Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0528

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

COM/2023/528 final

Strasburgu, 12.9.2023

COM(2023) 528 final

2023/0320(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

{SEC(2023) 308 final} - {SWD(2023) 301 final} - {SWD(2023) 302 final} - {SWD(2023) 303 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 

Raġunijiet u objettivi tal-proposta 

Fid-Diskors tagħha tal-2022 dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, irrikonoxxiet l-importanza li tittieħed azzjoni ulterjuri sabiex issir aktar faċli li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jagħmlu negozju fis-suq intern u ħabbret “Pakkett ta’ Għajnuna” għall-SMEs. Il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, li l-Kummissjoni adottat illum, jagħti sostenn tant bżonnjuż lill-SMEs sabiex jiżguraw il-fluss tal-flus, sabiex jissimplifikaw u jinvestu u jikbru. Din l-inizjattiva hija parti mill-pakkett.

Is-sistemi kurrenti tat-tassazzjoni tan-negozju fl-UE jwasslu għal grad sinifikanti ta’ kumplessità. Dan iwassal sabiex in-negozji jiffaċċjaw kostijiet għoljin ta’ konformità, ostakli għall-operazzjonijiet transfruntiera, riskji ta’ tassazzjoni doppja u/jew eċċessiva li jwasslu għal inċertezza dwar it-taxxa u għal tilwim legali frekwenti u li jaħli ħafna żmien. Dan it-tfixkil jikkostitwixxi piż proporzjonalment ogħla għall-SMEs milli għal gruppi kbar ta’ kumpaniji. L-SMEs jonfqu madwar 2,5 % tal-fatturat tagħhom fuq il-konformità mal-obbligi tat-taxxa tagħhom (eż. CIT, VAT, u taxxi fuq l-introjtu) filwaqt li l-intrapriżi l-kbar jonfqu 0,7 %, billi dawn tal-aħħar jistgħu jisfruttaw l-ekonomiji ta’ skala 1 . Jekk l-SMEs ikunu jixtiequ joperaw b’mod transfruntier, isiru taxxabbli f’aktar minn Stat Membru wieħed malli l-attività tagħhom barra mill-pajjiż toħloq stabbiliment permanenti (PE). Il-konformità ma’ dawk l-obbligi ġġib magħha kostijiet fissi, li joħolqu ostaklu li jista’ jipprevjeni lill-SMEs milli jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod transfruntier. Dan huwa speċjalment il-każ fl-istadju tal-bidu tal-espansjoni, meta l-firxa tal-attivitajiet imwettqin barra mill-pajjiż tkun prinċipalment anċillari għall-operazzjonijiet tan-negozju primarju fil-pajjiż ta’ oriġini.

Għalhekk huwa importanti li l-SMEs, li jkollhom l-għan li jikbru u jespandu b’mod transfruntier, permezz tal-PEs, ikunu jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli tat-taxxa li jkunu familjari magħhom sabiex jikkalkulaw ir-riżultat taxxabbli tal-PEs tagħhom fi Stati Membri oħrajn. Dan jagħti lil dawn l-SMEs l-opportunità li jieħdu deċiżjoni dwar in-negozju li tkun l-aktar xierqa, jew li jkomplu japplikaw settijiet differenti ta’ regoli tat-taxxa għall-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom jew li jagħżlu r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat, wara li jitqiesu d-daqs tal-kostijiet tal-konformità u l-kumplessità amministrattiva li jistgħu jirriżultaw mill-ħidma f’ambjenti b’regoli tat-taxxa distinti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fl-2005, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni li stabbiliet soluzzjoni possibbli għall-kostijiet tal-konformità u ostakli oħrajn tat-taxxa li jiffaċċjaw l-SMEs 2 . Ippreżentat sistema ta’ “Tassazzjoni fl-Istat tal-Oriġini” bbażata fuq l-idea ta’ rikonoxximent reċiproku volontarju u ta’ aċċettazzjoni tar-regoli tat-taxxa mill-Istati Membri tal-UE. Is-sistema tfasslet sabiex tkun volontarja kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-kumpaniji u kellha titħaddem b’fażi pilota ta’ 5 snin. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kien usa’. Kopriet kemm il-PEs kif ukoll is-sussidjarji u pprovdiet għal qafas tat-taxxa aktar kumpless, bħall-bażi għat-taxxa konsolidata u l-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa bbażata fuq fatturi oġġettivi. Madankollu, l-Istati Membri qatt ma implimentaw is-soluzzjonijiet rakkomandati tal-proġett pilota.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-politika tal-Kummissjoni li tappoġġa lill-SMEs. Fl-2020, il-Kummissjoni nediet Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali 3 , li ppreżentat azzjonijiet ibbażati fuq tliet pilastri: ·il-bini tal-kapaċitajiet u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni; it-tnaqqis tal-piż regolatorju u t-titjib tal-aċċess għas-suq; u ·t-titjib tal-aċċess għall-finanzjament.

F’Settembru 2022, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ħabbret azzjonijiet addizzjonali fid-Diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea , bħall-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs 4 , li l-Kummissjoni adottat illum u li din l-inizjattiva tagħmel parti minnu. Dan għandu jipprovdi l-appoġġ tant meħtieġ għall-SMEs sabiex jiżguraw il-fluss tal-flus, jikkonformaw mal-obbligi regolatorji u jinvestu u jikbru. Il-Komunikazzjoni dwar il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs tindirizza wkoll l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi u l-ħiliet u l-qafas regolatorju abilitanti. Fl-aħħar nett, il-pakkett jinkludi r-regoli rieżaminati dwar il-ħlasijiet tard 5 immirati lejn it-titjib tad-dixxiplina fil-ħlasijiet u lejn il-protezzjoni tal-kumpaniji mill-effetti negattivi tad-dewmien fil-ħlasijiet fi tranżazzjonijiet kummerċjali.

Id-Direttiva proposta, permezz tal-proċeduri ċentralizzati tagħha ta’ preżentazzjoni, ta’ valutazzjoni u ta’ ġbir tat-taxxa u punt uniku ta’ servizz, hija wkoll għalkollox allinjata mal-objettiv tal-Kummissjoni ta’ razzjonalizzazzjoni u ta’ simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-kumpaniji u għall-amministrazzjoni, kif spjegat fil-Komunikazzjoni ta’ Marzu 2023 dwar il-kompetittività fit-tul tal-UE (COM(2023) 168 final).

Barra minn hekk, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali timmobilizza l-investiment privat transfruntier f’kumpaniji ta’ kull daqs, tikkomplementa l-appoġġ pubbliku u twassal għal dipendenza mnaqqsa tal-SMEs fuq sorsi uniċi jew fuq fornituri uniċi ta’ finanzjament.

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 li stabbilixxa l-Gateway Diġitali Unika jipprevedi regoli ġenerali għall-provvista online ta’ informazzjoni, ta’ proċeduri u ta’ servizzi tal-assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern. L-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tat-taxxa stabbiliti f’din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli wkoll għall-utenti transfruntiera permezz tal-Gateway Diġitali Unika f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724, taħt il-kategorija L.5.

Għalhekk, id-Direttiva proposta hija konsistenti ma’ dan l-approċċ, peress li tħeġġeġ lill-SMEs jespandu lil hinn mill-fruntieri u għandha l-għan li tikseb li l-kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa ma jfixklux lill-SMEs milli jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq intern, filwaqt li jagħmlu l-informazzjoni utli pubblika u aċċessibbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ 

Bażi ġuridika

Din il-proposta taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE). Ir-regoli tal-proposta għandhom l-għan li japprossimaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiki amministrattivi tal-Istati Membri billi dawn jaffettwaw direttament l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk, għandha tiġi adottata skont proċedura leġiżlattiva speċjali f’konformità ma’ dan l-Artikolu u fil-forma ta’ Direttiva. Il-kompetenza tal-Unjoni f’dan il-qasam hija kondiviża mal-Istati Membri.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

In-negozji tal-UE qegħdin joperaw dejjem aktar b’mod transfruntier fis-suq intern, iżda l-qafas tat-taxxa kurrenti fl-UE jikkonsisti f’27 sistema tat-taxxa korporattiva differenti. Din il-varjetà ta’ regoli tirriżulta fi frammentazzjoni u tippreżenta impediment serju għall-attività tan-negozji. Fil-fatt, in-negozji transfruntiera jiffaċċjaw kostijiet għoljin tal-konformità mar-regoli tat-taxxa fis-suq intern, billi jridu jikkonformaw ma’ diversi oqfsa legali. Dan huwa partikolarment il-każ għall-SMEs, li għalihom dawn il-kostijiet huma proporzjonalment ħafna ogħla 7 . Barra minn hekk, id-disparitajiet eżistenti bejn l-Istati Membri joħolqu diskrepanzi li jistgħu jwasslu għal (non)tassazzjoni doppja. 

Dawn il-problemi huma komuni għall-Istati Membri kollha u ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod effettiv permezz ta’ azzjonijiet nazzjonali individwali. Billi qabel kollox huma r-riżultat tat-tħaddim ta’ sistemi tat-taxxa differenti, azzjoni nazzjonali separata tipproduċi effetti insuffiċjenti u mhux koordinati. Bl-istess mod, filwaqt li kooperazzjoni aħjar tista’ tkun ta’ benefiċċju wkoll, dan l-approċċ kien prinċipalment bilaterali u huwa limitat.

F’dan il-kuntest, hija biss inizjattiva mifruxa mal-UE kollha li tipprovdi għas-simplifikazzjoni li tista’ tkun effettiva u hija l-uniku strument legali xieraq. Il-kumplessità u l-konsegwenzi tagħha jitnaqqsu b’mod sinifikanti jekk ikun hemm qafas ta’ simplifikazzjoni għall-SMEs li jippermettilhom japplikaw sett wieħed ta’ regoli tat-taxxa jekk ikunu jixtiequ jiżviluppaw barra mill-pajjiż.

Jekk tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE, ikollha valur miżjud ċar. Għall-SMEs, is-simplifikazzjoni tista’ taħdem b’mod effettiv biss fuq il-bażi tar-rikonoxximent li għall-finijiet tat-tassazzjoni ta’ stabbilimenti permanenti, li hija biss estensjoni tal-personalità ġuridika tal-uffiċċju reġistrat, ir-regoli tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tal-oriġini (kwartieri ġenerali) jistgħu jiġu applikati għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa fl-Istati Membri ta’ “espansjoni”, jiġifieri fejn jinsabu l-istabbilimenti permanenti. Barra minn hekk, minflok ma jiġu ppreżentati f’kull Stat Membru fejn SME jkollha preżenza taxxabbli permezz ta’ PE, l-SMEs ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha permezz tal-uffiċċju reġistrat u biss fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat (punt uniku ta’ servizz). Għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, li bħalissa jivvalutaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa tal-istess negozji transfruntiera separatament iżda kull waħda bir-riżorsi proprji tagħha biss, dan huwa wkoll aktar effiċjenti.

Għalhekk, din l-inizjattiva hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TFUE, meta jitqies li l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti permezz ta’ azzjoni nazzjonali individwali u li approċċ komuni għall-Istati Membri kollha jkollu l-ogħla probabbiltà li jilħaq l-objettivi maħsubin.

Proporzjonalità 

Il-miżuri previsti ma jmorrux lil hinn mill-minimu neċessarju sabiex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transfruntiera mill-SMEs u b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Għalhekk, huma konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura proposta jikkonċerna biss il-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli f’sitwazzjonijiet limitati, mingħajr ma jiġu armonizzati r-regoli tat-tassazzjoni fl-Istati Membri. Il-PEs ma għandhomx personalità ġuridika separata mill-Uffiċċju Reġistrat innifsu. Huma preżenza taxxabbli ta’ SME fi Stat Membru ieħor li, madankollu, toħloq drittijiet ta’ tassazzjoni għall-Istat Membru fejn tinsab tali PE. Il-proposta ma tippreskrivix l-armonizzazzjoni tas-sistemi tat-taxxa korporattiva iżda tistabbilixxi biss il-possibbiltà li l-SMEs jużaw sett wieħed ta’ regoli tat-taxxa (jiġifieri regoli tal-Istat Membru tal-Uffiċċju Reġistrat) għall-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin permezz ta’ PE. Is-sistema tiddependi fuq rikonoxximent u fuq aċċettazzjoni reċiproċi fost l-Istati Membri tar-regoli tat-tassazzjoni ta’ xulxin għall-SMEs mal-PEs. Barra minn hekk, simplifikazzjoni bħal din hija fakultattiva għall-SMEs eliġibbli kollha. Il-politiki dwar ir-rata tat-taxxa u l-infurzar jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri tal-PEs. Għaldaqstant, din l-inizjattiva hija wkoll konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TFUE, billi l-kontenut u l-forma tagħha ma jaqbżux dak li huwa neċessarju u proporzjonat mal-objettivi maħsubin.

Għażla tal-istrument 

Il-proposta hija għal Direttiva, li hija l-uniku strument legali permissibbli skont il-bażi ġuridika (l-Artikolu 115 tat-TFUE). 

3.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Fil-kuntest tal-pakkett usa’ L-Intrapriżi fl-Ewropa: Qafas għall-pakkett ta’ Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT), is-servizzi tal-Kummissjoni nedew konsultazzjoni pubblika li kopriet ukoll aspetti rilevanti għall-SMEs. Il-kontributi kollha li waslu ġew ikkunsidrati kif xieraq, inkluż fir-rigward tal-SMEs.

Ġew ikkonsultati l-partijiet ikkonċernati tal-SMEs, u ġew skambjati fehmiet dwar l-għażliet previsti speċifikament għall-SMEs li joperaw b’mod transfruntier matul laqgħa man-Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs, li huwa grupp ta’ esperti kkonsultat regolarment mill-Kummissjoni.

Valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta huwa bbażat fuq l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li ġie skrutinizzat mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u li ġie diskuss fil-laqgħa rilevanti fl-24 ta’ Mejju 2022. Fl-opinjoni datata s-26 ta’ Mejju 2023, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ddeskriva r-rakkomandazzjonijiet.

Instab li kien neċessarju li l-inizjattivi vvalutati fir-rapport li rċevew l-opinjoni pożittiva b’riżerva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jiġu ppreżentati bħala proposti separati. Għal din ir-raġuni, dan ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jivvaluta biss l-impatt ta’ din il-proposta.

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta jirrappreżenta fedelment l-analiżi dwar l-SMEs li tinsab fl-abbozz skrutinizzat tal-valutazzjoni tal-impatt u jintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju f’dak ir-rigward.

Ir-rapport jeżamina l-impatt tal-proposta fuq il-bażi ta’ diversi għażliet ta’ politika li minnhom tlieta huma vvalutati:

Skont l-għażla tax-xenarju ta’ referenza (status quo), jinżamm il-qafas ta’ politika eżistenti. Dan ifisser li l-UE tkompli b’27 sistema tat-taxxa korporattiva differenti u l-ebda simplifikazzjoni amministrattiva offruta għall-SMEs bi preżenza taxxabbli fi Stat(i) Membru/i ieħor/oħrajn. Dan jirriżulta f’ostakli kontinwi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, billi l-SMEs ikomplu jiffaċċjaw kostijiet tal-konformità ogħla b’mod sproporzjonat u kundizzjonijiet mhux ekwivalenti. Meta mqabbla mal-għażliet ta’ politika, din tkun timplika telf ekonomiku minħabba l-issoktar tal-parteċipazzjoni mrażżna tal-SMEs fis-suq intern.

Għażla 1: Sistema fakultattiva ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-SMEs b’PEs

Għażla minnhom hija li jiġu inklużi biss SMEs b’PEs fi Stati Membri oħrajn fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta, u mhux SMEs b’sussidjarji. SMEs bħal dawn ikollhom preżenza taxxabbli fi Stat Membru wieħed jew aktar permezz tal-PEs. Din l-għażla tipproponi li r-riżultati taxxabbli ta’ kull PE tal-SME jiġu kkalkolati f’konformità mar-regoli applikabbli tal-istat tal-uffiċċju reġistrat jekk l-SME tagħżel li tirrikorri għal din is-sistema. L-SMEs ikollhom jiddikjaraw l-inklużjoni fakultattiva tagħhom b’mod espliċitu. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, ir-regoli jkunu akkumpanjati mir-rekwiżit li SME li tirrikorri għall-inklużjoni fakultattiva tkun taħt l-obbligu li tapplika r-regoli tal-Istat tal-uffiċċju reġistrat għal perjodu minimu ta’ żmien, pereżempju 5 snin. Barra minn hekk, l-SMEs ikunu intitolati jġeddu l-għażla tagħhom kull 5 snin mingħajr limitu sakemm ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà. L-eliġibbiltà, iżda wkoll id-dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni, huma mfasslin sabiex jiskoraġġixxu l-abbuż u l-prattiki potenzjali tal-ippjanar tat-taxxa, bħat-trasferiment intenzjonat tal-Uffiċċju Reġistrat għal pajjiż b’rata baxxa ta’ taxxa.

Għażla 2: Sistema fakultattiva ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-SMEs b’PEs u b’sussidjarji

Inkella, it-tieni għażla hija li l-SMEs eliġibbli jitħallew japplikaw l-istess sett ta’ regoli għall-komputazzjoni tar-riżultati taxxabbli kemm tal-PEs kif ukoll tas-sussidjarji. Bl-istess mod, dan imbagħad jiġi kkalkolat billi jintużaw ir-regoli li huma applikabbli fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat jew tal-kwartieri ġenerali tagħhom. Dan jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta sabiex jinkludi wkoll gruppi ta’ entitajiet. L-analiżi tal-elementi tekniċi hija l-istess bħal dik taħt l-ewwel għażla, iżda l-implikazzjonijiet huma differenti, skont jekk ir-regoli komuni jiġux applikati għal sussidjarji jew għal PEs, peress li tal-ewwel huma persuni ġuridiċi separati filwaqt li l-PEs huma parti mill-istess entità legali bħall-uffiċċju reġistrat.

Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li l-għażla preferuta hija l-għażla 1. Mhux biss turi li hija effettiva fil-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-inizjattiva, iżda, barra minn hekk, turi effiċjenza, billi l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tagħha huwa delineat sabiex jinkludi biss dawk l-SMEs b’PEs fi Stat Membru ieħor, li effettivament ikunu fl-istadju inizjali tal-espansjoni tagħhom.

Għall-SMEs li jistgħu jkunu qegħdin jippjanaw li jespandu madwar il-fruntiera u li setgħu nżammu lura mill-perspettiva ta’ kostijiet tal-konformità għoljin, is-simplifikazzjoni tkun tindirizza l-objettivi b’mod mifrux. Ir-regoli huma fakultattivi għall-SMEs fil-kamp ta’ applikazzjoni u, għalhekk, jistgħu jintużaw minn dawk li jistgħu jibbenefikaw, li għandu jġib effettività għal dawk l-SMEs.

Jista’ jkun mistenni li l-SMEs li jixtiequ jespandu b’mod transfruntier x’aktarx jagħmlu dan l-ewwel permezz tal-PE, aktar milli billi diġà jistabbilixxu entità legali separata skont id-dritt tal-kumpaniji tal-Istati Membri l-oħrajn. Din tal-aħħar tkun tinvolvi wkoll kost tal-konformità addizzjonali. Għal din ir-raġuni, din l-għażla tkun effiċjenti wkoll fit-tħeġġiġ tal-espansjoni transfruntiera u, speċifikament, fit-tneħħija tal-ostakli tat-taxxa li jistgħu jxekklu lill-SMEs milli jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq intern.

Il-valutazzjoni tal-impatt tinkludi analiżi kost-benefiċċji tal-inizjattiva, li hija mistennija tkun pożittiva. Fost il-benefiċċji għall-SMEs taħt din l-għażla, is-simplifikazzjonijiet li l-inizjattiva tkun tintroduċi jkollhom il-potenzjal li jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa kurrenti għal kull ditta u huwa mistenni li jistimulaw l-investiment u t-tkabbir permezz ta’ aktar attivitajiet transfruntiera. Il-benefiċċji huma mistennija wkoll min-naħa tal-amministrazzjoni tat-taxxa, l-ewwel billi jiġu ttrattati d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, il-valutazzjonijiet tat-taxxa u l-ġbir tat-taxxa permezz ta’ punt uniku ta’ servizz, u t-tieni, billi jitnaqqsu r-riskji ta’ frodi jew ta’ abbuż permezz tal-eżistenza ta’ sistema waħda. Bħalissa, il-possibbiltà ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi għal kontribwent b’PEs f’diversi Stati Membri hija ogħla milli kieku dak il-kontribwent kellu x’jaqsam ma’ amministrazzjoni tat-taxxa waħda; l-awditi u l-kontrolli jkunu aktar faċli u aktar stretti.

Il-kostijiet tal-proposta ma jistgħux jiġu stmati bi preċiżjoni minħabba li l-proposta ma għandhiex preċedent u ma hemm l-ebda data dedikata li tista’ tintuża b’mod affidabbli sabiex jiġu prodotti stimi preċiżi. Madankollu, ir-rapport jiddeskrivi l-kostijiet potenzjali għall-SMEs u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u jindika xi stimi. Il-kostijiet huma stmati li huma żgħar meta mqabblin mal-benefiċċji stmati li jirriżultaw mis-simplifikazzjoni. Dawn l-istimi jistgħu jinstabu fl-Anness 3 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet regolatorji kemm għall-kontribwenti kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Għalhekk, il-kostijiet ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa huma piż għall-SMEs u t-tnaqqis tagħhom ikun vantaġġ kbir fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva. It-tnaqqis stmat fil-kostijiet tal-konformità jidher fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva b’mod proporzjonat, l-għażla ppreferuta tal-inizjattiva hija l-għażla 1. L-SMEs b’PEs fi Stat(i) Membru/i ieħor/oħrajn se jkollhom l-għażla li japplikaw ir-regoli tat-taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat tagħhom sabiex jikkalkolaw ir-riżultat taxxabbli tal-PEs tagħhom. Din id-diskrezzjoni li titħalla f’idejn il-kontribwent għandha tnaqqas il-piżijiet regolatorji b’mod effettiv. L-SMEs x’aktarx li jagħżlu meta jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni li joffru r-regoli. Jekk dan ma jkunx il-każ, dawn ikomplu japplikaw ir-regoli eżistenti. B’dan il-mod, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta jiżgura li l-kostijiet tal-konformità għall-SMEs jinżammu baxxi. Fl-aħħar nett, billi l-proposta hija primarjament immirata sabiex tindirizza l-ħtiġijiet għan-negozji transfruntiera li jkollhom preżenza taxxabbli f’aktar minn Stat Membru wieħed, ħafna mikrointrapriżi, effettivament, ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni. 

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b’mod partikolari tal-Istati Membri ospitanti, għandhom jibbenefikaw ukoll mit-tnaqqis mistenni fl-ammont ta’ xogħol, billi l-preżentazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġbir tat-taxxa jkunu ċentralizzati fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat. Dan l-ammont ta’ xogħol addizzjonali għal dan tal-aħħar sa ċertu punt jiġi kkumpensat minn numru mnaqqas ta’ tilwim u ta’ proċeduri li bħalissa jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ settijiet differenti ta’ regoli għall-istess introjtu jew tranżazzjonijiet.

Drittijiet fundamentali

Ma huwiex mistenni li din il-proposta jkollha effett konsiderevoli fuq id-drittijiet fundamentali. Il-miżuri proposti huma kompatibbli mad-drittijiet, mal-libertajiet u mal-prinċipji fil-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE.15 L-Artikolu 18 tal-proposta se jiżgura b’mod speċifiku li d-data personali tiġi protetta. Billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti, jitneħħew l-ostakli transfruntiera, u tiġi pprovduta aktar ċertezza tat-taxxa, il-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni jew restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-libertajiet relatati mat-twettiq ta’ negozju.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Għad-dettalji, ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta. Jekk jogħġbok kun af li ma hemm l-ebda implikazzjoni baġitarja kbira li hija mistennija tinħoloq bħala riżultat ta’ din il-proposta, billi dawn l-implikazzjonijiet huma limitati għal skambji ta’ informazzjoni bejn l-uffiċċju reġistrat u l-Istati Membri ospitanti.

5. ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar 

Il-Kummissjoni tirrieżamina s-sitwazzjoni fl-Istati Membri 5 snin wara li jibdew japplikaw ir-regoli tad-Direttiva u tippubblika rapport.

Għall-fini tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, inizjalment se jkun neċessarju li l-Istati Membri jingħataw il-ħin u l-assistenza neċessarji kollha, sabiex jiġu implimentati kif xieraq ir-regoli tal-UE. Il-Kummissjoni se tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operat tagħha. Jekk ikun xieraq, dan ir-rapport jista’ eventwalment ikun akkumpanjat minn proposta sabiex tiġi emendata d-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tista’ tkun meħtieġa għall-finijiet ta’ evalwazzjoni.

Minbarra evalwazzjoni, l-effettività u l-effiċjenza tal-inizjattiva jiġu mmonitorjati regolarment u kontinwament bl-użu tal-indikaturi predefiniti li ġejjin: il-kostijiet tal-konformità għall-SMEs, meta mqabblin mal-fatturat tagħhom u ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx is-simplifikazzjoni proposta; in-numru ta’ SMEs li rrikorrew għall-inklużjoni fakultattiva; in-numru ta’ SMEs li espandew b’mod transfruntier billi stabbilew PE; in-numru ta’ SMEs li joħorġu mill-kamp ta’ applikazzjoni billi jistabbilixxu sussidjarja; il-fatturat tal-SMEs li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni, meta mqabbel ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx is-simplifikazzjoni proposta.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta 

Suġġett

Id-Direttiva tipprevedi approċċ simplifikat sabiex l-SMEs awtonomi li joperaw b’mod transfruntier fl-UE jiġu soġġetti għat-tassazzjoni fir-rigward tal-PE(s) tagħhom fi Stati Membri oħrajn. Dan l-approċċ simplifikat jissejjaħ “Tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat” (l-Artikolu 1). Soluzzjoni bħal din hija limitata għar-regoli tat-tassazzjoni għall-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli tal-PEs u la tindirizza r-regoli tas-sigurtà soċjali applikati fl-Istat Membru tal-PE, u lanqas ma taffettwa l-konvenzjonijiet bilaterali eżistenti dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja.

Kamp ta’ applikazzjoni 

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli huwa limitat għal SMEs awtonomi li joperaw esklużivament permezz tal-PEs fi Stat Membru wieħed jew aktar (l-Artikolu 2).

Rekwiżiti ta’ eliġibbiltà, għażla u esklużjonijiet

L-SMEs eliġibbli jkollhom l-għażla li jikkalkolaw ir-riżultat(i) taxxabbli tal-PE(s) tagħhom fuq il-bażi tar-regoli tat-tassazzjoni tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat tagħhom, filwaqt li r-rata/i tat-taxxa applikabbli tibqa’/jibqgħu dik/dawk tal-Istat(i) Membru/i fejn jinsab(u) il-PE(s). Madankollu, l-għażla, u t-tiġdid tagħha, huma strettament limitati mir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà mmirati sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni tar-regoli (l-Artikoli 3 u 9). Għażla bħal din għandha ddum 5 snin (l-Artikolu 7), sakemm sadanittant l-Uffiċċju Reġistrat ma jbiddilx ir-residenza jew il-fatturat konġunt tal-PEs isir tal-anqas it-triplu tal-fatturat tal-uffiċċju reġistrat (l-Artikolu 8), f’liema każ ma jibqgħux japplikaw ir-regoli tal-HOT.

Fi tmiem kull perjodu ta’ 5 snin, l-SMEs ikunu intitolati jġeddu l-għażla tagħhom għal 5 snin oħrajn mingħajr limitu sakemm ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà (l-Artikolu 9).

Id-dispożizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà u t-terminazzjoni huma mfasslin sabiex jiskoraġġixxu l-abbuż u l-prattiki potenzjali tal-ippjanar tat-taxxa, bħat-trasferiment intenzjonat tal-Uffiċċju Reġistrat lejn Stat Membru b’karatteristiċi attraenti fis-sistema tat-taxxa tiegħu li jiżguraw tassazzjoni baxxa. Meta SME awtonoma tiddeċiedi li tistabbilixxi sussidjarja, jew il-fatturat konġunt tal-PEs tagħha jsir tal-anqas id-doppju tal-fatturat tal-uffiċċju reġistrat, jew meta ma tibqax tikkwalifika bħala SME affattu, ma tkunx tista’ ġġedded ir-regoli HOT meta jiskadi l-perjodu ta’ 5 snin (l-Artikolu 10).

Proċeduri ċentralizzati

Il-punt uniku ta’ servizz se jippermetti li l-SMEs fil-kamp ta’ applikazzjoni jinteraġixxu biss mal-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat tagħhom kemm għall-proċedura ta’ inklużjoni fakultattiva kif ukoll għad-dikjarazzjoni tal-obbligi u għall-ħlas tat-taxxi (l-Artikoli 6, 9, 11 u 14). L-“entità dikjaranti” għall-PEs kollha tkun l-uffiċċju reġistrat tal-SME. Għalhekk, l-SMEs jippreżentaw dikjarazzjoni tat-taxxa waħda mal-amministrazzjoni tat-taxxa tal-uffiċċju reġistrat tagħhom (l-“awtorità tad-dikjarazzjoni”) (l-Artikolu 11). Imbagħad, din l-amministrazzjoni tat-taxxa tittrasferixxi d-dħul mit-taxxa li jirriżulta lil kull Stat Membru fejn l-SME jkollha PE (l-Artikolu 14). Approċċ bħal dan jelimina l-kumplessitajiet u l-kostijiet relatati tal-ħtieġa li jiġu indirizzati diversi sistemi tat-taxxa u amministrazzjonijiet tat-taxxa.

L-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat japplika r-rati applikabbli fl-Istat(i) Membru/i fejn l-SME jkollha PEs u, sussegwentement, jittrasferixxi d-dħul mit-taxxa li jirriżulta lil dan tal-aħħar (l-Artikolu 12).

L-iskambju f’waqtu u simplifikat ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati huwa previst (l-Artikoli 11 u 14), b’mod partikolari bl-użu tal-qafas eżistenti stabbilit mid-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni 8 . Dan l-iskambju għandu jitfassal sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet u għall-iskop ta’ simplifikazzjoni fil-mira ta’ din id-Direttiva.

Awditi, appelli u tilwim

Kull Stat Membru jibqa’ kompetenti għall-awditi tal-PEs fil-ġuriżdizzjoni tiegħu u jista’ jitlob ukoll awditi konġunti li joħolqu obbligu ta’ involviment għall-Istat Membru destinatarju (l-Artikolu 13).

Fl-aħħar nett, huwa inerenti li f’każijiet limitati, applikazzjoni fakultattiva bħal din tar-regoli tista’ toħloq riskji għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba li negozji komparabbli jistgħu jispiċċaw soġġetti għal regoli ta’ tassazzjoni differenti. Madankollu, il-benefiċċji jegħlbu b’mod ċar dawk ir-riskji, u b’mod partikolari, is-sistema tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali u sinifikanti tal-konformità mar-regoli tat-taxxa li kieku kienu jġarrbu dawk l-SMEs b’PE.

2023/0320 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 9 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 10 ,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Fl-Unjoni, bħalissa ma hemm l-ebda approċċ komuni għall-komputazzjoni tal-bażi taxxabbli għan-negozji. Għalhekk, in-negozji tal-UE huma obbligati jikkonformaw mar-regoli ta’ sistemi tat-taxxa korporattiva differenti, skont l-Istat Membru li joperaw fih.

(2)Il-koeżistenza u l-interazzjoni ta’ 27 sistema tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu differenti fl-Unjoni jwasslu għal kumplessità fil-konformità mar-regoli tat-taxxa u jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ekwivalenti għan-negozji. Din is-sitwazzjoni attwali għandha impatt akbar fuq l-SMEs milli fuq kontribwenti akbar u saret aktar evidenti hekk kif il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija biddlu b’mod sinifikanti l-perċezzjoni tal-fruntieri u tal-mudelli ta’ negozju. It-tentattivi mill-gvernijiet sabiex jadattaw għal din ir-realtà l-ġdida rriżultaw f’rispons frammentat fost l-Istati Membri, li jwassal għal aktar distorsjonijiet fis-suq intern. Barra minn hekk, id-diversi oqfsa legali inevitabbilment iwasslu għal prattiki differenti tal-amministrazzjoni tat-taxxa fl-Istati Membri. Dan spiss jinvolvi proċeduri twal ikkaratterizzati minn nuqqas ta’ prevedibbiltà u minn inkonsistenza flimkien ma’ kostijiet għoljin tal-konformità.

(3)Il-varjetà ta’ modi ta’ kif isir in-negozju fis-suq intern teħtieġ soluzzjonijiet differenti għal negozji differenti fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi kurrenti ppreżentati mill-operazzjonijiet transfruntiera tagħhom. Għal negozji iżgħar li ma humiex parti minn grupp, huwa aktar diffiċli li jespandu b’mod transfruntier milli għal negozji akbar. Għalhekk, huwa aktar impenjattiv għal dawk in-negozji iżgħar li jissieltu ma’ proċeduri kumplessi u ma’ kostijiet għoljin tal-konformità. Għalhekk huwa evidenti li l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, fl-istadji inizjali tal-espansjoni, jeħtieġu soluzzjoni bħal mekkaniżmu simplifikat għall-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli tagħhom meta joperaw bejn il-fruntieri esklużivament permezz ta’ stabbilimenti permanenti.

(4)Sabiex jiġu rrimedjati l-inċertezza tat-taxxa u d-diffikultà li jiġu ssodisfati r-regoli ta’ sistema tat-taxxa mhux magħrufa meta wieħed jopera fi Stat(i) Membru/i ieħor/oħrajn (li huma wieħed mill-fatturi ewlenin li jimpedixxu lill-SMEs milli jespandu barra mill-pajjiż), jenħtieġ li r-riżultat taxxabbli tal-istabbilimenti permanenti jiġi kkalkolat fuq il-bażi tar-regoli tal-Istat Membru fejn l-Uffiċċju Reġistrat (kwartieri ġenerali tal-SME) ikun residenti għal finijiet ta’ taxxa. Dan ifisser ukoll li l-prinċipji li jirregolaw l-attribuzzjoni tal-introjtu għal stabbiliment permanenti, stabbiliti fil-konvenzjoni bilaterali applikabbli għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti u l-Istat Membru tal-Uffiċċju Reġistrat, ikomplu japplikaw ukoll. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe regola ġdida tikkostitwixxi sors ta’ simplifikazzjoni għall-SMEs, jenħtieġ li l-applikazzjoni tagħhom tkun fakultattiva, u b’hekk titħalla f’idejn il-kontribwent.

(5)Sabiex jiġu evitati prattiki abbużivi tat-taxxa, hemm imfassal regoli speċifiċi kontra l-abbuż tat-taxxa, pereżempju sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ evitar tat-taxxa assoċjati mat-trasferiment tar-residenza tat-taxxa ta’ SME, u b’hekk jiġi evitat li l-post tal-uffiċċju reġistrat jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ motivi tat-taxxa. Għaldaqstant, ikun neċessarju li tiġi mmonitorjata l-evoluzzjoni tal-fatturat attribwit lill-istabbiliment(i) permanenti sabiex jinżammu l-operazzjonijiet tagħhom bħala sekondarji għall-attività ewlenija li jenħtieġ li titwettaq mill-uffiċċju reġistrat. B’dan il-mod, ma jkunx hemm riskju li r-regoli jintużaw ħażin billi jiġu stabbiliti uffiċċji reġistrati vojta filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tan-negozju jsiru barra mill-pajjiż. Fuq l-istess nota, l-eliġibbiltà għas-sistema ta’ simplifikazzjoni tat-taxxa kif ukoll it-terminazzjoni u t-tiġdid tal-għażla jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet stretti. Jenħtieġ li tali kundizzjonijiet ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti relatati mal-fatturat tal-uffiċċju reġistrat meta mqabbel ma’ dak tal-istabbiliment(i) permanenti. L-għan ikun li jiġi enfasizzat aktar li n-negozju operat permezz tal-istabbiliment(i) permanenti jista’ jkun biss estensjoni tal-attività ewlenija tal-uffiċċju reġistrat. Barra minn hekk, ladarba ssir l-għażla li jiġi applikat il-qafas ta’ simplifikazzjoni tat-taxxa, jenħtieġ li dan ikollu durata obbligatorja, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom ir-residenza tal-uffiċċju reġistrat titmexxa spiss sabiex jittieħed vantaġġ minn sitwazzjonijiet ta’ benefiċċju tat-taxxa okkażjonali u għal terminu qasir.

(6)It-tbaħħir internazzjonali huwa settur speċifiku ta’ attività soġġett għal reġimi ta’ taxxa speċjali f’diversi Stati Membri. Dawk ir-reġimi jikkonsistu l-aktar fil-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa fuq il-bażi tat-tunnellaġġ (jiġifieri l-kapaċità tat-trasport) tal-bastimenti operati minflok fuq il-bażi tal-profitti jew tat-telf attwali mġarrbin mill-kumpanija. Fuq din il-premessa, l-SMEs li jiksbu introjtu minn attivitajiet ta’ tbaħħir koperti minn reġim ta’ taxxa fuq it-tunnellaġġ jenħtieġ li jiġu esklużi milli jagħżlu r-regoli ta’ simplifikazzjoni tal-SMEs fir-rigward ta’ tali introjtu attribwit għal stabbiliment permanenti. Din l-esklużjoni tevita kumplikazzjonijiet addizzjonali, li jkunu mistennijin jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-qafas ta’ simplifikazzjoni tat-taxxa tal-SMEs u r-reġimi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Barra minn hekk, kumplikazzjoni potenzjali bħal din tkun tidher sproporzjonata, meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ reġimi tat-taxxa speċjali bħal dawn f’xi Stati Membri. L-ebda settur ieħor ta’ attività ma jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

(7)Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi simplifikazzjoni proċedurali sinifikanti, u għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz, fejn id-dikjarazzjoni tat-taxxa, il-valutazzjonijiet tat-taxxa u l-ġbir tat-taxxa dovuta mill-istabbiliment(i) permanenti jiġu indirizzati minn awtorità tat-taxxa waħda (“awtorità tad-dikjarazzjoni”), jiġifieri l-awtorità tat-taxxa fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat. B’rispett sħiħ tas-sovranità tal-Istati Membri fi kwistjonijiet tat-taxxa, awditi, appelli u proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim jinżammu primarjament domestiċi u f’konformità mar-regoli proċedurali tal-Istat Membru rispettiv. Sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament ta’ punt uniku ta’ servizz, ikun kritiku li jiġu previsti awditi konġunti, li joħolqu obbligu għall-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat li jikkoopera jekk l-awtorità tat-taxxa tal-istabbiliment permanenti titlob awditu li jkopri l-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli tal-kontribwent tiegħu.

(8)Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni li tista’ tirriżulta mill-ispeċifiċitajiet nazzjonali, l-SMEs fil-kamp ta’ applikazzjoni huma dawk definiti skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 11 .

(9)Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kkonċernati jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti dwar it-taxxa, jenħtieġ li tali informazzjoni tiġi skambjata awtomatikament permezz tan-network komuni ta’ komunikazzjoni (“NKK”) żviluppat mill-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE 12 tiġi emendata skont dan.

(10)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-komunikazzjoni u għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-finijiet tat-taxxa bejn l-Istati Membri, għall-ġbir u għat-trasferiment tat-taxxi, u wkoll għar-rieżami ta’ kif topera s-sistema ta’ simplifikazzjoni tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 .

(11)Barra minn hekk, sabiex in-negozji SMEs ikunu jistgħu jgawdu direttament il-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tat-taxxa stabbiliti f’din id-Direttiva ssir aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika (“SDG”) f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724 14 . L-SDG tipprovdi punt uniku ta’ servizz għall-utenti transfruntiera għall-forniment online ta’ informazzjoni, ta’ proċeduri u ta’ servizzi ta’ assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern.

(12)Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament tal-Annessi I sa IV dwar il-forom legali ta’ SMEs u t-taxxi fuq il-profitti (li dawn il-forom ta’ SMEs huma soġġetti għalihom), kif xieraq, sabiex jiġu integrati forom legali jew taxxi futuri b’karatteristiċi simili għal dawk elenkati fl-Annessi I sa IV. F’dan il-kuntest, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 15 . Sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jħejju l-atti delegati.

(13)Peress li l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli proposti f’kull Stat Membru hija importanti ħafna għall-protezzjoni tal-bażi għat-taxxa ta’ Stati Membri oħrajn, jenħtieġ li tali implimentazzjoni u infurzar jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jgħaddu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari, informazzjoni speċifika, li tinkludi statistiki, dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri nazzjonali adottati fit-territorju tagħhom skont din id-Direttiva. Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-regoli l-ġodda proposti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji evalwazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u data disponibbli oħra u, meta xieraq, takkumpanjaha bi proposta sabiex jiġu emendati r-regoli. Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiġi ppubblikat.

(14)L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data personali skont din id-Direttiva biss għall-fini tal-verifika tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà jew tad-determinazzjoni tal-obbligazzjoni ta’ taxxa ta’ stabbilimenti permanenti. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq għal dan l-għan jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679.

(15)Huwa pprovdut perjodu ta’ żamma li jippermetti lill-Istati Membri jikkonformaw mal-biċċa l-kbira tar-regoli dwar il-preskrizzjoni, u b’hekk isegwu mill-qrib dawn ir-regoli domestiċi fir-rigward tal-punt tat-tluq jew tas-sospensjoni tiegħu. Madankollu, jenħtieġ li l-perjodu ta’ żamma ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti jkunu jistgħu jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa, b’hekk jintlaħaq bilanċ bejn il-kapaċità tal-awtorità tat-taxxa li tiżgura valutazzjoni u ġbir xierqa tat-taxxi u d-dritt tal-kontribwenti għaċ-ċertezza legali. 

(16)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiggarantixxi rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju.

(17)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni tiegħu fi […].

(18)Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri s-simplifikazzjoni tar-regoli tat-taxxa għal ċerti SMEs li joperaw fis-suq intern permezz ta’ stabbiliment(i) permanenti, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-isfidi eżistenti li huma kkawżati mill-interazzjoni bejn 27 sistema tat-taxxa korporattiva differenti , jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għall-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli ta’ stabbilimenti permanenti ta’ SMEs li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(1) (“regoli dwar it-Tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat”).

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Din id-Direttiva tapplika għall-SMEs li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)ikunu stabbiliti skont id-dritt ta’ Stat Membru u jieħdu waħda mill-forom elenkati fl-Annessi I u II;

(b)ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru f’konformità mal-liġijiet tat-taxxa ta’ dak l-Istat Membru, inkluż il-konvenzjonijiet bilaterali tiegħu għall-evitar tat-tassazzjoni doppja;

(c)ikunu soġġetti, direttament jew fil-livell tas-sidien tagħhom, għal taxxa fuq il-profitti elenkati fl-Annessi III u IV, jew għal kwalunkwe taxxa oħra b’karatteristiċi simili;

(d)jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE 16 ;

(e)joperaw fi Stati Membri oħrajn esklużivament permezz ta’ stabbiliment permanenti wieħed jew aktar;

(f)ma jkunux parti minn grupp konsolidat għal finijiet ta’ kontabilità finanzjarja f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE u jikkostitwixxu intrapriża awtonoma, li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ma hijiex intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(13) tad-Direttiva 2013/34/UE;

ma hijiex intrapriża relatata skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-Annessi I sa IV, sabiex jitqiesu l-bidliet fil-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw:

(a)il-forom ġuridiċi ta’ entitajiet stabbiliti skont id-dritt ta’ Stat Membru (l-Annessi I u II);

(b)it-taxxi fuq il-profitti jew kwalunkwe taxxa oħra b’karatteristiċi simili li għalihom it-tali entitajiet ikunu soġġetti direttament jew fil-livell tas-sidien tagħhom (l-Annessi III u IV).

3.Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istat Membru fejn ikun jinsab stabbiliment permanenti li jiddetermina r-rata tat-taxxa applikabbli, u lanqas l-applikabilità ta’ konvenzjonijiet bilaterali għall-evitar tat-tassazzjoni doppja, jew ir-regoli dwar il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fl-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“stabbiliment permanenti” tfisser post fiss ta’ negozju li jinsab fi Stat Membru ieħor, kif definit taħt il-konvenzjoni bilaterali rilevanti dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja jew, fin-nuqqas tagħha, fid-dritt nazzjonali;

(2)“uffiċċju reġistrat” tfisser SME, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), li topera fi Stat(i) Membru/i ieħor/oħrajn esklużivament permezz ta’ stabbiliment permanenti wieħed jew aktar;

(3)“Stat Membru tal-uffiċċju reġistrat” tfisser l-Istat Membru li fih l-SME msemmija fl-Artikolu 2(1) tkun residenti għal finijiet tat-taxxa;

(4)“regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat” tfisser ir-regoli tat-tassazzjoni tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat li jintużaw sabiex jiġi kkalkolat ir-riżultat taxxabbli tal-uffiċċju reġistrat u tal-istabbilimenti permanenti tiegħu;

(5)“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment permanenti ta’ SME msemmija fl-Artikolu 2(1);

(6)riżultat taxxabbli tal-istabbiliment permanenti” tfisser l-introjtu jew it-telf taxxabbli kkalkolat f’konformità mar-regoli tat-Tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat;

(7)“awtorità tad-dikjarazzjoni” tfisser l-awtorità tat-taxxa kompetenti fl-Istat Membru tal-Uffiċċju Reġistrat;

(8)“dikjarazzjoni tat-taxxa fuq it-tassazzjoni tal-Uffiċċju reġistrat” tfisser id-dikjarazzjoni tat-taxxa ppreżentata minn SME msemmija fl-Artikolu 2(1) li tkopri r-riżultati taxxabbli tal-uffiċċju reġistrat u tal-istabbiliment(i) permanenti, kif ikkalkolati f’konformità mar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat.

KAPITOLU II
Tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat

Artikolu 4
Rekwiżiti ta’ eliġibbiltà

1.L-uffiċċju reġistrat jista’ jagħżel li japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat fir-rigward tal-istabbiliment(i) permanenti tiegħu fi Stati Membri oħrajn jekk jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-fatturat konġunt tal-istabbilimenti permanenti tiegħu ma jaqbiżx, għall-aħħar sentejn fiskali, ammont ugwali għad-doppju tal-fatturat iġġenerat mill-uffiċċju reġistrat;

(b)kien residenti għal finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat matul l-aħħar sentejn fiskali;

(c)issodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punt d) għall-aħħar sentejn fiskali.

2.Jekk l-uffiċċju reġistrat jagħżel li japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat f’konformità mal-paragrafu 1, huwa għandu japplika dawk ir-regoli għall-istabbilimenti permanenti kollha tiegħu fi Stati Membri oħrajn. Jekk joħloq stabbiliment permanenti ġdid fi Stat Membru ieħor, għandu japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat għat-tali stabbiliment permanenti mill-mument tal-istabbiliment tiegħu.

Artikolu 5
Esklużjoni mir-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat

Meta l-uffiċċju reġistrat jikseb introjtu minn attivitajiet ta’ tbaħħir u dan l-introjtu jkun soġġett għal taxxa fuq it-tunnellaġġ fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat, tali uffiċċju reġistrat għandu jiġi eskluż mill-applikazzjoni tar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat fir-rigward tal-istabbiliment(i) permanenti tiegħu fi Stati Membri oħrajn sal-punt li dan/dawn jiksbu introjtu minn attivitajiet ta’ tbaħħir.

Artikolu 6
Eżerċitar tal-għażla li jiġu applikati r-regoli tat-tassazzjoni tal-Uffiċċju reġistrat

1.L-uffiċċju reġistrat li jagħżel li japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat għall-istabbiliment(i) permanenti tiegħu għandu jinnotifika l-għażla tiegħu lill-awtorità tad-dikjarazzjoni, flimkien mal-isem tal-Istat(i) Membru/i ospitanti. In-notifika għandha ssir tal-anqas 3 xhur qabel tmiem is-sena fiskali ta’ qabel is-sena fiskali li fiha dik l-SME tkun tixtieq tibda tapplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat.

2.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tivverifika jekk ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 ikunux issodisfati u għandha tinforma lill-uffiċċju reġistrat bis-sejbiet tagħha fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

3.Jekk ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà jiġu ssodisfati, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri ospitanti fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fil-paragrafu 1 li r-riżultat taxxabbli tal-istabbilimenti permanenti rilevanti għandu jiġi kkalkolat f’konformità mar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat mis-sena fiskali ta’ wara, kif applikat fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat. L-awtorità tat-taxxa tal-Istat(i) Membru/i ospitanti għandha tikkomunika lill-Awtorità tad-dikjarazzjoni r-rata tat-taxxa applikabbli.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi kkomunikata permezz ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu [8ae] tad-Direttiva 2011/16/UE.

L-Istat Membru ospitanti jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-awtorità tad-dikjarazzjoni rigward l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13. Minkejja proċedimenti bħal dawn, l-SMEs jistgħu jibdew japplikaw ir-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat.

Jekk l-awtorità tad-dikjarazzjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà ma jkunux issodisfati, għandha tinforma lill-uffiċċju reġistrat fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u l-uffiċċju reġistrat jista’ jappella kontriha f’konformità mad-dritt nazzjonali.

4.Meta Stat Membru ospitanti jikkonkludi li l-preżenza ta’ SME fit-territorju tiegħu tikkwalifika bħala stabbiliment permanenti, għandu jinforma lill-awtorità tad-dikjarazzjoni. Malli tirċievi dik l-informazzjoni, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tinforma lill-awtorità tat-taxxa kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk l-uffiċċju reġistrat japplikax ir-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti tiegħu.

Artikolu 7
Durata tal-għażla li jiġu applikati r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat

1.L-uffiċċju reġistrat li jkun għażel li japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat għall-istabbilimenti permanenti tiegħu fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar għandu japplika dawk ir-regoli għal perjodu ta’ 5 snin fiskali.

2.Fi tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, ir-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti li jinsabu fl-Istati Membri ospitanti, sakemm l-uffiċċju reġistrat ma jinnotifikax lill-awtorità tad-dikjarazzjoni l-għażla tiegħu li jġedded l-applikazzjoni tar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9.

Artikolu 8
Terminazzjoni tal-għażla li jiġu applikati r-regoli tat-Tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat

1.L-għażla li jiġu applikati r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat għandha tintemm qabel tmiem il-perjodu ta’ 5 snin imsemmi fl-Artikolu 7(1) għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)l-SME msemmija fl-Artikolu 2(1) tittrasferixxi r-residenza tat-taxxa tagħha barra mill-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat;

(b)għall-aħħar sentejn fiskali, il-fatturat konġunt tal-istabbilimenti permanenti tagħha jkun qabeż ammont li jkun ugwali għat-triplu tal-fatturat tal-uffiċċju reġistrat.

2.Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, ir-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat ma għandhomx jibqgħu japplikaw mis-sena fiskali li ssegwi dik li fiha jseħħu r-raġunijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

3.L-awtorità li tippreżenta għandha tinforma lill-Istati Membri ospitanti bit-terminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel tmiem is-sena fiskali li fiha seħħew ir-raġunijiet għal dik it-terminazzjoni.

4.Jekk l-SME msemmija fl-Artikolu 2(1) tittrasferixxi r-residenza tat-taxxa tagħha lil Stat Membru ieħor, hija tista’ tagħżel li tapplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat tal-Istat Membru l-ġdid tagħha tar-residenza tat-taxxa f’konformità mal-Artikoli 4 sa 7. Din għandha titqies bħala għażla ġdida.

Artikolu 9
Tiġdid tal-għażla li jiġu applikati r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat

1.Jekk l-uffiċċju reġistrat jkun jixtieq iġedded l-għażla tiegħu, huwa għandu jinnotifika b’dan lill-awtorità tad-dikjarazzjoni tal-anqas 6 xhur qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 7(1) u għandu jelenka l-ismijiet tal-Istati Membri ospitanti. L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tivverifika jekk l-SME tkunx għadha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4.

2.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tikkonferma t-tiġdid tal-għażla fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 wara li tkun ivverifikat li r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 ikunu ssodisfati. Hija għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-uffiċċju reġistrat, flimkien mal-informazzjoni li r-raġunijiet għall-esklużjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 ma japplikawx. L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri ospitanti dwar it-tiġdid fi żmien 4 xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 10
Esklużjoni mit-tiġdid sabiex jiġu applikati r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat

L-uffiċċju reġistrat ma għandux ikun intitolat li jġedded l-għażla għall-applikazzjoni tar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat jekk matul il-perjodu ta’ 5 snin minn meta r-regoli dwar it-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat jkunu bdew japplikaw inizjalment, isseħħ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)għal kwalunkwe sentejn fiskali meħudin separatament, il-fatturat konġunt tal-istabbilimenti permanenti jkun qabeż ammont ugwali għad-doppju tal-fatturat tal-Uffiċċju Reġistrat;

(b)l-SME tkun stabbiliet sussidjarja waħda jew aktar fl-Unjoni jew barra minnha;

(c)il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-punt (d) ma jkunx ġie ssodisfat għal sentejn fiskali konsekuttivi.

Artikolu 11
Preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-uffiċċju reġistrat, il-valutazzjoni tat-taxxa u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.L-uffiċċju reġistrat għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-uffiċċju reġistrat lill-awtorità tad-dikjarazzjoni.

2.Id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq it-tassazzjoni tal-Uffiċċju reġistrat għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-obbligazzjoni ta’ taxxa tal-SME fir-rigward tar-riżultat taxxabbli tagħha fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat;

(b)l-obbligazzjoni ta’ taxxa tal-SME fir-rigward tar-riżultat taxxabbli ta’ kull stabbiliment permanenti fi Stati Membri oħrajn. L-obbligazzjoni ta’ taxxa għandha tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-taxxa nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti rispettiv għar-riżultat taxxabbli, hekk kif tkun ġiet ikkalkolata f’konformità mar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat.

3.Meta stabbiliment permanenti wieħed jew aktar tal-SME ma jkunx meħtieġ iħejji rapporti separati tal-kontabilità finanzjarja skont id-dritt tal-Istat Membru ospitanti, id-dikjarazzjoni tat-taxxa HOT għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-assi u l-obbligazzjonijiet attribwiti lill-istabbiliment(i) permanenti;

(b)il-profitti attribwibbli għall-istabbiliment(i) permanenti fi Stati Membri oħrajn. 

4.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha toħroġ l-avviżi li ġejjin:

(a)avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa għall-uffiċċju reġistrat;

(b)abbozz ta’ avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa għal kull stabbiliment permanenti.

5.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri ospitanti d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14:

(a)id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq it-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat, akkumpanjata minn kopji tar-rapporti tal-kontabilità finanzjarja u ta’ kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, kif meħtieġ u mħejji skont id-dritt tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat;

(b)abbozz ta’ avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa għall-istabbiliment(i) permanenti rilevanti;

(c)meta tkun neċessarja, kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-valutazzjoni ta’ taxxi jew ta’ sovraintaxxar nazzjonali jew reġjonali addizzjonali mhux ibbażati fuq il-profitt jew ibbażati fuq il-profitt jew ta’ karatteristiċi oħrajn relatati ma’ xulxin tat-taxxa fuq l-introjtu personali, f’konformità mar-regoli tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti.

L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi kkomunikata permezz ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu [8ae] tad-Direttiva 2011/16/UE.

6.L-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti għandha taċċetta jew tirrifjuta l-abbozz tal-avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa msemmi fil-paragrafu 5, il-punt (b), fi żmien xahrejn mill-wasla tiegħu u għandha tinforma lill-awtorità tad-dikjarazzjoni kif xieraq.

7.Jekk l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti taċċetta l-abbozz tal-avviż dwar il-valutazzjoni tat-taxxa jew ma tirreaġixxix qabel l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 6, l-abbozz tal-avviż dwar il-valutazzjoni tat-taxxa jsir finali u jista’ jiġi appellat mill-uffiċċju reġistrat quddiem l-awtorità tad-dikjarazzjoni u f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat.

8.    Jekk l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti tirrifjuta l-abbozz tal-avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa, hija għandha tirrevedi dan l-abbozz ta’ valutazzjoni tat-taxxa b’rabta mal-attribuzzjoni tal-profitti lill-istabbiliment permanenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjoni bilaterali applikabbli għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn l-Istat Membru ospitanti u dak tal-uffiċċju reġistrat. Wara li l-attribuzzjoni tal-profitti lill-istabbiliment permanenti tkun ġiet riveduta u kkomunikata lill-awtorità tad-dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8ae tad-Direttiva 2011/16/UE, l-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tikkalkola mill-ġdid ir-riżultat taxxabbli f’konformità mar-regoli tat-tassazzjoni tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat, u għandha tinħareġ valutazzjoni tat-taxxa riveduta minn dan l-Istat Membru. Il-kontribwent għandu jkun intitolat li jappella kontra din il-valutazzjoni tat-taxxa riveduta quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat. Kwalunkwe tilwima dwar l-ammont tal-profitti attribwibbli għall-istabbiliment permanenti għandha tiġi solvuta f’konformità mal-konvenzjoni bilaterali applikabbli għall-evitar tat-tassazzjoni doppja, jew mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852 tal-10 ta’ Ottubru 2017 17 .

8.9.Meta, skont ir-regoli tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti, ċerti spejjeż assoċjati mal-impjegati tal-istabbiliment permanenti jkunu deduċibbli għal finijiet tat-taxxa sa fejn l-ammonti rispettivi jkunu intaxxati fil-livell tal-impjegat jew ikunu soġġetti għal imposti tas-sigurtà soċjali, u ma jkun hemm l-ebda trattament tat-taxxa simili fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat li jippermetti tali tnaqqis, l-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat u dak ospitanti għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu d-diskrepanzi possibbli.

Artikolu 12
Ġbir tat-taxxa dovuta mill-istabbiliment(i) permanenti fl-Istat(i) Membru/i ospitanti

1.L-uffiċċju reġistrat għandu jħallas, permezz tal-awtorità tad-dikjarazzjoni, l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa fuq l-introjtu fir-rigward kemm tar-riżultat taxxabbli tiegħu kif ukoll tar-riżultat taxxabbli tal-istabbiliment(i) permanenti tiegħu fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.

2.L-awtorità tad-dikjarazzjoni għandha tiġbor it-taxxa li tikkorrispondi għall-obbligazzjoni ta’ taxxa ta’ kull stabbiliment permanenti tal-uffiċċju reġistrat fl-Unjoni, tapplika r-rata tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti rispettiv u tittrasferixxi l-ammont rilevanti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti rispettiv.

3.Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi neċessarji sabiex tiżgura l-ġbir u t-trasferiment tat-taxxa li tikkorrispondi għall-obbligazzjoni ta’ taxxa tal-istabbiliment(i) permanenti mill-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat lill-Istat Membru ospitanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15.

Artikolu 13
Awditi, rimedji legali u soluzzjoni tat-tilwim

1.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-regoli ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri li jirregolaw il-verifiki tat-taxxa lokali, ir-rimedji legali u l-proċedimenti, jew il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim disponibbli fil-livell tal-Unjoni jew previsti fil-konvenzjonijiet bilaterali tat-taxxa applikabbli dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja.

2.L-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti tista’ titlob li awditu jitwettaq b’mod konġunt mal-awtorità tad-dikjarazzjoni fir-rigward tal-komputazzjoni tar-riżultat taxxabbli tal-istabbiliment permanenti f’konformità mar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat, tal-attribuzzjoni tal-profitti lill-istabbiliment permanenti u/jew tar-rata tat-taxxa applikabbli. L-awditi konġunti għandhom jitwettqu f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 18 . Minkejja d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti rikjesta għandha taċċetta talba bħal din mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 14
Emendi għad-Direttiva 2011/16/KE 

1.Id-Direttiva 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 19 hija emendata kif ġej: 

(1)fl-Artikolu 3, il-punt (9) huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a sa 8ae, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), ir-referenza għall-informazzjoni disponibbli hija relatata mal-informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.”; 

(b)il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għajr l-Artikolu 8(1) u (3a) u l-Artikoli 8a sa 8ae, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel provduta fil-punti (a) u (b).”; 

(2)Jiżdied l-Artikolu 8ae li ġej:

“Artikolu 8ae 

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni dwar l-elezzjoni wara l-għażla li jiġu applikati r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-Uffiċċju reġistrat u l-abbozzi tal-valutazzjonijiet tat-taxxa 

1.1.Jekk uffiċċju reġistrat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva dwar l-istabbiliment ta’ regoli tat-tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju 20 , li jagħżel li japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat għall-istabbiliment(i) permanenti tiegħu f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-applikazzjoni ta’ tali regoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti li r-riżultat taxxabbli tal-istabbiliment permanenti rilevanti għandu jiġi kkalkolat f’konformità mar-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat. Komunikazzjoni bħal din għandha ssir fi żmien xahrejn min-notifika mill-Uffiċċju Reġistrat tal-għażla tiegħu li japplika r-regoli tat-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat.

1.2.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat r-rata tat-taxxa applikabbli għall-fini tad-determinazzjoni tal-obbligazzjoni ta’ taxxa tal-istabbiliment(i) permanenti li jinsab(u) fit-territorju tagħha, fi żmien 3 xhur min-notifika mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tassazzjoni tal-uffiċċju reġistrat.

1.3.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni, tikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-istabbiliment(i) permanenti f’konformità mal-arranġamenti prattiċi adottati skont l-Artikolu 21.

1.4.L-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(i)id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq it-tassazzjoni tal-Uffiċċju reġistrat;

(ii) kopji tar-rapporti tal-kontabilità finanzjarja u ta’ kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, kif meħtieġ u mħejji skont id-dritt tal-Istat tal-uffiċċju reġistrat; 

(iii)abbozz ta’ avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa għall-istabbiliment(i) permanenti rilevanti;

(iv)meta tkun neċessarja, kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-valutazzjoni ta’ taxxi jew ta’ sovraintaxxar nazzjonali jew reġjonali addizzjonali mhux ibbażati fuq il-profitt jew ibbażati fuq il-profitt jew ta’ karatteristiċi oħrajn relatati ma’ xulxin tat-taxxa fuq l-introjtu personali, f’konformità mar-regoli tat-taxxa tal-Istat Membru ospitanti. 

1.5.L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jsir minnufih wara l-ħruġ tal-abbozz ta’ valutazzjoni tat-taxxa, u mhux aktar tard minn xahar wara tali ħruġ.

1.6.Meta l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru tal-istabbiliment(i) permanenti tirrevedi l-abbozz tal-avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa b’rabta mal-attribuzzjoni tal-profitti lill-istabbiliment permanenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjoni bilaterali applikabbli għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn l-ospitant u l-Istati Membri tal-uffiċċju reġistrat, wara ċ-ċaħda tal-abbozz tal-avviż ta’ valutazzjoni tat-taxxa maħruġ mill-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment(i) permanenti għandha tikkomunika tali avviż rivedut ta’ valutazzjoni tat-taxxa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat, fi żmien xahar mill-ħruġ tiegħu, għall-fini tal-komputazzjoni mill-ġdid tar-riżultat taxxabbli tal-istabbiliment permanenti, tal-ħruġ ta’ valutazzjoni tat-taxxa riveduta u tal-ġbir tat-taxxa.

1.7.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi neċessarji sabiex jiġu ddeterminati l-forma, il-kontenut u r-rekwiżiti lingwistiċi tal-komunikazzjoni msemmijin f’dan l-Artikolu 8. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

].

2.Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

4. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8, 8ac u 8ae għandu jsir bl-użu ta’ format kompjuterizzat standard bl-għan li jiffaċilita tali skambju awtomatiku, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”

KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 21 .

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

6.Att delegat skont l-Artikolu 2(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill jinforma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Artikolu 17
Notifika lill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, u dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 18
Protezzjoni tad-Data

1.L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data personali skont din id-Direttiva għall-fini ta’ verifika tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà jew sabiex jiddeterminaw l-obbligazzjoni ta’ taxxa kif imsemmi fl-Artikoli 4, 9 u 11 ta’ din id-Direttiva. Meta jipproċessaw data personali, għall-fini tal-verifika tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà jew sabiex jiddeterminaw l-obbligazzjoni ta’ taxxa f’konformità ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri, skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom skont din id-Direttiva.

2.L-informazzjoni, inkluża d-data personali, ipproċessata f’konformità ma’ din id-Direttiva, għandha tinżamm biss sakemm tkun neċessarja sabiex jintlaħqu l-finijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-verifika tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u d-determinazzjoni tal-obbligazzjoni ta’ taxxa tal-kontribwenti, f’konformità mar-regoli domestiċi ta’ kull kontrollur tad-data dwar il-preskrizzjoni, iżda fi kwalunkwe każ għal mhux aktar minn 10 snin.

Artikolu 19
Rieżami mill-Kummissjoni tal-operat ta’ din id-Direttiva

1.5 snin wara li din id-Direttiva tibda tapplika, il-Kummissjoni għandha teżamina u tevalwa l-funzjonament tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dak il-għan. Meta jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta sabiex tiġi emendata din id-Direttiva.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni tad-Direttiva, f’konformità mal-paragrafu 3, inkluż id-data aggregata dwar in-numru ta’ SMEs eliġibbli meta mqabblin mal-SMEs li rrikorrew għall-inklużjoni fakultattiva, il-fatturat u l-kostijiet tal-konformità tagħhom meta mqabblin mal-fatturat; data dwar in-numru ta’ SMEs li espandew b’mod transfruntier billi waqqfu stabbiliment permanenti u n-numru ta’ SMEs li ġew skwalifikati minħabba l-ħolqien ta’ sussidjarja, jew l-kostijiet tal-konformità għall-SMEs li japplikaw l-għażla.

3.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2, kif ukoll il-format u l-kundizzjonijiet għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.

4.L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 2 għandha tinżamm kunfidenzjali mill-Kummissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mal-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva.

5.L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont il-paragrafu 2, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni li jużaw tali informazzjoni, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħrajn. L-informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali, kif stabbilit rigward informazzjoni simili fid-dritt nazzjonali tal-Istat(i) Membru li rċevieha/rċevewha.

Artikolu 20
Traspożizzjoni

1.Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2026.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jakkumpanjawhom b’referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.Malli din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa, fi żmien suffiċjenti sabiex din tkun tista’ tippreżenta l-kummenti tagħha dwar kwalunkwe abbozz ta’ liġijiet, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li jkollhom l-intenzjoni li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 21
Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22
Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/XXX ta’ XX dwar l-istabbiliment ta’ sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Politika tat-tassazzjoni.

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

X azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 22  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-Proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas tat-taxxa b’appoġġ għas-suq intern, b’mod partikolari għall-SMEs. Bħalissa ma hemm l-ebda sistema komuni tat-taxxa korporattiva għall-komputazzjoni tal-introjtu taxxabbli tan-negozji tal-UE, iżda 27 sistema nazzjonali differenti, li jagħmluha diffiċli u għalja għall-kumpaniji sabiex joperaw negozju madwar is-suq intern kollu. Il-Proposta takkomoda l-ħtieġa u tipprevedi ċertezza tat-taxxa u konformità eħfef mar-regoli tat-taxxa għal ċerti SMEs li jinsabu fl-istadju inizjali ta’ espansjoni tagħhom u li, b’hekk, għandhom preżenza taxxabbli fi Stati Membri oħrajn minbarra l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom (l-Istat tal-Uffiċċju Reġistrat). Għal dan, il-proposta tibni b’mod partikolari fuq qafas ta’ rikonoxximent reċiproku, li bih l-Istati Membri tal-espansjoni (fejn jinsab l-istabbiliment permanenti) jaċċettaw li r-regoli tat-tassazzjoni tal-Istat tal-Uffiċċju Reġistrat japplikaw meta jikkalkolaw ir-riżultati taxxabbli tal-PE fit-territorji tagħhom.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku

1) L-ewwel objettiv speċifiku tal-proposta huwa li jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità għall-SMEs. Billi l-proposta tipprovdi lin-negozji tal-UE qafas komuni li jippermetti li jiġi applikat sett wieħed ta’ regoli tat-taxxa meta joperaw fi Stat Membru ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti, meta mqabbla mal-ambjent kurrenti jenħtieġ li tirrekjedi anqas riżorsi għan-negozji sabiex jikkonformaw. 

2) It-tieni, il-proposta għandha l-għan li tħeġġeġ l-espansjoni transfruntiera, b’mod partikolari, tal-SMEs fl-istadju inizjali tal-espansjoni tagħhom. 

3) It-tielet, il-proposta tikkontribwixxi sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-suq intern, minħabba li l-SMEs għandhom it-tendenza li jġarrbu b’mod sproporzjonat il-kostijiet relatati mal-konformità mar-regoli tat-taxxa u, għalhekk, id-deċiżjoni tagħhom dwar in-negozju hija influwenzata b’mod sinifikanti meta mqabblin ma’ operaturi ta’ negozji akbar oħrajn.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta tintroduċi qafas komuni ta’ regoli tat-taxxa li jippermetti lill-SMEs fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jagħżlu li jkomplu japplikaw ir-regoli tat-taxxa li huma familjari magħhom (ir-regoli tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom: ir-regoli tat-tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat) anke meta joperaw fi Stat Membru ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti. Se jkollha l-għan ewlieni li ġġib simplifikazzjoni għall-kontribwenti u tħeġġeġ it-tkabbir u l-investiment fis-suq intern filwaqt li tillivella l-kundizzjonijiet ekwivalenti li fihom joperaw in-negozji.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettivi Speċifiċi 

Indikaturi 

Għodod ta’ Kejl 

It-tnaqqis tal-kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa għall-SMEs

·Il-kostijiet tal-konformità għall-SMEs, meta mqabblin mal-fatturat tagħhom u ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx is-simplifikazzjoni proposta

·Stħarriġ dwar kwistjonijiet relatati mat-taxxa għall-SMEs, imwettaq mid-DĠ TAXUD, possibbilment b’assistenza esterna, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri; 

·L-użu ta’ verżjoni aġġornata tal-Istudju dwar il-Prestazzjoni tal-SMEs imwettaq għall-Kummissjoni Ewropea sabiex jinkludi mistoqsijiet li jipprovdu data dwar dawn l-indikaturi 

·Stħarriġ dwar id-data aggregata ċċirkolata mid-DĠ TAXUD lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, li jkollhom din l-informazzjoni disponibbli

· 

·Data riċevuta mid-DĠ TAXUD mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri 

·L-użu ta’ diversi fora tal-EU sabiex jinkiseb feedback mingħand l-awtoritajiet nazzjonali u r-rappreżentanti tal-SMEs 

· 

It-tħeġġiġ tal-espansjoni transfruntiera tal-SMEs

·In-numru ta’ SMEs li rrikorrew għall-inklużjoni fakultattiva

·In-numru ta’ SMEs li espandew b’mod transfruntier billi stabbilew PE 

·In-numru ta’ SMEs li joħorġu mill-kamp ta’ applikazzjoni billi jistabbilixxu sussidjarja

·Il-feedback mill-partijiet ikkonċernati dwar l-użu prattiku u l-effetti tar-regoli HOT

L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-suq intern

·In-numru ta’ SMEs li espandew b’mod transfruntier billi stabbilew PE 

·Il-fatturat tal-SMEs li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni, meta mqabbel ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx is-simplifikazzjoni proposta

·Il-feedback mill-partijiet ikkonċernati dwar l-użu prattiku u l-effetti tar-regoli HOT

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Is-sistema hija fakultattiva għall-SMEs b’attivitajiet transfruntiera permezz ta’ stabbiliment(i) permanenti. Huwa diffiċli li jiġi antiċipat id-daqs / in-numru ta’ kontribwenti li jagħżlu s-sistema.

L-iskambju ta’ informazzjoni huwa mmirat u fost l-Istati Membri kkonċernati biss (l-Istat Membru tal-Uffiċċju Reġistrat u l-Istati Membri ospitanti).

Meta Uffiċċju Reġistrat jissodisfa r-rekwiżiti u jagħżel li japplika r-regoli tat-Tassazzjoni tal-Uffiċċju Reġistrat, id-dokumenti rilevanti, bħad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, il-valutazzjonijiet tat-taxxa, ir-rapporti finanzjarji, għandhom jiġu skambjati fost l-Istati Membri kkonċernati. Skambji limitati mill-Istat Membru ospitanti lill-Istat Membru tal-Uffiċċju Reġistrat ikopru r-rata tat-taxxa applikabbli wkoll.

Sabiex tiffaċilita t-tħaddim u l-komunikazzjoni tal-uffiċjali fost l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni jkollha tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji, inklużi miżuri sabiex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri.

Għall-finijiet tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, l-Istati Membri tal-Uffiċċju Reġistrat ikollhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa minn din il-proposta ma’ Stati Membri ospitanti oħrajn, u viċi versa, permezz ta’ network bilaterali bejn l-Istati Membri kkonċernati, b’mezzi elettroniċi bl-użu tan-network komuni ta’ komunikazzjoni (NKK) tal-UE, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. L-iskema li għandha tintuża għandha tiġi żviluppata sussegwentement mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jkollha l-kompitu li tipprovdi lill-Istati Membri bil-pjattaforma għan-NKK tal-iskambju ta’ informazzjoni u tibqa’ proċessur tad-data b’aċċess limitat. B’mod ġenerali, il-proposta se tuża l-arranġamenti prattiċi attwalment użati taħt id-DAC.

F’termini ta’ żmien għall-istabbiliment tal-format li għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jeħtieġu ftit żmien wara l-adozzjoni tal-proposta sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw is-sistemi li jippermettu li jseħħ l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Azzjonijiet individwali mill-Istati Membri ma jkunu jipprovdu l-ebda soluzzjoni effiċjenti u effettiva sabiex jiġi żgurat qafas tat-taxxa komuni fattibbli għall-SMEs li joperaw b’mod transfruntier. Minflok ma kull Stat Membru jalloka riżorsi umani separatament għall-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa tal-istess kontribwent li jopera b’mod transfruntier, dawn ir-riżorsi disponibbli issa jkunu jintużaw b’mod kollettiv b’mod aktar effettiv u mmirat permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati. Approċċ tal-UE jidher preferibbli, billi jista’ jiffaċilita l-operat u l-komunikazzjoni ta’ dan in-network u jkollu aktar koerenza u tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-kontribwenti u għall-awtoritajiet tat-taxxa.

1.5.2.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-inizjattiva hija mekkaniżmu ġdid. L-għażla ppreferuta fil-valutazzjoni tal-impatt hija Punt Uniku ta’ Servizz sħiħ. Din l-għażla tfisser li d-dikjarazzjoni tat-Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat (HOT) tiġi ttrattata ċentralment permezz tal-Awtorità tad-Dikjarazzjoni, u l-istess għall-valutazzjonijiet tat-taxxa separati għall-Uffiċċju Reġistrat u għall-Istabbilimenti permanenti, filwaqt li l-awditi, l-appelli u s-soluzzjoni tat-tilwim jibqgħu primarjament lokali f’konformità mas-sovranità fiskali nazzjonali. Din l-għażla tagħti prijorità lis-sempliċità u żżomm il-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa għal livell baxx raġonevoli filwaqt li toħloq ukoll l-aħjar bilanċ possibbli bejn is-sempliċità ta’ punt uniku ta’ servizz u r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Dan jenħtieġ li jnaqqas il-kostijiet tal-konformità għall-SMEs u għall-awtoritajiet tat-taxxa, tal-anqas gradwalment, u jrawwem is-suq intern bħala ambjent ta’ tkabbir u ta’ investiment.

In-network bilaterali bejn l-Istat Membru tal-Uffiċċju Reġistrat u l-Istat Membru Ospitanti se jkollu rwol importanti f’dan il-bilanċ. Dawn se jkollhom l-għan li jiżguraw komunikazzjoni bla xkiel u skambju adegwat u f’waqtu ta’ informazzjoni.

1.5.3.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi fis-Seklu 21, u kkonfermat ukoll fid-Diskors tal-2022 tal-President Ursula von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Kummissjoni ħadet impenn li tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi tassazzjoni simplifikata għall-SMEs. Sa fejn ikun possibbli, il-Proposta se tagħmel użu mill-proċeduri, mill-arranġamenti u mill-għodod tal-IT diġà stabbiliti jew li diġà qegħdin jiġu żviluppati fil-qafas tad-DAC.

1.5.4.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva se jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE fir-rigward biss tal-komponenti ċentrali għas-sistema ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni. Mill-bqija, ikun f’idejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri previsti.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

X durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 23   

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Din il-proposta tibni fuq il-qafas u fuq is-sistemi eżistenti għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bl-użu tan-NKK. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa formoli u formati kompjuterizzati standardizzati għall-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Fir-rigward tan-network NKK li se jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-iżvilupp u għat-tħaddim ta’ dan in-network u l-Istati Membri se jimpenjaw ruħhom sabiex joħolqu l-infrastruttura domestika xierqa li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni permezz tan-network NKK.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Għall-fini tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, inizjalment se jkun neċessarju li l-Istati Membri jingħataw il-ħin u l-assistenza neċessarji kollha, sabiex jiġu implimentati kif xieraq ir-regoli tal-UE.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u jenħtieġ li jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti li għandhom li l-Kummissjoni tista’ teħtieġ għal finijiet ta’ evalwazzjoni. 

Minbarra evalwazzjoni, l-effettività u l-effiċjenza tal-inizjattiva se jiġu mmonitorjati regolarment bl-użu ta’ xi indikaturi definiti minn qabel:

- Il-kostijiet tal-konformità għall-SMEs, meta mqabblin mal-fatturat tagħhom u ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx is-simplifikazzjoni proposta;

- In-numru ta’ SMEs li rrikorrew għall-inklużjoni fakultattiva;

 - In-numru ta’ SMEs li espandew b’mod transfruntier billi stabbilew PE;

- In-numru ta’ SMEs li joħorġu mill-kamp ta’ applikazzjoni billi jistabbilixxu sussidjarja; 

- Il-fatturat tal-SMEs li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni, meta mqabbel ma’ SMEs komparabbli li ma japplikawx is-simplifikazzjoni proposta.

L-Istati Membri jkollhom jirrapportaw din id-data lill-Kummissjoni għal finijiet ta’ evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni tirrieżamina s-sitwazzjoni fl-Istati Membri wara 5 snin u tippubblika rapport.

Ir-riżultati jiġu inklużi fir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li se jinħareġ sal-31 ta’ Diċembru 2031, akkumpanjat meta xieraq minn proposta għal emenda.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva se tiddependi fuq l-awtoritajiet kompetenti (l-amministrazzjonijiet tat-taxxa) tal-Istati Membri. Dawn ikunu responsabbli għall-finanzjament tas-sistemi nazzjonali tagħhom stess u għall-adattamenti neċessarji għall-iskambji li jsiru permezz tan-NKK għall-finijiet tal-proposta.

Il-Kummissjoni se tipprovdi l-infrastruttura li tippermetti li jsiru skambji bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tiffinanzja s-sistemi meħtieġa sabiex jippermettu li jsiru skambji li jgħaddu mill-elementi ewlenin ta’ kontroll li huma dawk għall-kuntratti ta’ akkwist, għall-verifika teknika tal-akkwist, għall-verifika ex ante tal-impenji, u għall-verifika ex ante tal-pagamenti.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-intervent propost fl-oriġini tiegħu se jkun ibbażat fuq sistema dikjarattiva, billi l-informazzjoni dwar it-taxxa li għandha tiġi skambjata tiddependi fuq l-informazzjoni rrapportata mill-kontribwent innifsu fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u fir-rapporti finanzjarji. Dan jinvolvi r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni ħażina mill-SMEs fil-kamp ta’ applikazzjoni li huma meħtieġa jivvalutaw lilhom infushom skont il-kriterji tas-sustanza fil-qafas tal-Proposta. Wara, l-Istati Membri jkunu qegħdin joħorġu valutazzjonijiet tat-taxxa, u b’hekk ikunu jistgħu jawditjaw it-tali awtovalutazzjonijiet. Meta jitwettqu awditi bħal dawn, l-Istati Membri jkunu meħtieġa jikkondividu l-istatistiki mal-Kummissjoni fuq bażi annwali, li jinkludu n-numru ta’ entitajiet li ġew awditjati u s-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità.

Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità tal-entitajiet u tal-arranġamenti, il-Proposta ma tinkludix qafas ta’ sanzjonar, billi dan jiddependi fuq il-qafas ta’ sanzjonar diġà fis-seħħ f’kull Stat Membru għal kwistjonijiet tat-taxxa. L-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa diġà huma inkarigati mill-infurzar tas-sanzjonijiet u, b’mod aktar ġenerali, mill-iżgurar tal-konformità mal-proposta. Is-sanzjonijiet huma stabbiliti domestikament. Barra minn hekk, l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa se jkunu jistgħu jwettqu awditi sabiex jidentifikaw u jiskoraġġixxu n-nuqqas ta’ konformità.

Kuntratti ta’ akkwist

Il-proċeduri ta’ kontroll għal akkwist definiti fir-Regolament Finanzjarju: kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist jiġi stabbilit wara l-proċedura stabbilita ta’ verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-pagament, filwaqt li jitqiesu l-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali tajba. Miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ.) huma previsti fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji. Termini dettaljati ta’ referenza jiġu abbozzati u jifformaw il-bażi ta’ kull kuntratt speċifiku. Il-proċess ta’ aċċettazzjoni jsegwi b’mod strett il-metodoloġija TAXUD TEMPO: ir-riżultati jiġu rrieżaminati, jekk ikun meħtieġ emendati u finalment aċċettati (jew irrifjutati) b’mod espliċitu. Ma tista’ titħallas l-ebda fattura mingħajr “ittra ta’ aċċettazzjoni”.

Verifika teknika ta’ akkwist

Id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq ir-riżultati u jissorvelja l-operat u s-servizzi mwettqa mill-kuntratturi. Iwettaq ukoll verifiki tal-kwalità u s-sigurtà tal-kuntratturi tagħhom fuq bażi regolari. L-awditi tal-kwalità jivverifikaw il-konformità tal-proċessi effettivi tal-kuntratturi mar-regoli u l-proċeduri definiti fil-pjanijiet ta’ kwalità tagħhom. L-awditi tas-sigurtà jiffokaw fuq il-proċessi speċifiċi, il-proċeduri u l-istabbiliment.

Minbarra l-kontrolli ta’ hawn fuq, id-DĠ TAXUD iwettaq il-kontrolli finanzjarji tradizzjonali:

Verifikia ex ante tal-impenji

L-impenji kollha fid-DĠ TAXUD jiġu verifikati mill-Kap tal-Unità tal-Finanzi, tal-Akkwist Pubbliku u tal-Konformità. B’riżultat ta’ dan, 100 % tal-ammonti impenjati jiġu koperti mill-verifika ex ante. Il-proċedura tagħti livell għoli ta’ garanzija fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

Verifika ex ante tal-pagamenti

100 % tal-pagamenti huma vverifikati ex ante. Barra minn hekk, xi pagamenti jintgħażlu b’mod aleatorju għal verifika ex ante addizzjonali mwettqa mill-Kap tal-Unità tal-Finanzi, tal-Akkwist Pubbliku u tal-Konformità. Ma hemm l-ebda mira għal dak li jirrigwarda l-kopertura, billi l-għan ta’ din il-verifika huwa l-iċċekkjar “każwali” tal-pagamenti sabiex jiġi vverifikat li l-pagamenti kollha jkunu preparati f’konformità mar-rekwiżiti. Il-pagamenti li jifdal jiġu pproċessati skont ir-regoli fis-seħħ kuljum.

Id-Dikjarazzjonijiet tal-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjonijiet (AOSD)

L-AOSD kollha jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jappoġġaw ir-Rapport tal-Attività Annwali għas-sena kkonċernata. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikopru l-operazzjonijiet skont il-programm. L-AOSD jiddikjaraw li l-operazzjonijiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-baġit ikunu twettqu f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti jkunu pprovdew garanzija sodisfaċenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li r-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew identifikati b’mod xieraq, u rapportati u li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkunu ġew implimentati.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-kontrolli stabbiliti jippermettu li d-DĠ TAXUD ikollu garanzija biżżejjed tal-kwalità u tar-regolarità tal-infiq u li jitnaqqas ir-riskju ta’ nonkonformità. Il-miżuri tal-istrateġija tal-kontroll ta’ hawn fuq inaqqsu r-riskji potenzjali taħt il-mira ta’ 2 % u jilħqu lill-benefiċjarji kollha. Miżuri addizzjonali għat-tnaqqis ulterjuri tar-riskju jirriżultaw f’kostijiet sproporzjonalment għoljin u għaldaqstant ma humiex previsti. Il-kostijiet ġenerali involuti sabiex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ kontroll ta’ hawn fuq – għall-infiq kollu skont il-programm Fiscalis 2027 – huma limitati għal 1,6 % tat-total tal-ħlasijiet magħmula. Dan il-proporzjon ma huwiex mistenni li jinbidel għal din l-inizjattiva. Il-programm tal-istrateġija ta’ kontroll jillimita r-riskju ta’ nonkonformità għal prattikament żero u huwa wkoll proporzjonat mar-riskji involuti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 25 bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta’ attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru: 03 04 0100

Diff./Mhux diff. 26

mill-pajjiżi tal-EFTA 27

mill-pajjiżi kandidati 28

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

Titjib tal-funzjonament xieraq tas-sistemi tat-tassazzjoni

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ: TAXUD

Sena 
N 29

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 30 03.04.01

Impenji

(1a)

0,200

0,400

0,200

0,100

0,090

0,990

Pagamenti

(2a)

0,200

0,400

0,200

0,100

0,090

0,990

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 31  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ TAXUD

Impenji

= 1a+1b +3

0,200

0,400

0,200

0,100

0,090

0,990

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,200

0,400

0,200

0,100

0,090

0,990

 





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

QFP 2021 sa 2027

DĠ: TAXUD

□ Riżorsi umani

0,170

0,170

0,080

0,080

0,040

0,540

□ Nefqa amministrattiva oħra

0,004

0,004

0,002

0,002

0,001

0,013

TOTAL TAD-DĠ TAXUD

0,174

0,174

0,082

0,082

0,041

0,533

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,174

0,174

0,082

0,082

0,041

0,533

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

QFP 2021 sa 2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0,374

0,574

0,282

0,182

0,131

1,543

Pagamenti

0,174

0,374

0,482

0,282

0,141

1,453

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

2023

2024

2025

2026

2027

2028

TOTAL

OUTPUTS

Tip 32

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 33

Speċifikazzjonijiet

0,200

0,300

0,170

0,670

Żvilupp

0,090

0,010

0,100

Manutenzjoni

0,050

0,050

0,050

0,150

Appoġġ

0,010

0,030

0,030

0,030

0,100

Taħriġ

0,010

0,010

ITSM (Infrastruttura, ospitar, liċenzji, eċċ.),

0,010

0,010

0,010

0,010

0,010

0,050

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

0,200

0,400

0,200

0,090

0,090

0,090

1,070

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

0,200

0,400

0,200

0,090

0,90

0,090

1,070

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,170

0,170

0,080

0,080

0,040

0,540

Nefqa amministrattiva oħra

0,004

0,004

0,002

0,002

0,001

0,013

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,174

0,174

0,082

0,082

0,041

0,553

Barra mill-INTESTATURA 7 34  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,174

0,174

0,082

0,082

0,041

0,553

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

2023

2024

2025

2026

2027

Total

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

1

1

0,5

0,25

1

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 35

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz 36

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

1

1

1

0,5

0,25

1

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Preparazzjoni ta’ laqgħat u korrispondenza mal-Istati Membri; ħidma fuq formoli, formats tal-IT u d-Direttorju Ċentrali;

Kummissjoni ta’ kuntratturi esterni biex jagħmlu xogħol fuq is-sistema tal-IT.

Persunal estern

M/A

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 37

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

(a)    fuq ir-riżorsi proprji

(b)    fuq dħul ieħor

(c)indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 38

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    Il-Kummissjoni Ewropea. (2022). Tax compliance costs for SMEs. An update and a complement : final report https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/70a486a9-b61d-11ec-b6f4-01aa75ed71a1  
(2)    COM (2005) 702: Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - Jiġu megħluba d-diffikultajiet marbuta mal-ostakli tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fis-Suq Intern - Il-punti prinċipali ta’ skema pilota possibbli għal Tassazzjoni fl-Istat tal-Oriġini […] {SEC(2005)1785
(3)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali, COM/2020/103 final.
(4)    Id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard se tiġi ssostitwita b’Regolament, sabiex jipprovdi lill-SMEs bi standard Ewropew dwar imġiba responsabbli fin-negozju fis-Suq Uniku kollu.
(5)    Id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard se tiġi ssostitwita b’Regolament li jipprovdi lill-SMEs bi standard Ewropew dwar imġiba responsabbli fin-negozju fis-Suq Uniku kollu
(6)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(7)    Il-Kummissjoni Ewropea. (2022). Tax compliance costs for SMEs. An update and a complement : final report https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/70a486a9-b61d-11ec-b6f4-01aa75ed71a1  
(8)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE.

(9)    ĠU C , , p. .
(10)    ĠU C , , p. .
(11)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE
(12)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(15)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(16)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE
(17)

   Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852 tal-10 ta’ Ottubru 2017 dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Taxxa fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 265, 14.10.2017, p. 1–14).

(18)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1)
(19)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1)
(20)    Id-Direttiva…[ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva].
(21)

   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(22)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(23)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(24)    Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 136 p. 1, 31.5.1999.
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra, ĠU L 292 p. 2, 15.11.96.
(26)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(27)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(28)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(29)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(30)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(31)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(32)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(33)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(34)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(35)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(36)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(37)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(38)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Strasburgu, 12.9.2023

COM(2023) 528 final

ANNESSI

tad-

Direttiva tal-Kunsill

li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

{SEC(2023) 308 final} - {SWD(2023) 301 final} - {SWD(2023) 302 final} - {SWD(2023) 303 final}


ANNESS I:
Lista ta’ entitajiet legali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), soġġetti direttament għal taxxa fuq il-profitti, jew għal kwalunkwe taxxa oħra b’karatteristiċi simili

(a)il-kumpaniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpanija Ewropea (SE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal Kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema u s-soċjetajiet koperattivi inkorporati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat 22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema;

(b)kumpaniji taħt il-liġi Belġjana magħrufin bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité limitée”/“coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali hawn fuq imsemmija, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana soġġetta għat-taxxa korporattiva Belġjana;

(c)kumpaniji taħt il-liġi Bulgara magħrufin bħala: “събирателно дружество”, “командитно дружество”, “дружество с ограничена отговорност”, “акционерно дружество”, “командитно дружество с акции”, “неперсонифицирано дружество”, “кооперации”, “кооперативни съюзи”, “държавни предприятия”, kostitwiti taħt il-liġi Bulgara u li jwettqu attivitajiet kummerċjali;

(d)kumpaniji taħt il-liġi Ċeka magħrufin bħala: “akciová společnost”, “společnost s ručením omezeným”;

(e)kumpaniji taħt il-liġi Daniża magħrufin bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab”. Kumpaniji oħra soġġetti għat-taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa Korporattiva, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat f’konformità mar-regoli ġenerali dwar il-legiżlazzjoni tat-taxxa applikabbli għal “aktieselskaber”;

(f)kumpaniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Kommanditgesellschaft auf Aktien”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft”, “Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts”, u kumpaniji oħra kkostitwiti taħt il-liġi Ġermaniza soġġetti għat-taxxa korporattiva Ġermaniża;

(g)kumpaniji taħt il-liġi Estona magħrufin bħala: “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing”, “aktsiaselts”, “tulundusühistu”;

(h)kumpaniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi rreġistrati taħt l-“Industrial and Provident Societies Act”, soċjetajiet ta’ kostruzzjoni inkorporati taħt il- “Building Societies Acts” u t-“trustee savings banks” skont it-tifsira fil-“Trustee Savings Banks Act, 1989”;

(i)il-kumpaniji taħt il-liġi Griega magħrufin bħala “ανώνυμη εταιρεία”,·“εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)” u kumpaniji oħra kostitwiti skont il-liġi Griega soġġetti għat-taxxa korporattiva Griega;

(j)kumpaniji taħt il-liġi Spanjola magħrufin bħala: “sociedad anónima”, “sociedad comanditaria por acciones”, “sociedad de responsabilidad limitada”, dawk il-korpi ta’ liġi pubblika li joperaw taħt id-dritt privat. Entitajiet oħra kostitwiti taħt il-liġi Spanjola soġġetti għat-taxxa korporattiva Spanjola (“Impuesto sobre Sociedades”);

(k)kumpaniji taħt il-liġi Franċiża magħrufin bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d’assurances mutuelles”, “caisses d’épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma soġġetti awtomatikament għat-taxxa korporattiva, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Franċiża;

(l)kumpaniji taħt il-liġi Taljana magħrufin bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsabilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet pubbliċi u privati li l-attività tagħhom hija għalkollox jew parzjalment kummerċjali;

(m)taħt il-liġi Ċiprijotta: “εταιρείες” kif definit fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu;

(n)kumpaniji skont il-liġi Latvjana magħrufin bħala: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”;

(o)kumpaniji inkorporati skont il-liġi Litwana;

(p)kumpaniji taħt il-liġi Lussemburgiża magħrufin bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d’assurances mutuelles”, “association d’épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l’Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-taxxa fuq korporattiva tal-Lussemburgu;

(q)kumpaniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufin bħala: “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “szövetkezet”;

(r)kumpaniji taħt il-liġi Maltija magħrufin bħala: “Kumpaniji ta’ Responsabilità Limitata”, “Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f’azzjonijiet”;

(s)kumpaniji taħt il-liġi Olandiża magħrufin bħala “naamloze vennootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “open commanditaire vennootschap”, “coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag”, “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Olandiża;

(t)kumpaniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufin bħala “Aktiengesellschaft”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften”, “Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts”, “Sparkassen”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Awstrijaka soġġetti għat-taxxa korporattiva Awstrijaka;

(u)kumpaniji taħt il-liġi Pollakka magħrufin bħala: “spółka akcyjna”, “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”, “spółka komandytowo-akcyjna”;

(v)kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji soġġetti għal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali u kooperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati f’konformità mal-liġi Portugiża;

(w)kumpaniji taħt il-liġi Rumena magħrufin bħala: “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni”, “societăți cu răspundere limitată”, “societăți în nume colectiv”, “societăți în comandită simplă”;

(x)kumpaniji taħt il-liġi Slovena magħrufin bħala: “delniška družba”, “komanditna družba”, “družba z omejeno odgovornostjo”;

(y)kumpaniji taħt il-liġi Slovakka magħrufin bħala: “akciová spoločnosť”, “spoločnosť s ručením obmedzeným”, “komanditná spoločnosť”;

(z)kumpaniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala “osakeyhtiö”/“aktiebolag”, “osuuskunta”/“andelslag”, “säästöpankki”/“sparbank” u “vakuutusyhtiö”/“försäkringsbolag”;

(aa)kumpaniji taħt il-liġi Svediża magħrufin bħala “aktiebolag”, “försäkringsaktiebolag”, “ekonomiska föreningar”, “sparbanker”, “ömsesidiga försäkringsbolag”, “försäkringsföreningar”;

(bb)kumpaniji taħt il-liġi Kroata magħrufin bħala: “dioničko društvo”, “društvo s ograničenom odgovornošću”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti.

ANNESS II:
Lista ta’ entitajiet legali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), soġġetti għal taxxa fuq il-profitti fil-livell tas-sidien, jew għal kwalunkwe taxxa oħra b’karatteristiċi simili

a)Belġju: la société en nom collectif/de vennootschap onder firma, la société en commandite simple/de gewone commanditaire vennootschap, la société coopérative à responsabilité illimitée/de coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid

b)Bulgarija: събирателно дружество, командитно дружество;

c)Repubblika Ċeka: veřejná obchodní společnost, komanditní společnost;

d)Danimarka: interessentskaber, kommanditselskaber;

e)Ġermanja: die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

f)Estonja: täisühing, usaldusühing;

g)Irlanda: partnerships, limited partnerships, unlimited companies;

h)Greċja: η ομόρρυθμος εταιρία, η ετερόρρυθμος εταιρία;

i)Spanja: sociedad colectiva, sociedad en comandita simple;

j)Franza: la société en nom collectif, la société en commandite simple;

k)Kroazja: javno trgovačko društvo, komanditno društvo, gospodarsko interesno udruženje;

l)Italja: la società in nome collettivo, la società in accomandita semplice;

m)Ċipru: Ομόρρυθμες και ετερόρρυθμες εταιρείες (συνεταιρισμοί);

n)Latvja: pilnsabiedrība, komandītsabiedrība;

o)Litwanja: tikrosios ūkinės bendrijos, komanditinės ūkinės bendrijos;

p)Lussemburgu: la société en nom collectif, la société en commandite simple;

q)Ungerija: közkereseti társaság, betéti társaság, közös vállalat, egyesülés, egyéni cég;

r)Malta: soċjetà f’isem kollettiv jew soċjetà in akkomandita, bil-kapital li mhux maqsum f’azzjonijiet meta s-soċji kollha li għandhom responsabbilità llimitata huma soċjetajiet in akkomandita bil-kapital maqsum f’azzjonijiet — partnership en nom collectif or partnership en commandite with capital that is not divided into shares, when all the partners with unlimited liability are partnership en commandite with the capital divided into shares;

s)Netherlands: de vennootschap onder firma, de commanditaire vennootschap;

t)Awstrija: die offene Gesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

u)Polonja: spółka jawna, spółka komandytowa;

v)Portugall: sociedade em nome colectivo, sociedade em comandita simples;

w)Rumanija: societate în nume colectiv, societate în comandită simplă;

x)Slovenja: družba z neomejeno odgovornostjo, komanditna družba;

y)Slovakkja: verejná obchodná spoločnosť, komanditná spoločnosť;

z)Finlandja: avoin yhtiö/ öppet bolag, kommandiittiyhtiö/kommanditbolag;

aa)Żvezja: handelsbolag, kommanditbolag.

ANNESS III:
Lista ta’ taxxi fuq profitti, imposti direttament jew fil-livell tas-sidien, jew kwalunkwe taxxa oħra b’karatteristiċi simili msemmija fl-Artikolu 2(1)(c):

(a)impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Belġju,

(b)корпоративен данък fil-Bulgarija,

(c)daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

(d)selskabsskat fid-Danimarka,

(e)Körperschaftssteuer fil-Ġermanja,

(f)tulumaks fl-Estonja,

(g)corporation tax fl-Irlanda,

(h)φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

(i)impuesto sobre sociedades fi Spanja,

(j)impôt sur les sociétés fi Franza,

(k)porez na dobit fil-Kroazja,

(l)imposta sul reddito delle società fl-Italja,

(m)φόρος εισοδήματος f’Ċipru,

(n)uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

(o)pelno mokestis fil-Litwanja,

(p)impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

(q)társasági adó, osztalékadó fl-Ungerija,

(r)taxxa fuq l-income f’Malta,

(s)vennootschapsbelasting fin-Netherlands,

(t)Körperschaftssteuer fl-Awstrija,

(u)podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

(v)imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

(w)impozit pe profit fir-Rumanija,

(x)davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

(y)daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja,

(z)yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

(aa)statlig inkomstskatt fl-Iżvezja.

ANNESS IV:
Fir-rigward ta’ entitajiet legali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a),

taxxa fuq il-profitti fil-livell tas-sidien:

Taxxa fuq l-introjtu personali fil-livell tas-sidien tal-entitajiet elenkati fl-Anness II, jew kwalunkwe taxxa oħra b’karatteristiċi simili li tkopri l-introjtu tan-negozju.

Top