabiex jaqblu dwar approċċi komuni għal temi speċifiċi tal-prezzar ta’ trasferiment, b’mod partikolari dawk li fihom il-prattika amministrattiva s’issa kienet differenti madwar l-UE.

Is-sistema ta’ dawl tat-traffiku tapplika għal attivitajiet b’riskju baxx definiti fl-Artikolu 50: (i) attivitajiet ta’ distribuzzjoni minn distributuri b’riskju baxx, u (ii) attivitajiet ta’ manifattura minn manifatturi b’kuntratt. Sabiex jikkwalifika, id-distributur jew il-manifattur irid juża metodu affidabbli u unilaterali bbażat fuq il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar ta’ Trasferiment, u fi kwalunkwe każ, ma jistax jikkwalifika jekk ikollu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew xi wħud mir-riskji relatati mal-prodotti. Dan minħabba li l-assi u r-riskji intanġibbli spiss ma jkollhomx tranżazzjonijiet komparabbli.

Għal dawn l-attivitajiet, il-proposta tissuġġerixxi l-użu ta’ “Parametri Referenzjarji Pubbliċi” li jkunu markaturi tal-profitt stabbiliti fil-livell tal-Unjoni bl-għajnuna ta’ grupp ta’ esperti (l-Artikolu 53). Mil-lat operazzjonali, jekk il-prestazzjoni tal-profitt ta’ distributur b’riskju baxx jew ta’ manifattur b’kuntratt tkun baxxa meta mqabbla mal-meded medji f’dan il-parametru referenzjarju, it-tranżazzjonijiet tiegħu jiġu vvalutati bħala “ta’ riskju għoli” u viċi versa. B’dan il-mod, it-tranżazzjonijiet jistgħu jaqgħu fi tliet żoni ta’ riskju (baxx/medju/għoli). L-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jkunu mistennijin jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq iż-żoni b’riskju għoli (l-Artikolu 51). Għalhekk, din tissejjaħ bħala “sistema ta’ dawl tat-traffiku”.

Bħala tali, l-għodda tippermetti lill-Istati Membri jużaw ir-riżorsi tagħhom b’mod aktar effiċjenti u toffri lin-negozji livell ogħla ta’ prevedibbiltà fir-rigward tal-aċċettabilità tal-prezzijiet tat-trasferiment tagħhom bil-kundizzjoni li jikkonformaw mal-marġnijiet stabbiliti minn qabel.

Amministrazzjoni tas-sistema: “Punt Uniku ta’ Servizz” u “tim tal-BEFIT”

L-amministrazzjoni tas-sistema hija deskritta fil-Kapitolu V. Ir-regoli sostantivi komuni jeħtieġu wkoll qafas amministrattiv komuni. Dan jippermetti simplifikazzjoni addizzjonali tas-sistemi kurrenti u gradwalment għandu jillibera riżorsi għall-amministrazzjonijiet u għan-negozji.

Punt uniku ta’ servizz jippermetti lin-negozji jittrattaw ma’ awtorità waħda fl-Unjoni għall-obbligi ta’ preżentazzjoni, kull meta jkun fattibbli. L-“entità dikjaranti”, li fil-prinċipju hija l-entità omm apikali, tippreżenta dikjarazzjoni ta’ informazzjoni waħda għall-grupp tal-BEFIT kollu (ir-“Rapport ta’ Informazzjoni tal-BEFIT”) mal-amministrazzjoni tat-taxxa proprja tagħha biss (l-“awtorità tad-dikjarazzjoni”), li taqsamha mal-Istati Membri l-oħrajn fejn jopera l-grupp (l-Artikolu 57). Kull membru tal-grupp tal-BEFIT jippreżenta wkoll dikjarazzjoni tat-taxxa individwali lill-amministrazzjoni tat-taxxa lokali tiegħu sabiex ikun jista’ japplika aġġustamenti stabbiliti domestikament għall-parti allokata tiegħu (l-Artikolu 62). Flimkien mad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT, dan jippermetti lil kull amministrazzjoni tat-taxxa tivvaluta l-obbligazzjonijiet tat-taxxa tal-membri tal-grupp tal-BEFIT tagħha bl-aktar mod effiċjenti possibbli (l-Artikolu 64).

Għal kull grupp tal-BEFIT, ikun hemm ukoll l-hekk imsejjaħ “Tim tal-BEFIT” li jlaqqa’ flimkien rappreżentanti ta’ kull amministrazzjoni tat-taxxa rilevanti mill-Istati Membri fejn jopera l-grupp (l-Artikolu 60). Minflok kull Stat Membru jalloka separatament ir-riżorsi umani sabiex jivvaluta l-obbligazzjonijiet tat-taxxa tal-istess grupp transfruntier, il-membri ta’ kull Tim tal-BEFIT jaqsmu l-informazzjoni, jikkoordinaw, jagħtu grad ta’ ċertezza bikrija dwar suġġetti speċifiċi u jsolvu kwistjonijiet permezz ta’ għodda kollaborattiva online (l-Artikolu 61).

L-awditi jibqgħu fil-livell tal-Istati Membri u jkun possibbli li l-Istati Membri jitolbu awditi konġunti u joħolqu obbligu min-naħa l-oħra li jaċċettawhom. Wara l-eżitu ta’ awditu, it-tim tal-BEFIT jiffaċilita wkoll ir-rettifikazzjonijiet (l-Artikolu 65).

Il-proposta tiżgura wkoll li appelli kontra l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT jistgħu jitressqu quddiem korp amministrattiv fl-Istat Membru tal-“awtorità tad-dikjarazzjoni”. Bl-istess mod, appelli kontra valutazzjonijiet tat-taxxa individwali jistgħu jitressqu quddiem korp amministrattiv tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa. Meta appell bħal dan ikun jaffettwa l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, l-emendi neċessarji jistgħu jsiru fil-grupp kollu permezz ta’ proċess koordinat stabbilit mit-“Timijiet tal-BEFIT” (l-Artikoli 66-70).

2023/0321 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 22 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 23 ,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Fl-Unjoni bħalissa ma hemm l-ebda approċċ komuni għall-komputazzjoni tal-bażi taxxabbli għan-negozji. Għalhekk, in-negozji tal-Unjoni huma obbligati jikkonformaw ma’ sistema tat-taxxa korporattiva differenti f’kull Stat Membru li joperaw fih.

(2)L-eżistenza ta’ 27 sistema tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu differenti fl-Unjoni jwasslu għal kumplessità fil-konformità mar-regoli tat-taxxa u jwasslu għal kompetizzjoni inġusta għan-negozji. Dan sar aktar evidenti hekk kif il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija biddlu b’mod sinifikanti l-perċezzjoni tal-fruntieri fuq l-art u l-mudelli ta’ negozju. Hekk kif il-gvernijiet ippruvaw jadattaw għal dik ir-realtà l-ġdida, rispons frammentat fost l-Istati Membri wassal għal aktar distorsjonijiet fis-suq intern. Id-diversi oqfsa legali inevitabbilment iwasslu għal prattiki differenti tal-amministrazzjoni tat-taxxa fl-Istati Membri wkoll. Dan spiss jinvolvi proċeduri twal ikkaratterizzati minn nuqqas ta’ prevedibbiltà u minn inkonsistenza flimkien ma’ kostijiet għoljin tal-konformità.

(3)Għalkemm huma differenti fit-tfassil tagħhom, il-karatteristiċi fundamentali tas-sistemi tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu huma simili billi jistabbilixxu regoli li għandhom l-għan li jilħqu l-istess objettiv, jiġifieri, li tinkiseb bażi taxxabbli għan-negozji. B’dan il-mod, ikun importanti għan-negozji li joperaw fis-suq intern li l-Istati Membri jintroduċu qafas legali komuni sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi fundamentali tas-sistemi tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu bl-għan li jiġu ssimplifikati r-regoli tat-taxxa u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta.

(4)Fid-9 ta’ Ġunju 2023, 139 ġuriżdizzjoni, li huma membri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20, issieħbu fid-Dikjarazzjoni ta’ Ottubru 2021 dwar “Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija” 24 . B’dik id-Dikjarazzjoni, l-Istati Membri qablu (i) fuq eżerċizzju ta’ rieżami li jikkalkola l-obbligazzjoni minima potenzjali tat-taxxa ta’ gruppi multinazzjonali kbar li tibda mill-kontabbiltà finanzjarja, bħala partijiet mit-Tieni Pilastru u (ii) li jirriallokaw parzjalment il-profitti taxxabbli fuq il-bażi ta’ formula tat-tqassim bħala parti mill-Ewwel Pilastru. It-tfassil ta’ qafas komuni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni u mill-globalizzazzjoni jenħtieġ li jkun ispirat mill-kisbiet ta’ dak l-eżerċizzju. Peress li l-implimentazzjoni tat-Tieni Pilastru ġiet adottata b’mod unanimu mill-Istati Membri permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 25 , jenħtieġ li qafas komuni tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni jibni fuq kunċetti, bħall-kamp ta’ applikazzjoni u l-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa, li kemm in-negozji kif ukoll l-Istati Membri diġà huma familjari magħhom.

(5)Jenħtieġ li l-ambjent għan-negozju fis-suq intern isir aktar attraenti bl-għan li jiġu stimolati t-tkabbir u l-investiment fl-Unjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-promulgazzjoni ta’ qafas komuni ta’ regoli tat-taxxa korporattiva, sabiex ikun aktar faċli għan-negozji li jikkonformaw ma’ tali regoli meta joperaw bejn il-fruntieri u wkoll sabiex iħeġġu lil dawk li jixtiequ jespandu aktar barra mill-pajjiż sabiex jagħmlu dan. Sett uniku ta’ regoli tat-taxxa korporattiva għall-attività internazzjonali huwa mistenni jirriżulta f’ċertezza tat-taxxa mtejba u f’anqas tilwimiet dwar it-taxxa, peress li jkun jindirizza d-distorsjonijiet u jnaqqas in-numru ta’ każijiet ta’ taxxa doppja u eċċessiva. Barra minn hekk, peress li s-sostenibbiltà tad-dħul mit-taxxa hija kruċjali għall-baġits tal-Istati Membri, inkluż sabiex jinvestu fl-infrastruttura, fir-riċerka u fl-iżvilupp u sabiex jipprovdu servizzi pubbliċi, ikun kruċjali li jiġi żgurat għall-futur li l-allokazzjoni tad-dħul titwettaq f’konformità ma’ għodda bbażata fuq parametri solidi li ma jistgħux jiġu abbużati.

(6)Tabilħaqq, huwa kritiku li tinħoloq sistema li tikseb grad ta’ uniformità madwar l-Unjoni, tal-anqas fost il-kontribwenti li għalihom tkun indirizzata prinċipalment. Għaldaqstant, u fid-dawl tal-isforzi li għamlu kemm l-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll in-negozji sabiex jiġi implimentat il-qafas ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni, ikun importanti li tiġi sfruttata din il-kisba u li jitfasslu regoli li jibqgħu kemm jista’ jkun qrib ir-Regoli Mudell tal-OECD/G20 u d-Direttiva (UE) 2022/2523. Fuq din il-bażi, il-qafas komuni ta’ regoli jenħtieġ li jkun obbligatorju għal gruppi bi preżenza taxxabbli fl-Unjoni dment li jkollhom dħul kombinat annwali ta’ aktar minn EUR 750 000 000 fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom. Għalhekk, b’dan il-mod, il-kamp ta’ applikazzjoni jkun immirat lejn negozji li x’aktarx ikollhom attivitajiet transfruntieri u, b’hekk, jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni li joffri qafas legali komuni. Il-limitu jipprovdi wkoll allinjament mad-Direttiva (UE) 2022/2523 għal approċċ konsistenti fl-Unjoni.

(7)Għalkemm il-livell limitu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-dħul kombinat tal-grupp fuq bażi globali, il-mandat tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkun limitat għall-membri tal-grupp li joperaw fis-suq intern billi d-dritt tal-Unjoni japplika biss fl-Unjoni u ma jobbligax lil Stati mhux Membri. Għalhekk, jenħtieġ li jkun affettwat biss is-subsett tal-Unjoni ta’ tali grupp. Dan ikun jinkludi kumpaniji li huma residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru u l-istabbilimenti permanenti tagħhom li joperaw fi Stat Membru kif ukoll l-istabbilimenti permanenti fl-Unjoni ta’ kumpaniji f’pajjiżi terzi tal-istess grupp. Meta wieħed iqis li l-kunċett ta’ stabbiliment permanenti huwa ttrattat fi ħdan it-trattati bilaterali dwar it-taxxa u l-liġi nazzjonali u għalkemm id-definizzjoni għandha xi prinċipji komuni, għad hemm grad ta’ diverġenza madwar id-dinja. Konsegwentement, ikun approċċ pragmatiku li wieħed jibbaża fuq it-trattati eżistenti dwar it-tassazzjoni doppja u r-regoli nazzjonali tal-Istati Membri, aktar milli jipprova armonizzazzjoni sħiħa permezz tad-dritt sekondarju tal-Unjoni.

(8)Sabiex jiġu żgurati l-proporzjonalità u l-funzjonament tajjeb tal-qafas komuni, il-membri tal-grupp, inklużi l-kumpaniji residenti fi Stat Membru, l-istabbilimenti permanenti u l-istabbilimenti permanenti tagħhom fl-Unjoni li jkunu membri ta’ grupp li għandhom il-kwartieri tagħhom barra l-Unjoni, b’attività limitata fis-suq intern, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni permezz ta’ livell limitu ta’ materjalità.

(9)L-objettiv tas-simplifikazzjoni tar-regoli kurrenti jenfasizza l-inizjattiva prevista. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar il-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa jinbnew billi tiġi applikata serje limitata ta’ aġġustamenti tat-taxxa għar-rapporti finanzjarji ta’ kull membru tal-grupp. Dawn l-aġġustamenti limitati jirrappreżentaw aġġustamenti komuni li huma neċessarji sabiex ir-rapporti tal-kontabilità finanzjarja jiġu kkonvertiti f’bażi għat-taxxa. Meta titqies il-ħtieġa għall-allinjament mad-Direttiva (UE) 2022/2523, jenħtieġ li l-aġġustamenti jiġu adattati mill-ġdid ma’ dak il-qafas, li jenħtieġ li jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni għall-Istati Membri u għan-negozji li diġà jkunu familjari mal-prinċipji ġenerali.

(10)Minħabba li, bl-għan li tinkiseb simplifikazzjoni, il-kontijiet finanzjarji jintużaw bħala punt tat-tluq għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa ta’ kull membru tal-grupp, huwa neċessarju li r-regoli tat-taxxa jiġu abbozzati b’tali mod li jibqgħu kemm jista’ jkun qrib il-kontabilità finanzjarja. Fil-każijiet li fihom dan ikun possibbli, it-trattament kontabilistiku finanzjarju ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni ma jinbidilx għall-finijiet tat-tassazzjoni u, konsegwentement, ma jkun meħtieġ l-ebda aġġustament. Għaldaqstant, huwa neċessarju wkoll li, f’konformità mar-raġunament tat-tassazzjoni, elementi oħrajn tal-bażi għat-taxxa jiġu ttrattati għall-finijiet tat-taxxa b’mod differenti meta mqabblin ma’ kif jiġu kkwalifikati taħt il-kontabilità finanzjarja.

(11)Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu indirizzati setturi speċifiċi ta’ attività, b’mod partikolari t-tbaħħir internazzjonali, li jeħtieġu ċerti aġġustamenti speċifiċi għas-settur. Għall-membri tal-grupp f’dan is-settur, il-kontijiet finanzjarji jkollhom jiġu aġġustati, sabiex jiġi eskluż ammont (profitt jew telf) kopert mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Reġimi tat-taxxa speċjali għat-tbaħħir internazzjonali, spiss imsejħin “Taxxi fuq it-tunnellaġġ” normalment jippermettu t-tassazzjoni fuq il-bażi tat-tunnellaġġ (jiġifieri l-kapaċità tat-trasport) ta’ bastimenti operati minn membru tal-grupp minflok il-profitti jew it-telf attwali mġarrbin mill-membru tal-grupp permezz ta’ attivitajiet eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Għalhekk, esklużjoni ta’ ammont bħal dan tibni fuq l-approċċi rikonoxxuti differenti għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa u tiżgura konsistenza xierqa mal-objettivi differenti ta’ politika tas-suq intern.

(12)Sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni li jinħoloq qafas simplifikat tat-taxxa korporattiva, jenħtieġ li r-riżultati tat-taxxa preliminari għal kull membru tal-grupp jiġu aggregati f’bażi komuni waħda għat-taxxa, sabiex sussegwentement din il-bażi tiġi allokata lill-membri tal-grupp eliġibbli. L-aġġustamenti tat-taxxa fir-rapporti finanzjarji jipproduċu riżultati tat-taxxa preliminari għal kull membru tal-grupp. Dawn ir-riżultati mbagħad jiġu aggregati, li jippermetti l-ħelsien minn taxxa għal telf transfruntier bejn il-membri tal-grupp BEFIT, u sussegwentement, il-bażi għat-taxxa aggregata tiġi allokata lill-membri tal-grupp fuq il-bażi ta’ regola dwar l-allokazzjoni ta’ tranżizzjoni; dan iwitti t-triq għal mekkaniżmu permanenti. Dak il-mekkaniżmu permanenti jista’ jkun ibbażat fuq formula tat-tqassim u jrendi inutli l-ħtieġa li t-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT ikunu konsistenti mal-prinċipju ta’ distakkament. Dan ikollu l-vantaġġ li juża data aktar reċenti ta’ rapportar pajjiż b’pajjiż (“CBCR”) u l-informazzjoni miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Dan jippermetti wkoll valutazzjoni aktar bir-reqqa tal-impatt li l-implimentazzjoni tal-approċċ b’żewġ pilastri hija mistennija jkollha fuq il-bażijiet għat-taxxa nazzjonali u fuq il-bażijiet għat-taxxa tal-grupp tal-BEFIT. B’dan il-mod, xorta jsir possibbli li jintlaħaq l-objettiv ewlieni tan-newtralità tat-taxxa fis-suq intern, li jnaqqas każijiet ta’ taxxa doppja u żejda u jtejjeb iċ-ċertezza tat-taxxa bl-għan li jitnaqqas in-numru ta’ tilwimiet dwar it-taxxa.

(13)L-aggregazzjoni tar-riżultati tat-taxxa fost il-membri tal-grupp ma tkunx miżura xierqa għal ċerti setturi, bħall-attivitajiet estrattivi kif ukoll it-tbaħħir internazzjonali, it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u t-trasport bl-ajru. Għalhekk, ikun importanti li dawk jiġu esklużi mill-aggregazzjoni peress li l-karatteristiċi tagħhom ma joqogħdux f’dan il-kuntest. Kwalunkwe ammont ta’ profitt jew ta’ telf ta’ kumpaniji li joperaw fil-qasam tat-traffiku internazzjonali li ma jkunx kopert minn taxxa fuq it-tunnellaġġ (u għalhekk ikun eskluż mir-riżultati preliminari tat-taxxa), ikollu jinżamm barra mill-aggregazzjoni filwaqt li jiġi kkomputat bl-applikazzjoni tar-regoli komuni dwar it-taxxa korporattiva.

(14)Sabiex jipprovdu spazju għat-tkabbir u għall-investiment, l-Istati Membri jitħallew japplikaw ukoll aġġustamenti addizzjonali ta’ wara l-allokazzjoni individwalment (eż. trattament tat-taxxa tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni) f’oqsma mhux koperti mill-qafas komuni. L-Istati Membri jkunu liberi wkoll li jaġġustaw aktar is-sehem allokat tagħhom mingħajr limitu sabiex jiżguraw li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-għażliet ta’ politika nazzjonali tagħhom f’dan il-qasam. L-aktar importanti, id-Direttiva (UE) 2022/2523 effettivament tistabbilixxi limitu massimu li effettivament jiżgura li r-rata tat-taxxa effettiva tkun ta’ mill-inqas 15 %.

(15)Xi Stati Membri joperaw sistemi tat-taxxa korporattiva li huma mibnijin fuq prinċipji li jvarjaw mill-aktar approċċ komuni, bħas-sistemi tat-taxxa bbażati fuq id-distribuzzjoni. Għalhekk, huwa ta’ importanza assoluta li jiġu stabbiliti l-aġġustamenti neċessarji, sabiex tiġi żgurata interazzjoni fattibbli ma’ dawk is-sistemi. Is-soluzzjoni tista’ tinstab f’ċerti aġġustamenti ta’ wara l-allokazzjoni. Dawn ikunu jinvolvu li l-parti li tiġi allokata lil membru tal-grupp fil-qafas ta’ sistema bbażata fuq id-distribuzzjoni jkollha tiġi mmodifikata fi proporzjon mad-distribuzzjonijiet magħmulin matul is-sena fiskali. L-essenza ta’ sistema tat-taxxa bbażata fuq id-distribuzzjoni tinżamm bis-sħiħ, meta jitqies li d-distribuzzjoni timmarka punt ta’ żmien għat-tassazzjoni tal-parti allokata u, b’hekk, jiġi ddeterminat kemm minn din ikun jeħtieġ li jiġi intaxxat. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi previst li jitħaddem mekkaniżmu ta’ riport, sabiex jiġi żgurat li l-parti allokata li ma tkunx intaxxata fis-sena kurrenti tkun taxxabbli fis-snin ta’ wara.

(16)Peress li r-relazzjonijiet fi ħdan grupp jirrappreżentaw biss parti mill-attività kummerċjali ta’ grupp ta’ kumpaniji, it-tranżazzjonijiet bejn membri ta’ grupp u intrapriżi assoċjati barra mill-grupp jikkostitwixxu aspett essenzjali ieħor li għandu jiġi analizzat. Sabiex jiġi indirizzat dan l-aspett estern u billi n-numru ta’ tilwimiet dwar il-prezzar ta’ trasferiment dan l-aħħar żdied b’mod konsiderevoli, speċjalment fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-prezzar għall-attivitajiet ta’ rutina, ikun utli ħafna li jiġi previst approċċ simplifikat għall-konformità tal-prezzar ta’ trasferiment li jnaqqas il-kostijiet ta’ konformità għan-negozji u jtejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-użu tal-kapital uman. Għal dan l-għan, ikun importanti li jiġi adottat qafas komuni ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-prezzar ta’ trasferiment bbażat fuq analiżi tal-parametri referenzjarji aċċettata b’mod komuni. Din il-valutazzjoni tinvestiga l-marġnijiet tal-Qligħ Qabel l-Imgħax u t-Taxxa għall-entitajiet li joperaw b’mod indipendenti fis-suq intern. Imbagħad, jenħtieġ li l-markaturi tal-profitt miksubin b’dan il-mod jiġu ppubblikati sabiex jintużaw bħala għodda ta’ awtovalutazzjoni tar-riskju, u jippermettu lill-gruppi li joperaw fis-suq intern ikunu jafu minn qabel ir-redditi distakkati (ibbażati fuq is-suq) li jkunu mistennijin jiksbu fi tranżazzjonijiet ma’ intrapriżi assoċjati. Jenħtieġ li kull tranżazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tiġi vvalutata bħala ta’ riskju baxx, medju jew għoli, skont kif din tipparaguna mal-markaturi tal-profitt, li jiġu stabbiliti permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

(17)Qafas komuni għat-tassazzjoni korporattiva bilfors li jkollu sistema amministrattiva, li idealment jenħtieġ li tipprovdi għal grad ta’ ċertezza tat-taxxa u ta’ simplifikazzjoni. Sabiex tiġi promossa l-uniformità, is-sistema amministrattiva jkollha tibni fuq l-importanza li jitħaddem punt ċentralizzat ta’ referenza sabiex jiġu indirizzati diversi kwistjonijiet komuni, bħal Dikjarazzjoni ta’ Informazzjoni għall-grupp sħiħ, u l-iżgurar ta’ grad adegwat ta’ koordinazzjoni u ta’ kollaborazzjoni fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa. Fl-istess ħin, jenħtieġ li s-sistema amministrattiva tirrispetta bis-sħiħ is-sovranità tat-taxxa nazzjonali billi d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa lokali, l-awditi u s-soluzzjoni tat-tilwim ikollhom jibqgħu primarjament fil-livell tal-Istati Membri.

(18)Sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-qafas komuni jiġu implimentati u infurzati b’mod korrett, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li penali bħal dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(19)Sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji li jkun hemm qafas legali komuni għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa korporattiva fis-suq intern, jenħtieġ li l-applikazzjoni tar-regoli tkun fakultattiva għall-gruppi, inklużi l-gruppi ta’ SMEs, li jaqilgħu dħul annwali kombinat ta’ anqas minn EUR 750 000 000 sakemm iħejju rapporti finanzjarji konsolidati u jkollhom preżenza taxxabbli fl-Unjoni. Billi l-applikazzjoni tar-regoli tinżamm miftuħa għal gruppi ta’ daqs iżgħar, aktar gruppi bi strutturi u b’attivitajiet transfruntieri jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni li joffri l-qafas komuni.

(20)Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati, skont il-każ, ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ (i) l-emendar tal-Annessi I u II, kif xieraq; u (ii) is-supplimentazzjoni billi jiġu stabbiliti regoli addizzjonali għall-impriżi tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) 17 il-ġdid dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 26 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(21)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għall-funzjonament tal-hekk imsejħin “timijiet tal-BEFIT” stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex jgħaqqdu flimkien rappreżentanti ta’ kull amministrazzjoni tat-taxxa rilevanti mill-Istati Membri fejn jopera l-grupp kif ukoll sabiex jistabbilixxu marġnijiet ta’ profitt għal ċerti tranżazzjonijiet ta’ rutina bejn il-membri tal-grupp tal-BEFIT u l-intrapriżi assoċjati tagħhom barra mill-grupp tal-BEFIT, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 .

(22)Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ din id-Direttiva jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 . L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data personali skont din id-Direttiva biss għall-fini tal-applikazzjoni tal-Kapitolu IV kif ukoll għall-fini tal-eżami u tal-ilħuq ta’ kunsens dwar il-kontenut tar-ritorn u tal-proċessar tal-informazzjoni tal-BEFIT u tal-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa individwali skont il-Kapitolu V.

(23)Il-perjodu ta’ żamma ta’ 10 snin huwa ġġustifikat sabiex jippermetti lill-Istati Membri jikkonformaw mal-biċċa l-kbira tat-termini preskrittivi.

(24)Sabiex in-negozji jkunu jistgħu jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tat-taxxa stabbiliti f’din id-Direttiva ssir aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika (“SDG”) f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724 29 . L-SDG tipprovdi punt uniku ta’ servizz għall-utenti transfruntiera għall-forniment online ta’ informazzjoni, ta’ proċeduri u ta’ servizzi ta’ assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern.

(25)Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-isfidi eżistenti li huma kkawżati mill-interazzjoni bejn 27 sistema differenti ta’ taxxa korporattiva, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(26)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni informali tiegħu fit-18 ta’ Awwissu 2023.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

1.Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għat-tassazzjoni fuq l-introjtu korporattiv fl-Unjoni għal ċerti gruppi.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, din id-Direttiva tistabbilixxi regoli:

(a)dwar id-delineazzjoni ta’ grupp għall-finijiet ta’ din id-Direttiva (“il-grupp tal-BEFIT”);

(b)għall-kalkolu ta’ bażi għat-taxxa aggregata għall-kumpaniji u għall-istabbilimenti permanenti tal-grupp tal-BEFIT (“membru tal-grupp tal-BEFIT” u “bażi għat-taxxa tal-BEFIT”);

(c)għall-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT lill-membri eliġibbli tal-grupp tal-BEFIT;

(d)is-simplifikazzjoni tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-prezzar ta’ trasferiment għal tranżazzjonijiet ma’ intrapriżi assoċjati barra mill-grupp;

(e)għall-amministrazzjoni tal-qafas legali komuni.

3.Kumpanija jew stabbiliment permanenti li huwa soġġett għal din id-Direttiva ma għandux jibqa’ soġġett għal-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva fl-Istati Membri kollha fejn ikun stabbilit fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha regolati b’din id-Direttiva, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’din id-Direttiva.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Din id-Direttiva tapplika għal kumpaniji residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru, inklużi l-istabbilimenti permanenti tagħhom li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, u għal stabbilimenti permanenti li jinsabu fi Stati Membri ta’ entitajiet residenti għal finijiet tat-taxxa f’pajjiż terz (“entitajiet ta’ pajjiż terz”), li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(a)jappartjenu għal grupp domestiku jew għal grupp ta’ intrapriżi multinazzjonali (“grupp MNE”) li jħejji rapporti finanzjarji konsolidati u li kellu dħul annwali kombinat ta’ EUR 750 000 000 jew aktar f’tal-anqas tnejn mill-aħħar 4 snin fiskali;

(b)fir-rigward tal-kumpaniji, barra minn hekk:

(i)jieħdu waħda mill-forom elenkati fl-Anness I;

(ii)ikunu soġġetti għal waħda mit-taxxi korporattivi elenkati fl-Anness II, jew għal taxxa simili li tiddaħħal wara;

(iii)ikunu l-entità omm apikali (“UPE”) jew l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tagħhom għandhom jiġu kkonsolidati fuq bażi linja b’linja mill-entità omm apikali;

(c)fir-rigward ta’ stabbilimenti permanenti, barra minn hekk:

(i)ikunu soġġetti għal waħda mit-taxxi korporattivi elenkati fl-Anness II jew għal taxxa simili li tiddaħħal wara;

(ii)ikunu stabbiliment permanenti tal-entità omm apikali jew ta’ entità li l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tagħha għandhom jiġu kkonsolidati fuq bażi ta’ entrata, entrata mill-entità omm apikali.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kumpaniji jew għal stabbilimenti permanenti b’entità omm apikali barra mill-Unjoni fejn id-dħul kombinat tal-grupp fl-Unjoni jew ma jaqbiżx il-5 % tad-dħul totali għall-grupp fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu jew l-ammont ta’ EUR 50 miljun f’tal-anqas tnejn mill-aħħar 4 snin fiskali. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ parteċipazzjoni skont il-paragrafu 7.

3.Meta żewġ gruppi jew aktar jingħaqdu sabiex jiffurmaw grupp wieħed, il-limitu ta’ EUR 750 000 000 imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie ssodisfat għal kwalunkwe sena fiskali qabel il-fużjoni jekk is-somma tad-dħul kombinat tal-gruppi li jkunu qed jiġu fużi għal dik is-sena fiskali, kif inkluża f’kull waħda mir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom, tkun ta’ EUR 750 000 000 jew aktar. Il-kumpaniji u l-membri tal-istabbilimenti permanenti ta’ dak il-grupp iffurmat ġdid għandhom isiru soġġetti għal din id-Direttiva jekk dak il-livell limitu jkun ġie ssodisfat f’tal-anqas tnejn mill-aħħar 4 snin fiskali.

4.Meta kumpanija li ma tkunx membru ta’ grupp (il-“mira”) tiġi akkwistata minn kumpanija oħra jew minn grupp (l-“entità akkwirenti”) u jew il-mira jew l-entità akkwirenti ma kellhiex rapporti finanzjarji konsolidati fi kwalunkwe waħda mill-4 snin fiskali immedjatament qabel is-sena fiskali tal-akkwiżizzjoni, il-livell limitu tad-dħul kombinat annwali ta’ EUR 750 000 000 imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies li ntlaħaq għal dik is-sena jekk is-somma tad-dħul inkluża fir-rapporti finanzjarji jew fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-mira u tal-entità akkwirenti għal dik is-sena fiskali tkun ta’ EUR 750 000 000 jew aktar. L-entità akkwirenti għandha ssir soġġetta għal din id-Direttiva jekk dak il-livell limitu jkun intlaħaq f’tal-anqas tnejn mill-4 snin fiskali immedjatament qabel is-sena fiskali li fiha din id-Direttiva tibda tapplika għall-entità akkwirenti.

5.Meta jkun hemm ħall tal-fużjoni ta’ grupp f’żewġ gruppi jew aktar (il-“gruppi defużjonati”), il-livell limitu ta’ EUR 750 000 000 imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies milħuq minn kull wieħed mill-gruppi defużjonati meta:

(a)fl-ewwel sena fiskali li tintemm wara l-ħall tal-fużjoni, kull wieħed mill-gruppi defużjonati ikollu dħul annwali kombinat ta’ EUR 750 000 000 jew aktar f’dik is-sena fiskali;

(b)fit-tieni sar-raba’ snin fiskali li jintemmu wara l-ħall tal-fużjoni, kull wieħed mill-gruppi defużjonati jkollu dħul annwali kombinat ta’ EUR 750 000 000 jew aktar f’tal-anqas tnejn minn dawk is-snin fiskali.

6.Meta waħda jew aktar mill-4 snin finanzjarji msemmijin f’dan l-Artikolu tkun itwal jew iqsar minn 12-il xahar, il-livelli limitu tad-dħul imsemmijin għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment għal kull waħda minn dawk is-snin finanzjarji.

7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li huma residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), inklużi l-istabbilimenti permanenti tagħhom li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, kif ukoll l-istabbilimenti permanenti, li jinsabu fl-Istati Membri, ta’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), jistgħu jagħżlu li jkunu koperti minn din id-Direttiva jekk ikunu jappartjenu għal grupp MNE jew għal grupp domestiku li jħejji rapporti finanzjarji konsolidati iżda ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (a), rigward il-livell limitu ta’ EUR 750 000 000.

8.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 74 sabiex temenda l-Annessi I u II bl-għan li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-bidliet fil-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-forom ta’ kumpaniji u tat-taxxi korporattivi.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“grupp” tfisser:

(a)ġabra ta’ entitajiet li huma relatati permezz ta’ sjieda jew kontroll kif iddefinit mill-istandard kontabilistiku finanzjarju aċċettabbli għat-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati mill-entità omm apikali, inkluża kwalunkwe entità li setgħet ġiet eskluża mir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali bbażata biss fuq id-daqs żgħir tagħha, fuq ir-raġunijiet ta’ materjalità jew fuq il-bażi li tinżamm għall-bejgħ; jew

(b)entità li tinkludi l-introjtu jew it-telf nett ta’ stabbiliment permanenti wieħed jew aktar fir-rapporti finanzjarji tagħha (“uffiċċju prinċipali”), dment li ma tkunx parti minn grupp ieħor kif definit fil-punt (a);

(2)“grupp domestiku” tfisser kwalunkwe grupp li l-entitajiet kollha tiegħu jinsabu fl-istess Stat Membru;

(3)“grupp MNE” tfisser kwalunkwe grupp multinazzjonali li jinkludi tal-anqas entità waħda jew stabbiliment permanenti wieħed li ma jkunx jinsab fil-ġuriżdizzjoni tal-entità omm apikali (“UPE”);

(4)“sena fiskali” tfisser il-perjodu kontabilistiku li fir-rigward tiegħu l-entità omm apikali tħejji r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha.

(5)“rapporti finanzjarji konsolidati” tfisser ir-rapporti finanzjarji li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus ta’ entità u dawk tas-sussidjarji tagħha, li huma kkontrollati minn tal-ewwel, jiġu ppreżentati bħala dawk ta’ unità ekonomika waħda;

(6)“entità” tfisser kwalunkwe arranġament ġuridiku li jħejji kontijiet finanzjarji separati jew kwalunkwe persuna ġuridika;

(7)“entità omm apikali” tfisser:

(a)entità li tkun is-sid, b’mod dirett jew indirett, ta’ interess kontrollanti fi kwalunkwe entità oħra u li ma tkunx proprjetà, b’mod dirett jew indirett, ta’ entità oħra b’interess kontrollanti fiha; jew

(b)l-uffiċċju prinċipali ta’ grupp kif definit fil-punt (1)(b);

(8)“interess proprjetarju” tfisser kwalunkwe interess ta’ ekwità li jġorr drittijiet għall-profitti, għall-kapital jew għar-riżervi ta’ entità jew ta’ stabbiliment permanenti;

(9)“interess kontrollanti” tfisser interess proprjetarju f’entità li bih id-detentur tal-interess ikun meħtieġ jikkonsolida l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tal-entità fuq bażi ta’ entrata, entrata;

(10)“entità dikjaranti” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)l-entità omm apikali, meta tkun tinsab fi Stat Membru; jew

(b)jekk l-entità omm apikali ma tkunx tinsab fi Stat Membru, l-entità li tinsab fi Stat Membru, li tkun inħatret mill-grupp tal-BEFIT sabiex tissodisfa l-obbligi fir-rigward tar-ritorn ta’ informazzjoni tal-grupp tal-BEFIT stabbiliti fl-Artikolu 57 f’isem il-grupp tal-BEFIT.

(11)“standard kontabilistiku aċċettabbli fl-Unjoni” tfisser l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju kif adottati mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 u l-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati tal-Istati Membri;

(12)“introjtu jew telf nett tal-kontabilità finanzjarja” tfisser il-profitt jew it-telf nett iddeterminat għal membru tal-grupp tal-BEFIT, skont standard kontabilistiku aċċettabbli komuni uniku fl-Unjoni qabel kwalunkwe aġġustamenti tal-konsolidament għall-eliminazzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT, f’konformità mal-Artikolu 7.

(13)“Impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 ;

(14)“Assigurazzjoni tal-ħajja marbuta ma’ indiċi u marbuta ma’ unitajiet” tfisser poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom il-qligħ u t-telf mill-investimenti, jew l-imgħaxijiet/id-dividendi li jakkumulaw fuq l-investimenti sottostanti tal-impriża tal-assigurazzjoni, maż-żmien jiġu allokati bis-sħiħ lid-detenturi ta’ poloz;

(15)“sid ekonomiku” tfisser il-persuna li sostanzjalment tirċievi l-benefiċċji kollha u ġġorr ir-riskji kollha marbutin ma’ assi fiss, irrispettivament minn jekk dik il-persuna tkunx is-sid legali. Kontribwent li jkollu d-dritt li jippossjedi, juża u jiddisponi minn assi fiss u jġorr ir-riskju tat-telf jew tal-qerda tiegħu għandu fi kwalunkwe każ jitqies bħala s-sid ekonomiku;

(16)“allokazzjoni bażi” tfisser il-metodu għall-kondiviżjoni tal-bażi għat-taxxa BEFIT fost il-membri tal-grupp BEFIT f’kull sena fiskali tal-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 45.

(17)“awtorità tad-dikjarazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun residenti l-entità dikjaranti għal finijiet tat-taxxa jew, jekk tikkonċerna stabbiliment permanenti ta’ kontribwent mhux residenti, l-Istat Membru fejn ikun jinsab dak l-istabbiliment permanenti.

KAPITOLU II
DETERMINAZZJONI TAR-RIŻULTAT PRELIMINARI TAT-TAXXA

Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 4
Prinċipji ġenerali

1.Ir-riżultat preliminari tat-taxxa ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi ddeterminat, għal kull sena fiskali, fuq il-bażi tal-introjtu jew tat-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tiegħu kif aġġustat f’konformità mal-Artikoli 8 sa 41 ta’ din id-Direttiva.

2.L-ispejjeż li huma inklużi fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandhom ikunu deduċibbli mir-riżultat tat-taxxa preliminari tiegħu biss sal-punt li jiġġarrbu fl-interess kummerċjali dirett tiegħu.

Artikolu 5
Struttura ta’ grupp tal-BEFIT

1.Grupp tal-BEFIT għandu jiġi ffurmat meta żewġ kumpaniji jew stabbilimenti permanenti jew aktar li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-kumpanija tkun jew l-entità omm apikali tal-grupp jew kwalunkwe kumpanija oħra tal-grupp li fiha l-entità omm apikali jkollha, direttament jew indirettament, tal-anqas 75 % tad-drittijiet tas-sjieda jew tad-drittijiet li jagħtu intitolament għall-profitt;

(b)l-uffiċċju prinċipali tal-istabbiliment permanenti jkun jew l-entità omm apikali tal-grupp jew kwalunkwe membru ieħor (kumpanija jew entità) tal-grupp li fih l-entità omm apikali jkollha, direttament jew indirettament, tal-anqas 75 % tad-drittijiet tas-sjieda jew tad-drittijiet li jagħtu intitolament għall-profitt.

2.Għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), id-drittijiet tas-sjieda u d-drittijiet li jagħtu intitolament għall-profitt f’kumpanija li tappartjeni għal grupp għandhom jiġu kkalkolati billi jiġu mmoltiplikati l-interessi miżmumin, direttament u indirettament, f’kull livell.

Artikolu 6
Rekwiżiti tal-perjodu ta’ żamma

1.Membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jilħaq il-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 5(1) mingħajr interruzzjoni, matul is-sena fiskali.

2.Kumpanija jew stabbiliment permanenti għandu jsir membru tal-grupp tal-BEFIT fid-data li fiha jintlaħqu l-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 5(1). Il-livelli limitu għandhom jiġu ssodisfati għal tal-anqas 9 xhur konsekuttivi. Jekk kumpanija jew, kif applikabbli, stabbiliment permanenti jonqos milli jilħaq il-livelli limitu għall-perjodu meħtieġ, dan għandu jiġi ttrattat daqslikieku qatt ma kien membru tal-grupp tal-BEFIT.

3.Kumpanija jew stabbiliment permanenti ma jibqax membru tal-grupp tal-BEFIT fil-jum li jsegwi dak li fih ma jibqax jilħaq il-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 5(1).

Artikolu 7
Kontijiet finanzjarji bħala bażi għall-komputazzjoni tar-riżultat preliminari tat-taxxa

1.Ir-riżultat preliminari tat-taxxa ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi kkomputat billi jsiru l-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 41 għall-introjtu jew għat-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tiegħu għas-sena fiskali, kif iddeterminat skont standard kontabilistiku komuni aċċettabbli uniku fl-Unjoni qabel kwalunkwe aġġustamenti tal-konsolidament għall-eliminazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ grupp intra-BEFIT. 

2.L-istandard kontabilistiku aċċettabbli fl-Unjoni li għandu jintuża mill-membri tal-grupp tal-BEFIT għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandu jkun l-istandard kontabilistiku aċċettabbli fl-Unjoni li jintuża fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali meta din tal-aħħar tkun residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru.

Meta l-entità omm apikali ma tkunx residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru, l-istandard kontabilistiku aċċettabbli fl-Unjoni għandu jkun l-istandard fis-seħħ fl-Istat Membru fejn l-entità dikjaranti tkun residenti għal finijiet tat-taxxa.

3.Meta membru tal-grupp tal-BEFIT ikun stabbiliment permanenti, l-introjtu jew it-telf nett kontabilistiku finanzjarju tiegħu għandu jkun jew:

(a)l-introjtu jew it-telf nett rifless fil-kontijiet finanzjarji separati tiegħu stess, kif iddeterminat f’konformità mal-paragrafi 1 u 2; jew

(b)fin-nuqqas ta’ kontijiet finanzjarji separati, l-introjtu jew it-telf nett li kien ikun rifless fil-kontijiet finanzjarji separati tiegħu li kieku tħejjew fuq bażi awtonoma u f’konformità mal-istandard aċċettabbli fl-Unjoni ddeterminat f’konformità mal-paragrafi 1 u 2.

4.B’deroga mill-paragrafu 1, meta Stat Membru japplika liġi nazzjonali li tippermetti li l-gruppi jħejju, jawditjaw u jippubblikaw rapporti finanzjarji fuq bażi ġuriżdizzjonali, ir-riżultat preliminari tat-taxxa u l-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT tal-membri tal-grupp tal-BEFIT li huma residenti għal finijiet tat-taxxa f’dak l-Istat Membru jistgħu jiġu kkomputati wkoll fuq bażi ġuriżdizzjonali, dment li l-grupp ikun jista’ jidentifika separatament, għal kull membru tal-grupp tal-BEFIT, id-data neċessarja għall-kalkolu ta’ tali riżultat preliminari tat-taxxa u tal-aġġustamenti ta’ wara l-allokazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva.

Taqsima 2

Aġġustamenti fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja

Artikolu 8
Dividendi u distribuzzjonijiet oħrajn

Bl-eċċezzjoni tal-assi finanzjarji miżmumin għan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), u tal-investimenti magħmulin għall-benefiċċju ta’ detenturi ta’ poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jġorru r-riskju tal-investiment fil-kuntest ta’ polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ indiċi u marbuta ma’ unitajiet, kif imsemmi fl-Artikolu 14, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jeskludi 95 % tal-ammont ta’ dividendi jew ta’ distribuzzjonijiet oħrajn riċevuti jew dovuti matul is-sena fiskali, dment li fid-data tad-distribuzzjoni, l-interess proprjetarju jinżamm mill-membru tal-grupp tal-BEFIT għal aktar minn sena u dan l-interess iġorr id-dritt għal aktar minn 10 % tal-profitti, tal-kapital, tar-riżervi jew tad-drittijiet tal-vot.

Artikolu 9
Gwadanji jew telf mid-disponiment ta’ ishma

Bl-eċċezzjoni tal-assi finanzjarji miżmumin għan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), u tal-investimenti magħmulin għall-benefiċċju ta’ detenturi ta’ poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jġorru r-riskju tal-investiment fil-kuntest ta’ polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ indiċi u marbuta ma’ unitajiet, kif imsemmi fl-Artikolu 14, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jeskludi 95 % tal-ammont ta’ gwadann jew ta’ telf li jirriżulta mid-disponiment ta’ interess proprjetarju, dment li fid-data tad-disponiment, l-interess proprjetarju jinżamm mill-membru tal-grupp tal-BEFIT għal aktar minn sena u dan l-interess iġorr id-dritt għal aktar minn 10 % tal-profitti, tal-kapital, tar-riżervi jew tad-drittijiet tal-vot.

Artikolu 10
Bidliet fil-valur ġust

Bl-eċċezzjoni tal-assi finanzjarji miżmumin għan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), u tal-investimenti magħmulin għall-benefiċċju ta’ detenturi ta’ poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jġorru r-riskju tal-investiment fil-kuntest ta’ polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ indiċi u marbuta ma’ unitajiet, kif imsemmi fl-Artikolu 14, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jeskludi l-ammont ta’ qligħ jew ta’ telf li jirriżulta minn bidliet fil-valur ġust ta’ interess proprjetarju, dment li fid-data tad-disponiment, l-interess proprjetarju jinżamm mill-membru tal-grupp BEFIT għal aktar minn sena u dan l-interess iġorr id-dritt għal aktar minn 10 % tal-profitti, tal-kapital, tar-riżervi jew tad-drittijiet tal-vot.

Artikolu 11
Assi finanzjarji miżmumin għan-negozju

1.Assi jew obbligazzjoni finanzjarja għandha tiġi ttrattata bħala miżmuma għan-negozju minn membru tal-grupp BEFIT meta tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tiġi akkwistata jew tiġġarrab primarjament biex tinbiegħ jew tinxtara mill-ġdid fit-terminu qasir;

(b)tkun parti minn portafoll ta’ strumenti finanzjarji identifikati, inklużi derivattivi, li jkunu ġestiti flimkien u li għalihom ikun hemm evidenza ta’ mudell attwali riċenti ta’ teħid tal-profitti fuq terminu qasir.

2.Meta assi jew obbligazzjoni finanzjarja li tinżamm minn membru tal-grupp tal-BEFIT tagħmel tranżizzjoni sabiex issir assi jew obbligazzjoni miżmuma għan-negozju jew viċi versa, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja għandu jiġi aġġustat sabiex jinkludi kwalunkwe differenza bejn il-valur ġust ikkalkolat fil-bidu tas-sena fiskali jew fid-data tax-xiri jekk aktar tard, u l-valur ġust tagħha kkalkolat fi tmiem l-istess sena fiskali.

Il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja fi tmiem is-sena fiskali li matulha tagħmel it-tranżizzjoni sabiex issir assi jew obbligazzjoni miżmuma għan-negozju jew viċi versa għandu jkun ukoll il-valur ġust tagħha fil-bidu tas-sena fiskali wara t-tranżizzjoni.

3.Il-perjodu ta’ żamma msemmi fl-Artikolu 9 għandu jibda jew jiġi interrott meta l-assi jew l-obbligazzjoni finanzjarja ma tibqax miżmuma għan-negozju jew tiġi ttrasferita sabiex issir assi jew obbligazzjoni miżmuma għan-negozju rispettivament.

Artikolu 12
Introjtu jew telf ta’ stabbiliment permanenti

L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jiġi eskluż l-ammont tal-introjtu jew tat-telf li huwa attribwibbli għall-istabbilimenti permanenti tiegħu.

Artikolu 13
Regola dwar il-limitazzjoni tal-imgħax

1.Membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jaġġusta l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tiegħu sabiex jinkludi l-ammont ta’ kostijiet eċċessivi tat-teħid b’self, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern 32 , li ma jkunx deduċibbli għal finijiet tat-taxxa f’konformità mar-regoli dwar il-limitazzjoni tal-imgħax stabbiliti fil-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva tal-Istat Membru fejn ikun residenti għal finijiet tat-taxxa.

2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-kostijiet eċċessivi tat-teħid b’self li jinħolqu minn tranżazzjoni bejn il-membri tal-grupp tal-BEFIT.

Artikolu 14
Impriżi tal-assigurazzjoni

1.Meta membru tal-grupp tal-BEFIT ikun impriża tal-assigurazzjoni li tkun awtorizzata topera fi Stat Membru f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4.

2.L-ammont ta’ provvedimenti tekniċi ta’ impriżi tal-assigurazzjoni stabbiliti f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE 33 li tnaqqsu fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi rrieżaminat u aġġustat fi tmiem kull sena fiskali. Meta jiġi kkalkolat ir-riżultat preliminari tat-taxxa fis-snin futuri, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti li jkunu diġà tnaqqsu.

3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 74 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva li tistabbilixxi regoli aktar dettaljati dwar l-adattament tar-riżultat preliminari tat-taxxa għall-impriżi tal-assigurazzjoni, fil-kuntest tal-impatt tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) 17 il-ġdid dwar il-kuntratti tal-assigurazzjoni.

4.L-assiguraturi tal-ħajja fil-kuntest ta’ polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja marbuta ma’ indiċi u marbuta ma’ unitajiet għandhom jevalwaw l-assi skont il-valur tas-suq u jistabbilixxu r-riżerva f’konformità mal-evalwazzjoni tal-assi sottostanti.

Artikolu 15
Attivitajiet tat-tbaħħir koperti minn taxxa fuq it-tunnellaġġ

L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT li jwettaq attivitajiet ta’ tbaħħir għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġi eskluż l-ammont ta’ dħul, ta’ spejjeż u ta’ entrati deduċibbli oħrajn derivati minn tali attivitajiet koperti minn taxxa fuq it-tunnellaġġ.

Artikolu 16
Multi, penali u pagamenti illegali

L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jinkludi l-ammont ta’ spejjeż dovuti għal pagamenti li jinstabu illegali bħala riżultat ta’ awditu jew ta’ investigazzjoni mill-awtorità kompetenti kif ukoll multi u penali, inklużi imposti għal ħlas tard, li jkunu dovuti lil awtorità pubblika għall-ksur ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni.

Artikolu 17
Taxxa korporattiva

L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jinkludi l-ammont ta’ kwalunkwe taxxa korporattiva, taxxi simili fuq il-profitti u t-taxxi differiti dovuti għas-sena fiskali kif ukoll kwalunkwe ammont irreġistrat bħala taxxi kurrenti fil-kontijiet finanzjarji fir-rigward tal-pagament ta’ taxxa supplimentari dovuta f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2523 jew fl-applikazzjoni ta’ Taxxa Kumplimentari Domestika Kwalifikata kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 18
Ħelsien ta’ rifinanzjament għall-assi ta’ sostituzzjoni

1.Meta r-rikavati mid-disponiment, inkluż il-kumpens għad-dannu, ta’ assi fiss deprezzabbli jew ta’ art, ikunu se jiġu investiti mill-ġdid f’assi simili użat għall-istess għan ta’ negozju jew għal għan ta’ negozju simili qabel tmiem it-tieni sena fiskali wara s-sena fiskali li fiha seħħ id-disponiment, l-ammont li bih dawk ir-rikavati jaqbżu l-valur għall-finijiet tat-taxxa tal-assi jista’ jitnaqqas fis-sena tad-disponiment. Assi li jiġi dispost b’mod volontarju jrid ikun ilu f’pussess proprjetarju għal perjodu minimu ta’ 3 snin qabel id-disponiment.

2.L-assi ta’ sostituzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinxtara fis-sena fiskali ta’ qabel id-disponiment. Meta l-assi ta’ sostituzzjoni ma jinxtrax qabel it-tmiem tat-tieni sena fiskali wara s-sena li fiha jkun sar id-disponiment tal-assi, u ħlief f’każijiet ta’ force majeure, l-ammont imnaqqas fis-sena tad-disponiment, miżjud b’10 %, għandu jiżdied mar-riżultat preliminari tat-taxxa fit-tieni sena fiskali wara li jkun seħħ id-disponiment.

Artikolu 19
Id-dħul u l-ispiża fir-rigward tal-assi fissi soġġetti għal deprezzament

1.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jiġu esklużi l-ammonti li ġejjin:

(a)il-kostijiet tal-akkwiżizzjoni jew tal-kostruzzjoni kif ukoll il-kostijiet marbutin mat-titjib tal-assi fissi li huma deprezzabbli f’konformità mar-regoli stabbiliti fit-Taqsima 3; u

(b)is-sussidji direttament marbutin mal-akkwiżizzjoni, mal-kostruzzjoni jew mat-titjib ta’ tali assi.

2.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jinkludi biss l-ammont ta’ tnaqqis fir-rigward tad-deprezzament tal-assi fissi kif iddeterminat fl-Artikoli 22 sa 28.

Artikolu 20
Gwadann jew telf fil-kambju tal-munita

L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jiġu esklużi dawn li ġejjin:

(a)l-ammont ta’ kwalunkwe gwadann jew telf mhux realizzat minn skambju barrani fir-rigward ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet fissi;

(b)l-ammont ta’ kwalunkwe provvediment irreġistrat għal telf mhux realizzat minn skambju barrani.

Artikolu 21
Aġġustamenti fir-rigward ta’ ċerti entrati (entrati li tħallew f’idejn l-Istati Membri wara l-allokazzjoni)

L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jeskludi mir-riżultat preliminari tat-taxxa kwalunkwe ammont relatat mal-entrati elenkati fl-Artikolu 48(1), il-punti (a) sa (j).

Taqsima 3
Deprezzament

Artikolu 22
Metodu u durata tad-deprezzament

1.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex fis-sena fiskali tal-akkwiżizzjoni jiġi eskluż kwalunkwe assi fiss tanġibbli li għandu valur kontabilistiku qabel id-deprezzament li jkun anqas minn EUR 5000.

2.Meta ma jkunx japplika l-paragrafu 1, l-assi fissi għandhom jiġu ddeprezzati individwalment matul il-ħajja utli tagħhom fuq bażi lineari. Il-ħajja utli ta’ assi fiss għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)il-bini kollu kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ proprjetà immobbli u ta’ struttura li tintuża għan-negozju: 28 sena;

(b)l-assi fissi tanġibbli l-oħrajn kollha: il-ħajja utli tagħhom kif ivvalutata f’konformità mal-istandard kontabilistiku aċċettabbli fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 7;

(c)assi fissi intanġibbli, inkluż l-avvjament akkwiżit: il-perjodu li matulu l-assi jgawdi minn protezzjoni legali jew li għalih ikun ingħata d-dritt u, jekk dak il-perjodu ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, 5 snin.

3.L-assi fissi użati għandhom jiġu ddeprezzati f’konformità mal-paragrafu 2, sakemm il-membru tal-grupp tal-BEFIT ma jkunx juri li l-ħajja utli stmata li jifdal tal-assi tkun iqsar, f’liema każ għandu jiġi ddeprezzat fuq dak il-perjodu iqsar.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assi intanġibbli fissi użati għandhom jiġu ddeprezzati fuq 5 snin, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat il-perjodu li jifdal li għalih l-assi jgawdi protezzjoni legali jew li għalih ikun ingħata d-dritt, f’liema każ għandu jiġi ddeprezzat matul dak il-perjodu l-ieħor.

4.Id-deprezzament għandu jitnaqqas kull xahar mix-xahar tal-bidu tal-użu tal-assi fiss. L-ebda deprezzament ma għandu jitnaqqas fix-xahar tat-trasferiment tal-assi.

5.Il-valur għall-finijiet tat-taxxa ta’ assi fiss li jsir id-disponiment tiegħu, jew li ssirlu ħsara b’tali mod li ma jkunx jista’ jintuża aktar għan-negozju, u l-valur għall-finijiet tat-taxxa ta’ kwalunkwe kost għat-titjib imġarrab fir-rigward taż dak l-assi għandhom jitnaqqsu mir-riżultat preliminari tat-taxxa fix-xahar tad-disponiment jew tal-ħsara.

Artikolu 23
Intitolament għad-deprezzament

1.Soġġett għall-paragrafu 3, id-deprezzament għandu jitnaqqas mis-sid ekonomiku.

2.Fil-każ ta’ kuntratti li fihom is-sjieda ekonomika u legali ma jikkoinċidu, is-sid ekonomiku għandu jkun intitolat li jnaqqas l-element ta’ imgħax tal-pagamenti mir-riżultat preliminari tat-taxxa tiegħu, sakemm dak l-element ma jkunx inkluż fir-riżultat preliminari tat-taxxa jew fil-bażi għat-taxxa tas-sid legali, skont il-każ, skont jekk is-sid legali jkunx membru ieħor tal-grupp tal-BEFIT jew le.

3.Jekk is-sid ekonomiku ta’ assi ma jkunx jista’ jiġi identifikat, is-sid legali għandu jkollu d-dritt li jnaqqas id-deprezzament. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ lokazzjoni kemm l-element tal-imgħax kif ukoll dak tal-kapital tal-pagamenti tal-lokazzjoni għandhom jiġu inklużi fir-riżultat preliminari tat-taxxa tas-sid legali u, jekk il-lokatarju jkun membru tal-grupp tal-BEFIT, dawn il-pagamenti għandhom jiġu esklużi mir-riżultat preliminari tat-taxxa tiegħu.

4.Assi fiss ma jistax jiġi ddeprezzat minn aktar minn kontribwent wieħed f’sena fiskali, sakemm jew is-sjieda legali jew ekonomika ma tkunx kondiviża bejn aktar kontribwenti, jew is-sid ekonomiku jew legali tal-assi jkun inbidel.

5.Membru tal-grupp tal-BEFIT ma jistax jirrinunzja d-deprezzament.

Artikolu 24
Bażi għad-deprezzament

1.Il-bażi għad-deprezzament għandha tinkludi l-kostijiet direttament marbutin mal-akwiżizzjoni, mal-kostruzzjoni jew mat-titjib ta’ assi fiss. Dawk il-kostijiet ma għandhomx jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli, l-imgħaxijiet, jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe eżerċizzju ta’ rivalutazzjoni jew ta’ indeboliment.

2.Il-bażi għad-deprezzament ta’ assi riċevut bħala għotja għandha tkun il-valur tas-suq tiegħu kif inkluż fil-kontijiet finanzjarji tal-membru tal-grupp tal-BEFIT.

3.Il-bażi għad-deprezzament ta’ assi fiss soġġett għad-deprezzament għandha tonqos billi jitnaqqas l-ammont ta’ kwalunkwe sussidju pubbliku marbut direttament mal-akwiżizzjoni, mal-kostruzzjoni jew mat-titjib tal-assi, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1), il-punt (b).

4.Id-deprezzament tal-assi fissi li ma humiex disponibbli għall-użu, jew li ma ntużawx għal aktar minn 12-il xahar għal raġunijiet li ma humiex barra mill-kontroll tal-membru tal-grupp tal-BEFIT, ma għandux jitqies.

Id-deprezzament għandu jieqaf mix-xahar li jsegwi dak li fih jintemm il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu u għandu jissokta mix-xahar li jsegwi dak li fih l-assi jkun beda jerġa’ jintuża.

5.Meta assi fiss deprezzabbli jkun ġie dispost u ssostitwit f’konformità mar-regoli fl-Artikolu 18, il-bażi għad-deprezzament tal-assi ta’ sostituzzjoni għandha titnaqqas bl-istess ammont bħall-ammont li tnaqqas fis-sena tad-disponiment.

Artikolu 25
Reġistru tal-assi fissi

1.Il-kostijiet tal-akkwiżizzjoni, il-kostijiet tal-kostruzzjoni jew il-kostijiet tat-titjib, flimkien mad-data tal-bidu tal-użu wara l-akkwiżizzjoni, il-kostruzzjoni jew it-titjib, għandhom jiġu rreġistrati f’reġistru tal-assi fissi għal kull assi fiss separatament.

2.Meta jsir id-disponiment ta’ assi fiss, id-dettalji tad-disponiment, inkluża d-data tiegħu, u kwalunkwe rikavat jew kumpens riċevut bħala riżultat ta’ disponiment bħal dan, għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-assi fissi.

3.Ir-reġistru tal-assi fissi għandu jinżamm b’mod li jipprovdi informazzjoni suffiċjenti, inkluża data dwar id-deprezzament, sabiex jiġi kkalkolat ir-riżultat preliminari tat-taxxa u għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)identifikazzjoni tal-assi;

(b)ix-xahar tal-bidu tal-użu;

(c)il-bażi għad-deprezzament;

(d)il-ħajja utli f’konformità mal-Artikolu 22;

(e)id-deprezzament akkumulat matul il-perjodu tat-taxxa kurrenti;

(f)id-deprezzament akkumulat totali;

(g)il-bażi għad-deprezzament netta mid-deprezzament akkumulat totali u netta mit-tnaqqis eċċezzjonali fil-valur;

(h)ix-xahar tal-waqfien jew tat-tkomplija tl-impożizzjoni tad-deprezzament tat-taxxa;

(i)ix-xahar tad-disponiment.

Artikolu 26
Deprezzament tal-kostijiet tat-titjib

1.Il-kostijiet tat-titjib għandhom jiġu ddeprezzati f’konformità mar-regoli applikabbli għall-assi fiss li jkun ittejjeb daqslikieku kien relatat ma’ assi fiss akkwiżit ġdid, inkluża l-ħajja utli tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22(2).

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-kostijiet tat-titjib relatati mal-assi fissi li jinkrew għandhom jiġu ddeprezzati f’konformità mal-Artikoli 22(3) u 23.

2.Meta l-kontribwent juri li l-ħajja utli stmata li jkun fadal ta’ assi fiss deprezzabbli tkun iqsar mill-ħajja utli tal-assi speċifikata fl-Artikolu 22(2), il-kostijiet tat-titjib għal dak l-assi għandhom jiġu ddeprezzati fuq dak il-perjodu iqsar.

Artikolu 27
Assi mhux soġġetti għal deprezzament

L-assi li ġejjin ma għandhomx ikunu soġġetti għal deprezzament:

(a)assi tanġibbli fissi mhux soġġetti għat-tkagħbir bl-użu u għall-obsolexxenza bħalma huma l-art, l-arti, l-antikitajiet jew il-ġojjellerija;

(b)assi finanzjarji.

Artikolu 28
Tnaqqis eċċezzjonali fil-valur

1.Membru tal-grupp tal-BEFIT li juri li l-assi tanġibbli fiss mhux soġġett għal deprezzament, kif imsemmi fl-Artikolu 27(a), naqas fil-valur fit-tmiem ta’ sena fiskali minħabba force majeure jew attivitajiet kriminali minn partijiet terzi jista’ jnaqqas mir-riżultat preliminari tat-taxxa ammont ugwali għal dak it-tnaqqis fil-valur.

2.Meta l-valur ta’ assi li, f’sena fiskali preċedenti, kien soġġett għal deprezzament kif imsemmi fil-paragrafu 1 sussegwentement jiżdied, għandu jiżdied ammont ekwivalenti għal dik iż-żieda mar-riżultat preliminari tat-taxxa fis-sena li fiha tkun seħħet dik iż-żieda.

Madankollu, kwalunkwe żieda bħal din, meħuda flimkien, ma għandhomx jaqbżu l-ammont tat-tnaqqis mogħti oriġinarjament.

Taqsima 4
Regoli dwar it-Twaqqit u l-Kwantifikazzjoni

Artikolu 29
Stokks u xogħol fl-idejn

1.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat bid-differenza bejn il-valur tal-istokks u x-xogħol fl-idejn fil-bidu u fi tmiem is-sena fiskali, bl-eċċezzjoni ta’ stokks u ta’ xogħol fl-idejn relatati ma’ kuntratti fit-tul kif definit fl-Artikolu 32.

2.Il-kostijiet ta’ stokks u ta’ xogħol fl-idejn għandhom jitkejlu bl-użu tal-metodu joħroġ li daħal l-ewwel jew tal-metodu tal-kost medju ponderat.

3.Il-kost tal-istokks u tax-xogħol fl-idejn li jinvolvu elementi li ma jkunux ordinarjament interkambjabbli u oġġetti jew servizzi li jkunu manifatturati jew forniti, rispettivament, u separati għal proġetti speċifiċi, għandu jitkejjel b’mod individwali.

4.Membru tal-grupp tal-BEFIT għandu juża l-istess metodu għall-valwazzjoni tal-istokks u tax-xogħol fl-idejn li għandhom natura u użu simili.

5.Il-kost tal-istokks u tax-xogħol fl-idejn għandu jinkludi il-kostijiet kollha tax-xiri, il-kostijiet diretti tal-konverżjoni u kostijiet diretti oħrajn imġarrbin sabiex jitwasslu fil-post u fil-kundizzjoni li fiha jinstabu fis-sena fiskali rilevanti. Il-kostijiet għandhom ikunu netti mit-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli.

6.L-istokks u x-xogħol fl-idejn għandhom jiġu vvalutati fl-aħħar jum tas-sena fiskali skont liem ikun l-anqas bejn il-kost u l-valur nett realizzabbli. Il-valur nett realizzabbli huwa l-prezz stmat tal-bejgħ matul il-perkors normali tan-negozju, filwaqt li jitnaqqsu minnu l-kostijiet stmati tat-tlestija u l-kostijiet stmati neċessarji sabiex isir il-bejgħ.

Artikolu 30
Provvedimenti

1.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jiġi eskluż l-ammont ta’ kwalunkwe provvediment.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, l-ammont ta’ provvediment għandu jkun permess meta, fi tmiem is-sena fiskali, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikollu obbligu legali jew obbligu legali raġonevolment mistenni;

(b)tali obbligu jirriżulta minn attivitajiet jew minn tranżazzjonijiet imwettqin f’dik is-sena fiskali jew fi snin fiskali preċedenti;

(c)l-ammont ta’ provvediment li jirriżulta minn obbligu bħal dan jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli;

(d)meta jiġi saldat, l-ammont jirriżulta fi spiża li tista’ titnaqqas skont din id-direttiva.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT dejjem għandu jiġi aġġustat sabiex jiġi evitat l-ammont ta’ kwalunkwe provvediment li jkun ġie rreġistrat fir-rigward ta’ telf kontinġenti jew ta’ żidiet futuri fil-kostijiet.

3.Meta l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), ikun relatat ma’ attività jew ma’ tranżazzjoni li tkun se tkompli tul snin fiskali futuri, l-ammont tal-provvediment għandu jinfirex b’mod proporzjonali tul id-durata stmata tal-attività jew tat-tranżazzjoni.

Il-provvedimenti skont dan l-Artikolu għandhom jiġu rrieżaminati u aġġustati fl-aħħar ta’ kull sena fiskali. Fil-kalkolu tar-riżultat preliminari tat-taxxa fis-snin fiskali futuri, għandu jittieħed kont tal-ammonti li diġà tnaqqsu skont dan l-Artikolu.

Artikolu 31
Djun mitlufa

1.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jiġi evitat l-ammont ta’ kwalunkwe tnaqqis irreġistrat fir-rigward ta’ dejn mitluf sakemm, fi tmiem is-sena, il-membru tal-grupp BEFIT ma jkunx talab tnaqqis f’konformità mal-Artikolu 28 u jiġi ssodisfat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-membru tal-grupp ikun ħa l-passi raġonevoli kollha kif imsemmijin fil-paragrafu 2 sabiex iwettaq il-pagament u jkun probabbli li d-dejn ma jiġix issodisfat kompletament jew parzjalment; jew

(b)il-membru tal-grupp ikollu numru kbir ta’ riċevibbli omoġeni li lkoll jirriżultaw mill-istess settur ta’ attività kummerċjali u jkun jista’ jistma b’mod affidabbli l-ammont tar-riċevibbli ta’ dejn mitluf fuq bażi perċentwali, dment li l-valur ta’ kull riċevibbli omoġenu jkun anqas minn 0,1 % tal-valur tar-riċevibbli omoġeni kollha. Sabiex jasal għal stima affidabbli, il-membru tal-grupp BEFIT għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, inkluża l-esperjenza tal-passat.

2.Meta jiddetermina jekk ikunux ittieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex isir il-pagament, kwalunkwe wieħed mill-elementi li ġejjin għandu jitqies mill-membru tal-grupp tal-BEFIT, bil-kundizzjoni li jkunu bbażati fuq evidenza oġġettiva:

(a)jekk il-kostijiet tal-ġbir ikunux sproporzjonati meta mqabblin mad-dejn;

(b)jekk ikunx hemm prospett ta’ ġbir b’suċċess, inklużi każijiet li fihom id-debitur ikun ġie ddikjarat insolventi, tkun inbdiet azzjoni legali jew ikun ġie involut kollettur tad-dejn;

(c)jekk ikunx raġonevoli, fiċ-ċirkostanzi, li wieħed jistenna li l-kontribwent jagħmel il-ġbir.

3.Meta d-dejn mitluf ikun relatat ma’ riċevibbli tan-negozju, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ammont li jikkorrispondi għad-dejn għandu jiġi inkluż fir-riżultat preliminari tat-taxxa bħala dħul.

4.Minkejja l-paragrafu 1, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex ma jitħalliex l-ammont ta’ kwalunkwe dejn mitluf meta d-debitur ikun membru ieħor tal-grupp tal-BEFIT, kwalunkwe intrapriża assoċjata oħra jew, meta d-debitur ikun individwu, meta id-debitur, il-konjuġi tiegħu jew l-axxendent jew id-dixxendent tiegħu jipparteċipa fil-ġestjoni jew fil-kontroll tal-membru tal-grupp tal-BEFIT jew, direttament jew indirettament, ikun is-sid ta’ kapital tal-membru tal-grupp tal-BEFIT.

5.Meta membru tal-grupp tal-BEFIT ikun fil-passat naqqas dejn mitluf li jiġi saldat f’sena fiskali segwenti, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tiegħu għas-sena fiskali tas-saldu għandu jiżdied bl-ammont irkuprat.

Artikolu 32
Kuntratti fit-tul

1.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, kuntratt fit-tul ifisser kuntratt li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikun konkluż għall-iskop ta’ manifattura, ta’ installazzjoni jew ta’ kostruzzjoni, jew għat-twettiq ta’ servizzi;

(b)it-terminu tiegħu jaqbeż, jew ikun mistenni li jaqbeż, it-12-il xahar.

2.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jinkludi biss id-dħul relatat ma’ kuntratt fit-tul li jkun ġie akkumulat għall-ammont li jikkorrispondi għall-parti tal-kuntratt fit-tul li jkun tlesta fis-sena fiskali rilevanti.

Għal dak l-għan, il-perċentwal tat-tlestija ta’ kuntratt fit-tul għandu jiġi ddeterminat b’referenza għall-proporzjon tal-kostijiet ta’ dik is-sena fiskali mal-kostijiet stmati globali tal-kuntratt fit-tul.

3.L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabbiltà finanzjarja ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat sabiex jippermetti l-kostijiet kollha relatati ma’ kuntratti fit-tul li jkunu saru matul sena fiskali.

Artikolu 33
Iħħeġġjar

1.Il-gwadann u t-telf fuq strument għall-iħħeġġjar, li jirriżultaw minn valwazzjoni jew minn atti ta’ disponiment, għandhom jiġu ttrattati minn membru tal-grupp tal-BEFIT bl-istess mod bħall-gwadanji u t-telf korrispondenti fuq l-entrata ħħeġġjata.

Ikun hemm relazzjoni ta’ kopertura meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tintgħażel u tiġi ddokumentata b’mod formali minn qabel;

(b)il-ħeġġ mistenni jkun effettiv ħafna u l-effettività tkun tista’ titkejjel b’mod affidabbli.

2.Meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi interrotta jew strument finanzjarju li diġà jinżamm jiġi ttrattat sussegwentement bħala strument għall-iħħeġġjar, li jwassal għat-tranżizzjoni tiegħu f’reġim tat-taxxa differenti, kwalunkwe differenza bejn il-valur tas-suq il-ġdid tal-istrument għall-iħħeġġjar fi tmiem is-sena fiskali u l-valur tas-suq fil-bidu tal-istess perjodu ta’ taxxa għandha tiġi inkluża fir-riżultat preliminari tat-taxxa tal-membru tal-grupp tal-BEFIT.

Il-valur tas-suq tal-istrument għall-iħħeġġjar fit-tmiem tas-sena fiskali, li matulha dak l-istrument kien soġġett għal tranżizzjoni għal sistema tat-taxxa differenti, għandu jikkoinċidi mal-valur tas-suq tiegħu fil-bidu tas-sena wara dik it-tranżizzjoni.

Taqsima 5
Id-Dħul fi Grupp tal-BEFIT u t-Tluq minnu u Ristrutturar Korporattiv

Artikolu 34
Ir-rikonoxximent, il-valwazzjoni u t-twaqqit għad-deprezzament tal-assi u tal-obbligazzjonijiet  
fil-mument tad-dħul fi grupp tal-BEFIT jew tal-ħruġ minnu

1.L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha għandhom jiġu rrikonoxxuti fil-valur tagħhom, kif ikkalkolat f’konformità mal-istandard kontabilistiku aċċettabbli fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 7, immedjatament qabel id-data li fiha din id-Direttiva ssir applikabbli għall-membru tal-grupp tal-BEFIT.

2.L-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ kumpanija jew ta’ stabbiliment permanenti li għalih ma għadhiex tapplika din id-Direttiva għandhom jiġu rrikonoxxuti skont il-valur tagħhom kif ikkalkolat f’konformità ma’ din id-Direttiva.

3.Id-deprezzament tal-assi ta’ kumpanija jew ta’ stabbiliment permanenti li jidħol fi grupp tal-BEFIT jew li joħroġ minnu matul sena fiskali għandu jiġi kkalkolat b’mod proporzjonali għan-numru ta’ xhur kalendarji li matulhom il-kumpanija jew l-istabbiliment permanenti kienu jappartjenu għall-grupp tal-BEFIT f’dik is-sena fiskali.

Artikolu 35
Kwalifika tal-assi fissi fid-dħul fi grupp tal-BEFIT

Minkejja r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 3, meta kumpanija jew stabbiliment permanenti jagħmel tranżizzjoni mis-sistema tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu ta’ Stat Membru sabiex tidħol fi grupp tal-BEFIT, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)Meta assi fiss b’valur kontabilistiku ta’ anqas minn EUR 5 000 ma jkunx ġie ddeprezzat, parzjalment jew kompletament, fid-data tad-dħul fil-grupp tal-BEFIT, il-membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jaġġusta l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tiegħu sabiex jeskludi l-ammont li jikkorrispondi għall-valur nett li jifdal tal-assi fiss li jidher fil-kontijiet finanzjarji individwali fid-data tad-dħul.;

(b)Meta, fid-data tad-dħul fil-grupp tal-BEFIT, assi fissi wieħed jew aktar ikollu valur nett fil-kontijiet finanzjarji individwali li jvarja mill-valur nett għall-finijiet tat-taxxa, l-ammont totali li jikkorrispondi għal tali differenza għall-assi fissi kollha kkonċernati għandu jinġabar għal kull membru tal-grupp tal-BEFIT fis-sena fiskali tad-dħul fil-grupp tal-BEFIT u jinfirex fuq perjodu ta’ 5 snin fir-riżultat preliminari tat-taxxa. L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

Artikolu 36
Kuntratti fit-tul mad-dħul fi grupp tal-BEFIT

1.Kumpanija jew stabbiliment permanenti li jidħol fi grupp tal-BEFIT għandu jaġġusta sabiex jinkludi, f’konformità mar-regoli dwar it-twaqqit tad-dritt nazzjonali, fis-sehem tiegħu tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT kif iddeterminat f’konformità mar-regoli tal-Kapitolu III, l-ammont ta’ dħul u ta’ kostijiet li, skont l-Artikolu 32, jitqiesu li jkunu dovuti jew li ġġarrbu qabel ma din id-Direttiva tkun saret applikabbli iżda ma jkunux għadhom ġew inklużi fil-bażi għat-taxxa tagħha skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva li kienet applikabbli qabel.

2.Kumpanija jew stabbiliment permanenti li jidħol fi grupp tal-BEFIT għandu jnaqqas fl-ewwel sena fiskali mis-sehem tiegħu tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, kif iddeterminat f’konformità mar-regoli tal-Kapitolu III, id-dħul ta’ kuntratt fit-tul li qabel kien soġġett għat-taxxa skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva f’ammont ogħla mill-ammont li kien jiġi inkluż fir-riżultat preliminari tat-taxxa tiegħu skont l-Artikolu 32.

3.Meta s-sehem tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT f’sena fiskali jkun anqas mill-ammonti deduċibbli kif iddeterminat skont il-paragrafi 1 u 2, kwalunkwe ammont mhux ikkumpensat għandu jiġi riportat u paċut mill-membru tal-grupp tal-BEFIT kontra s-sehem tiegħu tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT fis-snin fiskali ta’ wara.

Artikolu 37
Provvedimenti, dħul u tnaqqis mad-dħul fi grupp tal-BEFIT

1.Il-provvedimenti u t-tnaqqis tad-dejn mitluf kif imsemmijin fl-Artikoli 30 u 31 għandhom ikunu deduċibbli biss sal-punt li jirriżultaw minn attivitajiet jew minn tranżazzjonijiet li twettqu wara li din id-Direttiva tkun saret applikabbli għall-membru tal-grupp tal-BEFIT.

2.Id-dħul li skont l-istandard kontabilistiku aċċettabbli applikabbli fl-Unjoni użat f’konformità mal-Artikolu 7 jitqies li jkun inġabar qabel ma din id-Direttiva tkun saret applikabbli għal membru tal-grupp tal-BEFIT, iżda ma kienx inklużi fil-bażi għat-taxxa tagħha skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva applikabbli qabel, għandu jiżdied mal-parti allokata tagħha f’konformità mar-regoli dwar it-twaqqit tal-liġi nazzjonali rilevanti dwar it-taxxa korporattiva.

3.L-ispejjeż imġarrbin wara li din id-Direttiva tkun saret applikabbli għal membru tal-grupp tal-BEFIT, iżda fir-rigward ta’ attivitajiet jew ta’ tranżazzjonijiet li jkunu twettqu qabel u li għalihom ma jkun sar l-ebda tnaqqis skont il-liġi nazzjonali applikabbli dwar it-taxxa korporattiva għandhom jitnaqqsu skont il-parti allokata tiegħu.

Meta l-ispejjeż kif imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġġarrbu aktar minn 5 snin wara li kumpanija jew stabbiliment permanenti jidħol fi grupp tal-BEFIT, dawk l-ispejjeż għandhom jitnaqqsu mir-riżultat preliminari tat-taxxa tagħha qabel l-aggregazzjoni u l-allokazzjoni tal-profitt.

L-ispejjeż imġarrbin skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva li kienu għadhom ma tnaqqsux meta din id-Direttiva saret applikabbli għal membru tal-grupp tal-BEFIT għandhom ikunu deduċibbli biss kontra l-parti allokata tiegħu tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, kif ikkalkolata skont il-Kapitolu III, f’ammonti ugwali u mifruxin fuq 5 snin fiskali. L-ispejjeż li jinvolvu l-kostijiet tat-teħid b’self għandhom ikunu deduċibbli f’konformità mal-Artikolu 13.

Meta s-sehem tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT li jkun ġie allokat lil membru tal-grupp tal-BEFIT f’sena fiskali ma jkunx biżżejjed sabiex jitnaqqsu bis-sħiħ l-ammonti msemmijin fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi, l-ammonti mhux skontati għandhom jiġu riportati u paċuti mill-membru tal-grupp tal-BEFIT kontra s-sehem tiegħu tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT fis-snin fiskali ta’ wara.

4.Kwalunkwe ammont imnaqqas qabel ma din id-Direttiva ssir applikabbli għal membru tal-grupp tal-BEFIT ma għandux jerġa’ jitnaqqas.

Artikolu 38
Telf ta’ qabel id-dħul

Meta kumpanija jew stabbiliment permanenti jidħol fi grupp tal-BEFIT, kwalunkwe telf mhux ikkumpensat imġarrab qabel id-data tad-dħul, f’konformità mal-liġi dwar it-taxxa korporattiva tal-Istat Membru tar-residenza jew tal-post tat-taxxa tiegħu rispettivament, għandu jitnaqqas mis-sehem tiegħu tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT kif iddeterminat f’konformità mal-Kapitolu III.

Artikolu 39
Terminazzjoni ta’ grupp

1.Meta grupp tal-BEFIT jiġi tterminat, is-sena fiskali għandha tintemm u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT ta’ dik is-sena fiskali għandha tiġi allokata lil kull membru tal-grupp tal-BEFIT f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III.

2.Id-deprezzament tal-assi tal-membri tal-grupp tal-BEFIT fis-sena fiskali tat-terminazzjoni ta’ grupp tal-BEFIT għandu jiġi kkalkolat b’mod proporzjonali għan-numru ta’ xhur kalendarji li l-grupp tal-BEFIT opera f’dik is-sena fiskali.

Artikolu 40
Riorganizzazzjonijiet tan-negozju

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, membru tal-grupp tal-BEFIT li jiddisponi minn assi u minn obbligazzjonijiet matul sena fiskali għandu jinkludi l-gwadann jew it-telf li jirriżulta minn tali trasferiment fil-komputazzjoni tar-riżultat preliminari tat-taxxa tiegħu.

Membru tal-grupp tal-BEFIT li jakkwista assi u obbligazzjonijiet għandu jiddetermina l-introjtu jew it-telf tiegħu fil-ħin tad-disponiment ibbażat fuq il-valur tas-suq tal-assi u tal-obbligazzjonijiet akkwiżiti kif inhu fil-ħin tal-akkwiżizzjoni.

2.Minkejja l-paragrafu 1, meta trasferiment ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet iseħħ fil-kuntest ta’ riorganizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE 34 :

(a)il-membru tal-grupp tal-BEFIT li jiddisponi mill-assi u mill-obbligazzjonijiet għandu jeskludi kwalunkwe gwadann jew telf li jirriżulta mill-komputazzjoni tar-riżultat preliminari tat-taxxa tiegħu;

(b)il-membru tal-grupp tal-BEFIT li jakkwista l-assi u l-obbligazzjonijiet għandu jiddetermina r-riżultat preliminari tat-taxxa tiegħu, f’dik is-sena fiskali u s-snin fiskali ta’ wara, billi juża l-valur għall-finijiet tat-taxxa, kif inhu fil-ħin tat-trasferiment u kif huwa definit skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/133/KE.

Artikolu 41
Esklużjoni tad-disponimenti ta’ ishma eżentati

1.Minkejja l-Artikolu 9, meta, bħala riżultat ta’ disponiment tal-ishma, membru tal-grupp tal-BEFIT jitlaq mill-grupp tal-BEFIT u matul dik is-sena fiskali preċedenti, dan il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun kiseb, fi tranżazzjoni tal-grupp intra-BEFIT, assi fiss wieħed jew aktar, ammont li jikkorrispondi għall-gwadann jew għat-telf li jirriżulta mid-disponiment tal-grupp intra-BEFIT ta’ dawn l-assi fissi għandu jiġi inkluż fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-membru tal-grupp tal-BEFIT li kien sid l-assi qabel id-disponiment tal-grupp intra-BEFIT.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk il-membru tal-grupp tal-BEFIT juri li t-tranżazzjoni tal-grupp intra-BEFIT twettqet għal raġunijiet kummerċjali validi.

2.L-ammont li jikkorrispondi għall-gwadann jew għat-telf li jinħoloq mid-disponiment tal-grupp intra-BEFIT imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-valur tas-suq tal-assi fissi fiż-żmien meta l-membru tal-grupp tal-BEFIT jitlaq mill-grupp bit-tnaqqis tal-valur għall-finijiet tat-taxxa tal-assi fissi jew tal-kostijiet imsemmijin fl-Artikolu 29.

3.Il-gwadann jew it-telf li jinħoloq mid-disponimnet tal-grupp intra-BEFIT għandu jitqies li ġie riċevut mill-membru tal-grupp tal-BEFIT li kellu l-assi qabel it-tranżazzjoni tal-grupp intra-BEFIT imsemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU III
AGGREGAZZJONI TAR-RIŻULTATI PRELIMINARI TAT-TAXXA u ALLOKAZZJONI TAL-BAŻI GĦAT-TAXXA TAL-BEFIT

Taqsima 1
Bażi għat-taxxa tal-BEFIT

Artikolu 42
Komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT

1.Ir-riżultati preliminari tat-taxxa tal-membri kollha tal-grupp tal-BEFIT, kif iddeterminati f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu II, għandhom jiġu aggregati sabiex tinkiseb bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

2.Meta l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT f’sena partikolari tkun:

(a)ammont pożittiv, il-profitt għandu jiġi allokat f’konformità mal-Artikolu 45;

(b)ammont negattiv, it-telf għandu jiġi riportat u għandu jiġi paċut kontra l-bażi għat-taxxa pożittiva tal-BEFIT li jmiss.

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-riżultat preliminari tat-taxxa ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi kkonvertit f’Euro (EUR) bir-rata tal-kambju maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew kif kienet fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew, jekk is-sena fiskali ma tikkoinċidix mas-sena kalendarja, fl-aħħar jum tas-sena fiskali.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-entità dikjaranti tkun residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru li ma jkunx adotta l-EUR, ir-riżultat preliminari tat-taxxa ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi kkonvertit fil-munita li tkun munita legali f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 43
Taxxi f’ras il-għajn u tassazzjoni ta’ sorsi oħrajn

1.L-Istati Membri ma għandhomx jimponu taxxi f’ras il-għajn jew kwalunkwe tassazzjoni ta’ sorsi oħrajn fuq tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT sakemm is-sid benefiċjarju tal-pagament ma jkunx membru tal-grupp tal-BEFIT.

2.Meta taxxa f’ras il-għajn tiġi applikata minn Stat Membru fir-rigward ta’ ħlas ta’ royalties jew ta’ mgħaxijiet minn membru tal-grupp tal-BEFIT lil riċevitur li ma jkunx membru tal-istess grupp tal-BEFIT jew b’applikazzjoni tal-paragrafu 1, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-liġi nazzjonali u mal-konvenzjonijiet dwar it-tassazzjoni doppja, it-taxxa f’ras il-għajn għandha tiġi kondiviża, għas-sena fiskali li fiha tiġi imposta, fost l-Istati Membri bl-użu tal-metodu ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 45.

Artikolu 44
Krediti tat-taxxa fuq l-introjtu intaxxat f’ras il-għajn

1.Meta membru tal-grupp tal-BEFIT jikseb introjtu li jkun ġie intaxxat fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, għandu jingħata kreditu tat-taxxa f’konformità mal-konvenzjoni applikabbli dwar it-taxxa doppja jew mal-liġi nazzjonali tiegħu u jiġi kondiviż fost il-membri tal-grupp tal-BEFIT bl-użu tal-metodu ta’ allokazzjoni bażi msemmi fl-Artikolu 45.

2.B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ma għandu jingħata l-ebda kreditu tat-taxxa meta l-introjtu derivat minn membru tal-grupp BEFIT ma jkunx inkluż fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tiegħu f’konformità mal-Artikoli 8, 9 jew 12.

3.Il-kreditu tat-taxxa msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat separatament għal kull Stat Membru jew pajjiż terz, kif ukoll għal kull tip ta’ introjtu. Ma għandhux jaqbeż l-ammont li jirriżulta mis-soġġettar tal-introjtu attribwit lil membru tal-grupp BEFIT għar-rata tat-taxxa korporattiva tal-Istat Membru fejn dan il-membru tal-grupp BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jkun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

Fil-kalkolu tal-kreditu tat-taxxa msemmi fil-paragrafu 1, l-ammont ta’ introjtu għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ spejjeż deduċibbli relatati.

Taqsima 2
Allokazzjoni tal-Bażi għat-Taxxa BEFIT

Artikolu 45
Regola dwar l-allokazzjoni ta’ tranżizzjoni

1.Għal kull sena fiskali bejn l-1 ta’ Lulju 2028 u t-30 ta’ Ġunju 2035 l-aktar tard (il-“perjodu ta’ tranżizzjoni”), il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT għandha tiġi allokata lill-membri tal-grupp tal-BEFIT f’konformità mal-perċentwal tal-allokazzjoni bażi.

Għal gruppi li jsiru soġġetti għal din id-Direttiva wara t-tmiem tal-ewwel sena fiskali meta din id-Direttiva tibda tapplika, il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintemm sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2035.

2.Il-perċentwal tal-allokazzjoni bażi għal kull membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jkun ir-riżultat tal-komputazzjoni li ġejja:

Allokazzjoni bażi = *100

Fejn:

(a)ir-riżultat taxxabbli ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jkun il-medja tar-riżultati taxxabbli fit-3 snin fiskali preċedenti.

Fl-ewwel sena fiskali li fiha grupp tal-BEFIT ikun soġġett għal din id-Direttiva, dawk ir-riżultati taxxabbli għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mar-regoli nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

Fit-tieni sena fiskali li fiha grupp tal-BEFIT ikun soġġett għal din id-Direttiva, dawk ir-riżultati taxxabbli għandhom jiġu ddeterminati, għall-ewwel sena fiskali li fiha grupp tal-BEFIT ikun soġġett għal din id-Direttiva, f’konformità mal-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva u għas-sentejn fiskali preċedenti, f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv.

Fit-tielet sena fiskali li fiha grupp tal-BEFIT ikun soġġett għal din id-Direttiva, dawk ir-riżultati taxxabbli għandhom jiġu ddeterminati, għall-ewwel sentejn fiskali li fihom grupp tal-BEFIT ikun soġġett għal din id-Direttiva, f’konformità mal-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva u għas-sena fiskali li tiġi immedjatament qabel, f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv.

Mir-raba’ sena fiskali li fiha grupp tal-BEFIT ikun soġġett għal din id-Direttiva, dawk ir-riżultati taxxabbli għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva.

(b)ir-riżultat taxxabbli totali tal-grupp tal-BEFIT għandu jkun iż-żieda tal-medja tar-riżultati taxxabbli, kif imsemmi fil-punt (a), tal-membri kollha tal-grupp tal-BEFIT fit-3 snin fiskali preċedenti.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, membru tal-grupp tal-BEFIT b’riżultat taxxabbli li jkun negattiv għandu jkollu perċentwal ta’ allokazzjoni bażi stabbilit għal żero.

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistrutturaw il-qafas tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom għall-prezzar tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT kif ġej:

(a)żona b’riskju baxx: meta l-ispiża mġarrba, jew l-introjtu miksub, minn membru tal-grupp tal-BEFIT minn tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT jiżdiedu f’sena fiskali b’anqas minn 10 % meta mqabbla mal-ispiża jew mal-introjtu medji tat-3 snin fiskali preċedenti minn tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT;

(b)żona ta’ riskju għoli: meta l-ispiża mġarrba, jew l-introjtu miksub, minn membru tal-grupp tal-BEFIT minn tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT jiżdiedu f’sena fiskali b’10 % jew aktar meta mqabblin mal-ispiża jew mal-introjtu medji tat-3 snin fiskali preċedenti minn tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT.

4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jistrutturaw l-approċċ tagħhom għall-konformità mar-riskju f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)żona b’riskju baxx: l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jassumu li il-prezzar tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT ta’ membru speċifiku tal-grupp tal-BEFIT ikun konsistenti mal-prinċipju ta’ distakkament;

(b)żona ta’ riskju għoli: l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżumu li il-prezzar tat-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT ta’ membru speċifiku tal-grupp tal-BEFIT ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ distakkament u l-parti taż-żieda li tmur lil hinn minn 10 % ma għandhiex tiġi rrikonoxxuta għall-finijiet tal-komputazzjoni tal-perċentwal tal-allokazzjoni bażi ta’ dak il-membru tal-grupp tal-BEFIT.

Minkejja r-regola stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-punt (b), membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jkun intitolat jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jkun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti li l-prezzar tat-tranżazzjonijiet rilevanti tal-grupp intra-BEFIT ikun stabbilit f’konofrmità mal-prinċipju ta’ distakkament. F’każ bħal dan, l-ammont sħiħ ta’ spejjeż mit-tranżazzjonijiet tal-grupp intra-BEFIT inkwistjoni, kif muri, għandu jiġi rrikonoxxut għall-fini tal-komputazzjoni tal-perċentwal tal-allokazzjoni bażi ta’ dak il-membru tal-grupp tal-BEFIT.

5.Minkejja l-Artikolu 13(2), kostijiet tas-self eċċessivi kif imsemmijin fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 li jirriżultaw minn tranżazzjoni bejn il-membri tal-grupp tal-BEFIT ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti għall-finijiet tal-komputazzjoni tal-perċentwal tal-allokazzjoni bażi tal-membru tal-grupp tal-BEFIT li jġarrab it-tali kostijiet.

6.Jekk l-istruttura tal-grupp tal-BEFIT tinbidel matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 minħabba membri ġodda li jingħaqdu mal-grupp jew membri li jitilqu mill-grupp, il-perċentwal tal-allokazzjoni bażi għandu jiġi kkomputat mill-ġdid f’konformità mal-paragrafu 2. Għal kull membru tal-grupp tal-BEFIT, il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT għandha tiġi allokata f’konformità mal-perċentwal tal-allokazzjoni bażi l-ġdid għaż-żmien li jibqa’ sa tmiem dan il-perjodu, sakemm bidliet sussegwenti fl-istruttura tal-grupp tal-BEFIT ma jkunux jeħtieġu komputazzjoni mill-ġdid oħra tal-perċentwal tal-allokazzjoni bażi.

7.Jekk l-istruttura tal-grupp tal-BEFIT tinbidel matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 minħabba l-ħolqien ta’ kumpanija ġdida waħda jew aktar li tikkwalifika bħala membru tal-grupp tal-BEFIT, ir-regoli għall-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, kif stabbiliti fil-paragrafu 2, ma għandhomx japplikaw għall-membri l-ġodda tal-grupp tal-BEFIT fl-ewwel sena fiskali. Għas-snin fiskali sussegwenti sa tmiem dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-perċentwal tal-allokazzjoni bażi tal-membri l-ġodda tal-grupp tal-BEFIT għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 2.

8.Jekk grupp isir soġġett għar-regoli ta’ din id-Direttiva aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2028, l-allokazzjoni bażi għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 2. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT għandha tiġi allokata lill-membri tal-grupp tal-BEFIT matul il-parti li jifdal tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

9.Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-regola ta’ tranżizzjoni li bħala parti minnha għandha tħejji studju dwar il-kompożizzjoni u l-piż possibbli ta’ fatturi ta’ formula partikolari u tippreżenta rapport lill-Kunsill sa tmiem it-tielet sena fiskali matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, filwaqt li tikkunsidra l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport, hija tista’ tadotta proposta leġiżlattiva matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sabiex temenda din id-Direttiva billi tintroduċi metodu għall-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT bl-użu ta’ formula tat-tqassim u fuq il-bażi ta’ fatturi.

10.Ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikomplu japplikaw sakemm tidħol fis-seħħ kwalunkwe emenda tagħhom.

Artikolu 46
Attivitajiet upstream

1.B’deroga mill-Artikoli 42 sa 45, meta membru tal-grupp tal-BEFIT iwettaq in-negozju prinċipali tiegħu fil-qasam tal-attivitajiet estrattivi, id-dħul, l-ispejjeż u l-entrati deduċibbli oħrajn tiegħu li jirriżultaw minn attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu attribwiti lill-membru tal-grupp tal-BEFIT li jinsab fl-Istat Membru fejn isseħħ l-estrazzjoni.

Meta jkun hemm aktar minn membru wieħed tal-grupp tal-BEFIT li jkun residenti fit-taxxa fl-Istat Membru fejn isseħħ l-estrazzjoni, id-dħul, l-ispejjeż u entrati deduċibbli oħrajn li jirriżultaw minn attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu attribwiti lil kull wieħed minn tali membru tal-grupp tal-BEFIT, b’mod proporzjonali għall-perċentwal tal-allokazzjoni bażi tagħhom.

2.B’deroga mill-Artikoli 42 sa 45, meta ma jkun hemm l-ebda membru tal-grupp tal-BEFIT fl-Istat Membru tal-estrazzjoni, jew meta l-estrazzjoni sseħħ f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz, id-dħul, l-ispejjeż u entrati deduċibbli oħrajn li jirriżultaw minn tali attivitajiet għandhom jiġu attribwiti lill-membru tal-grupp tal-BEFIT li lilu jkunu dovuti.

Artikolu 47
   Eċċezzjoni għat-trasport marittimu mhux kopert minn taxxa fuq it-tunnellaġġ, għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u għat-trasport bl-ajru

1.B’deroga mill-Artikoli 42 sa 45 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, id-dħul, l-ispejjeż u entrati deduċibbli oħrajn li jirriżultaw mill-attivitajiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-bażi għat-taxxa tal-BEFIT fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)l-operat ta’ bastimenti fit-traffiku internazzjonali meta r-riżultat taxxabbli ma jkunx kopert minn taxxa fuq it-tunnellaġġ;

(b)it-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fit-traffiku internazzjonali;

(c)it-tħaddim ta’ dgħajjes involuti fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

Id-dħul, l-ispejjeż u entrati deduċibbli oħrajn kif imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu attribwiti lil dak il-membru tal-grupp tal-BEFIT fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni u jkunu soġġetti għal aġġustamenti għall-prezzar f’konformità mal-prinċipju tad-distakkament.

2.Kwalunkwe parteċipazzjoni fil-membru tal-grupp tal-BEFIT u mill-membru tal-grupp tal-BEFIT kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-Artikolu 5.

Artikolu 48
Entrati deduċibbli mill-parti allokata

1.Membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jżid jew inaqqas il-parti allokata tiegħu bl-entrati li ġejjin:

(a)telf mhux ikkumpensat imġarrab qabel ma jsir soġġett għar-regoli ta’ din id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 38;

(b)id-dħul u l-kostijiet dovuti jew imġarrbin qabel ma din id-Direttiva saret applikabbli għall-membru tal-grupp BEFIT iżda li kienu għadhom ma ġewx inklużi fil-bażi għat-taxxa tiegħu skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva li kienet applikabbli qabel, f’konformità mal-Artikolu 36(1);

(c)id-dħul ta’ kuntratt fit-tul li qabel kien soġġett għat-taxxa skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva f’ammont ogħla mill-ammont li kien jiġi inkluż fir-riżultat tat-taxxa preliminari tiegħu skont l-Artikolu 32, f’konformità mal-Artikolu 36(2);

(d)id-dħul dovut qabel ma din id-Direttiva saret applikabbli għal membru tal-grupp BEFIT iżda li ma kienx inkluż fil-bażi għat-taxxa tiegħu skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva li kienet applikabbli qabel, f’konformità mal-Artikolu 37(2);

(e)l-ispejjeż imġarrbin wara li r-regoli ta’ din id-Direttiva saru applikabbli għal membru tal-grupp BEFIT, iżda fir-rigward ta’ attivitajiet jew ta’ tranżazzjonijiet li twettqu qabel u li għalihom ma sar l-ebda tnaqqis skont il-liġi nazzjonali applikabbli dwar it-taxxa korporattiva, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(3);

(f)l-ispejjeż imġarrbin skont il-liġi nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva li kienu għadhom ma tnaqqsux meta din id-Direttiva saret applikabbli għall-membru tal-grupp tal-BEFIT, f’konformità mal-Artikolu 37(3), it-tielet subparagrafu;

(g)kwalunkwe ammont mhux ikkumpensat riportat f’konformità mal-Artikolu 36(3) u mas-subparagrafu 4 tal-Artikolu 37(3);

(h)għotjiet u donazzjonijiet lil korpi tal-karità sal-punt li jkunu deduċibbli skont il-liġi tat-taxxa korporattiva tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jkun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti;

(i)provvedimenti tal-pensjoni sa fejn ikunu deduċibbli skont il-liġi tat-taxxa korporattiva tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jkun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti;

(j)it-taxxi lokali sal-punt li jkunu deduċibbli skont il-liġi dwar it-taxxa korporattiva tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jkun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

2.Minbarra l-aġġustamenti elenkati fil-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jippermetti ż-żieda jew it-tnaqqis, permezz ta’ entrati addizzjonali, tal-parti allokata tal-membri tal-grupp tal-BEFIT li jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 49
Sistemi tat-taxxa bbażati fuq id-distribuzzjoni

1.Meta membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fi Stat Membru li japplika sistema ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu li timponi taxxa fuq l-introjtu fuq il-profitti biss meta dawk il-profitti jiġu ddistribwiti jew jitqiesu li jkunu ddistribwiti lill-azzjonisti, jew meta l-kumpanija ġġarrab ċerti spejjeż li jkunu taxxabbli skont il-liġi domestika (“sistema tat-taxxa bbażata fuq id-distribuzzjoni”), il-parti allokata lil dak il-membru tal-grupp tal-BEFIT f’konformità mal-Artikolu 45 għandha tiġi aġġustata mid-distribuzzjonijiet magħmulin matul is-sena fiskali.

2.L-aġġustament tal-parti allokata għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Fejn:

(a)l-Introjtu Finanzjarju jirreferi għall-introjtu disponibbli għad-distribuzzjonijiet taħt sistema tat-taxxa bbażata fuq id-distribuzzjoni, inklużi r-riżervi, għas-sena fiskali.

(b)il-Parti Allokata tirreferi għas-sehem allokat lill-membru tal-grupp tal-BEFIT għas-sena fiskali f’konformità mal-Artikolu 45, inkluż kwalunkwe sehem residwu mis-snin fiskali preċedenti kkalkolat għall-membru tal-grupp tal-BEFIT f’konformità mal-paragrafu 4.

(c)id-Distribuzzjonijiet jirreferu għad-distribuzzjonijiet u għal spejjeż oħrajn li jsiru mill-membru tal-grupp tal-BEFIT matul is-sena fiskali u li huma taxxabbli skont sistema tat-taxxa bbażata fuq id-distribuzzjoni.

3.Meta l-parti allokata aġġustata ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT ikkomputata f’konformità mal-paragrafu 2 tkun anqas mill-parti allokata tiegħu, il-bilanċ bejn iż-żewġ ammonti għandu jiġi riportat għas-sena fiskali ta’ wara u jiżdied mal-parti allokata lill-membru tal-grupp tal-BEFIT f’dik is-sena fiskali ta’ wara f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

4.Il-parti allokata aġġustata kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 2 għandha tiżdied bi spejjeż mhux deduċibbli immedjatament soġġetti għat-taxxa matul is-sena fiskali taħt sistema tat-taxxa tad-distribuzzjoni fl-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jkun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

KAPITOLU IV
Approċċ Simplifikat għall-Konformità tal-Prezzar ta’ Trasferiment

Artikolu 50
Kriterji tat-tfassil tal-kamp ta’ applikazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jissoġġettaw l-attivitajiet li ġejjin, meta dawn jitwettqu permezz ta’ tranżazzjonijiet bejn membru tal-grupp tal-BEFIT u intrapriża assoċjata barra mill-grupp tal-BEFIT, għal approċċ simplifikat għall-konformità tal-prezzar ta’ trasferiment:

(a)attività ta’ distribuzzjoni meta titwettaq permezz ta’ distributur b’riskju baxx, kif deskritt fil-paragrafu 2, li jkun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fi Stat Membru.

(b)attività ta’ manifattura meta titwettaq permezz ta’ manifattur b’kuntratt, kif deskritt fil-paragrafu 3, li jkun residenti għal finijiet tat-taxxa jew li jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fi Stat Membru.

2.Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-punt (a), distributur b’riskju baxx għandu jkun entità li twettaq distribuzzjoni ta’ oġġetti mixtrijin minn intrapriżi assoċjati. L-attività tad-distribuzzjoni għandha turi l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)għandha tirriżulta mid-delineazzjoni akkurata tat-tranżazzjoni u turi karatteristiċi ekonomikament rilevanti li jistgħu jiġu pprezzati b’mod affidabbli bl-użu ta’ metodu unilaterali ta’ pprezzar tat-trasferiment, bid-distributur li jkun il-parti ttestjata;

(b)id-distributur ma għandux ikollu l-kosjieda legali jew ekonomika tal-proprjetà intellettwali li tinsab fil-prodotti u/jew fis-servizzi li jiġu ddistribwiti;

(c)l-attività ta’ distribuzzjoni għandha tkun il-funzjoni predominanti mwettqa mid-distributur;

(d)id-distributur ma għandu jġarrab l-ebda riskju jew riskju limitat fir-rigward tas-suq, tal-inventarju u tal-krediti ħżiena.

3.Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 1, manifattur b’kuntratt għandu jkun intrapriża assoċjata li twettaq attività ta’ manifattura taħt il-kontroll ta’ prinċipal u li turi l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)l-attività ta’ manifattura, hekk kif tirriżulta mid-delineazzjoni akkurata tat-tranżazzjoni, għandha turi karatteristiċi ekonomikament rilevanti li jistgħu jiġu pprezzati b’mod affidabbli bl-użu ta’ metodu unilaterali ta’ pprezzar tat-trasferiment, bl-entità li timmanifattura li tkun il-parti ttestjata;

(b)il-manifattur ma għandux ikollu l-kosjieda legali jew ekonomika tal-proprjetà intellettwali li tinsab fil-prodotti manifatturati;

(c)l-attività tal-manifattura għandha tkun il-funzjoni predominanti mwettqa mill-manifattur;

(d)il-manifattura ma għandha ġġarrab l-ebda riskju jew riskji limitati fir-rigward tal-prezz, tas-suq, tal-inventarju, tal-użu tal-kapaċità u tal-krediti ħżiena.

4.Meta intrapriża assoċjata tkun involuta f’aktar minn attività ekonomika waħda, din għandha tibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approċċ simplifikat, dment li tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-attivitajiet ekonomiċi għajr id-distribuzzjoni jew il-manifattura jistgħu jiġu ssegregati b’mod adegwat u pprezzati b’mod separat;

(b)l-attivitajiet ekonomiċi għajr id-distribuzzjoni jew il-manifattura jistgħu jitqiesu bħala anċillari u jew ikunu immaterjali jew ma jżidux valur kbir għad-distribuzzjoni jew għall-manifattura.

Artikolu 51
Qafas ta’ konformità

1.L-Istati Membri għandhom jistrutturaw il-qafas ta’ valutazzjoni tar-riskju tagħhom għall-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 50 b’tali mod li jikkonsisti fi tliet żoni ta’ riskju tal-prezzar ta’ trasferiment.

2.Iż-żoni ta’ riskju għandhom jiġu ddeterminati bl-użu tal-firxa interkwartili tal-prestazzjoni tal-profitt li tirriżulta mill-parametri referenzjarji pubbliċi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

3.L-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 50 għandhom jiġu vvalutati bħala ta’ riskju baxx, medju jew għoli, skont kif il-prestazzjoni tal-profitt tagħhom f’sena partikolari, iddeterminata skont l-Artikolu 52, tqabbel mal-firxa interkwartili tas-sett l-aktar reċenti ta’ parametri referenzjarji pubbliċi mħejjin qabel tmiem dik is-sena.

4.L-Istati Membri għandhom japplikaw il-qafas ta’ riskju li ġej:

Żona ta’ riskju

Il-prestazzjoni tal-profitt tal-parti ttestjata fir-rigward tal-markaturi tal-profitt tal-UE

baxx

ogħla mis-60 perċentil tar-riżultati tal-parametru referenzjarju pubbliku

medju

taħt is-60 perċentil iżda ogħla mill-40 perċentil tar-riżultati tal-parametru referenzjarju pubbliku

għoli

anqas mill-40 perċentil tar-riżultati tal-parametru referenzjarju pubbliku

5.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jistrutturaw l-approċċ tagħhom għall-konformità mar-riskju f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)Żona b’riskju baxx: l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jistgħux jiddedikaw riżorsi addizzjonali ta’ konformità sabiex jirrieżaminaw ulterjorment ir-riżultati tal-prezzar ta’ trasferiment. Minkejja dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jwettqu aġġustamenti tal-prezzar ta’ trasferiment tal-marġini ta’ profitt tal-kontribwent li jaqa’ fiż-żona b’riskju baxx.

(b)Żona ta’ riskju medju: l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jimmonitorjaw ir-riżultati, billi jużaw id-data disponibbli, u jikkuntattjaw lill-kontribwent, sabiex ifittxu li jifhmu aħjar iċ-ċirkostanzi tiegħu qabel ma jiddeċiedu jekk jallokawx riżorsi ta’ konformità sabiex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju u awditi.

(c)Żona ta’ riskju għoli: l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jirrakkomandaw li l-kontribwent jirrieżamina l-politiki tiegħu dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment u jistgħu jiddeċiedu li jibdew rieżami jew awditu.

Artikolu 52
Kejl tal-prestazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali xieraq, sabiex l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikejlu l-profittabilità tal-attività ta’ distribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 50(2) billi jużaw il-Qligħ Qabel l-Imgħax u t-Taxxa meta mqabbel mal-bejgħ bħala indikatur tal-livell ta’ profitt.

2.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali xieraq, sabiex l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikejlu l-profittabilità tal-attività ta’ manifattura msemmija fl-Artikolu 50(3) billi jużaw il-Qligħ qabel l-Imgħax u t-Taxxa meta mqabbel mal-kostijiet totali bħala indikatur tal-livell ta’ profitt.

Artikolu 53
Parametri Referenzjarji Pubbliċi

1.Iż-żona ta’ riskju għall-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 50 għandha tiġi ddeterminata rispettivament permezz ta’ parametri referenzjarji pubbliċi għall-attivitajiet ta’ distribuzzjoni u ta’ manifattura.

2.Il-parametri referenzjarji pubbliċi għall-attività ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-prestazzjoni tal-profitt ta’ entitajiet indipendenti li joperaw fis-suq intern u li jwettqu b’mod predominanti attività ta’ distribuzzjoni b’karatteristiċi simili għall-attività deskritta fl-Artikolu 50(2).

3.Il-parametru referenzjarju pubbliku għall-attività ta’ manifattura għandu jkun rappreżentattiv tal-prestazzjoni tal-profitt ta’ entitajiet indipendenti li joperaw fis-suq intern u li jwettqu b’mod predominanti attività ta’ manifattura b’karatteristiċi simili għall-attività deskritta fl-Artikolu 50(3).

4.Iż-żona ta’ riskju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-firxa interkwartili tal-prestazzjoni medja tal-profitt fuq 5 snin ta’ entitajiet indipendenti li jirriżultaw mill-parametri referenzjarji pubbliċi.

5.Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi neċessarji, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tat-tiftix sabiex jiġu identifikati l-prodotti simili sabiex jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji xierqa għal attivitajiet ta’ distribuzzjoni b’riskju baxx u ta’ manifattura tal-kuntratti. Ir-riżultati tal-parametri referenzjarji għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, bl-għan li l-kontribwenti jkunu jistgħu jiddeterminaw iż-żona ta’ riskju tal-attivitajiet tagħhom. Il-parametri referenzjarji għandhom jiġu aġġornati kull 3 snin. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73.

KAPITOLU V
AMMINISTRAZZJONI U PROĊEDURI

Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 54
Ħolqien u terminazzjoni tal-grupp tal-BEFIT

1.Il-grupp tal-BEFIT għandu jkun kopert minn din id-Direttiva għal perjodu ta’ 5 snin u l-effett tiegħu għandu jiġġedded awtomatikament fi tmiem il-ħames sena, sakemm ma jkunx hemm avviż ta’ terminazzjoni minħabba li l-grupp ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(1).

2.Il-gruppi li għażlu li jkunu koperti minn din id-Direttiva f’konformità mal-Artikolu 2(7) għandhom ikunu marbutin għal perjodu ta’ 5 snin. Fi tmiem il-perjodu ta’ 5 snin, ir-regoli ma għandhomx jibqgħu japplikaw, sakemm l-entità dikjaranti ma tinnotifikax l-għażla li tiġġedded l-għażla li għandha tiġi koperta minn din id-Direttiva lill-awtorità tad-dikjarazzjoni. Għal dan l-għan, l-entità dikjaranti għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità tad-dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 2(7) huma ssodisfati u li ma hemm l-ebda raġuni għall-esklużjoni mit-tiġdid.

Artikolu 55
Sena fiskali

1.Il-membri kollha tal-grupp tal-BEFIT għandu jkollhom l-istess sena fiskali, li għandha tkun perjodu ta’ 12-il xahar. Fis-sena li fiha membru tal-grupp tal-BEFIT jissieħeb fi grupp tal-BEFIT, huwa għandu jallinja s-sena fiskali tiegħu mas-sena fiskali tal-grupp tal-BEFIT.

2.Il-parti allokata ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għas-sena li fiha jingħaqad ma’ grupp tal-BEFIT, għandha tiġi kkalkolata b’mod proporzjonali għan-numru ta’ xhur kalendarji li matulhom il-membru tal-grupp tal-BEFIT kien jappartjeni għall-grupp tal-BEFIT.

3.Il-parti allokata ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT għas-sena li fiha jitlaq minn grupp tal-BEFIT, għandha tiġi kkalkolata b’mod proporzjonali għan-numru ta’ xhur kalendarji li matulhom il-membru tal-grupp tal-BEFIT kien jappartjeni għall-grupp tal-BEFIT.

Artikolu 56
Bidla tal-entità dikjaranti

L-entità dikjaranti ma tistax tinbidel, ħlief f’każ li ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 3(10). Imbagħad, għandha tiġi nnominata entità dikjaranti ġdida mill-grupp f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(10). Jekk il-grupp jonqos milli jinnomina entità dikjaranti fi żmien xahrejn wara li l-entità dikjaranti preċedenti tkun waqfet tissodisfa l-kundizzjonijiet, imbagħad, it-tim tal-BEFIT kif imsemmi fl-Artikolu 60 għandu jinnomina entità dikjaranti għall-grupp tal-BEFIT.

Taqsima 2
Dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

Artikolu 57
Preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

1.L-entità dikjaranti għandha tippreżenta d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT tal-grupp tal-BEFIT lill-awtorità tad-dikjarazzjoni, ħlief meta l-grupp tal-BEFIT ikun grupp domestiku.

2.Id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tad-dikjarazzjoni mhux aktar tard minn 4 xhur wara t-tmiem tas-sena fiskali.

3.Id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-identifikazzjoni tal-entità dikjaranti u ta’ membri oħrajn tal-grupp tal-BEFIT, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni tal-kontribwent tagħhom, jekk ikun hemm, u l-Istat Membru li fih il-membri tal-grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti;

(b)informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva ġenerali tal-grupp tal-BEFIT, inklużi l-interessi proprjetarji fil-membri tal-grupp tal-BEFIT miżmumin minn membri oħrajn tal-grupp tal-BEFIT.

(c)is-sena fiskali li magħha tkun relatata d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT;

(d)l-informazzjoni u l-komputazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i)l-eżitu tar-riżultat preliminari tat-taxxa ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT;

(ii)il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT;

(iii)il-parti allokata ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT;

(iv)informazzjoni dwar il-“perċentwal tal-allokazzjoni bażi”, kif ikkomputat f’konformità mal-Artikolu 45.

4.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikunu jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

Artikolu 58
Notifika ta’ żbalji fid-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

1.L-entità dikjaranti għandha tinnotifika lill-awtorità tad-dikjarazzjoni bl-iżbalji fid-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni f’waqtha ta’ tali dikjarazzjoni.

2.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tibgħat dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT riveduta immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-grupp BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikunu jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

Artikolu 59
Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

Meta l-entità dikjaranti tonqos milli tippreżenta dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT, l-awtorità tad-dikjarazzjoni, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti, għandha toħroġ dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT ibbażata fuq estimu, filwaqt li tqis l-informazzjoni disponibbli. Barra minn hekk, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tapplika l-qafas legali dwar il-penali f’konformità mal-Artikolu 72. L-entità dikjaranti tista’ tappella kontra dik id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT.

Taqsima 3
Tim tal-BEFIT

Artikolu 60
Stabbiliment tat-tim tal-BEFIT

1.Tim tal-BEFIT għandu jitlaqqa’ fi żmien xahar wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT, kif imsemmi fl-Artikolu 57, sabiex iwettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 61. Barra minn hekk, it-tim tal-BEFIT għandu jipprovdi qafas għall-komunikazzjoni u għall-konsultazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikunu jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. Meta membru tat-tim tal-BEFIT jikkonsulta membri oħrajn, huwa għandu jirċievi tweġiba fi żmien raġonevoli.

2.It-tim tal-BEFIT għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed jew aktar ta’ kull amministrazzjoni tat-taxxa rilevanti, li jaġixxi bħala delegati, għal kull Stat Membru fejn ikun hemm membri tal-grupp tal-BEFIT. It-tim tal-BEFIT għandu jkun ippresedut mid-delegat tal-awtorità tad-dikjarazzjoni.

3.L-informazzjoni kkomunikata bejn il-membri ta’ tim tal-BEFIT, għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi sa fejn ikun possibbli, permezz tal-użu ta’ għodda kollaborattiva tal-BEFIT.

4.Sabiex jiġu ffaċilitati l-operat u l-komunikazzjoni tat-tim tal-BEFIT, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistandardizza l-komunikazzjoni tal-informazzjoni bejn il-membri ta’ tim tal-BEFIT billi jsir użu minn għodda kollaborattiva tal-BEFIT. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73.

Artikolu 61
Rwol tat-tim tal-BEFIT fid-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

1.It-tim tal-BEFIT għandu jeżamina l-kompletezza u l-akkuratezza tal-informazzjoni mimlija fid-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT kif meħtieġ mill-Artikolu 57, ħlief għall-eżitu tal-komputazzjoni tar-riżultat preliminari tat-taxxa ta’ kull membru tal-grupp tal-BEFIT skont il-punt (d)(i) tal-Artikolu 57(3).

2.It-tim tal-BEFIT għandu jagħmel ħiltu sabiex jilħaq kunsens dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT, fi żmien 4 xhur mid-data meta tkun ġiet irrapportata l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 57. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65, b’rabta mal-Artikolu 57(3), il-punti (a), (b), (c) u (d)(iv), il-kunsens tat-tim tal-BEFIT għandu jfisser li dawn il-punti ma jistgħux ikunu soġġetti għal xi kontestazzjoni futura. Id-deċiżjoni finali dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(3), il-punt (d)(i), d(ii) u d(iii) għandha tibqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istat Membru fejn il-membru tal-grupp ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Jekk it-tim tal-BEFIT jilħaq kunsens dwar dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT, l-awtorità tad-dikjarazzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni inizjali tal-informazzjoni tal-BEFIT għandha tinnotifika d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT lill-entità dikjaranti.

4.Jekk it-tim tal-BEFIT ma jkunx jista’ jikseb kunsens skont il-paragrafu 2 fi żmien 4 xhur mid-data meta tkun ġiet irrapportata l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 57, tali kunsens għandu jitqies li jkun intlaħaq jekk il-membri tat-tim tal-BEFIT jagħtu l-kunsens tagħhom, bil-maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti f’konformità mal-paragrafu 5, għad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT fl-aħħar tal-ħames xahar mid-data meta ġiet irrapportata l-informazzjoni. L-awtorità tad-dikjarazzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT għandha tinnotifika d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT lill-entità dikjaranti.

5.Bl-għan li tintlaħaq maġġoranza sempliċi skont il-paragrafu 4, id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu allokati lil kull awtorità kompetenti fit-tim tal-BEFIT b’mod proporzjonali għad-dħul magħmul fis-sena fiskali rilevanti mill-membri tal-grupp tal-BEFIT li jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fit-territorju tagħhom. Meta l-vot ikun maqsum b’mod ugwali, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandu jkollha vot deċiżiv. Il-kworum għandu jirrikjedi l-preżenza ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-membri tat-tim tal-BEFIT. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT ippreżentata inizjalment għandha tifforma l-bażi għad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa individwali kif imsemmi fl-Artikolu 62 u għall-valutazzjonijiet tat-taxxa individwali kif imsemmi fl-Artikolu 64. L-awtorità tad-dikjarazzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT għandha tinnotifika lill-entità dikjaranti jekk ma jintlaħaqx il-kworum.

Taqsima 4
Dikjarazzjonijiet u Valutazzjonijiet tat-Taxxa Individwali

Artikolu 62
Preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa individwali

1.Kull membru tal-grupp BEFIT għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali tiegħu mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih dak il-membru tal-grupp BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti mhux aktar tard minn 3 xhur wara r-riċevuta tal-avviż mingħand l-awtorità tad-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 61(3), (4) jew (5), jew fil-każ ta’ grupp domestiku, mhux aktar tard minn 8 xhur minn tmiem is-sena fiskali.

2.Id-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali għandha tinkludi informazzjoni dwar l-elementi li ġejjin:

(a)il-komputazzjoni tar-riżultat preliminari tat-taxxa tal-membru tal-grupp tal-BEFIT;

(b)il-parti allokata lill-membru tal-grupp tal-BEFIT f’konformità mal-Artikolu 45;

(c)l-entrati li għandhom jaġġustaw il-parti allokata f’konformità mal-Artikolu 48 fl-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti;

(d)il-krediti li japplikaw, sabiex titnaqqas it-taxxa barranija, fl-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1, il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT li jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fl-istess Stat Membru jistgħu jagħżlu li jippreżentaw dikjarazzjoni tat-taxxa individwali kombinata waħda f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 63
Notifika ta’ żbalji fid-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali

1.Membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew ikun jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti dwar żbalji fid-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni f’waqtha ta’ tali dikjarazzjoni.

2.Jekk l-iżbalji jkunu jeħtieġu aġġustamenti li jaffettwaw il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT tal-grupp tal-BEFIT, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun ippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali tiegħu għandha tinnotifika minnufih, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtorità tad-dikjarazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha toħroġ dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT riveduta fi żmien xahar u tibgħat din id-dikjarazzjoni minnufih, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti għandhom joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa emendati f’konformità mal-Artikolu 64, meta dan ikun xieraq.

4.Minkejja l-paragrafu 3, ma għandha tinħareġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa emendata sabiex tiġi aġġustata l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, meta d-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT inizjalment iddikjarata u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT riveduta ma taqbiżx l-inqas minn bejn EUR 10 000 jew 1 % tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

Artikolu 64
Valutazzjonijiet tat-taxxa individwali

1.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih membru tal-grupp tal-BEFIT ikun ippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali tiegħu għandha toħroġ valutazzjoni tat-taxxa individwali f’konformità mad-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali. L-infurzar tal-obbligazzjoni tat-taxxa għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

2.Meta jkun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali tiegħu għandha toħroġ valutazzjoni tat-taxxa emendata. Meta l-aġġustamenti jaffettwaw il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun ippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa individwali tiegħu għandha tinnotifika minnufih, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtorità tad-dikjarazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha li fihom il-membri l-oħrajn tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Wara li tirċievi valutazzjoni tat-taxxa emendata f’konformità mal-paragrafu 2, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha toħroġ dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT riveduta fi żmien xahar u tibgħat din id-dikjarazzjoni minnufih, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti għandhom joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa emendati f’konformità mal-paragrafu 2, meta dan ikun xieraq.

4.Minkejja l-paragrafu 3, ma għandha tinħareġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa emendata sabiex tiġi aġġustata l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, meta d-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT inizjalment iddikjarata u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT riveduta ma taqbiżx l-inqas minn bejn EUR 10,000 jew 1 % tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

Taqsima 5
Awditi

Artikolu 65
Awditi

1.L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tibda u tikkoordina awditi tal-membri tal-grupp tal-BEFIT li huma residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti f’dak l-Istat Membru.

2.L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti tista’ tintalab mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor li fih ikun hemm tal-anqas membru wieħed tal-istess BEFIT grupp sabiex tipparteċipa f’awditu konġunt mal-awtorità msemmija l-aħħar. L-awditi konġunti għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 35 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Minkejja din ir-regola, l-awtorità kompetenti rikjesta għandha taċċetta talba bħal din u tinforma lit-tim tal-BEFIT.

3.Awditu (li jinkludi awditu konġunt) għandu jitmexxa f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih jitwettaq, soġġett għal dawk l-aġġustamenti li jkunu neċessarji sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva. Dawk l-awditi jistgħu jinkludu inkjesti, spezzjonijiet jew eżamijiet ta’ kwalunkwe xorta għall-fini ta’ verifika tal-konformità ta’ kontribwent ma’ din id-Direttiva.

4.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettaq l-awditu jew l-awditu konġunt għandha tinforma lit-tim tal-BEFIT bir-riżultati ta’ awditu jew ta’ awditu konġunt li jaffettwa l-eżitu tal-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT għas-sena fiskali li jirreferi għaliha. Il-membri l-oħrajn tat-tim tal-BEFIT għandhom jesprimu l-fehmiet tagħhom fi żmien 3 xhur.

5.Wara awditu jew awditu konġunt li jaffettwa l-eżitu tal-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT fil-paragrafu 4, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha toħroġ dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT riveduta fi żmien xahar u tibgħat din id-dikjarazzjoni minnufih, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti għandhom joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa emendati f’konformità mal-Artikolu 64, meta dan ikun xieraq.

6.Minkejja l-paragrafu 5, ma għandha tinħareġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa emendata sabiex tiġi aġġustata l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, meta d-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT inizjalment iddikjarata u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT riveduta ma taqbiżx l-inqas minn bejn EUR 10 000 jew 1 % tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

Taqsima 6
Appelli

Artikolu 66
Appelli amministrattivi fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

1.L-entità dikjaranti tista’ tappella kontra l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT, f’konformità mal-Artikolu 59, fi żmien xahrejn wara li tkun inħarġet jew ġiet innotifikata d-dikjarazzjoni. L-appell għandu jinstema’ minn korp amministrattiv li, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tad-dikjarazzjoni, ikun kompetenti sabiex jisma’ appelli fil-prima istanza. L-appell amministrattiv għandu jkun irregolat bil-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tad-dikjarazzjoni. Meta ma jkun hemm l-ebda korp amministrattiv bħal dan fl-Istat Membru tal-awtorità tad-dikjarazzjoni, il-membru tal-grupp tal-BEFIT jista’ jippreżenta appell ġudizzjarju direttament.

2.Meta tagħmel sottomissjonijiet lill-korp amministrattiv, l-awtorità tad-dikjarazzjoni, skont il-każ, għandha tikkonsulta, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Il-korp amministrattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn. Jekk id-deċiżjoni tvarja mid-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT inizjali, id-deċiżjoni varjata għandha tissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT oriġinali. Jekk ma tasal l-ebda deċiżjoni mill-entità dikjaranti f’dak il-perjodu, id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT għandha titqies li ġiet ikkonfermata.

4.Minkejja l-Artikolu 62(1), il-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa individwali għandu jinbeda meta tittieħed id-deċiżjoni dwar l-appell jew id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT titqies li ġiet ikkonfermata skont il-paragrafu 3.

Artikolu 67
Appelli amministrattivi fir-rigward ta’ valutazzjonijiet tat-taxxa individwali

1.Membru tal-grupp tal-BEFIT jista’ jappella kontra l-kontenut tal-assi tat-taxxa individwali magħmula skont l-Artikolu 64 quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dak il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fi żmien xahrejn wara li l-valutazzjoni tiġi nnotifikata lilu. L-appell amministrattiv għandu jinstema’ minn korp amministrattiv li, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tal-membru tal-grupp tal-BEFIT, ikun kompetenti sabiex jisma’ appelli fil-prima istanza. L-appell amministrattiv għandu jkun irregolat bil-liġi tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. Meta ma jkun hemm l-ebda korp amministrattiv bħal dan fl-Istat Membru fejn il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti, il-membru tal-grupp tal-BEFIT jista’ jippreżenta appell ġudizzjarju direttament.

2.Meta tagħmel sottomissjonijiet lill-korp amministrattiv, l-awtorità kompetenti ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT, skont il-każ, għandha tikkonsulta, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Meta deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1 taffettwa l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun ippreżenta l-appell tiegħu għandha tinnotifika, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtorità tad-dikjarazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti , għandhom joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa emendati f’konformità mal-Artikolu 64, , meta dan ikun xieraq.

4.Minkejja l-paragrafu 3, ma għandha tinħareġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa emendata sabiex tiġi aġġustata l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, meta d-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT inizjalment iddikjarata u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT riveduta ma taqbiżx l-inqas minn bejn EUR 10,000 jew 1 % tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

Artikolu 68
Appelli ġudizzjarji fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT

1.Meta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 66 tkun ġiet ikkonfermata jew varjata, l-entità dikjaranti għandu jkollha d-dritt li tappella direttament quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun residenti għal finijiet tat-taxxa jew tinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fi żmien xahrejn mir-riċevuta tad-deċiżjoni tal-korp tal-appelli amministrattivi. Appell ġudizzjarju għandu jkun irregolat bil-liġi tal-Istat Membru fejn l-entità dikjaranti tkun residenti għal finijiet tat-taxxa jew tinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

2.Meta tagħmel preżentazzjonijiet quddiem il-qorti, l-awtorità tad-dikjarazzjoni, skont il-każ, għandha tikkonsulta permezz tat-tim BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri li fihom il-membri tal-istess grupp BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Meta tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tibgħat minnufih, permezz tat-tim BEFIT, dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT emendata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-istess grupp BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fl-Istati Membri li fihom il-membri tal-istess grupp BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti, meta jkun xieraq għandhom joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa emendati f’konformità mal-Artikolu 64.

4.Minkejja l-paragrafu 3, ma għandha tinħareġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa emendata sabiex tiġi aġġustata l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, meta d-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT inizjalment iddikjarata u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT riveduta ma taqbiżx l-inqas minn bejn EUR 10,000 jew 1 % tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

Artikolu 69
Appelli ġudizzjarji fir-rigward ta’ valutazzjonijiet tat-taxxa individwali

1.Meta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 67 tkun ġiet ikkonfermata jew varjata, membru tal-grupp tal-BEFIT għandu jkollu d-dritt li jappella quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti fi żmien xahrejn wara li tkun ġiet innotifikata lilu d-deċiżjoni tal-korp tal-appelli amministrattivi msemmi fl-Artikolu 67. L-appell ġudizzjarju għandu jkun irregolat bil-liġi tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsab fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

2.Meta tagħmel preżentati quddiem il-qorti, l-awtorità kompetenti ta’ membru tal-grupp tal-BEFIT, skont il-każ, għandha tikkonsulta, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti.

3.Meta deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1 taffettwa l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-membru tal-grupp tal-BEFIT ikun ippreżenta l-appell tiegħu għandha tinnotifika, permezz tat-tim tal-BEFIT, lill-awtorità tad-dikjarazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri kollha li fihom il-membri tal-istess grupp tal-BEFIT ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew jinsabu fil-forma ta’ stabbiliment permanenti , għandhom joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa emendati f’konformità mal-Artikolu 64, , meta dan ikun xieraq.

4.Minkejja l-paragrafu 3, ma għandha tinħareġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa emendata sabiex tiġi aġġustata l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT, meta d-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-BEFIT inizjalment iddikjarata u l-bażi għat-taxxa tal-BEFIT riveduta ma taqbiżx l-inqas minn bejn EUR 10,000 jew 1 % tal-bażi għat-taxxa tal-BEFIT.

Artikolu 70
Terminu ta’ Preskrizzjoni

Meta l-eżitu ta’ appell amministrattiv jew ġudizzjarju jkun jeħtieġ emendi għall-valutazzjoni tat-taxxa individwali ta’ membru wieħed jew aktar ta’ grupp tal-BEFIT, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li t-tali emendi jibqgħu possibbli, minkejja kwalunkwe limitu ta’ żmien fil-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri.

Taqsima 7
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 71
Żvelar ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti

1.L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali kif stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat(i) Membru/i li jirċievi/u din l-informazzjoni. Din l-informazzjoni tista’ tintuża għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi skont din id-Direttiva.

2.Barra minn hekk, it-tali informazzjoni tista’ tintuża b’rabta ma’ proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi li jistgħu jinvolvu penali, li jinbdew bħala riżultat ta’ ksur tal-liġi dwar it-taxxa, mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali u għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-konvenuti u tax-xhieda fi proċedimenti bħal dawn.

Artikolu 72
Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati u infurzati. Il-penali u l-miżuri ta’ konformità previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 73
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 36 .

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 74
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(8) u 14(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

6.Att delegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill jinforma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Artikolu 75
Notifika lill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, u dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 76
Protezzjoni tad-Data

1.L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data personali skont din id-Direttiva biss għall-fini tal-applikazzjoni tal-Kapitolu IV kif ukoll għall-fini tal-eżami u tal-ilħuq ta’ kunsens dwar il-kontenut tar-ritorn u tal-proċessar tal-informazzjoni tal-BEFIT u tal-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa individwali skont il-Kapitolu V. Meta tiġi pproċessata data personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom skont din id-Direttiva.

2.L-informazzjoni, inkluża d-data personali, ipproċessata f’konformità ma’ din id-Direttiva, għandha tinżamm biss sakemm tkun neċessarja sabiex jintlaħqu l-finijiet ta’ din id-Direttiva, f’konformità mal-liġi nazzjonali ta’ kull kontrollur tad-data dwar il-preskrizzjoni, iżda fi kwalunkwe każ għal mhux aktar minn 10 snin.

Artikolu 7
Rieżami mill-Kummissjoni tal-operat tal-BEFIT

1.5 snin wara li din id-Direttiva tibda tapplika, il-Kummissjoni għandha teżamina u tevalwa l-funzjonament tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dak il-għan. Meta jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta sabiex tiġi emendata din id-Direttiva.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni tad-Direttiva f’konformità mal-paragrafu 3, inkluża d-data aggregata dwar il-membri tal-grupp tal-BEFIT li jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-istabbilimenti permanenti tagħhom li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, sabiex jiġi vvalutat kif xieraq l-impatt tar-regola tal-allokazzjoni tat-tranżizzjoni u tad-Direttiva (UE) 2022/2523 kif ukoll sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni rigward l-Ewwel Pilastru tad-Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri biex jiġu indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija miftiehma mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS fit-8 ta’ Ottubru 2021.

3.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-fini tal-evalwazzjoni tal-funzjonament ta’ din id-Direttiva, kif imsemmi fil-paragrafu 2, kif ukoll il-format u l-kundizzjonijiet għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.

4.L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 għandha tinżamm kunfidenzjali mill-Kummissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mal-Artikolu 76 ta’ din id-Direttiva.

5.L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 2, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni li juża tali informazzjoni, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħrajn. L-informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali, kif stabbilit rigward informazzjoni simili fid-dritt nazzjonali tal-Istat(i) Membru/i li rċevieha/rċevewha.

Artikolu 78
Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2028. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2028.

3.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jakkumpanjawhom b’referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

4.Malli din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa, fi żmien suffiċjenti sabiex din tkun tista’ tippreżenta l-kummenti tagħha dwar kwalunkwe abbozz ta’ liġijiet, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li jkollhom l-intenzjoni li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 79
Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 80
Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/XXX ta’ XX ta’ Settembru 2023 dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Politika tat-tassazzjoni 1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 37  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-proposta għandha l-għan li tiżviluppa qafas komuni tat-taxxa korporattiva b’appoġġ għas-suq intern. Bħalissa ma hemm l-ebda sistema komuni tat-taxxa korporattiva għall-komputazzjoni tal-introjtu taxxabbli tan-negozji tal-UE, iżda 27 sistema nazzjonali differenti, li jagħmluha diffiċli u għalja għall-kumpaniji sabiex joperaw negozju madwar is-suq intern kollu. Il-proposta takkomoda l-ħtieġa għal grad ta’ ċertezza tat-taxxa u għal konformità mar-regoli tat-taxxa aktar faċli, filwaqt li tipprovdi dawn għal negozji akbar li għandhom preżenza taxxabbli f’diversi Stati Membri. Għal dan, il-proposta tibni b’mod partikolari fuq il-kisbiet maqbulin f’livell internazzjonali tal-Approċċ b’Żewġ Pilastri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

1) L-ewwel objettiv speċifiku tal-proposta tal-BEFIT huwa li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità għan-negozji tal-UE. Billi l-proposta tipprovdi lin-negozji tal-UE b’sett simplifikat ta’ regoli tat-taxxa, meta mqabblin mal-ambjent kurrenti, jenħtieġ li jkunu meħtieġa anqas riżorsi għan-negozji sabiex jikkonformaw.

2) It-tieni nett, il-proposta tal-BEFIT għandha l-għan li tħeġġeġ l-espansjoni transfruntiera, b’mod partikolari, tal-SMEs.

3) Barra minn hekk, il-proposta tal-BEFIT tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-distorsjonijiet li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet kummerċjali u tnaqqas il-frammentazzjoni fis-suq intern. Diversi aspetti tal-proposta tal-BEFIT jistgħu jgħinu sabiex jintlaħaq dan l-objettiv. L-Element numru 1 jipprovdi kompetizzjoni ġusta għal gruppi ta’ kumpaniji fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu billi jistabbilixxi sett uniformi ta’ regoli tat-taxxa korporattiva għan-negozji li joperaw fis-suq intern.

4) Fl-aħħar nett, il-proposta tal-BEFIT għandha wkoll l-għan li tnaqqas ir-riskju ta’ taxxa doppja u żejda u ta’ tilwimiet dwar it-taxxa. Il-proposta tinkludi diversi aspetti li jilħqu dan l-objettiv.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-Proposta tintroduċi qafas komuni ta’ regoli dwar it-taxxa korporattiva li jissostitwixxi s-sistemi nazzjonali kurrenti tat-taxxa korporattiva għan-negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Se jkollha l-għan ewlieni li ġġib simplifikazzjoni għall-kontribwenti u tħeġġeġ it-tkabbir u l-investiment fis-suq intern filwaqt li tillivella l-kundizzjonijiet ekwivalenti li fihom joperaw in-negozji.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettivi Speċifiċi

Indikaturi

Għodod ta’ Kejl

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità għan-negozji tal-UE

L-implimentazzjoni u l-ewwel kostijiet operatorji tal-BEFIT għall-gruppi taħt l-Element numru 1, meta mqabblin mal-fatturat

Il-kostijiet tat-taħriġ għar-riżorsi umani fin-negozji u fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa

In-numru ta’ gruppi li għażlu li japplikaw l-Element numru 1

In-numru u l-kost ta’ tilwimiet dwar it-taxxa doppja bejn l-Istati Membri, li jidhru bħala “entrati ġodda” (wara li l-BEFIT bdiet japplika) fil-proċeduri tal-MAP u fl-Arbitraġġ

Il-kostijiet tal-konformità għall-SMEs taħt l-Element numru 2, meta mqabblin mal-fatturat tagħhom u ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx ir-regoli HOT

Stħarriġ/kwestjonarju għal gruppi kbar, mid-DĠ TAXUD, possibbilment b’assistenza esterna, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri

Id-data riċevuta mid-DĠ TAXUD mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, li jkollha din l-informazzjoni disponibbli bħala “Awtoritajiet tad-Dikjarazzjoni”

Id-data miġbura mid-DĠ TAXUD dwar MAPs ġodda u numri ta’ każijiet skont il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ u d-Direttiva dwar il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa

Stħarriġ/kwestjonarju għall-SMEs, mill-Kummissjoni Ewropea, possibbilment b’assistenza esterna, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri

Sabiex titħeġġeġ l-espansjoni transfruntiera, b’mod partikolari għall-SMEs

In-numru ta’ SMEs eliġibbli li jagħżlu li japplikaw l-Element numru 2

In-numru ta’ SMEs li għażlu li japplikaw l-Element numru 2

In-numru ta’ SMEs li espandew b’mod transfruntier billi stabbilew stabbiliment permanenti

In-numru ta’ SMEs li joħorġu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Element numru 2 billi jistabbilixxu sussidjarja

In-numru ta’ gruppi kbar li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju tal-Element numru 1

Stħarriġ dwar id-data aggregata mid-DĠ TAXUD għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, li jkollhom din l-informazzjoni disponibbli

Stħarriġ/kwestjonarju għall-SMEs, mill-Kummissjoni Ewropea, possibbilment b’assistenza esterna, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri

Id-data riċevuta mid-DĠ TAXUD mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, li jkollha din l-informazzjoni disponibbli bħala “Awtoritajiet tad-Dikjarazzjoni”

Sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet kummerċjali fis-suq intern u, b’hekk, jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għan-negozji tal-UE

In-numru ta’ każijiet li fihom l-Istati Membri kellhom jagħlqu skemi tat-taxxa artifiċjali

L-evoluzzjoni tal-PDG tal-UE

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa permezz ta’ stħarriġ li jiġi ċċirkolat mid-DĠ TAXUD

L-istatistiki dwar il-kontijiet nazzjonali u l-PDG mill-Eurostat

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ taxxa doppja jew ta’ taxxa żejda u ta’ tilwimiet

In-numru ta’ tilwimiet dwar it-taxxa doppja bejn l-Istati Membri, li jidhru bħala “entrati ġodda” (wara li l-BEFIT bdiet japplika) fil-proċeduri tal-MAP u fl-Arbitraġġ

Id-data miġbura mit-TAXUD dwar MAPs ġodda u numri ta’ każijiet skont il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ u d-Direttiva dwar il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Wara li tiġi ppreżentata d-Dikjarazzjoni tal-Informazzjoni tal-BEFIT, u jkun magħruf liema entitajiet ikunu inklużi fil-Grupp BEFIT, ir-rappreżentanti tal-Awtorità tad-Dikjarazzjoni jifformaw flimkien mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa lokali rilevanti l-oħrajn tim tal-BEFIT għall-Grupp tal-BEFIT rispettiv. Dan ifisser li għal kull Grupp tal-BEFIT ikun hemm tim tal-BEFIT bħal dan.

Sabiex tiffaċilita l-operat u l-komunikazzjoni tal-uffiċjali fi ħdan kull tim tal-BEFIT, il-Kummissjoni jkollha tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji, li jinkludu miżuri sabiex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni bejn il-membri tat-timijiet tal-BEFIT permezz tal-użu ta’ għodda kollaborattiva tal-BEFIT. F’termini ta’ żmien għall-istabbiliment tal-għodda kollaborattiva tal-BEFIT, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jeħtieġu perjodu ta’ żmien wara l-adozzjoni tal-proposta sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw is-sistemi, sabiex jippermettu l-operat u l-komunikazzjoni tat-timijiet tal-BEFIT.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Azzjonijiet individwali mill-Istati Membri ma jipprovdu l-ebda soluzzjoni effiċjenti u effettiva sabiex jiġi żgurat qafas komuni fattibbli tat-taxxa korporattiva. Minflok ma kull Stat Membru jalloka riżorsi umani separatament għall-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa tal-istess gruppi transfruntieri, dawn ir-riżorsi disponibbli issa se jintużaw b’mod kollettiv b’mod aktar effettiv u mmirat permezz tat-timijiet BEFIT. Approċċ tal-UE jidher preferibbli, billi jista’ jiffaċilita l-operat u l-komunikazzjoni ta’ dawn it-timijiet tal-BEFIT u jkollu aktar koerenza u tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-kontribwenti u għall-awtoritajiet tat-taxxa.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-inizjattiva hija mekkaniżmu ġdid. L-għażla ppreferuta fil-Valutazzjoni tal-Impatt hija l-Punt Uniku ta’ Servizz Ibridu. Din l-għażla tfisser li d-Dikjarazzjoni tal-Informazzjoni tal-BEFIT tiġi ttrattata ċentralment permezz tal-Awtorità tad-Dikjarazzjoni filwaqt li d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa individwali, l-awditi u s-soluzzjoni tat-tilwim jibqgħu primarjament lokali f’konformità mas-sovranità fiskali nazzjonali. Din l-għażla tagħti prijorità lis-sempliċità u żżomm il-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa għal livell baxx raġonevoli filwaqt li toħloq ukoll l-aħjar bilanċ possibbli bejn is-sempliċità ta’ punt uniku ta’ servizz u r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri.

It-Timijiet tal-BEFIT ikollhom rwol importanti f’dan il-bilanċ. Ikollhom l-għan li jilħqu ftehim bikri dwar punti ewlenin tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni tal-BEFIT u jipprovdu grad ta’ ċertezza tat-taxxa, li jenħtieġ li jnaqqas il-kostijiet tal-konformità, tal-anqas gradwalment, u jrawwem is-Suq intern bħala ambjent ta’ tkabbir u ta’ investiment.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi r-regoli tal-Unjoni għan-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT). Meta jkun possibbli, il-Proposta tuża l-proċeduri, l-arranġamenti u l-għodod tal-IT diġà stabbiliti jew li qegħdin jiġu żviluppati fil-qafas tad-DAC.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet ta’ implimentazzjoni tal-inizjattiva jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE fir-rigward biss tal-komponenti ċentrali għall-għodda kollaborattiva tal-BEFIT. Dan jiġi ffinanzjat permezz ta’ riallokazzjonijiet mill-pakkett Fiscalis. Inkella, se jkun f’idejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri previsti.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

1.    Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

1.segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 38

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

2.    mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

3. lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

4. lill-korpi msemmijin fl-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

5. lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

6. lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Fir-rigward tal-għodda kollaborattiva tal-BEFIT li tiffaċilita l-operat u l-komunikazzjoni tat-timijiet tal-BEFIT, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-iżvilupp u għall-operat ta’ din l-għodda. L-Istati Membri jieħdu impenn li joħolqu l-infrastruttura domestika xierqa li tippermetti l-komunikazzjoni tal-informazzjoni bejn il-membri tat-timijiet tal-BEFIT permezz tal-għodda kollaborattiva tal-BEFIT.    

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-effettività u l-effiċjenza tal-Proposta, bl-użu tal-indikaturi predefiniti li ġejjin: l-implimentazzjoni u l-ewwel kostijiet operatorji tal-BEFIT; in-numru ta’ gruppi ta’ kumpaniji fil-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju tal-proposta, kif ukoll in-numru ta’ kumpaniji li jagħżlu li jipparteċipaw volontarjament; l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-konformità kemm tal-gruppi l-kbar kif ukoll tal-SMEs fl-UE; u n-numru ta’ tilwimiet dwar it-taxxa doppja.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrieżamina s-sitwazzjoni fl-Istati Membri regolarment u tippubblika rapport. Il-qafas ta’ monitoraġġ ikun soġġett għal aġġustamenti ulterjuri f’konformità mar-rekwiżiti legali u ta’ implimentazzjoni finali u mal-iskeda ta’ żmien.

Se ssir evalwazzjoni 5 snin wara l-implimentazzjoni tal-Proposta li se tippermetti lill-Kummissjoni tirrieżamina r-riżultati tal-politika fir-rigward tal-objettivi tagħha kif ukoll l-impatti ġenerali f’termini ta’ dħul mit-taxxa, ta’ negozji u tas-suq intern.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-implimentazzjoni tal-Proposta tiddependi fuq l-awtoritajiet kompetenti (l-amministrazzjonijiet tat-taxxa) tal-Istati Membri. Dawn ikunu responsabbli għall-finanzjament tas-sistemi nazzjonali tagħhom stess u għall-adattamenti neċessarji sabiex jippermettu l-komunikazzjoni tal-informazzjoni bejn il-membri tat-timijiet tal-BEFIT permezz tal-għodda kollaborattiva tal-BEFIT.

Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-infrastruttura, l-għodda kollaborattiva tal-BEFIT, li tiffaċilita l-operat u l-komunikazzjoni tat-timijiet tal-BEFIT. Għalhekk, l-għodda kollaborattiva tal-BEFIT tiġi implimentata fil-modalità ta’ ġestjoni diretta minħabba n-natura tal-infrastruttura meħtieġa għat-timijiet tal-BEFIT, spjegata aktar ’il fuq. Il-Kummissjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tipprovdi dan. Ma hemm l-ebda ħtieġa għal ġestjoni indiretta. Fil-qafas tal-ġestjoni kondiviża, kull Membru jiżviluppa l-għodda tiegħu stess, xi ħaġa li ma tkunx prattika, speċjalment minħabba li jkun hemm ħafna timijiet tal-BEFIT li jgħaqqdu ħafna kombinazzjonijiet differenti ta’ Stati Membri. Fil-livell tal-Kummissjoni, ġew stabbiliti sistemi tal-IT li se jintużaw għal din il-Proposta. Il-Kummissjoni tkun qiegħda tiffinanzja l-iżvilupp ta’ din l-għodda kollaborattiva tal-BEFIT, kif ukoll il-hosting, il-ġestjoni tal-kontenut, il-kriptaġġ, u l-manutenzjoni annwali tal-għodda.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ma ġie identifikat l-ebda riskju peress li l-għodda kollaborattiva tal-BEFIT tkun infrastruttura ġdida u, għalhekk, ma għandha l-ebda preċedent. Is-sistema ta’ kontroll intern tiddependi fuq is-sistemi fis-seħħ għall-programmi ta’ finanzjament eżistenti taħt il-ġestjoni diretta tad-DĠ TAXUD (eż. Fiscalis). Bħala tali, jenħtieġ li ma tirriżultax f’riskji addizzjonali.

Is-sistema ta’ kontroll intern ġenerali fis-seħħ fid-DĠ TAXUD għall-akkwisti (ibbażata fuq verifika ex ante dettaljata ta’ 100 % tat-tranżazzjonijiet relatati), ippermettiet li r-rati ta’ żball tal-programmi preċedenti ta’ finanzjament (eż. Fiscalis) jinżammu ferm taħt il-livell limitu ta’ materjalità (jiġifieri f’livell stmat ta’ 0,5 %). Din is-sistema ta’ kontroll se tintuża u tiġi applikata wkoll għall-għodda kollaborattiva BEFIT, u għalhekk tiżgura li r-rati ta’ żball ikunu ferm taħt il-livell limitu ta’ materjalità.

L-elementi ewlenin tal-istrateġija ta’ kontroll huma:

Kuntratti ta’ akkwist

Il-proċeduri ta’ kontroll għal akkwist definiti fir-Regolament Finanzjarju: kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist jiġi stabbilit wara l-proċedura stabbilita ta’ verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-pagament, filwaqt li jitqiesu l-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali tajba. Miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ.) huma previsti fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji. Termini dettaljati ta’ referenza jiġu abbozzati u jifformaw il-bażi ta’ kull kuntratt speċifiku. Il-proċess ta’ aċċettazzjoni jsegwi b’mod strett il-metodoloġija TAXUD TEMPO: ir-riżultati jiġu rieżaminati, jekk ikun meħtieġ emendati u finalment aċċettati (jew irrifjutati) b’mod espliċitu. Ma tista’ titħallas l-ebda fattura mingħajr “ittra ta’ aċċettazzjoni”.

Verifika teknika ta’ akkwist

Id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq ir-riżultati u jissorvelja l-operat u s-servizzi mwettqin mill-kuntratturi. Iwettaq ukoll verifiki tal-kwalità u s-sigurtà tal-kuntratturi tagħhom fuq bażi regolari. L-awditi tal-kwalità jivverifikaw il-konformità tal-proċessi effettivi tal-kuntratturi mar-regoli u mal-proċeduri definiti fil-pjanijiet ta’ kwalità tagħhom. L-awditi tas-sigurtà jiffokaw fuq proċessi, proċeduri u konfigurazzjonijiet speċifiċi.

Minbarra l-kontrolli ta’ hawn fuq, id-DĠ TAXUD iwettaq il-kontrolli finanzjarji tradizzjonali:

Verifikia ex ante tal-impenji

L-impenji kollha fid-DĠ TAXUD jiġu vverifikati mill-Kap tal-Unità tal-Finanzi u mill-korrispondent tan-negozju tar-Riżorsi Umani. B’riżultat ta’ dan, 100 % tal-ammonti impenjati jiġu koperti mill-verifika ex ante. Il-proċedura tagħti livell għoli ta’ garanzija fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

Verifika ex ante tal-pagamenti

100 % tal-pagamenti huma vverifikati ex ante. Barra minn hekk, kull ġimgħa mill-anqas pagament wieħed (mill-kategoriji kollha tan-nefqiet) jintgħażel b’mod każwali għal verifika ex ante addizzjonali li titwettaq mill-kap tal-Unità tal-Finanzi u mill-korrispondent tan-negozju tar-Riżorsi Umani. Ma hemm l-ebda mira għal dak li jirrigwarda l-kopertura, billi l-għan ta’ din il-verifika huwa l-iċċekkjar “każwali” tal-pagamenti sabiex jiġi vverifikat li l-pagamenti kollha jkunu preparati f’konformità mar-rekwiżiti. Il-pagamenti li jifdal jiġu pproċessati skont ir-regoli fis-seħħ kuljum.

Id-Dikjarazzjonijiet tal-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjonijiet (AOSD)

L-AOSD kollha jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jappoġġaw ir-Rapport tal-Attività Annwali għas-sena kkonċernata. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikopru l-operazzjonijiet skont il-programm. L-AOSD jiddikjaraw li l-operazzjonijiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-baġit ikunu twettqu f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti jkunu pprovdew garanzija sodisfaċenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li r-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew identifikati b’mod xieraq, u rapportati u li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkunu ġew implimentati.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq)

Il-kontrolli stabbiliti jippermettu li d-DĠ TAXUD ikollu garanzija biżżejjed tal-kwalità u tar-regolarità tal-infiq u li jitnaqqas ir-riskju ta’ nonkonformità. Il-miżuri tal-istrateġija tal-kontroll ta’ hawn fuq inaqqsu r-riskji potenzjali taħt il-mira ta’ 2 % u jilħqu lill-benefiċjarji kollha. Miżuri addizzjonali għat-tnaqqis ulterjuri tar-riskju jirriżultaw f’kostijiet sproporzjonalment għoljin u għaldaqstant ma humiex previsti. Il-kostijiet ġenerali involuti sabiex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ kontroll ta’ hawn fuq – għall-infiq kollu skont il-programm Fiscalis – huma limitati għal 1,6 % tat-total tal-pagamenti magħmulin. Dan il-proporzjon ma huwiex mistenni li jinbidel għal din l-inizjattiva. Il-programm tal-istrateġija ta’ kontroll jillimita r-riskju ta’ nonkonformità għal prattikament żero u huwa wkoll proporzjonat mar-riskji involuti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/964 bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta’ attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

(1)Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

 

Diff./Mhux diff. 39

mill-pajjiżi tal-EFTA 40

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali 41

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

03 04 01 Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (Fiscalis)

Diff

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

2.    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ: TAXUD

2025 42

2026

2027

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

03 04 01 Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (Fiscalis)

Impenji

(1a)

0,6

0,6

.

.

.

Pagamenti

(2a)

0,3

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 43  

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DG TAXUD

Impenji

= 1a+1b +3

0,6

0,6

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,3



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,6

0,6

0,6

Pagamenti

(5)

0,3

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA <….> 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,6

0,6

0,6

Pagamenti

=5+ 6

0,3




Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

□ Riżorsi umani

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 44

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

2025

2026

2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 45

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 46

- Hosting u appoġġ

0,6

0,6

0,6

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

0,6

0,6

0,6

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

0,6

0,6

0,6

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 47

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 48  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

3.    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2025

2026

2027

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0,2

0,1

0,1

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 49

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz 50

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0,2

0,1

0,1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Maniġer tan-Negozju għall-Għodda Kollaborattiva tal-BEFIT

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

In-nefqa operazzjonali tiġi ffinanzjata mill-pakkett previst għall-programm Fiscalis, taħt l-Intestatura 1 tal-QFP.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

4.    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 51

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

5.    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

(a)    fuq ir-riżorsi proprji

a.    fuq dħul ieħor

(b)indika, jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 52

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    COM(2021) 251 final
(2)    COM(2022) 548 final
(3)    COM(2021) 566 final
(4)    COM(2011) 121/4 final.
(5)    COM(2016) 685 final; COM(2016) 683 final.
(6)

   Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda.

(7)    Id-Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri biex jiġu indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija – it-8 ta’ Ottubru 2021, il-Proġett tal-OECD/G20 dwar Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti.
(8)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1)
(9)    Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ regoli dwar remissjoni li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn, u dwar il-limitazzjoni tad-deduċibbiltà tal-imgħax għal finijiet ta’ taxxa korporattiva, COM/2022/216 final.
(10)    Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta’ entitajiet fittizji għal finijiet ta’ taxxa u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE, COM/2021/565 final.
(11)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (riformulazzjoni) (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8)
(12)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49)
(13)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KEE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat, ta’ SE jew SCE, bejn Stati Membri.
(14)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1)
(15)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).
(16)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1)
(17)     OECD/G20 Base Erosion and Profit Shifting Project Outcome Statement on the Two-Pillar Solution to Address the Tax Challenges Arising from the Digitalisation of the Economy tal-11 ta’ Lulju 2023
(18)    Is-sejħa għal evidenza għal valutazzjoni tal-impatt - Ares(2022)7086603.
(19)    Ares(2023)3669156, is-26 ta’ Mejju 2023.
(20)

   Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

(21)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)
(22)    ĠU C, , p. .
(23)    ĠU C, , p. .
(24)    Id-Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri biex jiġu indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija – it-8 ta’ Ottubru 2021, il-Proġett tal-OECD/G20 dwar Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti.
(25)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1.)
(26)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(27)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(28)    Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(30)    Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1)
(31)    Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(32)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1)
(33)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7)
(34)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpaniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34)
(35)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1)
(36)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
(37)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(38)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(39)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(40)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(41)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(42)    Is-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva ma hijiex magħrufa. Bħala tali, is-sena 2025 titqies bħala suppożizzjoni.
(43)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(44)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(45)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(46)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(47)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(48)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(49)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(50)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(51)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(52)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 12.9.2023

COM(2023) 532 final

ANNESSI

tad-

Direttiva tal-Kunsill

dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)

{SWD(2023) 308 final} - {SWD(2023) 309 final}


ANNESS I Lista ta’ kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2

(a) kumpaniji inkorporati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) ( 6 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat- 8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema ( 7 ) u soċjetajiet kooperattivi inkorporati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) ( 8 )u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati ( 9 ),

(b) kumpaniji skont il-liġi Belġjana magħrufa bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité limitée”/“coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali msemmija hawn fuq, u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Belġjana soġġetta għat-taxxa fuq il-kumpaniji Belġjana,

(c) kumpaniji skont il-liġi Bulgara magħrufa bħala: “събирателно дружество”, “командитно дружество”, “дружество с ограничена отговорност”, “акционерно дружество”, “командитно дружество с акции”, “неперсонифицирано дружество", “кооперации", “кооперативни съюзи”, “държавни предприятия”, kostitwiti skont il-liġi Bulgara u jwettqu attivitajiet kummerċjali;

(d) kumpaniji skont il-liġi Ċeka magħrufa bħala: “akciová společnost”, “společnost s ručením omezeným”;

(e) kumpaniji skont il-liġi Daniża magħrufa bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab”. Kumpaniji oħra soġġetti għat-taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat f’konformità mar-regoli ġenerali dwar il-legiżlazzjoni tat-taxxa applikabbli għal “aktieselskaber”,

(f) kumpaniji skont il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Kommanditgesellschaft auf Aktien”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft”, “Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts”, u kumpaniji oħra kkostitwiti skont il-liġi Ġermaniża soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji Ġermaniża,

(g) kumpaniji skont il-liġi Estona magħrufa bħala: “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing” “aktsiaselts”, “tulundusühistu”;

(h) kumpaniji inkorporati jew eżistenti skont il-liġi Irlandiża, korpi rreġistrati skont l-“Industrial and Provident Societies Act”, soċjetajiet ta’ kostruzzjoni inkorporati skont il-“Building Societies Acts” u t-“trustee savings banks” skont it-tifsira fit-“Trustee Savings Banks Act, 1989”,

(i) kumpaniji skont il-liġi Griega magħrufa bħala “ανώνυμη εταιρεία”,·“εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)” u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Griega soġġetta għat-taxxa fuq il-kumpaniji Griega,

(j) kumpaniji skont il-liġi Spanjola magħrufa bħala: “sociedad anónima”, “sociedad comanditaria por acciones”, “sociedad de responsabilidad limitada”, dawk il-korpi ta’ liġi pubblika li joperaw skont id-dritt privat. Entitajiet oħra kostitwiti skont il-liġi Spanjola soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji Spanjola (“Impuesto sobre Sociedades”),

(k) kumpaniji skont il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d’assurances mutuelles”, “caisses d’épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma soġġetti awtomatikament għat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Franċiża soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji Franċiża;

(l) kumpaniji skont il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsabilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija għalkollox jew prinċipalment kummerċjali;

(m) skont il-liġi Ċiprijotta: “εταιρείες” kif definit fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq id-Dħul;

(n) kumpaniji skont il-liġi Latvjana magħrufa bħala: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”;

(o) kumpaniji inkorporati skont il-liġi tal-Litwanja;

(p) kumpaniji skont il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d’assurances mutuelles”, “association d’épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l’Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu,

(q) kumpaniji skont il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “szövetkezet”;

(r) kumpaniji skont il-liġi Maltija magħrufa bħala: “Kumpaniji ta’ Responsabilità Limitata”, “Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f’azzjonijiet”;

(s) kumpaniji skont il-liġi Olandiża magħrufa bħala “naamloze vennootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “Open commanditaire vennootschap”, “Coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “Fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag”, “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Olandiża soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji Olandiża,

(t) kumpaniji skont il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften”, “Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts”, “Sparkassen”, u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Awstrijaka soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji Awstrijaka;

(u) kumpaniji skont il-liġi Pollakka magħrufa bħala: “spółka akcyjna”, “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”, spółka komandytowo-akcyjna;

(v) kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji soġġetti għad-dritt ċivili li għandhom forma kummerċjali u kooperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati f’konformità mal-liġi Portugiża;

(w) kumpaniji skont il-liġi Rumena magħrufa bħala: “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni”, “societăți cu răspundere limitată”, “societăți în nume colectiv”, “societăți în comandită simplă”;

(x) kumpaniji skont il-liġi Slovena magħrufa bħala: “delniška družba”, “komanditna družba”, “družba z omejeno odgovornostjo”;

(y) kumpaniji skont il-liġi Slovakka magħrufa bħala: “akciová spoločnosť”, “spoločnosť s ručením obmedzeným”, “komanditná spoločnosť”;

(z) kumpaniji skont il-liġi Finlandiża magħrufa bħala “osakeyhtiö”/“aktiebolag”, “osuuskunta”/“andelslag”, “säästöpankki”/“sparbank” u “vakuutusyhtiö”/“försäkringsbolag”,

(aa) (aa) kumpaniji skont il-liġi Svediża magħrufa bħala “aktiebolag”, “försäkringsaktiebolag”, “ekonomiska föreningar”, “sparbanker”, “ömsesidiga försäkringsbolag”, “försäkringsföreningar”,

(ab) kumpaniji skont il-liġi Kroata magħrufa bħala: “dioničko društvo”, “društvo s ograničenom odgovornošću”, u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti.

ANNESS II Lista tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2

(a)impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Belġju,

(b)корпоративен данък fil-Bulgarija,

(c)daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

(d)selskabsskat fid-Danimarka,

(e)Körperschaftssteuer fil-Ġermanja,

(f)tulumaks fl-Estonja,

(g)corporation tax fl-Irlanda,

(h)φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

(i)impuesto sobre sociedades fi Spanja,

(j)impôt sur les sociétés fi Franza,

(k)porez na dobit fil-Kroazja,

(l)imposta sul reddito delle società fl-Italja,

(m)φόρος εισοδήματος f’Ċipru,

(n)uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

(o)pelno mokestis fil-Litwanja,

(p)impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

(q)társasági adó, osztalékadó fl-Ungerija,

(r)taxxa fuq l-income f’Malta,

(s)vennootschapsbelasting fin-Netherlands,

(t)Körperschaftssteuer fl-Awstrija,

(u)podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

(v)imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

(w)impozit pe profit fir-Rumanija,

(x)davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

(y)daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja,

(z)yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

(aa)statlig inkomstskatt fl-Iżvezja,

Top