Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0367

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    COM/2023/367 final

    Brussell, 28.6.2023

    COM(2023) 367 final

    2023/0210(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {COM(2023) 366 final} - {SEC(2023) 256 final} - {SWD(2023) 231 final} - {SWD(2023) 232 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    It-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (PSD2 1 ) tipprovdi qafas legali għall-pagamenti bl-imnut kollha fl-UE, kemm f’Euro kif ukoll f’muniti oħra, domestiċi u transfruntiera. L-ewwel Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas (PSD1 2 ), adottata fl-2007, stabbiliet qafas legali armonizzat għall-ħolqien ta’ suq integrat tal-pagamenti tal-UE. Filwaqt li tibni fuq il-PSD1, il-PSD2 indirizzat l-ostakli għal tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament u tejbet il-livell ta’ protezzjoni u sigurtà tal-konsumatur. Il-biċċa l-kbira tar-regoli fil-PSD2 ilhom applikabbli minn Jannar 2018, iżda xi regoli bħal dawk dwar l-Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur, (SCA) ilhom japplikaw biss minn Settembru 2019.

    Il-PSD2 fiha regoli dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u regoli dwar il-liċenzjar u s-superviżjoni ta’ kategorija waħda ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jiġifieri l-Istituzzjonijiet ta’ Pagament (Payment Institutions, PIs). Kategoriji oħra ta’ PSP jinkludu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma regolati skont il-leġiżlazzjoni bankarja tal-UE 3 , u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (Electric Money Institutions, EMIs), li huma regolati skont id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi 4 .

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2020 dwar strateġija dwar il-pagamenti bl-imnut (Retail Payment Strategy, RPS) għall-UE 5 stabbiliet il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-qasam tal-pagamenti bl-imnut għall-mandat tal-Kulleġġ tal-Kummissarji kurrenti (2019-2024). Din kienet akkumpanjata minn Strateġija għall-Finanzi Diġitali, li tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-aġenda diġitali fis-settur tal-finanzi għajr il-pagamenti. L-RPS ħabbret li “fi tmiem l-2021, il-Kummissjoni se tniedi rieżami komprensiv tal-applikazzjoni u tal-impatt tal-PSD2”. Dan ir-rieżami twettaq kif xieraq, essenzjalment fl-2022, u wassal għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproponi emendi leġiżlattivi għall-PSD2, biex ittejjeb il-funzjonament tagħha. Dawn l-emendi huma stabbiliti f’żewġ proposti, din il-proposta għal Regolament dwar is-servizzi ta’ pagament fl-UE u proposta għal Direttiva dwar is-servizzi ta’ pagament u s-servizzi ta’ flus elettroniċi, li tiffoka fuq il-liċenzjar u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament (u li temenda ċerti Direttivi oħra).

    Ir-reviżjoni proposta tal-PSD2 tidher fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2023, flimkien ma’ inizjattiva leġiżlattiva ppjanata dwar qafas għall-aċċess għad-data finanzjarja, li jestendi l-aċċess u l-użu tad-data finanzjarja lil hinn mill-kontijiet ta’ pagament għal aktar servizzi finanzjarji.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Id-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti ta’ rilevanza għal din l-inizjattiva jinkludu leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tal-pagamenti, leġiżlazzjoni oħra dwar is-servizzi finanzjarji li tkopri wkoll il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-leġiżlazzjoni tal-UE ta’ applikazzjoni orizzontali li għandha impatt fuq il-qasam tal-pagamenti. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta saret attenzjoni biex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut, minbarra dawk imsemmija hawn fuq, tinkludi r-Regolament dwar iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) tal-2012, li jarmonizza r-rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti f’euro 6 . Fis-26 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni pproponiet emenda għar-Regolament dwar is-SEPA, biex jitħaffef u jiġi ffaċilitat l-użu tal-pagamenti istantanji f’euro fl-UE 7 ; din il-proposta fiha rekwiżit għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li joffru pagamenti istantanji f’euro biex joffru lill-utenti “servizz ta’ verifika tal-IBAN/tal-isem”, u din il-proposta testendi dan ir-rekwiżit għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li joffru kwalunkwe trasferiment ta’ kreditu fi kwalunkwe munita tal-UE. Ir-Regolament dwar il-ħlas transkonfinali jegwalizza l-ipprezzar tat-trasferimenti domestiċi u transfruntiera f’euro 8 . Ir-Regolament dwar it-Tariffi tal-Interkambju jistabbilixxi livelli massimi għal tali tariffi 9 . Din il-proposta hija konsistenti mal-objettiv li jittejjeb l-aċċess għall-flus, billi tippermetti lin-negozjanti joffru, fi ħwienet fiżiċi, servizzi ta’ forniment ta’ flus anke fin-nuqqas ta’ xiri minn klijent. Il-ħidma dwar l-aċċess għall-flus għandha titqies ukoll fil-kuntest tal-RPS tal-Kummissjoni, li ddikjarat bħala objettiv ta’ politika li l-flus għandhom jibqgħu aċċessibbli b’mod wiesa’.

    Leġiżlazzjoni rilevanti oħra dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi d-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu (DFS), 10 li għaliha ssir bidla mmirata fil-proposta għal Direttiva li qiegħda takkumpanja din il-proposta. Leġiżlazzjoni rilevanti oħra tinkludi r-Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi (MiCA) 11 , l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali għas-settur finanzjarju fir-rigward taċ-ċibersigurtà (DORA) 12 u d-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AML), li dwarha bħalissa l-koleġiżlaturi qed jiddiskutu pakkett ta’ emendi proposti 13 .

    L-inizjattiva hija konsistenti b’mod sħiħ ma’ inizjattivi oħra tal-Kummissjoni stabbiliti fl-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-finanzi diġitali għall-UE 14 , li ġiet adottata flimkien mal-RPS, u għandha l-għan li tippromwovi t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi u tal-ekonomija tal-UE u li tneħħi l-frammentazzjoni fis-suq intern diġitali.

    Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

    L-inizjattiva hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar “Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza” 15 li tenniet l-importanza tal-RPS tal-Kummissjoni u tal-innovazzjoni diġitali fil-finanzi għat-tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. L-istess Komunikazzjoni kkonfermat li s-servizzi tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew se jirrieżaminaw b’mod konġunt fil-livell tekniku firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ta’ politika, legali u tekniċi li jirriżultaw minn introduzzjoni possibbli ta’ euro diġitali, waqt li jitqiesu l-mandati rispettivi tagħhom skont it-Trattati tal-UE.

    Il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta għal qafas legali tal-UE dwar l-aċċess għad-data dwar l-informazzjoni finanzjarja (FIDA) ippreżentata flimkien mal-proposti biex tiġi emendata l-PSD2; din il-proposta tkopri l-aċċess għal data finanzjarja għajr id-data dwar il-kontijiet ta’ pagament, li tibqa’ koperta mil-leġiżlazzjoni dwar il-pagamenti.

    Leġiżlazzjoni ta’ rilevanza aktar ġenerali tal-UE tinkludi l-GDPR 16 , l-Att tal-UE dwar l-Aċċessibilità 17 , u l-proposta għal Att dwar id-Data, li hija rilevanti għas-servizzi bankarji miftuħa 18 . B’mod partikolari, il-Kapitoli III u IV tal-Att propost dwar id-Data jistabbilixxu qafas orizzontali għad-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet biex id-data ssir disponibbli fir-relazzjonijiet bejn in-negozji.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika tal-PSD2 hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jinkariga lill-istituzzjonijiet tal-UE bl-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet biex jistabbilixxu s-suq intern u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tiegħu f’konformità mal-Artikolu 26 tat-TFUE.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Is-servizzi ta’ pagament jistgħu jiġu pprovduti wkoll b’mod transfruntier mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fi ħdan is-suq intern għas-servizzi ta’ pagament. Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment jintużaw b’mod estensiv mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonjużi u kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern għas-servizzi ta’ pagament bl-imnut, hija meħtieġa leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE. Din il-loġika kienet il-bażi għall-ewwel u t-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament u tkompli tapplika għal din il-proposta.

    Proporzjonalità

    Il-proposta fiha miżuri mmirati ta’ proporzjonalità, bħall-possibbiltà, fil-qasam tas-servizzi bankarji miftuħa, li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont (ASPSP) jikseb mingħand l-awtorità kompetenti nazzjonali tiegħu deroga mir-rekwiżit li jkollu fis-seħħ interfaċċa ddedikata għall-aċċess għad-data.

    Għażla tal-istrument

    Il-PSD2 bħalissa hija direttiva li hija applikata bit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri. Madankollu, f’diversi oqsma tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji 19 , instab xieraq li jiġu promulgati regoli applikabbli għall-impriżi finanzjarji f’Regolament li japplika direttament biex tissaħħaħ il-koerenza tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri. Ir-rieżami tal-PSD2 ikkonkluda li dan l-approċċ ikun xieraq ukoll fil-leġiżlazzjoni dwar il-pagamenti, li wassal biex l-emendi proposti għall-PSD2 jiġu inklużi f’żewġ atti leġiżlattivi distinti: din il-proposta għal Regolament li jkun fih regoli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u għall-konsumaturi u proposta għal Direttiva li jkun fiha b’mod partikolari regoli dwar il-liċenzjar u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Fl-2022 twettqet evalwazzjoni tal-PSD2. L-input għall-evalwazzjoni kien jinkludi rapport minn kuntrattur indipendenti u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati f’diversi konsultazzjonijiet pubbliċi. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni huwa ppubblikat bħala anness tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta 20 .

    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni jikkonkludi li l-PSD2 kellha gradi differenti ta’ suċċess fl-ilħuq tal-objettivi tagħha. Qasam wieħed ta’ impatt pożittiv kien dak tal-prevenzjoni tal-frodi, permezz tal-introduzzjoni ta’ Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur (SCA); għalkemm hija aktar diffiċli biex tiġi implimentata milli antiċipat, l-SCA diġà kellha impatt sinifikanti fit-tnaqqis tal-frodi. Il-PSD2 kienet ukoll partikolarment effettiva fir-rigward tal-għan tagħha li żżid l-effiċjenza, it-trasparenza u l-għażla tal-istrumenti ta’ pagament għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Madankollu, hemm limiti għall-effettività tal-PSD2 biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi, b’mod partikolari minħabba l-iżbilanċ persistenti bejn il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Pagament (PSPs) bankarji u dawk mhux bankarji li jirriżulta min-nuqqas ta’ aċċess dirett minn dawn tal-aħħar għal ċerti sistemi ta’ pagament ewlenin. Kien hemm suċċess imħallat fl-adozzjoni ta’ “servizzi bankarji miftuħa” (OB), billi għad fadal kwistjonijiet relatati mal-interfaċċi ta’ aċċess għad-data għall-fornituri ta’ servizzi ta’ OB, minkejja l-kostijiet ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-PSD2 dwar l-OB. Fir-rigward tal-objettiv tas-suq intern, filwaqt li l-forniment transfruntier ta’ servizzi ta’ pagament qed jiżdied, ħafna sistemi ta’ pagament (speċjalment is-sistemi tal-kards ta’ debitu) għadhom nazzjonali. It-tnaqqis antiċipat fil-kostijiet għan-negozjanti minn mezzi ta’ pagament ġodda u orħos ma mmaterjalizzax kompletament. B’mod ġenerali, l-evalwazzjoni tikkonkludi li, minkejja ċerti nuqqasijiet, il-qafas kurrenti tal-PSD2 ippermetta progress lejn l-objettivi tagħha, filwaqt li kien relattivament effiċjenti fir-rigward tal-kostijiet tiegħu u t-twassil tal-valur miżjud tal-UE.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Biex jiġi żgurat li l-proposta tal-Kummissjoni tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati interessati kollha, l-istrateġija ta’ konsultazzjoni għal din l-inizjattiva kienet tinkludi:

    konsultazzjoni pubblika miftuħa, miftuħa mill-10 ta’ Mejju 2022 sat-2 ta’ Awwissu 2022 21 ;

    konsultazzjoni mmirata (iżda xorta waħda pubblika u miftuħa), b’mistoqsijiet aktar dettaljati mill-konsultazzjoni pubblika, miftuħa mill-10 ta’ Mejju 2022 sal-5 ta’ Lulju 2022 22 ;

    sejħa għal evidenza, miftuħa mill-10 ta’ Mejju 2022 sat-2 ta’ Awwissu 2022 23 ;

    konsultazzjoni mmirata dwar id-DFS, miftuħa mit-12 ta’ Frar 2021 sas-7 ta’ Mejju 2021;

    konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fil-Grupp Espert tas-Suq tas-Sistemi ta’ Pagament tal-Kummissjoni;

    kuntatti ad hoc ma’ diversi partijiet ikkonċernati, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq dik tal-Kummissjoni;

    Konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar is-Settur Bankarju, il-Pagamenti u l-Assigurazzjoni.

    L-eżitu ta’ dawn il-konsultazzjonijiet huwa miġbur fil-qosor fl-Anness 2 tal-valutazzjoni tal-impatt li qiegħda takkumpanja din il-proposta.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Intużaw għadd ta’ inputs u sorsi ta’ għarfien espert fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva, inklużi dawn li ġejjin:

    evidenza pprovduta permezz tad-diversi konsultazzjonijiet elenkati hawn fuq u fuq bażi ad hoc mill-partijiet ikkonċernati.

    evidenza pprovduta mill-Awtorità Bankarja Ewropea fil-Parir tagħha 24 .

    studju mwettaq minn kuntrattur, Valdani Vicari & Associati Consulting, ippreżentat f’Settembru 2022, “A study on the application and impact of Directive (UE) 2015/2366 on Payment Services (PSD2) 25 .

    data miksuba minn operaturi privati tas-settur, pereżempju fil-qasam tas-servizzi bankarji miftuħa, u minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Dawn iż-żewġ proposti huma akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt, li ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fl-1 ta’ Marzu 2023. Fit-3 ta’ Marzu 2023, l-RSB ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi.

    Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li hemm erba’ problemi ewlenin fis-suq tal-pagamenti tal-UE, minkejja l-kisbiet tal-PSD2:

    il-konsumaturi jinsabu f’riskju ta’ frodi u ma għandhomx fiduċja fil-pagamenti;

    il-qafas tas-servizzi bankarji miftuħa jiffunzjona b’mod imperfett;

    is-superviżuri tal-UE għandhom setgħat u obbligi inkonsistenti;

    ma hemmx kundizzjonijiet ekwi bejn il-PSPs bankarji u dawk mhux bankarji.

    Il-konsegwenzi ta’ dawn il-problemi jinkludu dawn li ġejjin:

    l-utenti (b’mod partikolari l-konsumaturi, in-negozjanti u l-SMEs) għadhom esposti għar-riskju ta’ frodi;

    il-fornituri ta’ servizzi bankarji miftuħa jiffaċċjaw ostakli biex joffru servizzi ta’ OB bażiċi u jsibuha aktar diffiċli biex jinnovaw u jikkompetu ma’ atturi eżistenti bħall-iskemi tal-kards;

    il-PSPs jesperjenzaw inċertezza dwar l-obbligi tagħhom, u l-PSPs mhux bankarji qegħdin fi żvantaġġ kompetittiv vis-à-vis il-banek;

    hemm ineffiċjenzi ekonomiċi u kostijiet ogħla tal-operazzjonijiet kummerċjali, b’impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-UE;

    is-suq intern għall-pagamenti huwa frammentat, u sseħħ “għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni”.

    Hemm erba’ objettivi speċifiċi tal-inizjattiva, li jikkorrispondu għall-problemi identifikati:

    1. Issaħħaħ il-protezzjoni tal-utenti u l-fiduċja fil-pagamenti;

    2. Ittejjeb il-kompetittività tas-servizzi bankarji miftuħa;

    3. Ittejjeb l-infurzar u l-implimentazzjoni fl-Istati Membri;

    4. Ittejjeb l-aċċess (dirett jew indirett) għas-sistemi ta’ pagament u għall-kontijiet bankarji għall-PSPs mhux bankarji.

    Il-valutazzjoni tal-impatt tippreżenta pakkett ta’ għażliet preferuti, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi speċifiċi (il-lista ta’ hawn taħt tkopri kemm il-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament kif ukoll fid-Direttiva li takkumpanjah):

    Għall-objettiv speċifiku 1, titjib fl-applikazzjoni tal-SCA, bażi ġuridika għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-frodi u l-obbligu li l-klijenti jiġu edukati dwar il-frodi, l-estensjoni tal-verifika tal-IBAN għat-trasferimenti ta’ kreditu kollha, u dwar il-qalba kondizzjonali tar-responsabbiltà għal frodi fil-push payments awtorizzati; obbligu fuq il-PSPs li jtejbu l-aċċessibbiltà tal-SCA għall-utenti b’diżabilità, il-persuni akbar fl-età u persuni oħra li jiffaċċjaw sfidi rigward l-użu tal-SCA; miżuri biex tittejjeb id-disponibbiltà tal-flus; titjib fid-drittijiet u fl-informazzjoni tal-utenti.

    Għall-objettiv speċifiku 2, rekwiżit għall-PSPs li jġestixxu l-kont (ASPSPs) biex jistabbilixxu interfaċċa ddedikata għall-aċċess għad-data; “dashboards tal-permessi” biex l-utenti jkunu jistgħu jimmaniġġjaw il-permessi ta’ aċċess għas-servizzi bankarji miftuħa mogħtija lilhom; speċifikazzjonijiet aktar dettaljati tar-rekwiżiti minimi għall-interfaċċi tad-data tal-OB;

    Għall-objettiv speċifiku 3, is-sostituzzjoni tal-parti l-kbira tal-PSD2 b’Regolament direttament applikabbli li jiċċara aspetti tal-PSD2 li ma humiex ċari jew li huma ambigwi; it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-penali; l-integrazzjoni tar-reġimi ta’ liċenzjar għall-PIs u għall-EMIs.

    Għall-objettiv speċifiku 4, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-PI/EMI għal kont bankarju; l-għoti tal-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni diretta tal-PIs u tal-EMIs għas-sistemi kollha ta’ pagament, inklużi dawk maħtura mill-Istati Membri skont id-DFS, bi kjarifiki addizzjonali dwar il-proċeduri ta’ ammissjoni u ta’ valutazzjoni tar-riskju.

    Għadd ta’ għażliet ġew miċħuda fil-valutazzjoni tal-impatt minħabba kostijiet għoljin tal-implimentazzjoni u benefiċċji mhux ċerti. Il-kostijiet tal-għażliet magħżula huma prinċipalment kostijiet ta’ darba u jaqgħu l-aktar fuq l-ASPSPs (essenzjalment il-banek). Fis-servizzi bankarji miftuħa, il-kostijiet jiġu paċuti bl-iffrankar (bħat-tneħħija ta’ interfaċċa permanenti ta’ “riżerva” u tal-proċedura ta’ eżenzjoni tagħha) u bl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ proporzjonalità (derogi possibbli għal ASPSPs niċċa). Il-kost għall-Istati Membri ta’ infurzar u implimentazzjoni mtejba se jkun limitat. Il-kostijiet ta’ aċċess dirett għas-sistemi ta’ pagament ewlenin għall-PIs se jkunu limitati u jaqgħu fuq is-sistemi ta’ pagament inkwistjoni. Il-benefiċċji, min-naħa l-oħra, se jakkumulaw għal firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament (konsumaturi, negozji, negozjanti u amministrazzjonijiet pubbliċi) kif ukoll għall-PSPs infushom (speċjalment il-PSPs fintech mhux bankarji). Il-benefiċċji se jkunu rikorrenti, filwaqt li l-kostijiet se jkunu prinċipalment kostijiet ta’ aġġustament ta’ darba, u għalhekk il-benefiċċji kumulattivi għandhom jaqbżu l-kostijiet totali maż-żmien.

     Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Din l-inizjattiva ma hijiex inizjattiva tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT). Madankollu, bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni u rieżami, ġew imfittxa opportunitajiet għal simplifikazzjoni amministrattiva. Il-kjarifika tar-regoli dwar l-SCA u kjarifiki oħra, flimkien mat-tneħħija tad-diverġenzi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni nazzjonali ta’ Direttiva, se jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni.

    Drittijiet fundamentali

    Id-dritt fundamentali li huwa partikolarment ikkonċernat minn din l-inizjattiva huwa l-protezzjoni tad-data personali. Sa fejn l-ipproċessar tad-data personali jkun meħtieġ għall-konformità ma’ din l-inizjattiva, huwa jkun proporzjonat biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-pagamenti diġitali. Fil-kuntest ta’ din l-inizjattiva, l-ipproċessar tad-data personali jrid ikun konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), li japplika direttament għas-servizzi ta’ pagament kollha kkonċernati minn din il-proposta.

    Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “one in, one out”

    Din l-inizjattiva ma tinvolvix kostijiet amministrattivi għan-negozji jew għall-konsumaturi, peress li l-inizjattiva mhux se twassal għal xi sorveljanza jew superviżjoni akbar tal-PSPs, jew għal obbligi speċifiċi ġodda ta’ rapportar li ma humiex diġà inklużi fil-PSD2. Ma hemm ukoll l-ebda tariffa u imposta regolatorja li jirriżultaw mill-inizjattiva. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li din l-inizjattiva ma tiġġenerax kostijiet amministrattivi li jeħtieġu tpaċija skont il-prinċipju ta’ “one in one out”, għalkemm hija rilevanti għall-“one in one out” peress li toħloq kostijiet ta’ implimentazzjoni. Il-ġbir flimkien tar-reġim leġiżlattiv għall-Istituzzjonijiet tal-Flus Elettroniċi u dak għall-Istituzzjonijiet ta’ Pagament se jnaqqas il-kostijiet amministrattivi, pereżempju billi jitneħħa r-rekwiżit li tinkiseb liċenzja ġdida f’ċerti ċirkostanzi.

     Il-klima u s-sostenibbiltà

    Ma ġiet identifikata l-ebda implikazzjoni negattiva ta’ din l-inizjattiva għall-klima. L-inizjattiva se tikkontribwixxi għall-mira 8.2 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU: “Biex jintlaħqu livelli ogħla ta’ produttività ekonomika permezz tad-diversifikazzjoni, l-aġġornament teknoloġiku u l-innovazzjoni, inkluż permezz ta’ fokus fuq setturi b’valur miżjud għoli u b’intensità għolja ta’ xogħol”.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE.

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    L-inizjattiva se tipprevedi rieżami li għandu jitlesta 5 snin wara d-data tal-applikazzjoni. Ir-rieżami jrid jagħti attenzjoni partikolari lid-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli tas-servizzi bankarji miftuħa, it-tariffi u l-imposti għas-servizzi ta’ pagament, u r-regoli dwar ir-responsabbiltà u r-rimedju għal tranżazzjonijiet frodulenti.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

    Il-proposta tistabbilixxi regoli applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament relatati mal-pagamenti. Hija ma tbiddilx il-lista ta’ servizzi ta’ pagament stabbilita fil-PSD2. Il-lista ta’ esklużjonijiet fil-biċċa l-kbira ma nbidlitx. Hemm lista ta’ definizzjonijiet, estiża mil-lista fil-PSD2 u li fiha aktar termini u kjarifiki ta’ ċerti termini. Huma introdotti definizzjonijiet ta’ Tranżazzjonijiet Mibdija min-Negozjant (MITs) u ta’ Ordnijiet bil-Posta jew Ordnijiet bit-Telefon (MOTOs). Id-definizzjoni ta’ “tranżazzjoni ta’ pagament mill-bogħod” skont il-PSD2 ġiet razzjonalizzata biex tippermetti delineazzjoni aktar ċara ta’ “bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament” u “bidu mill-bogħod ta’ tranżazzjoni ta’ pagament”.

    Sistemi ta’ pagament u aċċess għal kontijiet miżmuma ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Fir-rigward tal-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament, ir-rekwiżit li jkun hemm regoli u proċeduri ta’ aċċess li jkunu proporzjonati, oġġettivi u mhux diskriminatorji huwa estiż ukoll għas-sistemi ta’ pagament magħżula minn Stat Membru skont id-Direttiva 98/26 (id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu 26 ). L-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament huma meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskji rilevanti meta jikkunsidraw applikazzjoni għall-parteċipazzjoni minn PSP. Deċiżjoni dwar applikazzjoni trid tiġi pprovduta bil-miktub u huwa stabbilit dritt ta’ appell. Iridu jinħatru awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri f’każijiet fejn ma tkun teżisti l-ebda sorveljanza mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali; fejn ikun hemm sorveljanza tas-SEBĊ, dik tista’ tintuża biex jiġu indirizzati l-insuffiċjenzi fir-regoli u l-proċeduri ta’ ammissjoni tas-sistemi ta’ pagament.

    Ir-regoli dwar l-aċċess (ftuħ u għeluq) minn PI għal kont ma’ istituzzjoni ta’ kreditu huma msaħħa meta mqabbla mal-PSD2. L-applikanti għal liċenzja bħala PI (minħabba l-importanza li jkollhom kont bankarju biex jiksbu l-liċenzja tagħhom) huma koperti wkoll, kif ukoll l-aġenti u d-distributuri tal-PI. Kwalunkwe rifjut jew irtirar tal-aċċess irid ikun ibbażat fuq raġunijiet serji, pereżempju suspett raġonevoli ta’ attività illegali jew riskju għall-istituzzjoni ta’ kreditu. Ir-raġunijiet għar-rifjut jew għall-irtirar tal-aċċess iridu jiġu pprovduti bil-miktub u jkunu mmotivati fid-dettall fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tal-PI inkwistjoni.

    Trasparenza tal-kundizzjonijiet u rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament

    Fir-rigward tad-deroga mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-għażla għall-Istati Membri li jaġġustaw l-ammonti ta’ limitu tal-infiq hija mħassra.

    Biex tiġi żgurata l-konsistenza interna, l-obbligu li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jiġi infurmat dwar proċeduri Alternattivi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim f’kuntratti qafas huwa estiż għal tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi.

    Hija inkluża kjarifika biex jiġi żgurat li l-PSPs idaħħlu fid-dikjarazzjonijiet tal-kont ta’ pagament l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifikaw mingħajr ambigwità lill-benefiċjarju, inkluża referenza għall-isem kummerċjali tal-benefiċjarju.

    Hija inkluża kjarifika biex jiġi żgurat li fejn is-servizzi ta’ pagament jiġu offruti b’mod konġunt ma’ servizzi tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u pprovduti mill-PSP jew minn parti terza li jkunu ssieħbu magħha, tali servizzi tekniċi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-kuntratt qafas dwar it-tariffi tat-terminazzjoni.

    Huma introdotti rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għall-ġbid domestiku minn ATM għal xenarji differenti.

    Fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ kreditu u rimessi ta’ flus mill-UE lejn pajjiż mhux tal-UE, huwa introdott obbligu għall-PSPs biex jipprovdu lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament biż-żmien stmat biex il-fondi jiġu riċevuti mill-PSPs tal-benefiċjarju li jinsab barra mill-UE. Biex tinkiseb komparabbiltà aħjar, l-imposti stmati tal-kambju tal-munita ta’ tali tranżazzjonijiet internazzjonali jridu jiġu espressi bl-istess mod bħal dawk għat-trasferimenti ta’ kreditu fl-UE, jiġifieri bħala żieda perċentwali fuq l-aħħar rati ta’ referenza tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-BĊE.

    Drittijiet u obbligi fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ pagament

    Dispożizzjonijiet komuni

    Skont il-PSD2, il-projbizzjoni tas-sovraintaxxar, li tkopri s-servizzi ta’ pagament li għalihom japplika r-Regolament dwar it-Tariffi tal-Interkambju 27 , hija limitata skont il-PSD2 għat-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti denominati f’euro, u mhux f’muniti oħra tal-UE. Huma introdotti bidliet biex tiġi estiża l-projbizzjoni tas-sovraintaxxar għat-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti fil-muniti kollha tal-UE.

    Ir-regoli għat-tranżazzjonijiet mibdija min-negozjanti (MITs) u d-debiti diretti huma allinjati, bl-applikazzjoni tal-istess miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur, bħar-rimborżi, mad-debiti diretti u l-MITs peress li t-tnejn huma tranżazzjonijiet mibdija mill-benefiċjarju.

    Servizzi bankarji miftuħa (servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u servizzi ta’ bidu ta’ pagament)

    Id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi bankarji miftuħa fihom għadd ta’ modifiki meta mqabbla mal-PSD2, u jinkorporaw ċerti dispożizzjonijiet li bħalissa jinsabu fi Standard Tekniku Regolatorju 28 . Il-bidliet ewlenin jinkludu l-impożizzjoni, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ta’ interfaċċa ddedikata għall-aċċess għal data bankarja miftuħa u t-tneħħija, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali awtorizzati, tar-rekwiżit fuq il-PSPs li jġestixxu l-kont biex iżommu b’mod permanenti interfaċċa ta’ “riżerva”. Huma introdotti rekwiżiti addizzjonali fuq l-interfaċċi ddedikati fir-rigward tal-prestazzjoni u l-funzjonalitajiet. Biex l-utenti ta’ servizzi bankarji miftuħa jkunu jistgħu jimmaniġġjaw il-permessi tas-servizzi bankarji miftuħa tagħhom b’mod konvenjenti, l-ASPSPs huma meħtieġa joffrulhom “dashboard” li jippermetti l-irtirar tal-aċċess għad-data minn kwalunkwe fornitur ta’ servizzi bankarji miftuħa partikolari.

    Ma kien hemm l-ebda domanda sinifikanti tas-suq għas-servizz speċifiku ta’ konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi, li kien kopert mill-Artikolu 65 tal-PSD2 bħala servizz bankarju miftuħ flimkien mas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u s-servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Ftit ħafna biss ta’ mudelli ta’ negozju, jekk kien hemm, ġew żviluppati abbażi ta’ dan is-servizz, peress li s-suq jibbaża fuq l-użu tal-AIS bħala alternattiva għall-verifika tad-disponibbiltà tal-fondi. Din id-dispożizzjoni għalhekk tneħħiet bħala servizz bankarju miftuħ awtonomu.

    Awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    Il-PSP tal-benefiċjarju huwa meħtieġ li jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, fuq talba, b’servizz li jivverifika li l-identifikatur uniku tal-benefiċjarju jaqbel mal-isem tal-benefiċjarju kif ipprovdut mill-pagatur u jinnotifika lill-PSP tal-pagatur bi kwalunkwe diskrepanza misjuba. Fejn dawn ma jaqblux, il-PSP tal-pagatur għandu jinnotifika lill-pagatur bi kwalunkwe diskrepanza bħal din u l-grad misjub tagħha. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar pagamenti istantanji li temenda r-Regolament dwar is-SEPA 29 , li bħalissa qed tiġi diskussa mill-koleġiżlaturi, tipproponi dispożizzjoni simili relatata mad-diskrepanzi bejn l-isem u l-identifikatur uniku ta’ benefiċjarju għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji denominati f’euro. Biex jinkiseb qafas koerenti għat-trasferimenti kollha ta’ kreditu, id-dispożizzjoni f’din il-proposta tapplika għat-trasferimenti ta’ kreditu li ma humiex trasferimenti ta’ kreditu istantanji fil-muniti kollha tal-Unjoni u trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’muniti li ma humiex f’euro. In-notifika trid tingħata qabel ma l-pagatur jiffinalizza l-ordni ta’ pagament u qabel ma l-PSP jeżegwixxi t-trasferiment ta’ kreditu. L-utent jibqa’ liberu li jiddeċiedi jekk jissottomettix l-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu fil-każijiet kollha.

    Fir-rigward tad-dispożizzjoni dwar il-limiti għall-użu ta’ strument ta’ pagament, huwa ċċarat li l-PSPs ma jridux iżidu b’mod unilaterali l-limiti ta’ nfiq maqbula mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom.

    Fid-dispożizzjoni relatata mar-responsabbiltà tal-PSP għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati, hija miżjuda kjarifika li raġunijiet raġonevoli biss għas-suspett ta’ frodi mill-pagatur jistgħu jwasslu għal rifjut ta’ rimborż mill-PSP. F’każ bħal dan, il-PSP irid jipprovdi ġustifikazzjoni għar-rifjut tar-rimborż u jindika l-korpi li lilhom il-pagatur jista’ jirreferi l-kwistjoni.

    Il-PSP tal-pagatur għandu jinżamm responsabbli għall-ammont sħiħ tat-trasferiment ta’ kreditu f’każijiet fejn dak il-PSP ikun naqas milli jinnotifika lill-pagatur b’diskrepanza misjuba bejn l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur. PSP jitqies li jkun responsabbli meta konsumatur ikun ġie mmanipulat biex jawtorizza tranżazzjoni ta’ pagament minn parti terza li tagħmel tabirruħha li tkun impjegat tal-PSP tal-konsumatur billi tuża gideb jew qerq. Huwa introdott obbligu għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jikkooperaw mal-PSPs , bil-għan li jiġi evitat tali frodi.

    Fejn ir-responsabbiltà tkun attribwibbli lill-PSP tal-benefiċjarju, dan tal-aħħar għandu jirrifondi d-dannu finanzjarju mġarrab mill-PSP tal-pagatur. Id-dispożizzjonijiet dwar in-notifika u r-rettifika ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati jew eżegwiti b’mod mhux korrett, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u d-dritt ta’ rikors huma aġġornati sabiex jirriflettu d-dispożizzjoni l-ġdida dwar ir-responsabbiltà għall-applikazzjoni mhux korretta tas-servizz ta’ verifika tal-konkordanza.

    Huma inklużi dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-responsabbiltà għall-fornituri ta’ servizzi tekniċi u għall-operaturi ta’ skemi ta’ pagament għan-nuqqas ta’ appoġġ għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, minħabba li l-evalwazzjoni tal-PSD2 żvelat li kien hemm problemi dwar l-implimentazzjoni tal-SCA li kienu marbuta mar-rwoli li kellhom dawn il-partijiet ikkonċernati fl-introduzzjoni tal-SCA, li saħansitra kkontribwew għall-posponiment tal-applikazzjoni tal-SCA mill-2018 għall-2020.

    Hija miżjuda kjarifika li l-pagatur ma għandu jġorr l-ebda telf finanzjarju meta il-PSP tal-pagatur jew il-benefiċjarju japplika eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn l-ammont tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf minn qabel u l-fondi jiġu imblukkati fuq strument ta’ pagament, huwa introdott obbligu legali għall-benefiċjarju li jinforma lill-PSP bl-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament immedjatament wara l-konsenja tas-servizz jew tal-oġġetti lill-pagatur, kif ukoll rekwiżit li l-ammont tal-fondi imblukkati jrid ikun proporzjonat mal-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament futura li jista’ jkun raġonevolment mistenni fil-ħin tal-imblukkar tal-fondi.

    Eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    F’każijiet fejn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jipprovdi identifikatur uniku mhux korrett ta’ benefiċjarju, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jinżamm responsabbli għall-ammont tat-tranżazzjoni.

    Protezzjoni tad-data

    Hija inkluża dispożizzjoni ġdida biex tiddefinixxi b’mod espliċitu interess pubbliku sostanzjali li għalih jista’ jkun meħtieġ l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament propost.

    Riskji operazzjonali u ta’ sigurtà u awtentikazzjoni

    Hija miżjuda dispożizzjoni ġdida li tirrikjedi li l-PSPs ikollhom fis-seħħ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet biex jipprevedu l-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u biex itejbu l-prevenzjoni u s-sejbien ta’ tranżazzjonijiet frodulenti. Din id-dispożizzjoni żżid iċ-ċarezza għall-kunċett ta’ “inerenza”, billi tispjega li tali mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet iridu jkunu bbażati fuq l-analiżi tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament, b’kont meħud tal-elementi li huma tipiċi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fiċ-ċirkostanzi ta’ użu normali tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, inklużi karatteristiċi ambjentali u ta’ mġiba bħal dawk relatati mal-post tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, il-ħin tat-tranżazzjoni, l-apparat li jkun qed jintuża, id-drawwiet tal-infiq, il-ħanut online fejn isir ix-xiri.

    Għall-finijiet tal-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet, żdiedu dispożizzjonijiet li jippermettu lill-PSPs jiskambjaw, fuq bażi volontarja, data personali bħal identifikaturi uniċi ta’ benefiċjarju soġġett għal arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni. Dawn l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jridu jiddefinixxu d-dettalji għall-parteċipazzjoni u dwar l-elementi operazzjonali, inkluż l-użu ta’ pjattaformi tal-IT iddedikati. Qabel ma jikkonkludu tali arranġamenti, il-PSPs iridu jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u, fejn ikun meħtieġ, iwettqu konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

    Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ SCA fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija min-negozjanti (MITs), huwa ċċarat li hemm il-ħtieġa li tiġi applikata awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur fl-istabbiliment tal-mandat, iżda mingħajr l-ebda ħtieġa li tiġi applikata għall-MITs sussegwenti. Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ SCA fil-każ ta’ ordnijiet bil-posta u ordnijiet bit-telefon (MOTOs), huwa ċċarat li l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament biss jeħtieġ li jkun mhux diġitali sabiex dik it-tranżazzjoni ma tkunx koperta mill-obbligi ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur. Madankollu, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq ordnijiet ta’ pagament fuq karta, ordnijiet bil-posta jew ordnijiet bit-telefon magħmula mill-pagatur għandhom ikunu soġġetti għal standards u kontrolli tas-sigurtà mill-PSP tal-pagatur li jippermettu l-awtentikazzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni abbużiva tar-rekwiżiti ta’ awtentikazzjoni qawwija. Barra minn hekk, l-ambitu tal-eżenzjoni mill-SCA tnaqqas fil-każijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament li għalihom l-ordnijiet ta’ pagament isiru mill-benefiċjarju abbażi ta’ mandat mogħti mill-pagatur (debiti diretti), filwaqt li ġie introdott obbligu li tkun meħtieġa SCA f’każijiet fejn mandat isir permezz ta’ kanal remot bl-involviment dirett ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    L-SCA hija meħtieġa biss għal servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet fl-okkażjoni tal-ewwel aċċess għad-data; madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet iridu jirrikjedu SCA meta l-klijenti tagħhom jaċċessaw data aggregata dwar il-kontijiet fid-dominju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, mill-anqas kull 180 jum.

    Żdiedu dispożizzjonijiet biex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-SCA, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-klijenti kollha, inklużi l-persuni b’diżabilità, il-persuni akbar fl-età, il-persuni b’ħiliet diġitali baxxi u dawk li ma għandhomx aċċess għal kanali diġitali jew smartphone, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mill-anqas mezz wieħed li jippermettilhom iwettqu awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    Fir-rigward tar-rekwiżit għal “pagamenti mill-bogħod” biex il-PSPs japplikaw SCA li tinkludi elementi li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u benefiċjarju speċifiku, huwa ċċarat li dan l-obbligu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament elettroniċi li għalihom ordni ta’ pagament issir permezz ta’ apparat ta’ pagatur bl-użu ta’ teknoloġija ta’ prossimità għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-infrastruttura tal-benefiċjarju, u li għalihom it-twettiq ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur jirrikjedi l-użu tal-internet fuq l-apparat tal-pagatur.

    Hemm dispożizzjoni li tirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi tekniċi jidħlu fi ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni f’każijiet fejn dawn tal-aħħar jipprovdu u jivverifikaw l-elementi ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    Setgħat ta’ intervent fil-prodotti tal-Awtorità Bankarja Ewropea

    Din il-proposta tagħti lill-EBA setgħat ta’ intervent fil-prodotti f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament 1093/2010/UE. Dan jippermetti lill-EBA, abbażi ta’ xi kriterji, li tipprojbixxi temporanjament il-bejgħ ta’ ċerti prodotti ta’ pagament li jippreżentaw ċerti riskji.

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Huma previsti setgħat għall-istandards tekniċi regolatorji (RTSs) imħejjija mill-EBA, inklużi l-RTSs eżistenti, u f’ċerti każijiet, l-RTSs il-ġodda. L-EBA tista’ temenda l-RTSs eżistenti iżda jekk ma tagħmilx dan, dawn jibqgħu fis-seħħ.

    Ir-Regolament propost se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali u jibda japplika 18-il xahar wara 30 . Hija annessa tabella ta’ korrelazzjoni tal-Artikoli fir-rigward tal-Artikoli korrispondenti tal-PSD2 u tal-EMD2.

    2023/0210 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 31 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 32 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll 33 , is-suq tas-servizzi ta’ pagament bl-imnut għadda minn bidliet sinifikanti fil-biċċa l-kbira relatati mal-użu dejjem akbar ta’ kards u mezzi diġitali ta’ pagament, it-tnaqqis fl-użu tal-flus kontanti u l-preżenza dejjem tikber ta’ atturi u servizzi ġodda, inklużi l-portafolji diġitali u l-pagamenti mingħajr kuntatt. Il-pandemija tal-Covid-19 u t-trasformazzjonijiet li ġabet magħha għall-konsum u għall-prattiki ta’ pagament żiedu l-importanza li jkun hemm pagamenti siguri u effiċjenti.

    (2)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut għall-UE 34 ħabbret it-tnedija ta’ rieżami komprensiv tal-applikazzjoni u tal-impatt tad-Direttiva (UE) 2015/2366 “li għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali ta’ jekk għadhiex tajba għall-iskop tagħha, b’kont meħud tal-iżviluppi tas-suq”.

    (3)Id-Direttiva (UE) 2015/2366 kellha l-għan li tindirizza l-ostakli għal tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament u li ttejjeb il-livell ta’ protezzjoni u sigurtà tal-konsumatur. L-evalwazzjoni tal-impatt u tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 mill-Kummissjoni sabet li d-Direttiva (UE) 2015/2366 kienet fil-biċċa l-kbira ta’ suċċess fir-rigward ta’ ħafna mill-objettivi tagħha, iżda identifikat ukoll ċerti oqsma fejn l-objettivi ta’ dik id-Direttiva ma ntlaħqux b’mod sħiħ. Pereżempju, l-evalwazzjoni identifikat iż-żieda f’tipi ġodda ta’ frodi bħala kwistjoni ta’ tħassib fir-rigward tal-objettivi tal-protezzjoni tal-konsumatur. Ġew identifikati wkoll nuqqasijiet fir-rigward tal-objettiv li tittejjeb il-kompetizzjoni fis-suq bis-saħħa tal-hekk imsejħa “servizzi bankarji miftuħa” (servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u servizzi ta’ bidu ta’ pagament) billi jitnaqqsu l-ostakli tas-suq li jiffaċċjaw fornituri terzi. Il-progress lejn l-objettiv li jittejjeb il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament transfruntiera kien limitat ukoll, l-aktar minħabba l-inkonsistenzi fil-prattiki superviżorji u l-infurzar madwar l-Unjoni. L-evalwazzjoni identifikat ukoll fatturi li jxekklu l-progress fir-rigward tal-objettiv li jiġu livellati l-kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament.

    (4)L-evalwazzjoni identifikat ukoll problemi rigward l-implimentazzjoni u l-infurzar diverġenti tad-Direttiva (UE) 2015/2366 li għandhom impatt dirett fuq il-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, billi joħolqu kundizzjonijiet regolatorji differenti fi Stati Membri differenti, filwaqt li jinkoraġġixxu l-arbitraġġ regolatorju. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda lok għal “għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni” fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jagħżlu, bħala “pajjiż ta’ oriġini”, dawk l-Istati Membri fejn l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ pagament tkun aktar vantaġġuża għalihom u jipprovdu servizzi transfruntiera fi Stati Membri oħra li japplikaw interpretazzjoni aktar stretta tar-regoli jew japplikaw politiki ta’ infurzar aktar attivi għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament stabbiliti hemmhekk. Dik il-prattika tfixkel il-kompetizzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ pagament jiġu armonizzati aktar, billi r-regoli li jirregolaw it-twettiq tal-attività tas-servizzi ta’ pagament, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti, jiġu inkorporati f’Regolament. Tali regoli, esklużi r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, li jenħtieġ li jibqgħu f’Direttiva, jenħtieġ li jiġu ċċarati u jkunu aktar dettaljati, u b’hekk jiġi minimizzat il-marġni ta’ interpretazzjoni.

    (5)Minkejja li l-ħruġ ta’ flus elettroniċi huwa rregolat skont id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , l-użu ta’ flus elettroniċi biex jiġu ffinanzjati tranżazzjonijiet ta’ pagament huwa fil-biċċa l-kbira rregolat mid-Direttiva (UE) 2015/2366. Konsegwentement, il-qafas legali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar it-twettiq tan-negozju, diġà huwa sostanzjalment allinjat. Biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ koerenza esterna u minħabba l-fatt li s-servizzi ta’ flus elettroniċi u s-servizzi ta’ pagament qed isiru dejjem aktar diffiċli biex jiġu distinti, l-oqfsa leġiżlattivi li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u l-istituzzjonijiet ta’ pagament jenħtieġ li jitqarrbu aktar lejn xulxin. Madankollu, ir-rekwiżiti tal-liċenzjar, b’mod partikolari l-kapital inizjali u l-fondi proprji, u xi kunċetti bażiċi ewlenin li jirregolaw in-negozju tal-flus elettroniċi bħall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, id-distribuzzjoni tal-flus elettroniċi u r-rimborżabbiltà, huma distinti mis-servizzi pprovduti mill-istituzzjonijiet ta’ pagament. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-ispeċifiċitajiet jiġu ppreservati meta jiġu amalgamati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u tad-Direttiva 2009/110/KE. Peress li d-Direttiva 2009/110/KE hija mħassra bid-Direttiva (UE) XXXX [PSD3], ir-regoli tagħha, ħlief għar-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni, li ġew inkorporati fid-Direttiva (UE) XXX [PSD3], jenħtieġ li jiddaħħlu f’qafas unifikat skont dan ir-Regolament, b’aġġustamenti xierqa.

    (6)Biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u ambitu ċar tar-regoli applikabbli għat-twettiq tan-negozju tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li huma soġġetti għall-obbligi li jikkonċernaw it-twettiq tan-negozju tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi fl-Unjoni kollha.

    (7)Hemm diversi kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jieħdu depożiti mingħand l-utenti li jistgħu jintużaw biex jeżegwixxu tranżazzjonijiet ta’ pagament. Huma awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 . L-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jiħdux depożiti. Huma jistgħu jżommu fondi tal-utenti u joħorġu flus elettroniċi li jistgħu jintużaw biex jeżegwixxu tranżazzjonijiet ta’ pagament. Dawn huma awtorizzati skont id-Direttiva (UE) XXX [PSD3]. L-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali li huma intitolati jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali jistgħu jipprovdu wkoll servizzi ta’ flus elettroniċi u ta’ pagament. Kategoriji oħra ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jinkludu l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jaġixxux fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra, u l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta ma jaġixxux fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi.

    (8)Huwa xieraq li s-servizz li jippermetti l-ġbid ta’ flus minn kont ta’ pagament jiġi separat mill-attività ta’ ġestjoni ta’ kont ta’ pagament, peress li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ġbid ta’ flus ma jistgħux iġestixxu kontijiet ta’ pagament. Is-servizzi tal-ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament u tal-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, li ġew elenkati flimkien fil-punt 5 tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2015/2366 daqslikieku wieħed ma setax jiġi offrut mingħajr l-ieħor, jenħtieġ li jiġu ppreżentati bħala żewġ servizzi ta’ pagament differenti. L-elenkar separatament tas-servizzi ta’ ħruġ u ta’ akkwist, flimkien ma’ definizzjonijiet distinti ta’ kull servizz, jenħtieġ li jiċċara li s-servizzi ta’ ħruġ u ta’ akkwist jistgħu jiġu offruti separatament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

    (9)L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 ta’ ċerti kategoriji ta’ operaturi ta’ kaxxieri awtomatiċi (ATM) kienet diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Għalhekk, il-kategorija ta’ operaturi ta’ ATM li ġew esklużi mir-rekwiżit li jkunu awtorizzati bħala fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 jenħtieġ li tiġi sostitwita b’kategorija ġdida ta’ operaturi ta’ ATM li ma jġestux kontijiet ta’ pagament. Filwaqt li dawk l-operaturi ma humiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva (UE) XXX [PSD3], madankollu huma jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti dwar it-trasparenza tat-tariffi f’sitwazzjonijiet fejn tali operaturi ta’ ATM jimponu imposti għall-ġbid ta’ flus kontanti.

    (10)Biex ikompli jittejjeb l-aċċess għall-flus, li hija prijorità tal-Kummissjoni, in-negozjanti jenħtieġ li jkunu jistgħu joffru, fi ħwienet fiżiċi, servizzi ta’ forniment ta’ flus anke fin-nuqqas ta’ xiri minn klijent, mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ikunu aġent ta’ istituzzjoni ta’ pagament. Dawk is-servizzi ta’ forniment ta’ flus jenħtieġ, madankollu, li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ divulgazzjoni tat-tariffi mitluba lill-klijent, jekk ikun hemm. Dawn is-servizzi jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-bejjiegħa bl-imnut fuq bażi volontarja u jenħtieġ li jkunu jiddependu fuq id-disponibbiltà ta’ flus kontanti mill-bejjiegħ bl-imnut.

    (11)L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-pagatur lill-benefiċjarju permezz ta’ aġent kummerċjali li jaġixxi f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju ġiet applikata b’mod differenti ħafna fl-Istati Membri. Il-kunċett ta’ aġenti kummerċjali huwa tipikament definit fid-dritt ċivili nazzjonali, li jista’ jvarja minn Stat Membru għall-ieħor, u jwassal għal trattament inkonsistenti tal-istess servizzi f’ġuriżdizzjonijiet differenti. Il-kunċett ta’ aġenti kummerċjali taħt dik l-esklużjoni jenħtieġ għalhekk li jiġi armonizzat u ċċarat billi ssir referenza għad-definizzjoni ta’ aġenti kummerċjali kif stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE 37 . Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta aktar ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li bihom it-tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-pagatur lill-benefiċjarju permezz ta’ aġenti kummerċjali jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan jinkiseb billi jkun meħtieġ li l-aġenti jiġu awtorizzati permezz ta’ ftehim jew mal-pagatur jew mal-benefiċjarju biex jinnegozjaw jew jikkonkludu l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi f’isem il-pagatur biss jew il-benefiċjarju biss, iżda mhux it-tnejn li huma, irrispettivament minn jekk l-aġent kummerċjali jkunx fil-pussess tal-fondi tal-klijent jew le. Il-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku li jaġixxu bħala aġenti kummerċjali f’isem kemm xerrejja individwali kif ukoll bejjiegħa mingħajr xerrejja jew bejjiegħa li jkollhom xi marġni jew awtonomija reali biex jinnegozjaw jew jikkonkludu l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi jenħtieġ li ma jiġux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida dwar l-esklużjoni għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-pagatur lill-benefiċjarju permezz ta’ aġent kummerċjali biex tipprovdi aktar ċarezza u konverġenza fost l-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-linji gwida jistgħu jinkludu repożitorju tal-każijiet ta’ użu tipikament koperti mill-esklużjoni tal-aġenti kummerċjali.

    (12)L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 relatata ma’ strumenti għal skop speċifiku ġiet applikata b’mod differenti fl-Istati Membri, għalkemm il-fornituri ta’ servizzi li l-istrumenti tagħhom kienu koperti minn dik l-esklużjoni kienu meħtieġa jinnotifikaw l-attività tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti. L-EBA pprovdiet aktar gwida fil-“Linji gwida dwar l-esklużjoni tan-network limitat skont il-PSD2” tagħha tal-24 ta’ Frar 2022 38 . Minkejja dawn it-tentattivi biex tiġi ċċarata l-applikazzjoni tal-esklużjoni relatata ma’ strumenti għal skop speċifiku, għad hemm fornituri ta’ servizzi li jipprovdu servizzi li jinvolvu volumi sostanzjali ta’ pagamenti u varjetà ta’ prodotti offruti lil għadd kbir ta’ klijenti li jfittxu li jagħmlu użu minn dik l-esklużjoni. F’dawn il-każijiet, il-konsumaturi ma jibbenefikawx mis-salvagwardji meħtieġa u s-servizzi jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-esklużjoni għall-istrumenti għal skop speċifiku. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li jenħtieġ li ma jkunx possibbli li jintuża l-istess strument għal skop speċifiku biex isiru tranżazzjonijiet ta’ pagament għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi f’aktar minn network limitat wieħed jew biex tinkiseb firxa illimitata ta’ oġġetti u servizzi.

    (13)Biex jiġi vvalutat jekk network limitat jenħtieġx li jiġi eskluż mill-ambitu, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ġeografika tal-punti ta’ aċċettazzjoni ta’ tali network kif ukoll l-għadd ta’ punti ta’ aċċettazzjoni. L-istrumenti għal skop speċifiku jenħtieġ li jippermettu lid-detentur jakkwista oġġetti jew servizzi biss fil-bini fiżiku tal-emittent, filwaqt li jenħtieġ li l-użu f’ambjent ta’ ħanut online ma jkunx kopert mill-kunċett ta’ bini tal-emittent. L-istrumenti għal skop speċifiku jenħtieġ li jinkludu, skont ir-reġim kuntrattwali rispettiv, kards li jistgħu jintużaw biss f’katina partikolari ta’ ħwienet jew f’ċentru kummerċjali partikolari, kards tal-fjuwil, kards tas-sħubija, kards tat-trasport pubbliku, biljetti tal-parkeġġ, vawċers għal ikliet jew vawċers għal servizzi speċifiċi, li jistgħu jkunu soġġetti għal qafas legali speċifiku tat-taxxa jew tax-xogħol imfassal biex jippromwovi l-użu ta’ tali strumenti biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni soċjali, bħal vawċers għall-indukrar tat-tfal jew vawċers ekoloġiċi. L-istrumenti għal skop speċifiku jenħtieġ li jinkludu wkoll strumenti bbażati fuq il-flus elettroniċi ladarba jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din l-esklużjoni. L-istrumenti ta’ pagament li jistgħu jintużaw għax-xiri minn ħwienet ta’ negozjanti elenkati jenħtieġ li ma jiġux esklużi, peress li tali strumenti huma tipikament imfassla għal network ta’ fornituri ta’ servizzi li qed jikber kontinwament.

    (14)L-esklużjoni relatata ma’ ċerti tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni jenħtieġ li tiffoka speċifikament fuq il-mikropagamenti għall-kontenut diġitali u s-servizzi bbażati fuq il-vuċi. Jenħtieġ li tinżamm referenza ċara għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament għax-xiri ta’ biljetti elettroniċi sabiex il-klijenti xorta jkunu jistgħu jordnaw, iħallsu għal, jiksbu u jivvalidaw biljetti elettroniċi faċilment minn kwalunkwe post u fi kwalunkwe ħin bl-użu ta’ telefons ċellulari jew apparat ieħor. Il-biljetti elettroniċi jippermettu u jiffaċilitaw il-forniment ta’ servizzi li l-konsumaturi jistgħu inkella jixtru f’forma ta’ biljett stampat u jinkludu t-trasport, id-divertiment, il-parkeġġ tal-karozzi u d-dħul f’postijiet, iżda jeskludu oġġetti fiżiċi. It-tranżazzjonijiet ta’ pagament minn fornitur speċifikat ta’ networks ta’ komunikazzjoni elettronika mwettqa minn jew permezz ta’ apparat elettroniku u ddebitati fuq il-kont relatat biex jinġabru donazzjonijiet ta’ karità jenħtieġ li jiġu esklużi wkoll. Dan jenħtieġ li japplika biss fejn il-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ikun taħt limitu speċifikat.

    (15)Iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) iffaċilitat il-ħolqien ta’ “fabbriki tal-pagament” u “fabbriki tal-ġbir” madwar l-Unjoni, li jippermettu ċ-ċentralizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-istess grupp. F’dak ir-rigward, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament bejn impriża omm u s-sussidjarja tagħha jew bejn sussidjarji tal-istess impriża omm li jiġu pprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jappartjeni għall-istess grupp jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-ġbir ta’ ordnijiet ta’ pagament f’isem grupp minn impriża omm jew is-sussidjarja tagħha għal trażmissjoni suċċessiva lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li ma jitqiesx bħala servizz ta’ pagament.

    (16)Il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament jeħtieġ l-appoġġ ta’ servizzi tekniċi. Dawk is-servizzi tekniċi jinkludu l-ipproċessar u l-ħżin tad-data, is-servizzi ta’ gateway ta’ pagament, is-servizzi ta’ protezzjoni tal-fiduċja u tal-privatezza, l-awtentikazzjoni tad-data u tal-entità, il-forniment ta’ network tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) u tal-komunikazzjoni, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ interfaċċi li jiffaċċjaw il-konsumatur użati għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti, inklużi t-terminals u l-apparati użati għas-servizzi ta’ pagament. Is-servizzi ta’ bidu ta’ pagament u s-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma humiex servizzi tekniċi.

    (17)Is-servizzi tekniċi ma jikkostitwux servizzi ta’ pagament bħala tali peress li l-fornituri ta’ servizzi tekniċi fl-ebda ħin ma jidħlu fil-pussess tal-fondi li għandhom jiġu ttrasferiti. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ servizzi ta’ pagament. Madankollu, dawk is-servizzi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ċerti rekwiżiti, bħal dawk dwar ir-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ appoġġ għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, jew ir-rekwiżit li jidħlu fi ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament f’każ li l-fornituri ta’ servizzi tekniċi għandhom jipprovdu u jivverifikaw l-elementi ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur. Jenħtieġ li jkun hemm ukoll rekwiżiti li jirregolaw it-tariffi tat-terminazzjoni ta’ kuntratti qafas fejn is-servizzi ta’ pagament jiġu offruti b’mod konġunt mas-servizzi tekniċi.

    (18)B’kont meħud tal-evoluzzjoni rapida tas-suq tal-pagamenti bl-imnut u l-ħolqien ta’ servizzi ta’ pagament u soluzzjonijiet ta’ pagament ġodda, huwa xieraq li xi wħud mid-definizzjonijiet skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 jiġu adattati għar-realtajiet tas-suq sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tibqa’ adattata għall-iskop u newtrali fir-rigward tat-teknoloġija.

    (19)Il-kjarifika tal-proċess u d-diversi passi li għandhom jiġu segwiti għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament hija ta’ importanza sinifikanti għad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fi tranżazzjoni ta’ pagament u għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur. Il-proċess li jwassal għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jew jinbeda mill-pagatur jew f’ismu, jew mill-benefiċjarju. Il-pagatur jibda t-tranżazzjoni ta’ pagament billi jagħmel ordni ta’ pagament. Ladarba ssir l-ordni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jivverifika jekk it-tranżazzjoni ġietx awtorizzata u awtentikata inkluż, fejn applikabbli, bl-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament imbagħad jivvalida l-ordni ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament imbagħad jieħu l-passi rilevanti biex jeżegwixxi t-tranżazzjoni ta’ pagament, inkluż it-trasferiment ta’ fondi.

    (20)Minħabba l-fehmiet diverġenti identifikati mill-Kummissjoni fir-rieżami tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u ssottolinjati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar ir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ kontijiet ta’ pagament. Il-kriterju determinanti għall-kategorizzazzjoni ta’ kont bħala kont ta’ pagament jinsab fil-kapaċità li jitwettqu tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ kuljum minn tali kont. Il-possibbiltà li jsiru tranżazzjonijiet ta’ pagament lil parti terza minn kont jew li wieħed jibbenefika minn tali tranżazzjonijiet imwettqa minn parti terza hija element karatteristiku tal-kunċett ta’ kont ta’ pagament.  Kont ta’ pagament jenħtieġ għalhekk li jiġi definit bħala kont li jintuża biex jintbagħtu u jiġu riċevuti fondi lil u mingħand partijiet terzi. Kwalunkwe kont li jkollu dawk il-karatteristiċi jenħtieġ li jitqies bħala kont ta’ pagament u jenħtieġ li jiġi aċċessat għall-forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ kont intermedjarju ieħor biex jiġu eżegwiti tranżazzjonijiet ta’ pagament minn jew lejn partijiet terzi jenħtieġ li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ kont ta’ pagament. Il-kontijiet tat-tfaddil ma jintużawx biex jintbagħtu u jiġu riċevuti fondi lil jew mingħand parti terza, u għalhekk huma esklużi mid-definizzjoni ta’ kont ta’ pagament.

    (21)Minħabba l-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ strumenti ta’ pagament u l-inċertezzi prevalenti fis-suq fir-rigward tal-kwalifika legali tagħhom, id-definizzjoni ta’ “strument ta’ pagament” jenħtieġ li tiġi speċifikata aktar billi jiġu pprovduti xi eżempji biex jintwera x’jikkostitwixxi jew x’ma jikkostitwix strument ta’ pagament, b’kont meħud tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.

    (22)Minkejja l-fatt li l-Komunikazzjoni b’Kamp fil-Qrib (NFC) tippermetti l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament, il-konsiderazzjoni tagħha bħala “strument ta’ pagament” sħiħ toħloq xi sfidi, pereżempju għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur għal pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ u tar-reġim ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Għalhekk, jenħtieġ li l-NFC pjuttost titqies bħala funzjonalità ta’ strument ta’ pagament u mhux bħala strument ta’ pagament bħala tali.

    (23)Id-definizzjoni ta’ “strument ta’ pagament” skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 irreferiet għal “apparat personalizzat”. Peress li hemm kards imħallsa minn qabel fejn l-isem tad-detentur tal-istrument ma jkunx stampat fuq il-kard, l-applikazzjoni ta’ dik ir-referenza tista’ tħalli dawk it-tipi ta’ kards barra mill-ambitu tad-definizzjoni ta’ strument ta’ pagament. Id-definizzjoni ta’ “strument ta’ pagament” jenħtieġ, għalhekk, li tiġi emendata biex tirreferi għal apparati “individwalizzati” minflok dawk “personalizzati”, u tiċċara li l-kards imħallsa minn qabel fejn l-isem tad-detentur tal-istrument ma jkunx stampat fuq il-kard jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (24)L-hekk imsejħa “portafolji diġitali pass-through”, li jinvolvu t-tokenisation ta’ strument ta’ pagament eżistenti, pereżempju kard ta’ pagament, għandhom jitqiesu bħala servizzi tekniċi u għalhekk jenħtieġ li jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ strument ta’ pagament peress li, fil-fehma tal-Kummissjoni, token ma jistax jitqies bħala fih innifsu strument ta’ pagament iżda, pjuttost, “applikazzjoni ta’ pagament” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(21) tar-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 . Madankollu, xi kategoriji oħra ta’ portafolji diġitali, jiġifieri portafolji elettroniċi mħallsa minn qabel bħal “portafolji fi stadji” fejn l-utenti jistgħu jaħżnu l-flus għal tranżazzjonijiet online futuri, jenħtieġ li jitqiesu bħala strument ta’ pagament u l-ħruġ tagħhom bħala servizz ta’ pagament.

    (25)L-iżviluppi teknoloġiċi mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 ittrasformaw il-mod kif jiġu pprovduti s-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Il-kumpaniji li joffru dawk is-servizzi jipprovdu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament b’informazzjoni online aggregata dwar wieħed jew aktar mill-kontijiet ta’ pagament tagħhom miżmuma ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ pagament u aċċessati permezz ta’ interfaċċi online tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont. L-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jista’ għalhekk ikollhom stampa ġenerali u strutturata tal-kontijiet ta’ pagament tagħhom immedjatament u fi kwalunkwe mument partikolari.

    (26)Ir-rieżami tal-Kummissjoni ssottolinja l-fatt li l-fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet xi drabi jipprovdu data dwar il-kontijiet ta’ pagament li huma jkunu aggregaw mhux lill-konsumatur li mingħandu jkunu rċevew il-permess tagħhom biex jaċċessaw u jaggregaw id-data, iżda lil parti oħra, biex din tkun tista’ tipprovdi servizzi oħra lill-konsumatur bl-użu tad-data. Madankollu, hemm fehmiet diverġenti dwar jekk din l-attività taqax taħt is-servizz regolat ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Il-Kummissjoni tqis li din l-evoluzzjoni ta’ “liċenzja bħala servizz” tal-mudell ta’ negozju tas-“servizzi bankarji miftuħa” tista’ tkun sors ta’ servizzi innovattivi u bbażati fuq id-data, għall-benefiċċju aħħari tal-utenti finali. Fil-fatt, dak il-mudell ta’ negozju jippermetti lill-utenti finali jagħtu aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament tagħhom sabiex jirċievu servizzi oħra - mhux ta’ pagament - inkluż is-self, il-kontabilità, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Madankollu, huwa essenzjali li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikunu jafu preċiżament min jaċċessa d-data tal-kont ta’ pagament tagħhom, fuq liema bażijiet legali u għal liema skop. L-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu konxji b’mod sħiħ dwar it-trażmissjoni tad-data tagħhom lil kumpanija oħra u jawtorizzawha. Dak il-mudell ta’ negozju ġdid ibbażat fuq servizzi bankarji miftuħa jeħtieġ modifika tad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, biex jiġi ċċarat li l-informazzjoni aggregata mill-fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tista’ tiġi trażmessa lil parti terza biex dik il-parti terza tkun tista’ tipprovdi servizz ieħor lill-utent finali, bil-permess tal-utent finali. Biex il-konsumaturi jingħataw protezzjoni adegwata għad-data tal-kontijiet ta’ pagament tagħhom u ċertezza legali dwar l-istatus tal-entitajiet li jaċċessaw id-data tagħhom, jenħtieġ li s-servizz ta’ aggregazzjoni tad-data mill-kontijiet ta’ pagament dejjem jiġi pprovdut minn entità regolata abbażi ta’ liċenzja, anke meta d-data finalment tiġi trażmessa lil fornitur ieħor ta’ servizzi.

    (27)Ir-rimessa ta’ flus hija servizz ta’ pagament li normalment ikun ibbażat fuq flus ipprovduti minn pagatur lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr ma jinħoloq kont ta’ pagament f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju, li jittrasferixxi l-ammont korrispondenti lil benefiċjarju jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju. F’xi Stati Membri, is-supermarkets, in-negozjanti u bejjiegħa bl-imnut oħra jipprovdu lill-pubbliku servizz li jippermetti lill-pubbliku jħallas l-utilitajiet u kontijiet domestiċi regolari oħra. Dawk is-servizzi ta’ pagament tal-kontijiet jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala rimessa ta’ flus.

    (28)Id-definizzjoni ta’ fondi jenħtieġ li tkopri l-forom kollha ta’ flus tal-bank ċentrali maħruġa għall-użu bl-imnut, inklużi l-karti tal-flus u l-muniti, u kwalunkwe munita diġitali futura possibbli tal-bank ċentrali, il-flus elettroniċi u l-flus tal-banek kummerċjali. Il-flus tal-bank ċentrali maħruġa għall-użu bejn il-bank ċentrali u l-banek kummerċjali, jiġifieri għall-użu bl-ingrossa, jenħtieġ li ma jkunux koperti.

    (29)Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi jistabbilixxi li t-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jitqiesu bħala flus elettroniċi. It-tokens tal-flus elettroniċi huma għalhekk inklużi, bħala flus elettroniċi, fid-definizzjoni ta’ fondi f’dan ir-Regolament.

    (30)Biex tiġi ppreservata l-fiduċja tad-detentur tal-flus elettroniċi, jeħtieġ li l-flus elettroniċi jkunu jistgħu jinfdew. It-tifdija ma timplikax li l-fondi riċevuti bi skambju għal flus elettroniċi jenħtieġ li jitqiesu bħala depożiti jew fondi ripagabbli oħra għall-finijiet tad-Direttiva 2013/36/UE 40 . It-tifdija jenħtieġ li tkun possibbli fi kwalunkwe ħin, b’parità, mingħajr l-ebda possibbiltà ta’ qbil dwar limitu minimu għat-tifdija. It-tifdija, b’mod ġenerali, jenħtieġ li tingħata mingħajr ħlas. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li tintalab tariffa proporzjonata u bbażata fuq il-kostijiet, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa jew kwistjonijiet soċjali jew kwalunkwe obbligu fuq l-emittent tal-flus elettroniċi skont leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għal kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-iffriżar ta’ fondi jew kwalunkwe miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati.

    (31)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jeħtieġu aċċess għas-sistemi ta’ pagament biex jipprovdu servizzi ta’ pagament lill-utenti. Dawk is-sistemi ta’ pagament tipikament jinkludu l-iskemi tal-kards ta’ erba’ partijiet kif ukoll is-sistemi ewlenin li jipproċessaw it-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti. Biex jiġi żgurat it-trattament ugwali fl-Unjoni kollha bejn il-kategoriji differenti ta’ fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ pagament, huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli dwar l-aċċess għas-sistemi ta’ pagament. Tali aċċess jista’ jkun dirett jew indirett permezz ta’ parteċipant ieħor f’dik is-sistema ta’ pagament. Tali aċċess jenħtieġ li jkun soġġett għal rekwiżiti li jiżguraw l-integrità u l-istabbiltà ta’ dawk is-sistemi ta’ pagament. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema ta’ pagament jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni tar-riskju ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li japplika għall-parteċipazzjoni diretta; dik il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li teżamina r-riskji rilevanti kollha, inkluż fejn applikabbli r-riskju ta’ saldu, ir-riskju operazzjonali, ir-riskju ta’ kreditu, ir-riskju ta’ likwidità u r-riskju tan-negozju. Kull fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li japplika għall-parteċipazzjoni f’sistema ta’ pagament jenħtieġ li jġorr ir-riskju tal-għażla proprja tas-sistema u jagħti prova lis-sistema ta’ pagament li l-arranġamenti interni tiegħu huma robusti biżżejjed kontra dawk it-tipi ta’ riskju. L-operaturi tas-sistemi ta’ pagament jenħtieġ li jirrifjutaw biss applikazzjoni għall-parteċipazzjoni diretta minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx jista’ jirrispetta r-regoli tas-sistema jew jirrappreżenta livell għoli mhux aċċettabbli ta’ riskju.

    (32)L-operaturi tas-sistemi ta’ pagament jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ regoli u proċeduri dwar l-aċċess li jkunu proporzjonati, oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti. L-operaturi tas-sistemi ta’ pagament jenħtieġ li ma jiddiskriminawx kontra l-istituzzjonijiet ta’ pagament fir-rigward tal-parteċipazzjoni jekk ir-regoli tas-sistema jkunu jistgħu jiġu rrispettati u ma jkun hemm l-ebda riskju mhux aċċettabbli għas-sistema. Tali sistemi jinkludu, fost l-oħrajn, dawk deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 . F’każijiet fejn is-sistema ta’ pagament inkwistjoni tkun diġà soġġetta għal sorveljanza mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali skont ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 42 , il-bank ċentrali jew il-banek li jeżerċitaw dik is-sorveljanza jenħtieġ li jimmonitorjaw ir-rispett ta’ dawk ir-regoli fil-qafas tas-sorveljanza tagħhom. F’każijiet ta’ sistemi ta’ pagament oħra, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiżguraw li l-operaturi tal-infrastruttura tas-sistema ta’ pagament jirrispettaw tali rekwiżiti.

    (33)Biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, parteċipant f’sistema ta’ pagament li tipprovdi servizzi fir-rigward ta’ tali sistema lil fornitur awtorizzat jew reġistrat ta’ servizzi ta’ pagament, jenħtieġ ukoll, meta jintalab jagħmel dan, jagħti aċċess għal tali servizzi b’mod oġġettiv, proporzjonat u nondiskriminatorju lil kwalunkwe fornitur ieħor awtorizzat jew irreġistrat ta’ servizzi ta’ pagament.

    (34)Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għas-sistemi ta’ pagament ma japplikawx għal sistemi stabbiliti u operati minn fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament. Tali sistemi ta’ pagament jistgħu joperaw jew f’kompetizzjoni diretta ma’ sistemi oħra ta’ pagament jew, b’mod aktar tipiku, f’niċċa tas-suq mhux koperta minn sistemi oħra ta’ pagament. Tali sistemi jinkludu skemi ta’ tliet partijiet, inklużi skemi ta’ kards ta’ tliet partijiet, sal-punt li dawk l-iskemi qatt ma joperaw bħala skemi de facto ta’ kards ta’ erba’ partijiet, inkluż billi jibbażaw fuq detenturi ta’ liċenzja, aġenti jew sħab ta’ marka konġunta. Sistemi bħal dawn tipikament jinkludu wkoll servizzi ta’ pagament offruti minn fornituri tat-telekomunikazzjoni fejn l-operatur tal-iskema jkun il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kemm għall-pagatur kif ukoll għall-benefiċjarju, u sistemi interni ta’ gruppi bankarji. Biex tiġi stimulata l-kompetizzjoni li tista’ tiġi pprovduta minn tali sistemi ta’ pagament magħluqa għas-sistemi ta’ pagament mainstream stabbiliti, jenħtieġ li ma jingħatax aċċess għal dawk is-sistemi ta’ pagament proprjetarji magħluqa lil partijiet terzi. Madankollu, tali sistemi magħluqa jenħtieġ li dejjem ikunu soġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jistgħu jirrikjedu li jingħata aċċess għall-iskemi sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-pagamenti.

    (35)L-istituzzjonijiet ta’ pagament jeħtieġ li jkunu jistgħu jiftħu u jżommu kont ma’ istituzzjoni ta’ kreditu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ liċenzjar tagħhom fir-rigward tas-salvagwardja tal-fondi tal-klijenti. Madankollu, kif muri b’mod partikolari mill-EBA fl-Opinjoni tagħha tal-5 ta’ Jannar 2022, 43 minkejja d-dispożizzjonijiet dwar il-kontijiet tal-istituzzjonijiet ta’ pagament ma’ bank kummerċjali stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2366, xi istituzzjonijiet ta’ pagament jew kumpaniji li japplikaw għal liċenzja ta’ istituzzjoni ta’ pagament għadhom jiffaċċjaw prattiki minn xi istituzzjonijiet ta’ kreditu li jew jirrifjutaw li jiftħu kont għalihom jew jagħlqu kont fejn ikun jeżisti wieħed, abbażi ta’ riskju ogħla perċepit ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Dawk l-hekk imsejħa prattiki ta’ “tneħħija tar-riskji” joħolqu sfidi kompetittivi sinifikanti għall-istituzzjonijiet ta’ pagament.

    (36)L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jenħtieġ għalhekk li jipprovdu kont ta’ pagament lill-istituzzjonijiet ta’ pagament, u lill-applikanti għal liċenzja bħala istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll lill-aġenti u d-distributuri tagħhom, ħlief f’każijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm raġunijiet serji biex jiġi rrifjutat l-aċċess. Huwa meħtieġ li f’dik id-dispożizzjoni jiġu inklużi l-applikanti għal liċenzja bħala istituzzjoni ta’ kreditu, minħabba l-fatt li kont bankarju fejn il-fondi tal-klijenti jistgħu jiġu ssalvagwardjati huwa prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja ta’ istituzzjoni ta’ pagament. Ir-raġunijiet għar-rifjut jenħtieġ li jinkludu raġunijiet serji għas-suspett ta’ attivitajiet illegali li jkunu qed jitwettqu minn jew permezz tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew mudell ta’ negozju jew profil ta’ riskju li jikkawża riskji serji jew kostijiet eċċessivi ta’ konformità għall-istituzzjoni ta’ kreditu. Pereżempju, mudelli ta’ negozju fejn l-istituzzjonijiet ta’ pagament jużaw network vast ta’ aġenti jistgħu jiġġeneraw kostijiet sinifikanti ta’ konformità mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT). Istituzzjoni ta’ pagament jenħtieġ li jkollha d-dritt ta’ appell kontra rifjut minn istituzzjoni ta’ kreditu lil awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru. Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju ta’ dak id-dritt ta’ appell, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jenħtieġ li jimmotivaw bil-miktub u fid-dettall kwalunkwe rifjut li jiġi pprovdut kont, jew l-għeluq sussegwenti ta’ kont. Dik il-motivazzjoni jenħtieġ li tirreferi għal elementi speċifiċi relatati mal-istituzzjoni ta’ pagament inkwistjoni, u mhux għal kunsiderazzjonijiet ġenerali jew ġeneriċi. Biex jiġi ffaċilitat it-trattament mill-awtoritajiet kompetenti tal-appelli kontra r-rifjut jew l-irtirar ta’ kontijiet u l-motivazzjoni tagħhom, l-EBA jenħtieġ li tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jarmonizzaw il-preżentazzjoni ta’ tali motivazzjonijiet.

    (37)Biex jagħmlu għażliet infurmati sewwa u biex ikunu jistgħu jagħżlu l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom faċilment fl-Unjoni, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jirċievu informazzjoni komparabbli u ċara dwar is-servizzi ta’ pagament. Biex jiġi żgurat li tingħata informazzjoni meħtieġa, suffiċjenti u li tinftiehem lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament u tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati u armonizzati l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

    (38)Meta jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jqisu l-ħtiġijiet tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u l-aspetti prattiċi u l-kosteffiċjenza skont il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament rispettiv. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jew jikkomunikaw attivament fil-ħin xieraq mingħajr ebda talba mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jew jenħtieġ li huma jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament fuq talba. Fit-tieni sitwazzjoni, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jieħdu passi attivi biex jiksbu l-informazzjoni, inkluż li jitolbu dik l-informazzjoni espliċitament mingħand il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, jilloggjaw f’mailbox ta’ kont bankarju jew idaħħlu kard tal-bank fi printer għar-rendikonti tal-kont. Għal dawk l-għanijiet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jiżguraw li l-aċċess għall-informazzjoni jkun possibbli, u li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

    (39)Peress li l-konsumaturi u l-impriżi ma humiex fl-istess pożizzjoni ta’ vulnerabbiltà, huma ma jeħtiġux l-istess livell ta’ protezzjoni. Filwaqt li huwa importanti li d-drittijiet tal-konsumatur jiġu ggarantiti b’dispożizzjonijiet li ma jkunx possibbli li ssir deroga minnhom b’kuntratt, huwa raġonevoli li l-impriżi u l-organizzazzjonijiet jitħallew jiftiehmu mod ieħor meta ma jkunux qed jittrattaw mal-konsumaturi. Il-mikrointrapriżi, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, 44 jistgħu jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-konsumaturi. Ċerti regoli jenħtieġ li japplikaw dejjem, irrispettivament mill-istatus tal-utent.

    (40)Biex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-servizzi u l-prezzijiet mingħajr ħlas qabel ma jkunu marbuta bi kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament. Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu s-servizzi u l-kundizzjonijiet offruti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u, fil-każ ta’ tilwima, jivverifikaw id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tagħhom, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu dik l-informazzjoni u l-kuntratt qafas fuq karta, mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin matul ir-relazzjoni kuntrattwali.

    (41)Biex jiżdied il-livell ta’ trasparenza, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni bażika dwar it-tranżazzjonijiet ta’ pagament eżegwiti mingħajr ebda ħlas addizzjonali lill-konsumatur. Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament unika, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jitlobx ħlas separatament għal dik l-informazzjoni. Bl-istess mod, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jipprovdu mingħajr ħlas u fuq bażi ta’ kull xahar informazzjoni sussegwenti dwar it-tranżazzjonijiet ta’ pagament taħt kuntratt qafas. Madankollu, b’kont meħud tal-importanza tat-trasparenza fl-ipprezzar u l-ħtiġijiet differenti tal-klijenti, il-partijiet fil-kuntratt jenħtieġ li jkunu jistgħu jaqblu dwar imposti għal informazzjoni aktar frekwenti jew addizzjonali.

    (42)L-istrumenti ta’ pagament ta’ valur baxx jenħtieġ li jkunu alternattiva rħisa u faċli biex tintuża fil-każ ta’ oġġetti u servizzi bi prezz baxx u jenħtieġ li ma jkunux mgħobbija żżejjed b’rekwiżiti eċċessivi. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni rilevanti u r-regoli dwar l-eżekuzzjoni tagħhom jenħtieġ għalhekk li jkunu limitati għal informazzjoni essenzjali, b’kont meħud ukoll tal-kapaċitajiet tekniċi li jistgħu ġustifikabbilment ikunu mistennija minn strumenti ddedikati għal pagamenti ta’ valur baxx. Minkejja r-reġim eħfef, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkollhom protezzjoni adegwata, b’kont meħud tar-riskji limitati maħluqa minn dawk l-istrumenti ta’ pagament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel.

    (43)Fi tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi, jenħtieġ li l-informazzjoni essenzjali dejjem tingħata fuq inizjattiva proprja tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Peress li l-pagaturi normalment ikunu preżenti meta jagħtu l-ordni ta’ pagament, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ li l-informazzjoni dejjem tiġi pprovduta fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni orali jew jagħmluha faċilment aċċessibbli b’mod ieħor, inkluż billi jżommu l-kundizzjonijiet fuq notice board fuq il-post. Jenħtieġ li tingħata wkoll informazzjoni dwar fejn tista’ tinstab informazzjoni oħra, aktar dettaljata, inkluż fuq is-sit web. Madankollu, fejn il-konsumatur jitlob dan, l-informazzjoni essenzjali jenħtieġ li tingħata wkoll mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil.

    (44)L-informazzjoni meħtieġa jenħtieġ li tkun proporzjonata mal-ħtiġijiet tal-utenti. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ pagament unika jenħtieġ li jkunu differenti mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratt qafas li jipprevedi sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament.

    (45)Biex ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jqabblu t-tariffi tal-Kaxxieri Awtomatiċi (ATM) ma’ dawk ta’ fornituri oħra. Biex tiżdied it-trasparenza tal-imposti tal-ATM għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jipprovdu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament b’informazzjoni dwar l-imposti applikabbli kollha għall-ġbid domestiku minn ATM f’sitwazzjonijiet differenti, skont l-ATM li minnha l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jiġbdu l-flus.

    (46)Il-kuntratti qafas u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn dawk il-kuntratti huma aktar komuni u ekonomikament sinifikanti mit-tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi. Jekk ikun hemm kont ta’ pagament jew strument ta’ pagament speċifiku, ikun meħtieġ kuntratt qafas. Għalhekk, ir-rekwiżiti għall-informazzjoni minn qabel dwar il-kuntratti qafas jenħtieġ li jkunu komprensivi u l-informazzjoni jenħtieġ li dejjem tiġi pprovduta fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jaqblu fil-kuntratt qafas dwar il-mod li bih għandha tingħata informazzjoni sussegwenti dwar it-tranżazzjonijiet ta’ pagament eżegwiti.

    (47)Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li ma jiddiskriminawx kontra l-konsumaturi li jkunu legalment residenti fl-Unjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom. Fejn kuntratt qafas jipprevedi d-dritt li strument ta’ pagament jiġi imblukkat għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li ma jkunx jista’ jinvoka dak id-dritt sempliċement minħabba li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun biddel il-post ta’ residenza tiegħu fl-Unjoni.

    (48)Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-Istati Membri jenħtieġ li, fl-interess tal-konsumatur, ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq bidliet unilaterali fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas, pereżempju jekk ma jkunx hemm raġuni ġustifikata għal tali bidla.

    (49)Biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, l-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jitterminaw kuntratt qafas mingħajr ma jġarrbu imposti. Madankollu, għal kuntratti tterminati mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament anqas minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw imposti f’konformità mal-kostijiet imġarrba minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt qafas mill-utent. Fejn, skont kuntratt qafas, is-servizzi ta’ pagament jiġu offruti b’mod konġunt ma’ servizzi tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, bħall-kiri ta’ terminals użati għal servizzi ta’ pagament, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li ma jkunux marbuta mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom permezz ta’ termini aktar onerużi stabbiliti fil-klawżoli kuntrattwali li jirregolaw is-servizzi tekniċi. Biex tiġi ppreservata l-kompetizzjoni, tali klawżoli kuntrattwali jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-kuntratt qafas dwar it-tariffi tat-terminazzjoni. Għall-konsumaturi, il-perjodu ta’ avviż maqbul jenħtieġ li ma jkunx itwal minn xahar, u għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux iqsar minn xahrejn. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jtemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament f’ċirkostanzi eċċezzjonali skont dritt tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti ieħor, bħal dak dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-iffriżar ta’ fondi, jew kwalunkwe miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati.

    (50)Biex tinkiseb il-komparabbiltà, l-imposti stmati tal-kambju tal-munita għat-trasferimenti ta’ kreditu u għar-rimessi mwettqa fl-Unjoni u mill-Unjoni lejn pajjiż terz jenħtieġ li jiġu espressi bl-istess mod, jiġifieri bħala żieda perċentwali fuq l-aħħar rati ta’ referenza tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Meta ssir referenza għal “imposti” f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li din tkopri wkoll, fejn applikabbli, l-imposti tal-“kambju tal-munita”.

    (51)L-esperjenza wriet li l-kondiviżjoni tal-imposti bejn pagatur u benefiċjarju hija l-aktar sistema effiċjenti peress li tiffaċilita l-ipproċessar dirett tal-pagamenti. Għalhekk jenħtieġ li jsir provvediment biex l-imposti jiġu imposti direttament fuq il-pagatur u l-benefiċjarju mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom. L-ammont ta’ kwalunkwe imposta mitluba jista’ jkun ukoll żero peress li jenħtieġ li r-regoli ma jaffettwawx il-prattika li biha fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jitlobx ħlas lill-konsumaturi biex jikkreditaw il-kontijiet tagħhom. Bl-istess mod, skont it-termini tal-kuntratt, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob ħlas biss lill-benefiċjarju għall-użu tas-servizz ta’ pagament, f’liema każ ma jiġu imposti l-ebda tariffi fuq il-pagatur. Huwa possibbli li s-sistemi ta’ pagament jimponu imposti permezz ta’ tariffa ta’ abbonament. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ammont trasferit jew kwalunkwe imposta mitluba ma għandhom l-ebda impatt dirett fuq l-ipprezzar bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew kwalunkwe intermedjarju.

    (52)Sovraimposta hija imposta min-negozjanti lill-konsumaturi li tiżdied fuq il-prezz mitlub għall-oġġetti u s-servizzi meta jintuża ċertu metodu ta’ pagament mill-konsumatur. Waħda mir-raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ sovraintaxxar hija biex il-konsumaturi jiġu diretti lejn strumenti ta’ pagament irħas jew aktar effiċjenti, u b’hekk titrawwem il-kompetizzjoni bejn metodi ta’ pagament alternattivi. Bir-reġim introdott mid-Direttiva (UE) 2015/2366, il-benefiċjarji ma setgħux jitolbu imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament li għalihom it-tariffi tal-interkambju huma rregolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751, jiġifieri għall-kards ta’ debitu u ta’ kreditu tal-konsumatur maħruġa taħt skemi ta’ kards ta’ erba’ partijiet, u għal dawk is-servizzi ta’ pagament li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 , jiġifieri tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu u ta’ debitu dirett denominati f’euro fl-Unjoni. L-Istati Membri setgħu skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 jipprojbixxu jew jillimitaw ulterjorment id-dritt tal-benefiċjarju li jitlob imposti, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-kompetizzjoni u jiġi promoss l-użu ta’ strumenti ta’ pagament effiċjenti.

    (53)L-evidenza miġbura matul ir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366 turi li r-regoli kurrenti dwar l-imposti huma xierqa u kellhom impatt pożittiv. Ma hemm l-ebda ħtieġa konvinċenti għal aktar allinjament tal-prattiki tal-imposti bejn l-Istati Membri, peress li l-projbizzjoni eżistenti tas-sovraintaxxar diġà tapplika għal sehem kbir ħafna ta’ pagamenti fl-Unjoni. Huwa stmat li 95 % tal-pagamenti bil-kards huma soġġetti għall-projbizzjoni eżistenti fuq is-sovraintaxxar. Barra minn hekk, meta tiġi applikata sovraimposta, din tkun limitata għall-kost attwali mġarrab min-negozjant. Madankollu, fir-rieżami tagħha tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-Kummissjoni identifikat interpretazzjonijiet differenti dwar l-istrumenti ta’ pagament koperti mill-projbizzjoni fuq is-sovraintaxxar. Għalhekk huwa meħtieġ li l-projbizzjoni fuq is-sovraintaxxar tiġi estiża b’mod espliċitu għat-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti kollha u mhux biss għal dawk koperti mir-Regolament (UE) Nru 260/2012, kif kien il-każ skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.

    (54)Is-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u s-servizzi ta’ bidu ta’ pagament, spiss magħrufa b’mod kollettiv bħala “servizzi bankarji miftuħa”, huma servizzi ta’ pagament li jinvolvu aċċess għad-data ta’ utent ta’ servizzi ta’ pagament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ma jkollhomx il-fondi tad-detentur tal-kont u lanqas ma jġestixxu kont ta’ pagament. Is-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jippermettu l-aggregazzjoni tad-data ta’ utent, fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, ma’ fornituri differenti ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont f’post wieħed. Is-servizzi ta’ bidu ta’ pagament jippermettu l-bidu ta’ pagament mill-kont tal-utent, bħal trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett, b’mod konvenjenti għall-utent u għall-benefiċjarju mingħajr l-użu ta’ strument bħal kard ta’ pagament.

    (55)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jenħtieġ li jippermettu l-aċċess mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għad-data dwar il-kont ta’ pagament jekk il-kont ta’ pagament ikun jista’ jiġi aċċessat mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament online u jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun ta l-permess għal tali aċċess. Id-Direttiva (UE) 2015/2366 kienet ibbażata fuq il-prinċipju ta’ aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament mingħajr il-ħtieġa ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, li kellu l-effett li l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-aċċess għad-data fil-prattika ma kinitx possibbli. L-aċċess għad-data taħt is-servizzi bankarji miftuħa ilu jseħħ fuq bażi mhux kuntrattwali bħal din, u mingħajr ħlas, mill-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Kieku s-servizzi regolati tal-aċċess għad-data kellhom jiġu soġġetti għal imposta, fejn sa issa ma kien hemm l-ebda imposta, l-impatt fuq il-forniment kontinwu ta’ dawk is-servizzi, u għalhekk fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-swieq tal-pagamenti, jista’ jkun sinifikanti ħafna. Dak il-prinċipju għalhekk jenħtieġ li jinżamm. Iż-żamma ta’ dak l-approċċ hija konformi mal-Kapitoli III u IV tal-proposta għal Regolament dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data) 46 , b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) ta’ dik il-proposta dwar il-kumpens, li għaliha dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-Aċċess għad-Data Finanzjarja (FIDA) tipprevedi kumpens possibbli għall-aċċess għad-data li se jkun kopert mill-FIDA. Tali reġim għalhekk ikun differenti minn dak irregolat minn dan ir-Regolament. Din id-differenza fit-trattament hija ġġustifikata mill-fatt li, b’differenza mill-aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament, li huwa rregolat mid-dritt tal-Unjoni mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-aċċess għal data finanzjarja oħra għadu ma kienx soġġett għal regolament tal-Unjoni. Għalhekk, ma hemm l-ebda riskju ta’ tfixkil peress li, b’differenza mill-aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament, dan is-suq qed jinħoloq u se jkun regolat għall-ewwel darba bil-FIDA.

    (56)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jistgħu jistabbilixxu relazzjoni kuntrattwali, inkluż fil-kuntest ta’ arranġament kuntrattwali multilaterali (eż. skema), b’kumpens possibbli, għall-aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament u l-forniment ta’ servizzi bankarji miftuħa għajr dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament. Eżempju ta’ tali servizzi ta’ valur miżjud offruti permezz tal-hekk imsejħa Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (APIs) “premium” huwa l-possibbiltà li jiġu skedati pagamenti rikorrenti varjabbli futuri. Kwalunkwe kumpens għal tali servizzi jkollu jkun konformi mal-Kapitoli III u IV tal-Att propost dwar id-Data wara d-data tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 9(1) u 9(2) tiegħu dwar il-kumpens. L-aċċess mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għad-data ta’ kont ta’ pagament irregolata skont dan ir-Regolament mingħajr rekwiżit ta’ relazzjoni kuntrattwali, u għalhekk mingħajr ħlas, jenħtieġ li dejjem ikun possibbli anke f’każijiet fejn ikun hemm fis-seħħ arranġament kuntrattwali multilaterali (eż. skema) u fejn l-istess data tkun disponibbli wkoll bħala parti mill-arranġament kuntrattwali multilaterali msemmi.

    (57)Biex jiġi ggarantit livell għoli ta’ sigurtà fl-aċċess u l-iskambju tad-data, jenħtieġ li l-aċċess għall-kontijiet ta’ pagament u għad-data fihom, ħlief f’ċirkostanzi speċifiċi, jiġi pprovdut lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament permezz ta’ interfaċċa mfassla u ddedikata għall-finijiet ta’ “servizzi bankarji miftuħa”, bħal API. Għal dak il-għan, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jenħtieġ li jistabbilixxi komunikazzjoni sigura mal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Biex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza dwar min ikun qed jaċċessa d-data tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, l-interfaċċa ddedikata jenħtieġ li tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jidentifikaw ruħhom mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, u li joqogħdu fuq il-proċeduri kollha ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jenħtieġ li bħala regola ġenerali jużaw l-interfaċċa ddedikata għall-aċċess tagħhom u għalhekk jenħtieġ li ma jużawx l-interfaċċa tal-klijent ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għall-finijiet ta’ aċċess għad-data, ħlief f’każijiet ta’ falliment jew ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-interfaċċa ddedikata fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-kontinwità tan-negozju tagħhom tkun ipperikolata mill-inkapaċità tagħhom li jaċċessaw id-data li għaliha jkunu ngħataw permess. Huwa indispensabbli li l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikunu jistgħu jaċċessaw f’kull ħin id-data indispensabbli għalihom biex jaqdu lill-klijenti tagħhom.

    (58)Biex jiġi ffaċilitat l-użu bla xkiel tal-interfaċċa ddedikata, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha jenħtieġ li jiġu ddokumentati b’mod adegwat u li sommarju jkun pubblikament disponibbli mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont. Biex il-fornituri ta’ servizzi bankarji miftuħa jkunu jistgħu jħejju b’mod adegwat l-aċċess futur tagħhom u jsolvu kwalunkwe problema teknika possibbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jenħtieġ li jippermetti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jittestjaw interfaċċa qabel id-data li fiha l-interfaċċa tkun se tiġi attivata. Jenħtieġ li fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament awtorizzati biss jaċċessaw id-data tal-kont ta’ pagament permezz ta’ dik l-interfaċċa, għalkemm l-applikanti għall-awtorizzazzjoni bħala fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkonsultaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi differenti ta’ komunikazzjoni, l-interfaċċa jenħtieġ li tuża standards ta’ komunikazzjoni li huma żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew Ewropej tal-istandardizzazzjoni inkluż il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO).

    (59)Biex il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jiżguraw il-kontinwità tan-negozju tagħhom u biex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja lill-klijenti tagħhom, l-interfaċċa ddedikata li jkunu mistennija jużaw trid tissodisfa rekwiżiti ta’ livell għoli f’termini ta’ prestazzjoni u funzjonalitajiet. Bħala minimu din jenħtieġ li tiżgura “parità tad-data” mal-interfaċċa tal-klijent ipprovduta lill-utenti tiegħu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, għalhekk inkluża d-data tal-kont ta’ pagament li tkun disponibbli wkoll għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament fl-interfaċċa pprovduta lilhom mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont. Fir-rigward tas-servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-interfaċċa ddedikata jenħtieġ li tippermetti mhux biss il-bidu ta’ pagamenti uniċi iżda wkoll ta’ ordnijiet permanenti u debiti diretti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar dettaljati għall-interfaċċi ddedikati fi Standards Tekniċi Regolatorji żviluppati mill-EBA.

    (60)Minħabba l-impatt drammatiku li nuqqas ta’ disponibbiltà fit-tul ta’ interfaċċa ddedikata jkollu fuq il-kontinwità tan-negozju tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jenħtieġ li jirrimedjaw tali nuqqas ta’ disponibbiltà mingħajr dewmien. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jenħtieġ li jinfurmaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament dwar kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà bħal dan tal-interfaċċa ddedikata tagħhom u dwar il-miżuri meħuda biex dawn jiġu rrimedjati mingħajr dewmien. F’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ interfaċċa ddedikata, u fejn ma tiġi offruta l-ebda soluzzjoni alternattiva effettiva mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreservaw il-kontinwità tan-negozju tagħhom. Jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti nazzjonali tagħhom biex jagħmlu użu mill-interfaċċa pprovduta lill-utenti tiegħu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont sakemm l-interfaċċa ddedikata terġa’ tkun disponibbli. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li, malli tirċievi t-talba, tieħu d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni mill-awtorità, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li jagħmlu t-talba jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw temporanjament l-interfaċċa pprovduta lill-utenti tiegħu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont. L-awtorità kompetenti rilevanti jenħtieġ li tistabbilixxi skadenza għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont biex jerġa’ jistabbilixxi l-funzjonament sħiħ tal-interfaċċa ddedikata, bil-possibbiltà ta’ sanzjonijiet f’każ li jonqos milli jagħmel dan sal-iskadenza. Il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, mhux biss dawk li jkunu introduċew it-talba, jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw id-data li jkollhom bżonn biex jiżguraw il-kontinwità tan-negozju tagħhom.

    (61)Tali aċċess dirett temporanju jenħtieġ li ma jkollu l-ebda effett negattiv fuq il-konsumaturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament dejjem jidentifikaw ruħhom kif xieraq u jirrispettaw l-obbligi kollha tagħhom, bħal-limiti tal-permess li jkun ingħata lilhom, u b’mod partikolari jenħtieġ li jaċċessaw biss id-data li jkollhom bżonn biex jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom u jipprovdu s-servizz irregolat. L-aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament mingħajr identifikazzjoni xierqa (l-hekk imsejjaħ “screen-scraping”) jenħtieġ li, fi kwalunkwe ċirkustanza, qatt ma jitwettaq.

    (62)Minħabba l-fatt li l-istabbiliment ta’ interfaċċa ddedikata jista’, għal ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, jitqies bħala ta’ piż sproporzjonat, awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ teżenta fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, fuq talba tiegħu, mill-obbligu li jkollu fis-seħħ interfaċċa ddedikata għall-aċċess għad-data, u li jew joffri aċċess għad-data dwar il-pagamenti biss permezz tal-“interfaċċa tal-klijent” tiegħu jew li ma joffri assolutament l-ebda interfaċċa għall-aċċess għad-data ta’ servizzi bankarji miftuħa. L-aċċess għad-data permezz tal-interfaċċa tal-klijent (mingħajr ebda interfaċċa ddedikata) jista’ jkun xieraq fil-każ ta’ fornitur żgħir ħafna ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li għalih interfaċċa ddedikata tkun ta’ piż finanzjarju u ta’ riżorsi sinifikanti. L-eżenzjoni mill-obbligu li tinżamm kwalunkwe interfaċċa għall-aċċess għad-data ta’ “servizzi bankarji miftuħa” tista’ tkun iġġustifikata meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ikollu mudell ta’ negozju speċifiku, pereżempju fejn is-servizzi bankarji miftuħa ma jippreżentaw l-ebda rilevanza għall-klijenti tiegħu. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati għall-għoti ta’ dawn it-tipi differenti ta’ deċiżjonijiet ta’ eżenzjoni fi standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA.

    (63)Biex jiġi sfruttat b’mod sħiħ il-potenzjal tas-servizzi bankarji miftuħa fl-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi evitat kwalunkwe trattament diskriminatorju tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont. Fejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun iddeċieda li jagħmel użu mis-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jenħtieġ li jittratta dik l-ordni bl-istess mod li jittratta tali talba kieku ssir mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament direttament fl-“interfaċċa tal-klijent” tiegħu, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ma jkollux raġunijiet oġġettivi biex jittratta t-talba għall-aċċess għall-kont b’mod differenti, inklużi suspetti serji ta’ frodi.

    (64)Għall-forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jenħtieġ li jipprovdi lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament bl-informazzjoni kollha aċċessibbli għalih fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament immedjatament wara li tkun waslet l-ordni ta’ pagament. Xi drabi ssir disponibbli aktar informazzjoni għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont wara li jkun irċieva l-ordni ta’ pagament, iżda qabel ma jkun eżegwixxa t-tranżazzjoni ta’ pagament. Fejn ikun rilevanti għall-ordni ta’ pagament u għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jenħtieġ li jipprovdi dik l-informazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jenħtieġ li jibbenefika mill-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati r-riskji ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni mibdija. Dik l-informazzjoni hija indispensabbli biex il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun jista’ joffri lil benefiċjarju li f’ismu jibda t-tranżazzjoni servizz li l-kwalità tiegħu tista’ tikkompeti ma’ mezzi oħra ta’ pagamenti elettroniċi disponibbli għall-benefiċjarju, inklużi l-kards ta’ pagament.

    (65)Biex tiżdied il-fiduċja fis-servizzi bankarji miftuħa, huwa essenzjali li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li jużaw servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikunu f’kontroll sħiħ tad-data tagħhom u jkollhom aċċess għal informazzjoni ċara dwar il-permessi ta’ aċċess għad-data li dawk l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikunu taw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż l-iskop tal-permess u l-kategoriji ta’ data tal-kont ta’ pagament ikkonċernati, inkluża d-data dwar l-identità tal-kont, it-tranżazzjonijiet u l-bilanċ tal-kont. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jenħtieġ għalhekk li jagħmlu disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li jużaw tali servizzi “dashboard”, għall-monitoraġġ u l-irtirar jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-aċċess għad-data mogħti lill-fornituri ta’ “servizzi bankarji miftuħa”. Il-permessi għall-bidu ta’ pagamenti ta’ darba jenħtieġ li ma jkunux fuq dak id-dashboard. Dashboard ma jistax jippermetti lil utent ta’ servizzi ta’ pagament jistabbilixxi permessi ġodda ta’ aċċess għad-data ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li lilu ma jkun ingħata l-ebda aċċess għad-data preċedenti. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jenħtieġ li jinfurmaw minnufih lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament bi kwalunkwe rtirar tal-aċċess għad-data. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jenħtieġ li jinfurmaw minnufih lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont dwar permessi ġodda u permessi stabbiliti mill-ġdid ta’ aċċess għad-data mogħtija mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, inklużi d-durata tal-validità tal-permess u l-iskop tiegħu (b’mod partikolari jekk il-konsolidazzjoni tad-data tkunx għall-benefiċċju tal-utent jew għat-trażmissjoni lil parti terza). Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jenħtieġ li, bl-ebda mod, ma jinkoraġġixxi utent ta’ servizzi ta’ pagament jirtira l-permessi mogħtija lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Id-dashboard jenħtieġ li jwissi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod standard dwar ir-riskju ta’ konsegwenzi kuntrattwali possibbli tal-irtirar tal-aċċess għad-data għal fornitur ta’ servizzi bankarji miftuħa, peress li d-dashboard ma jimmaniġġjax ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-utent u fornitur ta’ “servizzi bankarji miftuħa”, iżda huwa f’idejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jivverifika dak ir-riskju. Dashboard tal-permessi jenħtieġ li jagħti s-setgħa lill-klijenti jimmaniġġjaw il-permessi tagħhom b’mod infurmat u imparzjali u jagħti lill-klijenti miżura qawwija ta’ kontroll dwar kif tintuża d-data personali u mhux personali tagħhom. Dashboard tal-permessi jenħtieġ li jqis, fejn ikun xieraq, ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà skont id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (66)Ir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366 żvela li l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għadhom esposti għal ħafna ostakli mhux ġustifikati, minkejja l-livell ta’ armonizzazzjoni miksub u tal-projbizzjoni fuq tali ostakli imposti mill-Artikolu 32(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 47 . Dawk l-ostakli għadhom ixekklu b’mod sinifikanti l-potenzjal sħiħ tas-servizzi bankarji miftuħa fl-Unjoni. Dawk l-ostakli jiġu rrapportati b’mod regolari mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament lis-superviżuri, lir-regolaturi u lill-Kummissjoni. Dawn ġew analizzati mill-EBA fl-Opinjoni tagħha ta’ Ġunju 2020 dwar “Obstacles to the provision of third-party provider services under the Payment Services Directive”. Minkejja l-isforzi ta’ kjarifiki li saru, għad hemm ħafna inċertezza, fis-suq u mas-superviżuri, dwar x’jikkostitwixxi “ostaklu pprojbit” għas-servizzi bankarji miftuħa regolati. Għalhekk huwa indispensabbli li tiġi pprovduta lista ċara u mhux eżawrjenti ta’ dawn l-ostakli pprojbiti għas-servizzi bankarji miftuħa, ibbażata b’mod partikolari fuq il-ħidma mwettqa mill-EBA.

    (67)L-obbligu li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà jinżammu sikuri huwa tal-akbar importanza biex jiġu protetti l-fondi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament u biex jiġu limitati r-riskji relatati mal-frodi u l-aċċess mhux awtorizzat għall-kontijiet ta’ pagament. Madankollu, it-termini u l-kundizzjonijiet jew obbligi oħra imposti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fuq l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward taż-żamma tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà sikuri jenħtieġ li ma jiġux abbozzati b’mod li jipprevjeni lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament milli jieħdu vantaġġ mis-servizzi offruti minn fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament, inklużi servizzi ta’ bidu ta’ pagament u servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Tali termini u kundizzjonijiet jenħtieġ li ma jkun fihom l-ebda dispożizzjoni li tagħmilha aktar diffiċli, bi kwalunkwe mod, li jintużaw is-servizzi ta’ pagament ta’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva (UE) XXX (PSD3). Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li, għall-attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, l-isem tas-sid tal-kont u n-numru tal-kont ma jikkostitwux data sensittiva dwar il-pagament.

    (68)Sabiex jirnexxu b’mod sħiħ, is-“servizzi bankarji miftuħa” jeħtieġu infurzar robust u effettiv tar-regoli li jirregolaw dik l-attività. Peress li ma teżisti l-ebda awtorità unika fil-livell tal-Unjoni biex tinforza d-drittijiet u d-dmirijiet tas-“servizzi bankarji miftuħa”, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma l-ewwel livell ta’ infurzar tas-servizzi bankarji miftuħa. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw b’mod proattiv u rigoruż ir-rispett tal-qafas regolat tas-“servizzi bankarji miftuħa” tal-Unjoni. L-infurzar insuffiċjenti mill-awtoritajiet rilevanti huwa ppreżentat b’mod regolari mill-operaturi ta’ servizzi bankarji miftuħa bħala waħda mir-raġunijiet għall-adozzjoni li għadha limitata tagħhom fl-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkollhom ir-riżorsi xierqa biex iwettqu l-kompiti ta’ infurzar tagħhom b’mod effettiv u effiċjenti. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jippromwovu u jinnegozjaw djalogu bla xkiel u regolari bejn id-diversi atturi tal-ekosistema tas-“servizzi bankarji miftuħa”. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sanzjonijiet xierqa. Il-monitoraġġ regolari tas-suq tas-“servizzi bankarji miftuħa” fl-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti, ikkoordinat mill-EBA, jenħtieġ li jiffaċilita l-infurzar, u l-ġbir ta’ data dwar is-suq tas-“servizzi bankarji miftuħa” se jirrimedja lakuna fid-data li teżisti bħalissa, li xxekkel kwalunkwe kejl effettiv tal-adozzjoni effettiva tas-“servizzi bankarji miftuħa” fl-Unjoni. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim, skont l-Artikolu 10 tal-proposta għal Att dwar id-Data, ladarba dak ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    (69)L-użu parallel tat-terminu “kunsens espliċitu” fid-Direttiva (UE) 2015/2366 u fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 wassal għal interpretazzjonijiet żbaljati. L-oġġett tal-kunsens espliċitu skont l-Artikolu 94(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 huwa l-permess biex jinkiseb aċċess għal dik id-data personali, biex tkun tista’ tiġi pproċessata u maħżuna din id-data personali li tkun meħtieġa għall-iskop li jiġi pprovdut is-servizz ta’ pagament. Għalhekk, jenħtieġ li ssir kjarifika biex tiżdied iċ-ċertezza legali u jkun hemm differenzjazzjoni ċara mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Fejn intuża t-terminu “kunsens espliċitu” fid-Direttiva (UE) 2015/2366, jenħtieġ li jintuża t-terminu “permess” f’dan ir-Regolament. Meta ssir referenza għal “permess”, dik ir-referenza jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679. Għalhekk, il-permess jenħtieġ li ma jiġix interpretat esklussivament bħala “kunsens” jew “kunsens espliċitu” kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679.

    (70)Is-sigurtà tat-trasferimenti ta’ kreditu hija fundamentali biex tiżdied il-fiduċja tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament f’tali servizzi u biex jiġi żgurat l-użu tagħhom. Il-pagaturi li jkun beħsiebhom jibagħtu trasferiment ta’ kreditu lil benefiċjarju partikolari jistgħu, bħala riżultat ta’ frodi jew żball, jipprovdu identifikatur uniku li ma jikkorrispondix ma’ kont miżmum minn dak il-benefiċjarju. Biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-frodi u l-iżbalji, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jibbenefikaw minn servizz li jivverifika jekk ikunx hemm xi diskrepanza bejn l-identifikatur uniku tal-benefiċjarju u l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur u, jekk tinstab kwalunkwe diskrepanza bħal din, jinnotifikaw b’dan lill-pagatur. Tali servizzi, fil-pajjiżi fejn jeżistu, kellhom impatt pożittiv sostanzjali fuq il-livell tal-frodi u l-iżbalji. Minħabba l-importanza ta’ dak is-servizz għall-prevenzjoni tal-frodi u l-iżbalji, tali servizz jenħtieġ li jkun disponibbli mingħajr ħlas għall-konsumaturi. Biex jiġu evitati frizzjonijiet jew dewmien bla bżonn fl-ipproċessar tat-tranżazzjoni, jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jipprovdi tali notifika fi żmien mhux aktar minn ftit sekondi mill-mument li l-pagatur ikun daħħal l-informazzjoni tal-benefiċjarju. Biex il-pagatur ikun jista’ jiddeċiedi jekk għandux jipproċedi bit-tranżazzjoni maħsuba, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jenħtieġ li jipprovdi tali notifika qabel ma l-pagatur jawtorizza t-tranżazzjoni. Ċerti soluzzjonijiet ta’ bidu ta’ trasferiment ta’ kreditu jistgħu jkunu disponibbli għall-pagaturi u dawn ikunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament mingħajr ma jdaħħlu huma stess l-identifikatur uniku. Minflok, dawn l-elementi tad-data jiġu pprovduti mill-fornitur ta’ dik is-soluzzjoni ta’ bidu. F’każijiet bħal dawn, ma jkunx hemm bżonn ta’ servizz li jivverifika t-tqabbil bejn l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju peress li r-riskju ta’ frodi jew ta’ żbalji jitnaqqas b’mod sinifikanti.

    (71)Ir-Regolament (UE) XXX li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 jipprevedi servizz li jivverifika t-tqabbil bejn l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju li għandu jiġi offrut lill-utenti ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro. Biex jinkiseb qafas koerenti għat-trasferimenti ta’ kreditu kollha filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni bla bżonn, is-servizz ta’ verifika msemmi f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal trasferimenti ta’ kreditu li ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) XXX li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012.

    (72)Xi attributi tal-isem tal-benefiċjarju li fil-kont tiegħu l-pagatur ikun jixtieq jagħmel trasferiment ta’ kreditu jistgħu jżidu l-probabbiltà li tinstab diskrepanza mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluża l-preżenza ta’ dijakritiċi jew traslitterazzjonijiet differenti possibbli ta’ ismijiet f’alfabetti differenti, differenzi bejn l-ismijiet użati abitwalment u l-ismijiet indikati fuq dokumenti ta’ identifikazzjoni formali fil-każ ta’ persuni fiżiċi, jew differenzi bejn l-ismijiet kummerċjali u ġuridiċi fil-każ ta’ persuni ġuridiċi. Biex jiġu evitati frizzjonijiet bla bżonn fl-ipproċessar tat-trasferimenti ta’ kreditu u tiġi ffaċilitata d-deċiżjoni tal-pagatur dwar jekk jipproċedix bit-tranżazzjoni maħsuba, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jindikaw il-grad ta’ tali diskrepanza billi fin-notifika jindikaw fejn ma jkun hemm ebda tqabbil jew tqabbil “viċin”.

    (73)L-awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament minkejja li s-servizz ta’ verifika tal-konkordanza ikun sab diskrepanza u nnotifika dik id-diskrepanza lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, tista’ twassal biex il-fondi jiġu trasferiti lil benefiċjarju mhux intenzjonat. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jinfurmaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament dwar il-konsegwenzi possibbli tal-għażla tagħhom li jinjoraw id-diskrepanza nnotifikata u jipproċedu bl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni. L-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li ma jużawx tali servizz fi kwalunkwe ħin matul ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Wara li jagħżlu li ma jużawhx, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jużaw is-servizz.

    (74)L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament malajr kemm jista’ jkun dwar kwalunkwe kontestazzjoni li tikkonċerna tranżazzjonijiet ta’ pagament allegatament mhux awtorizzati, eżegwiti b’mod mhux korrett jew trasferimenti ta’ kreditu awtorizzati meta kien hemm funzjonament ħażin tas-servizz ta’ verifika tal-konkordanza, dment li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun issodisfa l-obbligi ta’ informazzjoni tiegħu. Jekk l-iskadenza għan-notifika tkun ġiet irrispettata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkun jista’ jsegwi dawk il-pretensjonijiet soġġett għal perjodi ta’ limitazzjoni nazzjonali. Dan jenħtieġ li ma jaffettwax pretensjonijiet oħra bejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

    (75)Jenħtieġ li jsir provvediment għall-allokazzjoni tat-telf fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati jew ta’ trasferimenti ta’ kreditu awtorizzati speċifiċi. Jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet differenti għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li ma jkunux konsumaturi, peress li dawn l-utenti normalment ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jivvalutaw ir-riskju ta’ frodi u jieħdu miżuri kumpensatorji. Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, jenħtieġ li l-pagaturi dejjem ikunu intitolati li jindirizzaw il-pretensjoni tagħhom għal rimborż lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tagħhom, anke meta fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun involut fit-tranżazzjoni ta’ pagament. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

    (76)Fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-allokazzjoni tar-responsabbiltà bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont u l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament involut fit-tranżazzjoni jenħtieġ li tobbligahom jieħdu r-responsabbiltà għall-partijiet rispettivi tat-tranżazzjoni li jkunu taħt il-kontroll tagħhom.

    (77)Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jirrifondi immedjatament l-ammont ta’ dik it-tranżazzjoni lill-pagatur. Madankollu, fejn ikun hemm suspett kbir ta’ tranżazzjoni mhux awtorizzata li tirriżulta minn imġiba frodulenti mill-pagatur u fejn dak is-suspett ikun ibbażat fuq raġunijiet oġġettivi li jiġu kkomunikati lill-awtorità nazzjonali rilevanti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkun jista’ jwettaq investigazzjoni qabel ma jirrifondi lill-pagatur. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li, fi żmien 10 ijiem ta’ negozju wara li jinnota jew jiġi nnotifikat bit-tranżazzjoni, jew jirrifondi lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew jipprovdi lill-pagatur ir-raġunijiet u l-evidenza ta’ sostenn għar-rifjut tar-rimborż u jindika l-korpi li lilhom il-pagatur jista’ jirreferi l-kwistjoni jekk il-pagatur ma jaċċettax ir-raġunijiet ipprovduti. Biex il-pagatur jiġi protett minn kwalunkwe żvantaġġ, id-data tal-valur tal-kreditu tar-rimborż jenħtieġ li ma tkunx aktar tard mid-data meta l-ammont ikun ġie ddebitat. Biex l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jingħata inċentiv biex jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bi kwalunkwe serq jew telf ta’ strument ta’ pagament u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati, l-utent jenħtieġ li jkun responsabbli biss għal ammont limitat ħafna sakemm l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx aġixxa b’mod frodulenti jew b’negliġenza serja. F’dak il-kuntest, ammont ta’ EUR 50 jidher li huwa adegwat sabiex tiġi żgurata protezzjoni armonizzata u ta’ livell għoli tal-utenti fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda responsabbiltà meta l-pagatur ma jkunx jista’ jsir jaf bit-telf, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament. Barra minn hekk, ladarba utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun innotifika lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li l-istrument ta’ pagament tiegħu seta’ ġie kompromess, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ ikopri kwalunkwe telf ulterjuri li jirriżulta minn użu mhux awtorizzat ta’ dak l-istrument. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu responsabbli għas-sigurtà teknika tal-prodotti tagħhom.

    (78)Id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà fil-każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu awtorizzati fejn kien hemm applikazzjoni mhux korretta jew funzjonament ħażin tas-servizz li jidentifika diskrepanzi bejn l-isem u l-identifikatur uniku ta’ benefiċjarju joħolqu l-inċentivi xierqa għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biex jipprovdu servizz kompletament funzjonali, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ pagament mhux infurmati. Jekk il-pagatur ikun iddeċieda li jagħmel użu minn tali servizz, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jenħtieġ li jinżamm responsabbli għall-ammont sħiħ tat-trasferiment ta’ kreditu f’każijiet fejn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun naqas, filwaqt li kellu jagħmel dan kieku kien qiegħed jiffunzjona kif suppost, milli jinnotifika lill-pagatur b’diskrepanza bejn l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur u tali nuqqas ikkawża dannu finanzjarju lill-pagatur. Fejn ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur tkun attribwibbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jenħtieġ li jikkumpensa lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għad-dannu finanzjarju mġarrab.

    (79)Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti b’mod adegwat fil-kuntest ta’ ċerti tranżazzjonijiet ta’ pagament frodulenti li jkunu awtorizzaw mingħajr ma kienu jafu li dawn it-tranżazzjonijiet kienu frodulenti. L-għadd ta’ każijiet ta’ “inġinerija soċjali” fejn il-konsumaturi jiġu żgwidati biex jawtorizzaw tranżazzjoni ta’ pagament lil frodatur żdied b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin. Il-każijiet ta’ “spoofing” fejn il-frodaturi jagħmlu tabirruħhom li huma impjegati tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ klijent u jużaw ħażin l-isem, l-indirizz tal-posta jew in-numru tat-telefon tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex jiksbu l-fiduċja tal-klijenti u jqarrqu bihom biex iwettqu xi azzjonijiet, sfortunatament qed isiru aktar mifruxa fl-Unjoni. Dawk it-tipi ġodda ta’ frodi ta’ “spoofing” qed iċajpru d-differenza li kienet teżisti fid-Direttiva (UE) 2015/2366 bejn tranżazzjonijiet awtorizzati u tranżazzjonijiet mhux awtorizzati. Il-mezzi li permezz tagħhom il-kunsens jista’ jiġi preżunt li jkun ingħata qed isiru wkoll aktar kumplessi biex jiġu identifikati, peress li l-frodaturi jistgħu jieħdu kontroll tal-proċess kollu ta’ kunsens u awtentikazzjoni, inkluż tat-tlestija tal-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur. Il-kundizzjonijiet li fihom il-klijent ikun awtorizza tranżazzjoni billi ta l-permess tiegħu għaliha jenħtieġ li jingħataw il-konsiderazzjoni dovuta, inkluż mill-qrati, biex tranżazzjoni tikkwalifika bħala awtorizzata jew mhux awtorizzata. Tranżazzjoni tista’ fil-fatt tkun ġiet awtorizzata f’ċirkostanzi fejn tali awtorizzazzjoni tkun ingħatat fuq premessi manipulati li jaffettwaw l-integrità tal-permess. Għalhekk ma għadux possibbli, kif kien il-każ fid-Direttiva (UE) 2015/2366, li r-rimborżi jiġu limitati għal tranżazzjonijiet mhux awtorizzati biss. Madankollu jkun sproporzjonat u finanzjarjament għali ħafna għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jiftħu kull tranżazzjoni frodulenti, awtorizzata jew mhux awtorizzata, għal dritt sistematiku ta’ rimborż. Dan jista’ jikkawża wkoll periklu morali u tnaqqis fil-viġilanza tal-klijent.

    (80)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jitqiesu wkoll bħala vittmi ta’ każijiet ta’ “spoofing”, peress li d-dettalji tagħhom ġew użurpati. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom aktar mezzi mill-konsumaturi biex itemmu dawn il-każijiet ta’ frodi, permezz ta’ prevenzjoni adegwata u salvagwardji tekniċi robusti żviluppati ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bħal operaturi ta’ networks mobbli, pjattaformi tal-internet, eċċ. Il-każijiet ta’ frodi ta’ personifikazzjoni tal-impjegati tal-banek jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-bank, tas-settur bankarju kollu kemm hu u jistgħu jikkawżaw danni finanzjarji sinifikanti lill-konsumaturi tal-Unjoni, li jaffettwaw il-fiduċja tagħhom fil-pagamenti elettroniċi u fis-sistema bankarja. Konsumatur bona fide li kien il-vittma ta’ tali frodi ta’ “spoofing” fejn il-frodaturi jagħmluha tabirruħhom li huma impjegati tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ klijent u jużaw ħażin l-isem, l-indirizz tal-posta jew in-numru tat-telefon tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ għalhekk li jkun intitolat għal rimborż tal-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament frodulenti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, sakemm il-pagatur ma jkunx aġixxa b’mod frodulenti jew b’“negliġenza serja”. Malli l-konsumatur isir konxju li kien vittma ta’ dak it-tip ta’ frodi ta’ spoofing, il-konsumatur jenħtieġ li jirrapporta mingħajr dewmien bla bżonn l-inċident lill-pulizija, preferibbilment permezz ta’ proċeduri ta’ lment online, meta dawn ikunu disponibbli mill-pulizija, u lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, u jipprovdi kull evidenza ta’ sostenn meħtieġa. Jenħtieġ li ma jingħata l-ebda rimborż meta dawk il-kundizzjonijiet proċedurali ma jiġux issodisfati.

    (81)Minħabba l-obbligi tagħhom li jissalvagwardjaw is-sigurtà tas-servizzi tagħhom f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 , il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom il-kapaċità li jikkontribwixxu għall-ġlieda kollettiva kontra l-frodi ta’ “spoofing”. Għalhekk, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jikkooperaw mal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament bil-għan li jipprevjenu okkorrenzi ulterjuri ta’ dak it-tip ta’ frodi, inkluż billi jaġixxu fil-pront biex jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri organizzattivi u tekniċi xierqa biex jissalvagwardjaw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE. Kwalunkwe pretensjoni minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kontra fornituri oħra, bħall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, għad-dannu finanzjarju kkawżat fil-kuntest ta’ dan it-tip ta’ frodi jenħtieġ li ssir f’konformità mal-liġi nazzjonali. 

    (82)Biex tiġi vvalutata n-negliġenza possibbli jew in-negliġenza serja min-naħa tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jenħtieġ li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha. L-evidenza u l-grad tal-allegata negliġenza ġeneralment jenħtieġ li jiġu evalwati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, filwaqt li l-kunċett ta’ negliġenza jimplika ksur tad-dmir ta’ attenzjoni, “negliġenza serja” jenħtieġ li tfisser aktar minn sempliċi negliġenza, u tinvolvi mġiba li turi grad sinifikanti ta’ traskuraġni; pereżempju, iż-żamma tal-kredenzjali użati għall-awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ħdejn l-istrument ta’ pagament f’format li jkun miftuħ u li jista’ jinstab faċilment minn partijiet terzi. Il-fatt li konsumatur ikun diġà rċieva rimborż mingħand fornitur ta’ servizzi ta’ pagament wara li jkun safa vittma ta’ frodi ta’ personifikazzjoni ta’ impjegati tal-bank u jkun qed jintroduċi talba oħra għal rimborż lill-istess fornitur ta’ servizzi ta’ pagament wara li jkun reġa’ safa vittma tal-istess tip ta’ frodi jista’ jitqies bħala “negliġenza serja” peress li dan jista’ jindika livell għoli ta’ traskuraġni mill-utent li kellu jkun aktar viġilanti wara li jkun diġà safa vittma tal-istess modus operandi frodulenti.

    (83)It-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali relatati mal-forniment u l-użu ta’ strument ta’ pagament, li l-effett tagħhom ikun li jiżdied l-oneru tal-provi fuq il-konsumatur jew li jitnaqqas l-oneru tal-provi fuq l-emittent, jenħtieġ li jitqiesu bħala nulli u bla effett. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet speċifiċi u b’mod partikolari fejn l-istrument ta’ pagament ma jkunx preżenti fil-punt tal-bejgħ, bħal fil-każ ta’ pagamenti online, huwa xieraq li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jintalab jipprovdi evidenza tal-allegata negliġenza peress li l-mezzi tal-pagatur biex jagħmel dan huma limitati ħafna f’każijiet bħal dawn.

    (84)Il-konsumaturi huma partikolarment vulnerabbli f’każijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard fejn l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf fil-mument meta l-pagatur jagħti l-permess għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, pereżempju fi stazzjonijiet awtomatiċi tal-fjuwil, f’kuntratti ta’ kiri ta’ karozzi jew meta jsiru riżervazzjonijiet ta’ lukandi. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jenħtieġ li jkun jista’ jimblokka ammont ta’ fondi fil-kont ta’ pagament tal-pagatur fi proporzjon mal-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jista’ jkun raġonevolment mistenni mill-pagatur, u biss jekk il-pagatur ikun ta l-kunsens tiegħu biex dak l-ammont preċiż jiġi imblukkat. Dawk il-fondi jenħtieġ li jiġu rilaxxati immedjatament wara li tasal l-informazzjoni dwar l-ammont finali eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament u mhux aktar tard minn immedjatament wara li tasal l-ordni ta’ pagament. Biex jiġi żgurat rilaxx fil-pront tad-differenza bejn l-ammont imblukkat u l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-benefiċjarju jenħtieġ li jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament immedjatament wara l-konsenja tas-servizz jew tal-oġġetti lill-pagatur.

    (85)Għadhom jeżistu skemi tradizzjonali ta’ debitu dirett mhux f’euro fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro. Dawk l-iskemi qed juru li huma effiċjenti u jiżguraw l-istess livell għoli ta’ protezzjoni għall-pagatur permezz ta’ salvagwardji oħra, mhux dejjem ibbażati fuq dritt inkondizzjonat għal rimborż. F’dak il-każ, il-pagatur jenħtieġ li jkun protett bir-regola ġenerali għal rimborż meta t-tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita taqbeż l-ammont li seta’ raġonevolment ikun mistenni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu regoli dwar id-dritt għal rimborż li jkunu aktar favorevoli għall-pagatur minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ikun proporzjonat li l-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikunu jistgħu jaqblu f’kuntratt qafas li l-pagatur ma jkollu l-ebda dritt għal rimborż f’sitwazzjonijiet fejn il-pagatur ikun protett. Dan jista’ jkun jew minħabba li l-pagatur ikun ta permess għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni direttament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, inkluż meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jaġixxi f’isem il-benefiċjarju, jew minħabba li l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament futura tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli b’mod maqbul lill-pagatur mill-anqas 4 ġimgħat qabel id-data ta’ skadenza mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-benefiċjarju. Fi kwalunkwe każ, il-pagatur jenħtieġ li jkun protett bir-regola ġenerali ta’ rimborż fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati jew eżegwiti b’mod mhux korrett jew trasferimenti ta’ kreditu awtorizzati soġġetti għal applikazzjoni mhux korretta tas-servizz ta’ verifika tal-konkordanza jew fil-każ ta’ frodi ta’ personifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    (86)Għall-ippjanar finanzjarju u l-issodisfar tal-obbligi ta’ pagament fi żmien debitu, il-konsumaturi u l-impriżi jeħtieġ li jkollhom ċertezza dwar it-tul ta’ żmien li se tieħu l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ pagament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit meta d-drittijiet u l-obbligi jidħlu fis-seħħ, jiġifieri, meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirċievi l-ordni ta’ pagament, inkluż meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kellu l-opportunità li jirċeviha permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni maqbula fil-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament. Dan minkejja kwalunkwe involviment preċedenti fil-proċess li jwassal għall-ħolqien u t-trażmissjoni tal-ordni ta’ pagament, inklużi s-sigurtà u d-disponibbiltà ta’ kontrolli tal-fondi, informazzjoni dwar l-użu tan-numru tal-identità personali jew il-ħruġ ta’ wegħda ta’ pagament. Barra minn hekk, ir-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament jenħtieġ li sseħħ meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jirċievi l-ordni ta’ pagament li għandha tiġi ddebitata mill-kont tal-pagatur. Il-ħin meta benefiċjarju jittrażmetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ordnijiet ta’ pagament għall-ġbir, pereżempju, ta’ pagamenti bil-kard jew ta’ debiti diretti jew meta l-benefiċjarju jingħata prefinanzjament fuq l-ammonti relatati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament permezz ta’ kreditu kontinġenti lill-kont jenħtieġ li ma jkollu l-ebda rilevanza f’dak ir-rigward. L-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq l-eżekuzzjoni xierqa ta’ ordni ta’ pagament kompluta u valida jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkollu l-ebda raġuni kuntrattwali jew statutorja għal rifjut. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta ordni ta’ pagament, ir-rifjut u r-raġuni għar-rifjut jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament mal-ewwel opportunità, soġġett għar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali. Fejn il-kuntratt qafas jipprevedi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jimponi tariffa għal rifjut, tali tariffa jenħtieġ li tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv u jenħtieġ li tkun baxxa kemm jista’ jkun.

    (87)Fid-dawl tal-ħeffa li biha s-sistemi ta’ pagament kompletament awtomatizzati jipproċessaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament, li jfisser li wara ċertu punt l-ordnijiet ta’ pagament ma jkunux jistgħu jiġu revokati mingħajr kostijiet għoljin ta’ intervent manwali, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza ċara għar-revoka tal-pagament. Madankollu, skont it-tip ta’ servizz ta’ pagament u l-ordni ta’ pagament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-iskadenza għar-revoki tal-pagament tiġi varjata bi qbil bejn il-partijiet. F’dak il-kuntest, ir-revoka jenħtieġ li tapplika biss bejn utent ta’ servizzi ta’ pagament u fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-irrevokabbiltà u l-finalità tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-sistemi ta’ pagament.

    (88)Jenħtieġ li l-irrevokabbiltà ta’ ordni ta’ pagament ma taffettwax id-drittijiet jew l-obbligi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont il-liġijiet tal-Istati Membri, abbażi tal-kuntratt qafas tal-pagatur jew il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi jew il-linji gwida nazzjonali, biex jirrimborża lill-pagatur bl-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita fil-każ ta’ tilwima bejn il-pagatur u l-benefiċjarju. Tali rimborż jenħtieġ li jitqies bħala ordni ta’ pagament ġdida. Ħlief f’dawk il-każijiet, it-tilwim legali li jirriżulta fir-relazzjoni sottostanti għall-ordni ta’ pagament jenħtieġ li jiġi solvut biss bejn il-pagatur u l-benefiċjarju.

    (89)Huwa essenzjali, għall-ipproċessar dirett kompletament integrat tal-pagamenti u għaċ-ċertezza legali fir-rigward tat-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu sottostanti bejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, li l-ammont sħiħ trasferit mill-pagatur jenħtieġ li jiġi kkreditat fil-kont tal-benefiċjarju. Għaldaqstant, jenħtieġ li ma jkun possibbli għall-ebda wieħed mill-intermedjarji involuti fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament jagħmel tnaqqis mill-ammont trasferit. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-benefiċjarji jidħlu fi ftehim mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li jippermetti lil dan tal-aħħar inaqqas l-imposti tiegħu stess. Madankollu, biex il-benefiċjarju jkun jista’ jivverifika li l-ammont dovut jitħallas b’mod korrett, l-informazzjoni sussegwenti pprovduta dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament jenħtieġ li tindika mhux biss l-ammont sħiħ tal-fondi trasferiti, iżda wkoll l-ammont ta’ kwalunkwe imposta li tkun tnaqqset.

    (90)Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-pagamenti fl-Unjoni kollha, l-ordnijiet kollha ta’ pagament mibdija mill-pagatur u denominati f’-euro jew fil-munita ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-euro, inklużi trasferimenti ta’ kreditu u rimessi ta’ flus mhux istantanji, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal żmien massimu ta’ eżekuzzjoni ta’ jum wieħed. Għall-pagamenti l-oħrajn kollha, bħall-pagamenti mibdija minn benefiċjarju jew permezz tiegħu, inklużi debiti diretti u pagamenti bil-kard, fin-nuqqas ta’ ftehim espliċitu bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-pagatur li jistabbilixxi żmien itwal ta’ eżekuzzjoni, jenħtieġ li japplika l-istess żmien ta’ eżekuzzjoni ta’ jum wieħed. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk il-perjodi jiġu estiżi b’jum ta’ negozju wieħed addizzjonali, jekk ordni ta’ pagament issir fuq karta, biex ikun jista’ jitkompla l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament lil konsumaturi li jkunu mdorrija biss b’dokumenti stampati. Meta tintuża skema ta’ debitu dirett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jenħtieġ li jittrażmetti l-ordni ta’ ġbir fil-limiti ta’ żmien maqbula bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, biex b’hekk is-saldu jkun jista’ jsir fid-data maqbula. Jenħtieġ li jkun possibbli li jinżammu jew jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw żmien ta’ eżekuzzjoni iqsar minn jum ta’ negozju wieħed.

    (91)Ir-regoli dwar l-eżekuzzjoni għall-ammont sħiħ u ż-żmien ta’ eżekuzzjoni jenħtieġ li jikkostitwixxu prattika tajba meta wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx jinsab fl-Unjoni. Meta jsir trasferiment ta’ kreditu jew rimessa ta’ flus lil benefiċjarju li jkun jinsab barra mill-Unjoni, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jenħtieġ li jipprovdi lill-pagatur stima taż-żmien meħtieġ biex it-trasferiment ta’ kreditu jew ir-rimessa ta’ flus tiġi kkreditata lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li jkun jinsab barra mill-Unjoni. Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fl-Unjoni ma jistax ikun mistenni jistma ż-żmien meħud minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament barra mill-Unjoni biex, wara li jkun irċieva l-fondi, jikkredita dawk il-fondi fil-kont tal-benefiċjarju.

    (92)Biex tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fis-swieq tal-pagamenti, huwa essenzjali li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikunu jafu l-imposti reali tas-servizzi ta’ pagament. Għaldaqstant, l-użu ta’ metodi ta’ pprezzar mhux trasparenti jenħtieġ li jkun ipprojbit, peress li huwa komunement aċċettat li dawk il-metodi jagħmluha estremament diffiċli għall-utenti biex jistabbilixxu l-prezz reali tas-servizz ta’ pagament. B’mod speċifiku, jenħtieġ li ma jkunx permess l-użu ta’ datar tal-valur għall-iżvantaġġ tal-utent.

    (93)Jenħtieġ li jkun possibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jispeċifika mingħajr ambigwità l-informazzjoni meħtieġa biex ordni ta’ pagament tiġi eżegwita b’mod korrett. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jenħtieġ li jaġixxi bid-diliġenza dovuta u jivverifika, fejn dan ikun teknikament possibbli u mingħajr ma jirrikjedi intervent manwali, il-koerenza tal-identifikatur uniku, u, fejn l-identifikatur uniku jinstab li jkun inkoerenti, jirrifjuta l-ordni ta’ pagament u jinforma b’dan lill-pagatur.

    (94)Il-funzjonament bla xkiel u effiċjenti tas-sistemi ta’ pagament jiddependi fuq kemm l-utent ikun jista’ joqgħod fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jeżegwixxi t-tranżazzjoni ta’ pagament b’mod korrett u fiż-żmien miftiehem. Normalment, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun jista’ jivvaluta r-riskji involuti fi tranżazzjoni ta’ pagament. Huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi s-sistema ta’ pagamenti li jagħmel l-arranġamenti biex jiġbor lura fondi li jkunu ntilfu jew li jkunu ġew allokati ħażin, u jiddeċiedi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dwar l-intermedjarji involuti fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament. Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet kollha, huwa xieraq, ħlief f’ċirkostanzi anormali u imprevedibbli, li tiġi imposta responsabbiltà fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament aċċettata mill-utent, ħlief fir-rigward ta’ atti u ommissjonijiet mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, li jkun intgħażel biss mill-benefiċjarju. Madankollu, sabiex il-pagatur ma jitħalliex mingħajr protezzjoni fiċ-ċirkostanzi improbabbli li ma jkunx ċar li l-ammont ta’ pagament ġie debitament riċevut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, l-oneru tal-provi korrispondenti jenħtieġ li jaqa’ fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur. Bħala regola, wieħed jista’ jistenna li l-istituzzjoni intermedjarja, normalment korp imparzjali bħal bank ċentrali jew kamra tal-ikklirjar, li tittrasferixxi l-ammont tal-pagament mingħand il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jibgħat għal għand dak li jirċievi, taħżen id-data tal-kont u tkun tista’ tipprovdi d-data fejn ikun meħtieġ. Fejn l-ammont tal-pagament ikun ġie kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament riċeventi, il-benefiċjarju jenħtieġ li jkollu immedjatament pretensjoni kontra l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-kreditu tal-kont.

    (95)Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, jiġifieri l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jew, fejn ikun xieraq, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jenħtieġ li jassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni korretta tal-pagament, inkluż l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament u ż-żmien ta’ eżekuzzjoni, u r-responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas minn partijiet oħra fil-katina ta’ pagament sal-kont tal-benefiċjarju. Bħala riżultat ta’ dik ir-responsabbiltà, fejn l-ammont sħiħ ma jiġix ikkreditat jew jiġi kkreditat biss tard lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jenħtieġ li jikkoreġi t-tranżazzjoni ta’ pagament jew mingħajr dewmien bla bżonn jirrifondi lill-pagatur l-ammont rilevanti ta’ dik it-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni oħra li tista’ ssir skont il-liġi nazzjonali. Minħabba r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-pagatur jew il-benefiċjarju jenħtieġ li ma jiġu mgħobbija bl-ebda kost relatat ma’ pagament mhux korrett. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew tard ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, jenħtieġ li d-data tal-valur tal-pagamenti korrettivi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament dejjem tkun l-istess bħad-data tal-valur fil-każ ta’ eżekuzzjoni korretta.

    (96)Il-funzjonament tajjeb tat-trasferimenti ta’ kreditu u ta’ servizzi oħra ta’ pagament jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-intermedjarji tagħhom, inklużi l-proċessuri, ikollhom kuntratti li fihom jiġu stabbiliti d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tagħhom. Kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltajiet jiffurmaw parti essenzjali minn dawk il-kuntratti. Biex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka fost il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-intermedjarji li jieħdu sehem fi tranżazzjoni ta’ pagament, hija meħtieġa ċertezza legali fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux responsabbli jiġi kkumpensat għat-telf imġarrab jew għas-somom imħallsa skont ir-regoli dwar ir-responsabbiltà. Aktar drittijiet u dettalji tal-kontenut tar-rikors u kif għandhom jiġu ttrattati l-pretensjonijiet lejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew l-intermedjarju attribwibbli għal tranżazzjoni ta’ pagament difettuża jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ftehim.

    (97)Il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jista’ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali li tikkonċerna suġġett tad-data li ma jkunx l-utent ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament speċifiku, iżda li l-ipproċessar tad-data personali tiegħu minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament speċifiku jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt bejn il-fornitur u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament. Meta tiġi pproċessata data personali, l-ipproċessar jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 u mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 50 inklużi l-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-ħżin. Il-protezzjoni tad-data mid-disinn u l-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku jenħtieġ li tiġi inkorporata fis-sistemi kollha ta’ pproċessar tad-data żviluppati u użati fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725 ikunu responsabbli għas-superviżjoni tal-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

    (98)Kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut għall-UE, il-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-pagamenti tal-UE huwa ta’ interess pubbliku sostanzjali. Għalhekk, meta jkun meħtieġ fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament għall-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament ikunu jistgħu jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data personali kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fejn jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta’ data personali, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament jenħtieġ li jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jinkludu limitazzjonijiet tekniċi fuq l-użu mill-ġdid tad-data u l-użu ta’ miżuri ta’ sigurtà u ta’ preservazzjoni tal-privatezza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, inkluż il-psewdonimizzazzjoni, jew il-kriptaġġ biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-ħżin, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u s-sistemi ta’ pagament jenħtieġ li jimplimentaw ukoll miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni, inkluż taħriġ dwar l-ipproċessar ta’ tali data, il-limitazzjoni tal-aċċess għal kategoriji speċjali ta’ data u r-reġistrazzjoni ta’ tali aċċess.

    (99)L-għoti ta’ informazzjoni lill-individwi dwar l-ipproċessar ta’ data personali jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725.

    (100)Il-frodaturi spiss jimmiraw l-aktar individwi vulnerabbli tas-soċjetà tagħna. Is-sejbien f’waqtu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament frodulenti huwa essenzjali, u l-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet għandu rwol importanti f’dak is-sejbien. Għalhekk huwa xieraq li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu meħtieġa li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet, li jirriflettu l-kontribut kruċjali ta’ dawk il-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-frodi, li jmur lil hinn mill-protezzjoni offruta mill-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inklużi tranżazzjonijiet li jinvolvu servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    (101)L-EBA jenħtieġ li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi relatati mal-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jibnu fuq il-valur miżjud li jirriżulta minn karatteristiċi ambjentali u ta’ mġiba relatati mad-drawwiet ta’ pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    (102)Biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet jaħdmu b’mod effettiv biex il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu jistgħu jidentifikaw u jipprevjenu l-frodi, b’mod partikolari billi jidentifikaw l-użu atipiku ta’ servizzi ta’ pagament li jista’ jindika tranżazzjoni potenzjalment frodulenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu jipproċessaw informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-klijenti tagħhom u l-kontijiet ta’ pagament tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ, madankollu, li jistabbilixxu perjodi xierqa ta’ żamma għal tipi differenti ta’ data użati għall-prevenzjoni tal-frodi. Dawk il-perjodi ta’ żamma jenħtieġ li jkunu strettament limitati għall-perjodu meħtieġ għall-identifikazzjoni ta’ mġiba atipika, potenzjalment frodulenti u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jħassru regolarment id-data li ma tkunx meħtieġa aktar għas-sejbien u l-prevenzjoni tal-frodi. Id-data pproċessata għall-finijiet ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li ma tintużax wara li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jibqax klijent tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    (103)Il-frodi fit-trasferimenti ta’ kreditu hija inerentement adattiva u tinkludi diversità miftuħa ta’ prattiki u tekniki, inkluż is-serq tal-kredenzjali ta’ awtentikazzjoni, it-tbagħbis tal-fatturi, u l-manipulazzjoni soċjali. Għalhekk, biex ikunu jistgħu jiġu evitati tipi dejjem aktar ġodda ta’ frodi, il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jittejjeb b’mod kostanti, billi jsir użu sħiħ tat-teknoloġija bħall-intelliġenza artifiċjali. Ħafna drabi fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ pagament ma jkollux l-istampa sħiħa dwar l-elementi kollha li jistgħu jwasslu għal sejbien f’waqtu ta’ frodi. Madankollu, dan jista’ jsir aktar effettiv b’ammont akbar ta’ informazzjoni dwar attività potenzjalment frodulenti li tirriżulta minn fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament. Għalhekk, jenħtieġ li tkun possibbli l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Biex jidentifikaw aħjar it-tranżazzjonijiet ta’ pagament frodulenti u jipproteġu l-klijenti tagħhom, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li, għall-finijiet tal-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet, jagħmlu użu mid-data dwar il-frodi fil-pagamenti kondiviża minn fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament fuq bażi multilaterali bħal pjattaformi tal-IT iddedikati bbażati fuq arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni. Biex tittejjeb il-protezzjoni tal-pagaturi kontra l-frodi fit-trasferimenti ta’ kreditu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq informazzjoni kemm jista’ jkun komprensiva u aġġornata, jiġifieri billi jużaw kollettivament informazzjoni dwar l-identifikaturi uniċi, it-tekniki ta’ manipulazzjoni u ċirkostanzi oħra assoċjati ma’ trasferimenti ta’ kreditu frodulenti identifikati individwalment minn kull fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Qabel ma jikkonkludu arranġament ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679. Fejn il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-ipproċessar, fin-nuqqas ta’ salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi biex jiġi mitigat ir-riskju, jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jikkonsultaw lill-awtorità rilevanti għall-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament (UE) 2016/679. Jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa valutazzjoni tal-impatt ġdida meta fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jissieħeb f’arranġament eżistenti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni li għalih tkun diġà twettqet valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data. L-arranġament ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri tekniċi u organizzattivi għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li dan jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż fil-każ ta’ kontrolluri konġunti, tal-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament.

    (104)Għall-finijiet tal-iskambju ta’ data personali ma’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu soġġetti għal arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li “identifikatur uniku” jinftiehem bħala li jirreferi għall-“IBAN” kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) 260/2012.

    (105)Biex jiġi evitat li skambji leġittimi ta’ informazzjoni dwar attività potenzjalment frodulenti jwasslu għal “tneħħija tar-riskji” mhux ġustifikata jew għall-irtirar tas-servizzi ta’ kont ta’ pagament lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament mingħajr spjegazzjoni jew rikors, huwa xieraq li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji. Id-data dwar il-frodi fil-pagamenti kondiviża fl-ambitu ta’ arranġament multilaterali ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni li tista’ tinvolvi d-divulgazzjoni ta’ data personali, inklużi l-identifikaturi uniċi ta’ benefiċjarji potenzjalment involuti fi frodi fit-trasferimenti ta’ kreditu, jenħtieġ li tintuża biss mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għall-fini tat-tisħiħ tal-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji addizzjonali mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, bħall-ikkuntattjar tal-klijent jekk huwa jkun il-pagatur ta’ trasferiment ta’ kreditu li jista’ jiġi preżunt li jkun frodulenti, u monitoraġġ ulterjuri ta’ kont, fejn l-identifikatur uniku kondiviż bħala potenzjalment frodulenti jaħtar klijent ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Jenħtieġ li d-data dwar il-frodi fil-pagamenti kondiviża fost il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fil-kuntest ta’ tali arranġamenti ma tikkostitwix raġuni għall-irtirar tas-servizzi bankarji mingħajr investigazzjoni dettaljata.

    (106)Il-frodi fil-pagamenti qed issir dejjem aktar sofistikata, bil-frodaturi jużaw tekniki manipulattivi u ta’ personifikazzjoni li huma diffiċli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament biex jidentifikawhom mingħajr livell suffiċjenti ta’ sensibilizzazzjoni u informazzjoni dwar il-frodi. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jkollhom rwol importanti fit-tisħiħ tal-prevenzjoni tal-frodi billi jieħdu b’mod regolari kull inizjattiva meħtieġa biex iżidu l-fehim u s-sensibilizzazzjoni tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament tagħhom dwar ir-riskji u x-xejriet tal-frodi fil-pagamenti. B’mod partikolari, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jwettqu programmi u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni xierqa dwar ix-xejriet u r-riskji ta’ frodi indirizzati lejn il-klijenti u l-impjegati tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, bil-għan li jgħinu lill-klijenti jirrealizzaw li huma vittmi ta’ tentattiv ta’ frodi. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jagħtu lill-konsumaturi tagħhom, permezz ta’ diversi mezzi, informazzjoni adattata dwar il-frodi, li tagħtihom messaġġi u twissijiet ċari, u tgħinhom jirreaġixxu b’mod xieraq meta jkunu esposti għal sitwazzjonijiet potenzjalment frodulenti. L-EBA jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida dwar it-tipi differenti ta’ programmi li għandhom jiġu żviluppati mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament dwar ir-riskji ta’ frodi fil-pagamenti, b’kont meħud tan-natura dejjem tinbidel tar-riskji relatati mal-frodi.

    (107)Is-sigurtà tal-pagamenti elettroniċi hija fundamentali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-utenti u l-iżvilupp ta’ ambjent sod għall-kummerċ elettroniku. Is-servizzi ta’ pagament kollha offruti b’mod elettroniku jenħtieġ li jitwettqu b’mod sigur, billi jiġu adottati teknoloġiji li kapaċi jiggarantixxu l-awtentikazzjoni sikura tal-utent u jnaqqsu, sal-massimu possibbli, ir-riskju ta’ frodi. Fil-qasam tal-frodi, l-innovazzjoni ewlenija tad-Direttiva (UE) 2015/2366 kienet l-introduzzjoni ta’ Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur (SCA). L-evalwazzjoni mill-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366, ikkonkludiet li l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur diġà kellha suċċess kbir fit-tnaqqis tal-frodi.

    (108)Jenħtieġ li ma jkunx hemm ċirkomvenzjoni tal-SCA b’mod partikolari bi kwalunkwe dipendenza mhux ġustifikata fuq l-eżenzjonijiet mill-SCA. Jenħtieġ li jiġu introdotti definizzjonijiet ċari ta’ Tranżazzjonijiet Mibdija min-Negozjanti (MITs) u ta’ Ordnijiet bil-Posta jew Ordnijiet bit-Telefon (MOTOs) peress li dawn il-kunċetti, li wieħed jista’ jibbaża fuqhom biex jiġġustifika n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-SCA, huma mifhuma u applikati b’mod differenti u huma soġġetti għal dipendenza abbużiva. Fir-rigward tal-MITs, jenħtieġ li tiġi applikata awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur fl-istabbiliment tal-mandat inizjali, mingħajr il-ħtieġa li tiġi applikata SCA għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament sussegwenti mibdija min-negozjant. Fir-rigward tal-MOTOs, il-bidu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament biss - u mhux l-eżekuzzjoni tagħhom - jenħtieġ li jkun mhux diġitali biex tranżazzjoni titqies bħala MOTO u, għalhekk, ma tkunx koperta mill-obbligu li tiġi applikata l-SCA. Madankollu, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq ordnijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-karta, l-ordnijiet bil-posta jew l-ordnijiet bit-telefon li jsiru mill-pagatur, xorta jenħtieġ li jinvolvu rekwiżiti ta’ sigurtà u verifiki mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jippermettu l-awtentikazzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament. Jenħtieġ li ma jkunx hemm lanqas ċirkomvenzjoni tal-SCA bi prattiki li jinkludu l-użu ta’ akkwirent stabbilit barra mill-Unjoni biex jiġu evitati r-rekwiżiti tal-SCA.

    (109)Peress li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jenħtieġ li japplika awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament li ma jinbdewx mill-pagatur iżda mill-benefiċjarju biss jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur sal-punt li dawk it-tranżazzjonijiet jinbdew mingħajr ebda interazzjoni jew involviment tal-pagatur. L-approċċ regolatorju għall-MITs u d-debiti diretti, li t-tnejn huma tranżazzjonijiet mibdija mill-benefiċjarju, jenħtieġ li jiġi allinjat u jibbenefika mill-istess miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur, inklużi r-rimborżi.

    (110)Biex tittejjeb l-inklużjoni finanzjarja, u f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, l-utenti kollha ta’ servizzi ta’ pagament, inklużi l-persuni b’diżabilità, il-persuni akbar fl-età, il-persuni b’ħiliet diġitali baxxi u dawk li ma għandhomx aċċess għal apparati diġitali bħall-ismartphones, jenħtieġ li jibbenefikaw mill-protezzjoni kontra l-frodi li hija pprovduta mill-SCA, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament diġitali mill-bogħod u l-aċċess online għall-kontijiet ta’ pagament bħala servizzi finanzjarji fundamentali. Bl-introduzzjoni tal-SCA, ċerti konsumaturi fl-Unjoni sabuha impossibbli li jwettqu tranżazzjonijiet online minħabba l-inkapaċità materjali tagħhom li jwettqu l-SCA. Għalhekk, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn diversi metodi biex iwettqu l-SCA li jkunu adattati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjonijiet tagħhom. Dawn il-metodi jenħtieġ li ma jkunux jiddependu fuq teknoloġija, apparat jew mekkaniżmu wieħed, jew fuq il-pussess ta’ smartphone.

    (111)Il-Portafolji Ewropej tal-Identità Diġitali implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 52 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bir-Regolament [XXX], huma mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li joffru għodod ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni għall-aċċess tas-servizzi finanzjarji bejn il-fruntieri, inklużi s-servizzi ta’ pagament. L-introduzzjoni tal-Portafoll Ewropew tal-Identità Diġitali tiffaċilita aktar l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni diġitali transfruntiera għal pagamenti diġitali siguri u tiffaċilita l-iżvilupp ta’ xenarju pan-Ewropew tal-pagamenti diġitali.

    (112)It-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u l-pagamenti mobbli jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn titjib ġeneralizzat tal-miżuri ta’ sigurtà. Fil-każ ta’ bidu mill-bogħod ta’ tranżazzjoni ta’ pagament, jiġifieri, meta ordni ta’ pagament issir permezz tal-internet, l-awtentikazzjoni tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kodiċijiet dinamiċi sabiex l-utent ikun konxju, f’kull ħin, tal-ammont u l-benefiċjarju tat-tranżazzjoni li l-utent ikun qed jawtorizza.

    (113)Ir-rekwiżit li tiġi applikata SCA għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-bogħod permezz ta’ kodiċijiet li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u benefiċjarju speċifiku jenħtieġ li jirrifletti t-tkabbir tal-pagamenti mobbli u l-ħolqien ta’ varjetà ta’ mudelli li permezz tagħhom jiġu eżegwiti l-pagamenti mobbli.

    (114)Minħabba li r-rabta dinamika tindirizza r-riskji ta’ tbagħbis mal-isem tal-benefiċjarju u l-ammont speċifiku tat-tranżazzjoni bejn il-mument li ssir ordni ta’ pagament u l-awtentikazzjoni tal-pagamenti, iżda wkoll ir-riskju ta’ frodi b’mod aktar ġenerali, għall-pagamenti mobbli li għalihom it-twettiq ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur jirrikjedi l-użu tal-internet fuq l-apparat tal-pagatur, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li japplikaw ukoll elementi li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u ma’ benefiċjarju speċifiku jew miżuri ta’ sigurtà armonizzati b’effett identiku, li jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-awtentiċità u l-integrità tat-tranżazzjoni matul il-fażijiet kollha ta’ bidu.

    (115)Bl-eżenzjoni mill-SCA skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament setgħu ma japplikawx l-SCA meta l-pagatur ikun beda tranżazzjoni ta’ pagament elettroniku mill-bogħod identifikata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bħala li tippreżenta livell baxx ta’ riskju evalwat abbażi ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, il-feedback mis-suq wera li, sabiex ikun hemm aktar fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jimplimentaw analiżi tar-riskju tat-tranżazzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli xierqa dwar l-ambitu tal-analiżi tar-riskju tat-tranżazzjonijiet, li jintroduċu rekwiżiti ċari ta’ awditjar, li jipprovdu aktar dettall u definizzjonijiet aħjar dwar ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tar-riskju u d-data li għandha tiġi kondiviża, u li jiġu vvalutati l-benefiċċji potenzjali li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu jistgħu jirrapportaw tranżazzjonijiet frodulenti li għalihom ikunu responsabbli huma biss. Jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa abbozzi ta’ Standards Tekniċi Regolatorji li jistabbilixxu regoli dwar l-analiżi tar-riskju tat-tranżazzjonijiet.

    (116)Il-miżuri ta’ sigurtà jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-livell ta’ riskju involut fis-servizzi ta’ pagament. Sabiex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ pagament li jkunu faċli biex jintużaw u aċċessibbli għal pagamenti b’riskju baxx, bħall-pagamenti mingħajr kuntatt ta’ valur baxx fil-punt tal-bejgħ, kemm jekk dawn il-pagamenti jkunu bbażati fuq mobile kif ukoll jekk le, l-eżenzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà jenħtieġ li jkunu speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji. Huwa meħtieġ l-użu sikur ta’ kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà biex jiġu limitati r-riskji relatati ma’ spoofing, phishing u attivitajiet frodulenti oħra. L-utent jenħtieġ li jkun jista’ jistrieħ fuq l-adozzjoni ta’ miżuri li jipproteġu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà.

    (117)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li japplikaw l-SCA meta, inter alia, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun qed iwettaq kwalunkwe azzjoni permezz ta’ kanal remot li jista’ jimplika r-riskju ta’ frodi tal-pagament jew abbużi oħra. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà adegwati biex jipproteġu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    (118)Ma hemm l-ebda fehim konsistenti mill-partijiet ikkonċernati tas-suq fl-Istati Membri tar-rekwiżiti ta’ SCA applikabbli għar-reġistrazzjoni ta’ strumenti ta’ pagament, b’mod partikolari l-kards ta’ pagament, fil-portafolji diġitali. Il-ħolqien ta’ token jew il-proċess ta’ sostituzzjoni tiegħu jista’ jwassal għal riskju ta’ frodi fil-pagamenti jew abbużi oħra. Il-ħolqien jew is-sostituzzjoni ta’ token ta’ strument ta’ pagament, li jsir permezz ta’ kanal remot bil-parteċipazzjoni tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jenħtieġ għalhekk li jirrikjedi l-applikazzjoni ta’ SCA mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fil-ħin tal-ħruġ jew tas-sostituzzjoni tat-token. Bl-applikazzjoni tal-SCA fl-istadju tal-ħolqien jew tas-sostituzzjoni tat-token, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jivverifika mill-bogħod li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun l-utent leġittimu tal-istrument ta’ pagament u jassoċja l-utent u l-verżjoni diġitalizzata tal-istrument ta’ pagament mal-apparat rispettiv. 

    (119)L-operaturi ta’ portafolji diġitali pass-through li jivverifikaw l-elementi tal-SCA meta jintużaw strumenti tokenizzati maħżuna fil-portafolji diġitali għall-pagamenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jidħlu fi ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni mal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagaturi biex ikunu jistgħu jkomplu jwettqu tali verifiki, iżda li jeħtiġuhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżiti ewlenin tas-sigurtà. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, taħt tali ftehimiet, iżommu r-responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas min-naħa tal-operaturi ta’ portafolji diġitali pass-through li japplikaw l-SCA u jkollhom id-dritt li jawditjaw u jikkontrollaw id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-operatur tal-kartiera.

    (120)Fejn il-fornituri ta’ servizzi tekniċi jew l-operaturi ta’ skemi ta’ pagament jipprovdu servizzi lill-benefiċjarji jew lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarji jew tal-pagaturi, dawn jenħtieġ li jappoġġaw l-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur fil-mandat tar-rwol tagħhom fil-bidu jew fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament. Minħabba r-rwol li għandhom biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ewlenin tas-sigurtà li jikkonċernaw il-pagamenti bl-imnut jiġu implimentati kif suppost, inkluż billi jipprovdu soluzzjonijiet xierqa tal-IT, il-fornituri ta’ servizzi tekniċi u l-operaturi ta’ skemi ta’ pagament jenħtieġ li jinżammu responsabbli għad-danni finanzjarji kkawżati lill-benefiċjarji jew lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarji jew tal-pagaturi f’każ li jonqsu milli jappoġġaw l-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    (121)L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru l-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet ta’ pagament u għall-akkreditazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proċeduri alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim (ADR).

    (122)Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu azzjoni fil-qrati, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-eżistenza ta’ proċeduri ta’ ADR faċilment aċċessibbli, adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 jistipula li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-pajjiż li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom ma għandha tiġi mdgħajfa mill-ebda terminu kuntrattwali li jikkonċerna l-liġi applikabbli għall-kuntratt. Bil-għan li tiġi stabbilita proċedura effiċjenti u effettiva għas-soluzzjoni tat-tilwim, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jissottoskrivu għal proċedura ta’ ADR f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 , biex isolvu t-tilwim qabel ma jirrikorru għal qorti. L-awtoritajiet kompetenti maħtura jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar entità jew entitajiet ta’ ADR kompetenti ta’ kwalità fit-territorju tagħhom biex isolvu tilwim nazzjonali u transfruntier u biex jikkooperaw fir-rigward ta’ tilwim li jikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi skont dan ir-Regolament.

    (123)Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu intitolati jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi skont dan ir-Regolament permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 .

    (124)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex jitressqu l-ilmenti kontra l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Biex tiġi żgurata konformità effettiva ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 u li jaġixxu b’mod indipendenti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni liema awtoritajiet ikunu ġew maħtura, b’deskrizzjoni ċara tal-kompiti tagħhom.

    (125)Mingħajr preġudizzju għad-dritt li titressaq azzjoni fil-qorti biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jeżerċitaw is-setgħat meħtieġa mogħtija skont dan ir-Regolament, inkluża s-setgħa li jinvestigaw allegat ksur u li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jikkonformax mad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari jekk ikun hemm riskju ta’ reċidiva jew tħassib ieħor għall-interessi kollettivi tal-konsumatur. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur potenzjali jew reali. Dawk il-mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża ta’ kwalunkwe persuna li tkun ġiet akkużata.

    (126)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward tal-ksur ta’ dispożizzjonijiet minn dan ir-Regolament. Dawk is-sanzjonijiet amministrattivi, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-miżuri amministrattivi jenħtieġ li jissodisfaw ċerti rekwiżiti minimi, inklużi s-setgħat minimi li jenħtieġ li jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jimponuhom, il-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu fl-applikazzjoni tagħhom, fil-pubblikazzjoni tagħhom u fir-rapportar dwarhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli speċifiċi u mekkaniżmi effettivi fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali.

    (127)L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jimponu penali amministrattivi pekunarji li jkunu għoljin biżżejjed biex ipattu għall-benefiċċji li jistgħu jkunu mistennija u li jkunu dissważivi anke għal istituzzjonijiet akbar.

    (128)Meta jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu kwalunkwe piena kriminali preċedenti li setgħet ġiet imposta fuq l-istess persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-istess ksur meta jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta’ penali amministrattivi pekunarji. Dan sabiex jiġi żgurat li s-severità tal-penali u tal-miżuri amministrattivi l-oħra kollha imposti għal skopijiet punittivi f’każ ta’ duplikazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi u kriminali tkun limitata għal dak li jkun meħtieġ fid-dawl tal-gravità tal-ksur ikkonċernat.

    (129)Sistema superviżorja effettiva tirrikjedi li s-superviżuri jkunu konxji mid-dgħufijiet fil-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mar-regoli f’dan ir-Regolament. Għalhekk huwa importanti li s-superviżuri jkunu jistgħu jinfurmaw lil xulxin dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, meta tali informazzjoni tkun rilevanti wkoll għal superviżuri oħra.

    (130)L-effettività tal-qafas tal-Unjoni għas-servizzi ta’ pagament tiddependi fuq il-kooperazzjoni bejn firxa wiesgħa ta’ awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-tassazzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-awditjar, il-pulizija u awtoritajiet oħra tal-infurzar. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-qafas legali tagħhom jippermetti u jiffaċilita tali kooperazzjoni kif meħtieġ, biex jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas tal-Unjoni għas-servizzi ta’ pagament anke permezz tal-infurzar xieraq tar-regoli tiegħu. Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni kif ukoll l-assistenza reċiproka għall-infurzar effettiv tas-sanzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari fl-irkupru transfruntier ta’ penali pekunarji.

    (131)Irrispettivament mid-denominazzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali, f’ħafna Stati Membri jistgħu jinstabu forom ta’ proċedura ta’ infurzar imħaffa jew ftehimiet ta’ saldu u dawn jintużaw bħala alternattiva għal proċedimenti formali biex tinkiseb adozzjoni aktar rapida ta’ deċiżjoni li jkollha l-għan li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva jew li ttemm l-allegat ksur u l-konsegwenzi tiegħu qabel ma jinbdew proċedimenti formali ta’ sanzjonar. Filwaqt li ma jidhirx xieraq li jsir sforz biex dawn il-metodi ta’ infurzar introdotti minn ħafna Stati Membri jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-approċċi legali varjati ħafna adottati fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li tali metodi jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu japplikawhom, jittrattaw każijiet ta’ ksur b’mod aktar rapidu, anqas għali u b’mod ġenerali effiċjenti f’ċerti ċirkostanzi, u għalhekk jenħtieġ li jiġu mħeġġa. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jintroduċu tali metodi ta’ infurzar fil-qafas legali tagħhom u lanqas li jġiegħlu lill-awtoritajiet kompetenti jużawhom jekk ma jqisux li dan ikun xieraq.

    (132)L-Istati Membri stabbilew u attwalment jipprevedu firxa diversa ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi għal ksur tad-dispożizzjonijiet ewlenin li jirregolaw id-dispożizzjonijiet tas-servizzi ta’ pagament u approċċi inkonsistenti għall-investigazzjoni u s-sanzjonar tal-ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Jekk ma jiġix stabbilit b’mod aktar ċar liema dispożizzjonijiet ewlenin iridu jiskattaw infurzar dissważiv biżżejjed kullimkien fl-Unjoni, dan ifixkel il-kisba tas-suq uniku għas-servizzi ta’ pagament u jirriskja li jinċentiva l-għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux mgħammra b’mod uniformi biex jinfurzaw fil-pront u bl-istess deterrenza dan il-ksur fl-Istati Membri.

    (133)Peress li l-iskop tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali huwa li jġiegħel lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu identifikati bħala responsabbli għal ksur li jkun għaddej jew li jkunu meħtieġa jikkonformaw ma’ ordni mill-awtorità kompetenti investigattiva, jikkonformaw ma’ dik l-ordni jew itemmu l-ksur li jkun għaddej, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali ma timpedix lill-awtoritajiet kompetenti milli jimponu sanzjonijiet amministrattivi sussegwenti għall-istess ksur.

    (134)Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Istati Membri, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jiġu kkalkolati fuq bażi ta’ kuljum.

    (135)L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw is-setgħa mill-Istati Membri li jimponu tali sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi fuq fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra fejn ikun rilevanti biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fil-każ ta’ ksur. Il-firxa ta’ sanzjonijiet u miżuri jenħtieġ li tkun wiesgħa biżżejjed biex tippermetti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti jqisu d-differenzi bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, b’mod partikolari bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet oħra ta’ pagament, fir-rigward tad-daqs, il-karatteristiċi u n-natura tan-negozju tagħhom.

    (136)Il-pubblikazzjoni ta’ sanzjoni jew miżura amministrattiva għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jista’ jkollha effett dissważiv qawwi kontra r-repetizzjoni ta’ tali ksur. Il-pubblikazzjoni tinforma wkoll lil entitajiet oħra dwar ir-riskji assoċjati mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament sanzjonat qabel ma jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju u tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra fir-rigward tar-riskji assoċjati ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament meta dan jopera fl-Istati Membri tagħhom fuq bażi transfruntiera. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi tiġi permessa sakemm din tkun tikkonċerna persuni ġuridiċi. Fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk jippubblikawx sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu l-gravità tal-ksur u l-effett dissważiv li l-pubblikazzjoni x’aktarx li tipproduċi. Madankollu, kwalunkwe pubblikazzjoni bħal din li tirreferi għal persuni fiżiċi tista’ taffettwa d-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data b’mod sproporzjonat. Għalhekk, jenħtieġ li l-pubblikazzjoni sseħħ b’mod anonimizzat sakemm l-awtorità kompetenti ma tqisx li jkun meħtieġ li tippubblika deċiżjonijiet li jkun fihom data personali għall-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, inkluż fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi jew projbizzjonijiet temporanji. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.

    (137)Biex tinġabar informazzjoni aktar akkurata dwar il-livell ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni fil-prattika, filwaqt li tingħata aktar viżibbiltà lill-attività ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti, huwa meħtieġ li jitwessa’ l-ambitu u tittejjeb il-kwalità tad-data li l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw lill-EBA. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jenħtieġ li tiġi anonimizzata biex tikkonforma mar-regoli fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data u tiġi pprovduta f’forma aggregata biex tikkonforma mar-regoli dwar is-segretezza professjonali u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-proċedimenti. L-EBA jenħtieġ li tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-azzjonijiet ta’ infurzar fl-Istati Membri.

    (138)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna, biex tqis l-inflazzjoni, l-ammonti sa fejn pagatur jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata li tirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament. Il-Kummissjoni, meta tħejji atti delegati, jenħtieġ li tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (139)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ toqgħod fuq l-għarfien espert u l-appoġġ tal-EBA, li jenħtieġ li jkollha l-kompitu li tħejji linji gwida u abbozzi ta’ Standards Tekniċi Regolatorji u ta’ Implimentazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-abbozzi ta’ Standards Tekniċi Regolatorji. Jenħtieġ li l-EBA, meta tkun qiegħda tiżviluppa linji gwida, abbozzi ta’ Standards Tekniċi Regolatorji u abbozzi ta’ Standards Tekniċi ta’ Implimentazzjoni skont dan ir-Regolament u f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament, li jirriflettu l-interessi kollha involuti.

    (140)Jenħtieġ li l-EBA, f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tingħata setgħat ta’ intervent fil-prodott biex tkun tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni ċertu tip jew karatteristika speċifika ta’ servizz ta’ pagament jew servizz ta’ flus elettroniċi li jkun identifikat bħala li potenzjalment jista’ jikkawża dannu lill-konsumaturi, u b’hekk jhedded il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji. Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan.

    (141)L-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 jenħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi referenza għal dan ir-Regolament biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

    (142)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri aktar integrazzjoni ta’ suq intern fis-servizzi ta’ pagament, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ diversi regoli differenti fid-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

    (143)Filwaqt li jitqies li dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) XXX (PSD3) jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament bl-imnut u servizzi tal-flus elettroniċi fl-Unjoni, biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza tal-qafas legali tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li l-Istati Membri huma meħtieġa jadottaw biex jikkonformaw mad-Direttiva (UE) XXX (PSD3). Madankollu, id-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jivverifikaw id-diskrepanzi bejn l-isem u l-identifikatur uniku ta’ benefiċjarju f’każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu u r-reġim ta’ responsabbiltà rispettiv jenħtieġ li japplikaw minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, biex b’hekk il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jaġġustaw is-sistemi interni tagħhom, biex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti.

    (144)F’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi rieżaminat għall-effettività u l-effiċjenza tiegħu biex jilħaq l-objettivi tiegħu. Ir-rieżami jenħtieġ li jsir żmien suffiċjenti wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex tkun teżisti evidenza adegwata li fuqha jkun jista’ jiġi bbażat ir-rieżami. Ħames snin huma meqjusa bħala perjodu xieraq. Filwaqt li r-rieżami jenħtieġ li jikkunsidra dan ir-Regolament kollu kemm hu, ċerti suġġetti jenħtieġ li jiġu individwati għal attenzjoni partikolari, jiġifieri l-funzjonament tas-servizzi bankarji miftuħa, l-imposti għas-servizzi ta’ pagament u soluzzjonijiet ulterjuri għall-ġlieda kontra l-frodi. Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, madankollu, huwa xieraq li jsir rieżami qabel, 3 snin wara d-dħul fis-seħħ, minħabba l-importanza marbuta ma’ dak is-suġġett fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 . Jenħtieġ li dak ir-rieżami tal-ambitu jikkunsidra kemm l-estensjoni possibbli tal-lista ta’ servizzi ta’ pagament koperti biex tinkludi servizzi bħal dawk imwettqa minn sistemi ta’ pagament u skemi ta’ pagament, kif ukoll l-inklużjoni possibbli fl-ambitu ta’ xi servizzi tekniċi li bħalissa huma esklużi.

    (145)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li jitmexxa negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt li wieħed ma jiġix ipproċessat u kkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat. Dan ir-Regolament irid jiġi applikat f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

    (146)Ir-referenzi għall-ammonti f’euro għandhom jinftiehmu bħala l-ekwivalenti tal-munita nazzjonali kif iddeterminat minn kull Stat Membru mhux tal-euro.

    (147)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 u ta opinjoni fi [XX XX 2023] 60 ,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I

    SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Suġġett

    1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi, fir-rigward ta’:

    (a)it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament u s-servizzi ta’ flus elettroniċi;

    (b)id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi, u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi.

    2.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal servizzi ta’ pagament għandha tinftiehem f’dan ir-Regolament bħala li tfisser servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi.

    3.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandha tinftiehem f’dan ir-Regolament bħala li tfisser fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Dan ir-Regolament japplika għas-servizzi ta’ pagament ipprovduti fl-Unjoni mill-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ġejjin:

    (a)l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 , inklużi l-fergħat tagħhom fejn tali fergħat ikunu jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċji prinċipali ta’ dawk ikunu jinsabu fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni;

    (b)l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta’ pagament;

    (c)l-istituzzjonijiet ta’ pagament; 

    (d)il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħrajn;

    (e)l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi.

    2.Dan ir-Regolament ma japplikax għas-servizzi li ġejjin:

    (a)tranżazzjonijiet ta’ pagament magħmula esklussivament fi flus kontanti direttament mill-pagatur lill-benefiċjarju, mingħajr ebda intervent intermedjarju;

    (b)tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-pagatur lill-benefiċjarju permezz ta’ aġent kummerċjali, kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: i) l-aġent kummerċjali jkun awtorizzat permezz ta’ ftehim biex jinnegozja jew jikkonkludi l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi f’isem il-pagatur biss jew il-benefiċjarju biss, iżda mhux it-tnejn li huma, irrispettivament minn jekk l-aġent kummerċjali jkunx fil-pussess tal-fondi tal-klijent jew le, u ii) tali ftehim jagħti lill-pagatur jew lill-benefiċjarju marġni reali biex jinnegozja mal-aġent kummerċjali jew jikkonkludi l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi;

    (c)tranżazzjonijiet ta’ pagament li jikkonsistu fil-ġbir u l-konsenja mhux professjonali ta’ flus fil-qafas ta’ attività mingħajr skop ta’ qligħ jew ta’ karità;

    (d)servizzi fejn il-flus jiġu pprovduti mill-benefiċjarju lill-pagatur bħala parti minn tranżazzjoni ta’ pagament għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi, wara talba espliċita mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament eżatt qabel l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (e)servizzi meta il-flus jiġu pprovduti fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut wara talba espliċita mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament iżda indipendentement mill-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament u mingħajr l-ebda obbligu li jsir xiri ta’ oġġetti u servizzi. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jingħata informazzjoni dwar kwalunkwe imposta possibbli għal dan is-servizz qabel ma jiġu pprovduti l-flus mitluba;

    (f)tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kwalunkwe wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jinħarġu a debitu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju:

    (i) ċekkijiet fuq karta rregolati mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Marzu 1931 li tipprevedi liġi uniformi għaċ-ċekkijiet;

    (ii) ċekkijiet fuq karta simili għal dawk imsemmija fil-punt (i) u rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri li ma humiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Marzu 1931 li tipprevedi liġi uniformi għaċ-ċekkijiet;

    (iii)ċekkijiet bankarji fuq karta msemmija fil-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tas-7 ta’ Ġunju 1930 li tipprevedi liġi uniformi għall-kambjali u ċ-ċedoli;

    (iv)ċekkijiet bankarji fuq karta simili għal dawk imsemmija fil-punt (iii) u rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri li ma humiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tas-7 ta’ Ġunju 1930 li tipprevedi liġi uniformi għall-kambjali u ċ-ċedoli;

    (v)vawċers fuq karta;

    (vi)traveller’s cheques fuq karta;

    (vii)money orders postali fuq karta kif definiti mill-Unjoni Postali Universali;

    (g)tranżazzjonjiet ta’ pagament imwettqa f’sistema ta’ saldu permezz ta’ pagament jew titoli bejn aġenti tas-saldu, kontropartijiet ċentrali, kmamar tal-ikklirjar jew banek ċentrali u parteċipanti oħra fis-sistema, u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31;

    (h)tranżazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-manteniment ta’ assi ta’ titoli, inklużi dividendi, introjtu jew distribuzzjonijiet oħra, jew tifdija jew bejgħ, imwettqa mill-persuni msemmija fil-punt (h) jew minn ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ investiment kollettiv jew kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li jipprovdu servizzi ta’ investiment u kwalunkwe entità oħra bil-permess li jkollha l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji;

    (i)mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(2), u l-Artikoli 58 u 87, is-servizzi pprovduti minn fornituri ta’ servizzi tekniċi;

    (j)servizzi bbażati fuq strumenti ta’ pagament speċifiċi li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i) strumenti li jippermettu lid-detentur jakkwista oġġetti jew servizzi fil-bini biss tal-emittent jew fi ħdan network limitat ta’ fornituri ta’ servizzi skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali;

    (ii) strumenti li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta’ firxa limitata ħafna ta’ oġġetti jew servizzi;

    (iii) strumenti validi biss fi Stat Membru wieħed, li jiġu ipprovduti fuq talba ta’ impriża jew ta’ entità tas-settur pubbliku u rregolati minn awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali għal finijiet speċifiċi soċjali jew ta’ taxxa biex jiġu akkwistati oġġetti jew servizzi speċifiċi minn fornituri li jkollhom ftehim kummerċjali mal-emittent;

    (k)tranżazzjonijiet ta’ pagament minn fornitur ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 , jew servizzi pprovduti flimkien ma’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(4) ta’ dik id-Direttiva lil abbonat tan-network jew tas-servizz:

    (i) għax-xiri ta’ kontenut diġitali u servizzi bbażati fuq il-vuċi, irrispettivament mill-apparat użat għax-xiri jew għall-konsum tal-kontenut diġitali u ddebitat lill-kont relatat; jew

    (ii) imwettqa minn jew permezz ta’ apparat elettroniku u ddebitati lill-kont relatat fil-qafas ta’ attività tal-karità jew għax-xiri ta’ biljetti;

    dment li l-valur ta’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament unika ma jaqbiżx EUR 50 u:

    il-valur kumulattiv tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament għal abbonat individwali ma jaqbiżx EUR 300 kull xahar, jew

    fejn abbonat jiffinanzja minn qabel il-kont tiegħu mal-fornitur tan-network jew tas-servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, il-valur kumulattiv tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ma jaqbiżx EUR 300 kull xahar;

    (l)tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, l-aġenti jew il-fergħat tagħhom għall-kont proprju tagħhom;

    (m)tranżazzjonijiet ta’ pagament u servizzi relatati bejn impriża omm u s-sussidjarja tagħha jew bejn sussidjarji tal-istess impriża omm, mingħajr ebda intervent intermedjarju minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għajr impriża li tappartjeni għall-istess grupp, u l-ġbir ta’ ordnijiet ta’ pagament f’isem grupp minn impriża omm jew is-sussidjarja tagħha għal trażmissjoni ulterjuri lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. 

    3.It-Titoli II u III japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-munita ta’ Stat Membru fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, ikunu jinsabu fl-Unjoni.

    4.It-Titolu II, ħlief għall-Artikolu 13(1)(b), l-Artikolu 20(2)(e) u l-Artikolu 24(a), u t-Titolu III, ħlief għall-Artikoli 67 sa 72, japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament f’munita li ma tkunx il-munita ta’ Stat Membru, fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, ikunu jinsabu fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jitwettqu fl-Unjoni.

    5.It-Titolu II, ħlief għall-Artikolu 13(1)(b), l-Artikolu 20(2)(e) u (5)(h) u l-Artikolu 24(a), u t-Titolu III, ħlief għall-Artikolu 28(2) u (3), l-Artikoli 62, 63 u 67, l-Artikolu 69(1), u l-Artikoli 75 u 78, japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-muniti kollha fejn wieħed biss mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jitwettqu fl-Unjoni.

    6.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament jew parti minnhom.

    7.Sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-EBA għandha toħroġ Linji Gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont dan ir-Regolament, dwar l-esklużjoni għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-pagatur lill-benefiċjarju permezz ta’ aġent kummerċjali msemmi fil-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu.

    8.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ Standards Tekniċi Regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-esklużjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(j). L-EBA għandha tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida tal-EBA tal-24 ta’ Frar 2022 dwar l-esklużjoni tan-network limitat skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.

    L-EBA għandha tissottometti l-Istandards Tekniċi Regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    9.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħha li hija tadotta skont il-paragrafu 6, sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “Stat Membru domiċiljari” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)l-Istat Membru li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu; jew

    (b)jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

    (2) “Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari li fih fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu aġent, distributur jew fergħa jew jipprovdi servizzi ta’ pagament;

    (3) “servizz ta’ pagament” tfisser kwalunkwe attività kummerċjali stabbilita fl-Anness I;

    (4) “istituzzjoni ta’ pagament” tfisser persuna ġuridika li tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) [PSD3] biex tipprovdi servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi fl-Unjoni kollha;

    (5) “tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser att ta’ tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, abbażi ta’ ordni ta’ pagament imwettqa mill-pagatur, jew f’ismu, jew mill-benefiċjarju, jew f’ismu, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

    (6) “bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser il-passi meħtieġa għat-tħejjija tal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament, inkluż it-tqegħid ta’ ordni ta’ pagament u t-tlestija tal-proċess ta’ awtentikazzjoni;

    (7) “bidu mill-bogħod ta’ tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament li għaliha ordni ta’ pagament issir permezz tal-internet;

    (8) “eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser il-proċess li jibda ladarba l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jitlesta u jintemm ladarba l-fondi mqiegħda, miġbuda jew trasferiti jkunu disponibbli għall-benefiċjarju;

    (9) “sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklirjar jew is-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament;

    (10) “operatur ta’ sistema ta’ pagament” tfisser l-entità ġuridika legalment responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema ta’ pagament;

    (11) “pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta’ pagament u tagħmel ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament, persuna li tagħmel ordni ta’ pagament;

    (12) “benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur maħsub ta’ fondi li jkunu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

    (13) “utent ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament jew minn servizz ta’ flus elettroniċi fil-kapaċità ta’ pagatur, benefiċjarju, jew it-tnejn;

    (14) “fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser korp kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) jew persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikoli 34, 36 u 38 tad-Direttiva (UE) [PSD3];

    (15) “kont ta’ pagament” tfisser kont miżmum minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament f’isem utent wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ pagament li jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament waħda jew aktar u li jippermetti li jintbagħtu u jiġu riċevuti fondi lil u mingħand partijiet terzi;

    (16) “ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu li titlob l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

    (17) “mandat” tfisser l-espressjoni ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-pagatur lill-benefiċjarju u (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju) lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li tippermetti lill-benefiċjarju jibda tranżazzjoni ta’ pagament għad-debitar tal-kont ta’ pagament speċifikat tal-pagatur u biex il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun jista’ jikkonforma ma’ tali struzzjonijiet;

    (18) “strument ta’ pagament” tfisser apparat jew apparati individwalizzat(i) u/jew sett ta’ proċeduri maqbula bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jippermetti l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

    (19) “fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi u jżomm kont ta’ pagament għal pagatur;

    (20) “servizz ta’ bidu ta’ pagament” tfisser servizz biex issir ordni ta’ pagament fuq talba tal-pagatur jew tal-benefiċjarju fir-rigward ta’ kont ta’ pagament miżmum għand fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor;

    (21) “servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser servizz online ta’ ġbir, direttament jew permezz ta’ fornitur ta’ servizz tekniku, u konsolidazzjoni tal-informazzjoni miżmuma f’kont ta’ pagament wieħed jew aktar ta’ utent ta’ servizzi ta’ pagament ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (22) “fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

    (23) “fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

    (24) “konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f’kuntratti ta’ servizzi ta’ pagament koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal finijiet għajr il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

    (25) “kuntratt qafas” tfisser kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament li jirregola l-eżekuzzjoni futura ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali u suċċessivi u li jista’ jkun fih l-obbligu u l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ kont ta’ pagament;

    (26) “rimessa ta’ flus” tfisser servizz ta’ pagament fejn il-fondi jiġu riċevuti minn pagatur, mingħajr ma jinħoloq l-ebda kont ta’ pagament f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju, għall-iskop biss li jiġi ttrasferit ammont korrispondenti lil benefiċjarju jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju, jew fejn tali fondi jiġu riċevuti f’isem il-benefiċjarju u jsiru disponibbli għalih;

    (27) “debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament għad-debitar tal-kont ta’ pagament ta’ pagatur, fejn tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi ta’ mandat mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jew lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur stess;

    (28) “trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ pagament, inklużi trasferimenti ta’ kreditu istantanji, għall-ikkreditar ta’ kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju bi tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-kont ta’ pagament ta’ pagatur mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jżomm il-kont ta’ pagament tal-pagatur, abbażi ta’ struzzjoni mogħtija mill-pagatur;

    (29) “trasferiment ta’ kreditu istantanju” tfisser trasferiment ta’ kreditu li jiġi eżegwit immedjatament, irrispettivament mill-jum jew mis-siegħa;

    (30) “fondi” tfisser flus tal-bank ċentrali maħruġa għall-użu bl-imnut, flus skritturali u flus elettroniċi;

    (31) “data tal-valur” tfisser żmien ta’ referenza użat minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-kalkolu tal-imgħax fuq il-fondi ddebitati minn jew ikkreditati f’kont ta’ pagament;

    (32) “rata tal-kambju ta’ referenza” tfisser ir-rata tal-kambju li tintuża bħala l-bażi biex jiġi kkalkulat kwalunkwe kost tal-kambju tal-munita u li tiġi divulgata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew tinkiseb minn sors pubblikament disponibbli;

    (33) “rata tal-imgħax ta’ referenza” tfisser ir-rata tal-imgħax li tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe mgħax li għandu jiġi applikat u li tiġi minn sors pubblikament disponibbli li jista’ jiġi vverifikat miż-żewġ partijiet f’kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament;

    (34) “awtentikazzjoni” tfisser proċedura li tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jivverifika l-identità ta’ utent ta’ servizzi ta’ pagament jew il-validità tal-użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku, inkluż l-użu tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent;

    (35) “awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur” tfisser awtentikazzjoni li hija bbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew aktar ikkategorizzati bħala għarfien (xi ħaġa li jkun jaf biss l-utent), pussess (xi ħaġa li jkollu biss l-utent) u inerenza (xi ħaġa li jkun l-utent) li huma indipendenti, fis-sens li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-affidabbiltà tal-oħrajn, u hija mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data tal-awtentikazzjoni;

    (36) “fornitur ta’ servizzi tekniċi” tfisser fornitur ta’ servizzi li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr ma jidħol fl-ebda ħin fil-pussess tal-fondi li għandhom jiġu ttrasferiti;

    (37) “kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà” tfisser karatteristiċi personalizzati pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament lil utent ta’ servizzi ta’ pagament għall-finijiet ta’ awtentikazzjoni;

    (38) “data sensittiva dwar il-pagamenti” tfisser data li tista’ tintuża biex titwettaq frodi, inklużi l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà;

    (39) “identifikatur uniku” tfisser kombinazzjoni ta’ ittri, numri jew simboli speċifikati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament u li għandha tiġi pprovduta mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament biex jiġi identifikat mingħajr ambigwità utent ieħor ta’ servizzi ta’ pagament jew il-kont ta’ pagament ta’ dak l-utent l-ieħor ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjoni ta’ pagament;

    (40) “mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod” tfisser metodu li, mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jista’ jintuża għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament;

    (41) “mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak l-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

    (42) “mikrointrapriża” tfisser intrapriża li fil-ħin tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament tkun intrapriża kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

    (43) “jum ta’ negozju” tfisser jum li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-benefiċjarju involut fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ikun miftuħ għan-negozju biex jeżegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament;

     (44) “aġent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isem istituzzjoni ta’ pagament fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, bl-esklużjoni ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi;

    (45) “fergħa” tfisser post ta’ negozju għajr l-uffiċċju prinċipali li jkun parti minn istituzzjoni ta’ pagament, li ma jkollu l-ebda personalità ġuridika u li jwettaq direttament parti mit-tranżazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet kollha inerenti fin-negozju ta’ istituzzjoni ta’ pagament; il-postijiet kollha ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ pagament b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa unika;

    63 64 (46) “grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jkunu marbuta ma’ xulxin b’relazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 22(1), il-punti (2) jew (7) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew impriżi kif imsemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014, li jkunu marbuta ma’ xulxin b’relazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(1) jew fl-Artikolu 113(6), l-ewwel subparagrafu, jew fl-Artikolu 113(7), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (47) “kontenut diġitali” tfisser oġġetti jew servizzi li huma prodotti u fornuti f’forma diġitali, li l-użu jew il-konsum tagħhom huwa ristrett għal apparat tekniku u li bl-ebda mod ma jinkludu l-użu jew il-konsum ta’ oġġetti jew servizzi fiżiċi;

    (48) “akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jidħol f’kuntratt ma’ benefiċjarju biex jaċċetta u jipproċessa tranżazzjonijiet ta’ pagament, li jirriżulta fi trasferiment ta’ fondi lill-benefiċjarju;

    (49) “ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jidħol f’kuntratt biex jipprovdi lil pagatur strument ta’ pagament biex jibda u jipproċessa t-tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-pagatur;

    (50) “flus elettroniċi” tfisser valur monetarju maħżun elettronikament, inkluż manjetikament, kif irrappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħareġ mar-riċevuta ta’ fondi biex isiru tranżazzjonijiet ta’ pagament u li tiġi aċċettata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra għajr l-emittent;

    (51) “distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi jew tifdi flus elettroniċi f’isem istituzzjoni ta’ pagament;

    (52) “servizzi ta’ flus elettroniċi” tfisser il-ħruġ ta’ flus elettroniċi, iż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament li jaħżnu unitajiet ta’ flus elettroniċi, u t-trasferiment ta’ unitajiet ta’ flus elettroniċi;

    (53) “isem kummerċjali” tfisser l-isem li jintuża b’mod komuni mill-benefiċjarju biex jidentifika ruħu mal-pagatur;

    (54) “amministratur tal-ATMs” tfisser operaturi ta’ kaxxiera awtomatiċi li ma jġestux kontijiet ta’ pagament.

    (55) “istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi” tfisser istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi s-servizzi ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi, iż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament li jaħżnu unitajiet ta’ flus elettroniċi, u t-trasferiment ta’ unitajiet ta’ flus elettroniċi, kemm jekk tipprovdi wkoll xi wieħed mis-servizzi msemmija fl-Anness I kif ukoll jekk le.

    TITOLU II

    TRASPARENZA TAL-KUNDIZZJONIJIET U REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA’ PAGAMENT

    KAPITOLU 1

    Regoli ġenerali

    Artikolu 4

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Dan it-Titolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi, kuntratti qafas u tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn dawk il-kuntratti. Il-partijiet għal tali tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi, kuntratti qafas u tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minnhom jistgħu jaqblu li dan it-Titolu ma għandux japplika b’mod sħiħ jew parzjali meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur.

    2.L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan it-Titolu għall-mikrointrapriżi bl-istess mod li japplikawh għall-konsumaturi.

    3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħha li hija tadotta skont il-paragrafu 2, sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

    Artikolu 5

    Munita u kambju tal-munita

    1.Il-pagamenti għandhom isiru fil-munita maqbula bejn il-partijiet.

    2.Fejn servizz ta’ kambju tal-munita jiġi offrut qabel il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u fejn dak is-servizz ta’ kambju tal-munita jiġi offrut f’ATM, fil-punt tal-bejgħ jew mill-benefiċjarju, il-parti li toffri s-servizz ta’ kambju tal-munita lill-pagatur għandha tiddivulga lill-pagatur l-imposti kollha u r-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-kambju tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    3.Il-pagatur għandu jingħata l-possibbiltà li jaqbel mas-servizz ta’ kambju tal-munita fuq dik il-bażi.

    Artikolu 6

    Informazzjoni dwar imposti jew tnaqqis addizzjonali

    1.Fejn, għall-użu ta’ strument ta’ pagament partikolari, il-benefiċjarju jitlob imposta jew joffri tnaqqis, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-pagatur b’dan qabel il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    2.Fejn, għall-użu ta’ strument ta’ pagament partikolari, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew parti oħra involuta fit-tranżazzjoni titlob imposta, din għandha tinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’dan qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.

    3.Il-pagatur għandu jkun obbligat li jħallas biss għall-imposti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-ammont sħiħ tagħhom ikun sar magħruf qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.

    Artikolu 7

    Rekwiżiti ta’ informazzjoni applikabbli għas-servizzi ta’ ġbid ta’ flus kontanti

    Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ ġbid ta’ flus kontanti kif imsemmi fl-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) [PSD3] għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli għall-klijenti tagħhom informazzjoni dwar kwalunkwe imposta qabel ma l-klijent iwettaq il-ġbid kif ukoll malli jirċievi l-flus kontanti meta titlesta t-tranżazzjoni.

    Artikolu 8

    Imposti għall-informazzjoni

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jitolbu imposti lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament biex jipprovdu informazzjoni skont dan it-Titolu.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu dwar imposti għal informazzjoni addizzjonali jew aktar frekwenti, jew trażmissjoni b’mezzi ta’ komunikazzjoni għajr dawk speċifikati fil-kuntratt qafas, ipprovduti fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    3.L-imposti għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu raġonevoli u konformi mal-kostijiet reali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    Artikolu 9

    Oneru tal-provi dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni

    L-oneru tal-provi għandu jaqa’ fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biex jagħtu prova li kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan it-Titolu.

    Artikolu 10

    Deroga mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi

    F’każijiet ta’ strumenti ta’ pagament li, skont il-kuntratt qafas rilevanti, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali li ma jaqbżux EUR 50 jew li jkollhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 200 jew jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jaqbżu EUR 200:

    (a)b’deroga mill-Artikoli 19, 20 u 24, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-pagatur biss informazzjoni dwar il-karatteristiċi prinċipali tas-servizz ta’ pagament, inkluż il-mod li bih jista’ jintuża l-istrument ta’ pagament, ir-responsabbiltà, l-imposti mitluba u informazzjoni materjali oħra meħtieġa biex il-pagatur jieħu deċiżjoni infurmata kif ukoll indikazzjoni ta’ fejn tkun disponibbli b’mod faċilment aċċessibbli kwalunkwe informazzjoni u kundizzjoni oħra speċifikata fl-Artikolu 20;

    (b)il-partijiet għall-kuntratt qafas jistgħu jaqblu li, b’deroga mill-Artikolu 22, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx meħtieġ jipproponi bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 19(1);

    (c)il-partijiet għall-kuntratt qafas jistgħu jaqblu li, b’deroga mill-Artikoli 25 u 26, wara l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament:

    (i)il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi jew jagħmel disponibbli biss referenza li tippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe imposta jew, fil-każ ta’ diversi tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-istess tip magħmula lill-istess benefiċjarju, informazzjoni dwar l-ammont totali u l-imposti għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament;

    (ii)il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx meħtieġ jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) jekk l-istrument ta’ pagament jintuża b’mod anonimu jew jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx teknikament f’pożizzjoni li jipprovdiha. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-pagatur il-possibbiltà li jivverifika l-ammont ta’ fondi maħżuna.

    KAPITOLU 2

    Tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi

    Artikolu 11

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi mhux koperti minn kuntratt qafas.

    2.Fejn ordni ta’ pagament għal tranżazzjoni ta’ pagament unika tiġi trażmessa minn strument ta’ pagament kopert b’kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun obbligat jipprovdi jew jagħmel disponibbli informazzjoni li tkun diġà ngħatat lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament abbażi ta’ kuntratt qafas ma’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament jew li tkun se tingħata lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament skont dak il-kuntratt qafas.

    Artikolu 12

    Informazzjoni ġenerali minn qabel

    1.Qabel ma l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun marbut b’kuntratt jew offerta ta’ servizz ta’ pagament uniku, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħmel disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament, b’mod faċilment aċċessibbli, l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 fir-rigward tas-servizzi tiegħu. Fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament  il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet għandhom jingħataw fi kliem li jinftiehem faċilment u f’forma ċara u li tinftiehem, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz ta’ pagament jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula bejn il-partijiet.

    2.Jekk il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament uniku jkun ġie konkluż fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dak il-paragrafu immedjatament wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jikkonformaw ukoll mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1 billi jipprovdu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament uniku jew l-abbozz ta’ ordni ta’ pagament inklużi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13.

    Artikolu 13

    Informazzjoni u kundizzjonijiet

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew tal-identifikatur uniku li għandhom jiġu pprovduti mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ordni ta’ pagament titqiegħed jew tiġi eżegwita kif suppost;

    (b)iż-żmien massimu ta’ eżekuzzjoni biex jiġi pprovdut is-servizz ta’ pagament;

    (c)iż-żmien stmat biex il-fondi ta’ tranżazzjonijiet ta’ trasferimenti ta’ kreditu u ta’ rimessi ta’ flus jiġu riċevuti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li jkun jinsab barra mill-Unjoni;

    (d)l-imposti kollha pagabbli mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni ta’ dawk l-imposti;

    (e)fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju reali jew ta’ referenza li għandha tiġi applikata għat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (f)fejn applikabbli, l-imposti stmati għall-kambju tal-munita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ trasferimenti ta’ kreditu u ta’ rimessi ta’ flus, espressi bħala żieda perċentwali fuq l-aħħar rata tal-kambju ta’ referenza applikabbli disponibbli maħruġa mill-bank ċentrali rilevanti;

    (g)il-proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikoli 90, 94 u 95.

    2.Barra minn hekk, il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandhom, qabel il-bidu, jipprovdu lill-pagatur, jew jagħmlu disponibbli għall-pagatur, informazzjoni ċara u komprensiva dwar dawn kollha li ġejjin:

    (a)l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent jew tal-fergħa tiegħu stabbilita fl-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz ta’ pagament, u kwalunkwe dettall ieħor ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għall-komunikazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament; u

    (b)id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti maħtura skont dan ir-Regolament.

    3.Fejn applikabbli, kwalunkwe informazzjoni u kundizzjonijiet rilevanti oħra stabbiliti fl-Artikolu 20 għandhom ikunu disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod faċilment aċċessibbli.

    Artikolu 14

    Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara t-tqegħid ta’ 
    ordni ta’ pagament

    Fejn ordni ta’ pagament issir permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu, immedjatament wara l-bidu, jipprovdi jew jagħmel disponibbli għall-pagatur u, fejn applikabbli, għall-benefiċjarju, id-data kollha li ġejja:

    (a)konferma tat-tqegħid b’suċċess tal-ordni ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur;

    (b)referenza li tippermetti lill-pagatur u lill-benefiċjarju jidentifikaw it-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn ikun xieraq, lill-benefiċjarju jidentifika l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (c)l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (d)fejn applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposta pagabbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għat-tranżazzjoni, u fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ dawn l-imposti.

    Artikolu 15

    Informazzjoni għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur 
    meta ordni ta’ pagament issir permezz ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament

    Meta ordni ta’ pagament issir permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jagħmel disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur, ir-referenza tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    Artikolu 16

    Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

    Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jipprovdi lill-pagatur jew jagħmel disponibbli għall-pagatur, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 12(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

    (a)referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni meħtieġa biex il-pagatur jidentifika mingħajr ambigwità lill-benefiċjarju, inkluż l-isem kummerċjali tal-benefiċjarju;

    (b)l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-munita użata fl-ordni ta’ pagament;

    (c)l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-pagatur u, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ dawn l-imposti;

    (d)fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew referenza għaliha, meta tkun differenti mir-rata pprovduta f’konformità mal-Artikolu 13(1)(e), u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara dak il-kambju tal-munita;

    (e)id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

    Artikolu 17

    Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-eżekuzzjoni

    Immedjatament wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli għall-benefiċjarju, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 12(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

    (a)referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn ikun xieraq, il-pagatur u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (b)l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-munita li fiha l-fondi jkunu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju;

    (c)l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-benefiċjarju u, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ dawn l-imposti;

    (d)fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-munita;

    (e)id-data tal-valur tal-kreditu.

    KAPITOLU 3

    Kuntratti qafas

    Artikolu 18

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn kuntratt qafas.

    Artikolu 19

    Informazzjoni ġenerali minn qabel

    1.Fi żmien xieraq qabel ma l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun marbut b'xi kuntratt qafas jew offerta, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet għandhom jingħataw fi kliem li jinftiehem faċilment u f’forma ċara u li tinftiehem, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz ta’ pagament jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula bejn il-partijiet.

    2.Fejn il-kuntratt qafas ikun ġie konkluż fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dak il-paragrafu immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt qafas.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jikkonformaw ukoll mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1 billi jipprovdu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kopja tal-abbozz tal-kuntratt qafas, inklużi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20.

    Artikolu 20

    Informazzjoni u kundizzjonijiet

    Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament:

    (a)dwar il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament:

    (i)l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent, id-distributur jew il-fergħa tiegħu stabbilita fl-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz ta’ pagament, u kwalunkwe indirizz ieħor, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għall-komunikazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

    (ii)id-dettalji tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti maħtura skont id-Direttiva (UE) [PSD3] u tar-reġistru previst fl-Artikoli 17 u 18 ta’ dik id-Direttiva jew ta’ kwalunkwe reġistru pubbliku rilevanti ieħor tal-awtorizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u n-numru tar-reġistrazzjoni jew mezzi ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru;

    (b)dwar l-użu tas-servizz ta’ pagament:

    (i) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-servizz ta’ pagament li għandu jiġi pprovdut;

    (ii)speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew tal-identifikatur uniku li jrid jiġi pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ordni ta’ pagament titqiegħed jew tiġi eżegwita kif suppost;

    (iii)il-forma u l-proċedura għat-tqegħid ta’ ordni ta’ pagament jew għall-għoti ta’ permess għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament u l-irtirar ta’ tali permess f’konformità mal-Artikoli 49 u 66;

    (iv)referenza għall-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 64 u l-ħin limitu, jekk ikun hemm, stabbilit mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

    (v)iż-żmien massimu ta’ eżekuzzjoni biex jiġu pprovduti s-servizzi ta’ pagament;

    (vi)iż-żmien stmat biex il-fondi ta’ trasferimenti ta’ kreditu jiġu riċevuti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li jinsab barra mill-Unjoni;

    (vii)jekk ikunx hemm possibbiltà ta’ qbil dwar il-limiti ta’ nfiq għall-użu tal-istrument ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 51(1);

    (viii)fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard li jkunu co-badged, id-drittijiet tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/751;

    (c)dwar l-imposti, ir-rati tal-imgħax u tal-kambju:

    (i)l-imposti kollha pagabbli mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament inklużi dawk marbuta mal-mod u l-frekwenza li bihom l-informazzjoni skont dan ir-Regolament tiġi pprovduta jew issir disponibbli u, fejn applikabbli, id-diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ dawn l-imposti;

    (ii)l-imposti kollha, jekk ikun hemm, għall-ġbid domestiku minn kaxxieri awtomatiċi (ATMs) pagabbli mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom f’ATM ta’:

    (1)il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom;

    (2)fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jappartjeni għall-istess network ta’ ATMs bħall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-utent;

    (3)fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jappartjeni għal network ta’ ATMs li magħhom il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-utent ikollu relazzjoni kuntrattwali;

    (4)fornitur ta’ ATM li ma jġestix kontijiet ta’ pagament meta joffri servizzi ta’ ġbid ta’ flus kontanti;

    (iii)fejn applikabbli, ir-rati tal-imgħax u tal-kambju li għandhom jiġu applikati jew, jekk jintużaw rati tal-imgħax u tal-kambju ta’ referenza, il-metodu ta’ kalkolu tal-imgħax reali, u d-data u l-indiċi jew il-bażi rilevanti għad-determinazzjoni ta’ tali rata tal-imgħax jew tal-kambju ta’ referenza;

    (iv)fejn ikun maqbul, l-applikazzjoni immedjata ta’ bidliet fir-rata tal-imgħax jew tal-kambju ta’ referenza u rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mal-bidliet f’konformità mal-Artikolu 22(3);

    (v)fejn applikabbli, l-imposti stmati għas-servizzi ta’ kambju tal-munita fir-rigward ta’ trasferiment ta’ kreditu espressi bħala żieda perċentwali fuq l-aħħar rata tal-kambju ta’ referenza applikabbli disponibbli maħruġa mill-bank ċentrali rilevanti;

    (d)dwar il-komunikazzjoni:

    (i)fejn applikabbli, il-mezzi ta’ komunikazzjoni, inklużi r-rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir u s-software tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, maqbula bejn il-partijiet għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni jew notifiki skont dan ir-Regolament;

    (ii)il-mod u l-frekwenza li bihom, l-informazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli;

    (iii)il-lingwa jew il-lingwi li bihom se jiġi konkluż il-kuntratt qafas u titwettaq il-komunikazzjoni matul dik ir-relazzjoni kuntrattwali;

    (iv)id-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jirċievi t-termini kuntrattwali tal-kuntratt qafas u l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 21;

    (e)dwar is-salvagwardji u l-miżuri korrettivi:

    (i)fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-passi li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jieħu sabiex iżomm sikur strument ta’ pagament u kif għandu jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-finijiet tal-Artikolu 52(b);

    (ii)il-proċedura sigura għan-notifika tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fil-każ ta’ frodi jew theddid għas-sigurtà kemm jekk suspettat kif ukoll jekk reali;

    (iii)fejn ikun hemm qbil, il-kundizzjonijiet li bihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirriżerva d-dritt li jimblokka strument ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 51;

    (iv)ir-responsabbiltà tal-pagatur f’konformità mal-Artikolu 57(5), l-Artikolu 59(3) u l-Artikolu 60, inkluża l-informazzjoni dwar l-ammont rilevanti;

    (v)kif u f’liema perjodu ta’ żmien l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u lill-pulizija f’każ ta’ frodi ta’ personifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 59, ta’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew mibdija jew eżegwita b’mod mhux korrett jew ta’ kwalunkwe trasferiment ta’ kreditu awtorizzat li jsir wara applikazzjoni mhux korretta tas-servizz ta’ verifika tal-konkordanza bejn l-isem u l-identifikatur uniku jew frodi ta’ personifikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 54;

    (vi)ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 56, għall-applikazzjoni mhux korretta tas-servizz ta’ verifika tal-konkordanza bejn l-isem u l-identifikatur uniku f’konformità mal-Artikolu 57, u għall-frodi ta’ personifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 59;

    (vii)ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-bidu jew l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament f’konformità mal-Artikoli 75 u 76;

    (viii)il-kundizzjonijiet għar-rimborż f’konformità mal-Artikoli 62 u 63;

    (f)dwar bidliet fil-kuntratt qafas u t-terminazzjoni tiegħu:

    (i)fejn ikun hemm qbil, informazzjoni li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 22, sakemm l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jinnotifikax lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li ma humiex aċċettati;

    (ii)id-durata tal-kuntratt qafas;

    (iii)id-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jtemm il-kuntratt qafas u kwalunkwe ftehim relatat mat-terminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23;

    (g)dwar ir-rimedju:

    (i)kwalunkwe klawżola kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt qafas jew il-qrati kompetenti;

    (ii)il-proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikoli 90, 94 u 95.

    Artikolu 21

    Aċċessibbiltà tal-informazzjoni u tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt 
    qafas

    Fi kwalunkwe ħin matul ir-relazzjoni kuntrattwali, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkollu d-dritt li jirċievi, fuq talba, it-termini kuntrattwali tal-kuntratt qafas u l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil.

    Artikolu 22

    Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipproponi kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas jew fl-informazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 19(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data proposta tal-applikazzjoni tagħhom. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta l-bidliet qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

    2.Fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 20(f)(i), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jitqies li jkun aċċetta dawk il-bidliet jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jinnotifikax lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li ma humiex aċċettati. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma wkoll lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li, jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta dawk il-bidliet, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu d-dritt li jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ħlas u b’effett fi kwalunkwe ħin sad-data meta kieku kienu japplikaw il-bidliet.

    3.Il-bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju jistgħu jiġu applikati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament immedjatament u mingħajr avviż, dment li tali dritt ikun maqbul fil-kuntratt qafas u li l-bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju jkunu bbażati fuq ir-rati tal-imgħax jew tal-kambju ta’ referenza maqbula f’konformità mal-Artikolu 20(c)(iii) u (iv). Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament bi kwalunkwe bidla fir-rata tal-imgħax mal-ewwel opportunità bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 19(1), sakemm il-partijiet ma jkunux qablu dwar frekwenza jew mod speċifiku li bih l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli. Madankollu, bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju li jkunu aktar favorevoli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, jistgħu jiġu applikati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mingħajr avviż.

    4.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jimplimenta u jikkalkula l-bidliet fir-rata tal-imgħax jew tal-kambju użata fi tranżazzjonijiet ta’ pagament b’mod newtrali li ma jiddiskriminax kontra l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

    Artikolu 23

    Terminazzjoni

    1.L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jtemm il-kuntratt qafas fi kwalunkwe ħin, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu dwar perjodu ta’ avviż. Tali perjodu ma għandux jaqbeż xahar.

    2.It-terminazzjoni tal-kuntratt qafas għandha tkun mingħajr ħlas għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament ħlief meta l-kuntratt ikun ilu fis-seħħ għal anqas minn 6 xhur. L-imposti, jekk ikun hemm, għat-terminazzjoni tal-kuntratt qafas għandhom ikunu xierqa u konformi mal-kostijiet. Fejn, skont il-kuntratt qafas, is-servizzi ta’ pagament jiġu offruti b’mod konġunt ma’ servizzi tekniċi mmirati biex jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew minn parti terza li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun issieħeb magħha, tali servizzi tekniċi għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti tal-kuntratt qafas dwar it-tariffi tat-terminazzjoni.

    3.Jekk ikun maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jtemm kuntratt qafas konkluż għal perjodu indefinit billi jagħti avviż ta’ mill-anqas xahrejn bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 19(1).

    4.L-imposti għas-servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom ikunu pagabbli mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod proporzjonali biss sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk tali imposti jitħallsu bil-quddiem, dawk l-imposti għandhom jiġu rimborżati proporzjonalment mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    5.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jirregolaw id-drittijiet tal-partijiet li jiddikjaraw il-kuntratt qafas bħala mhux infurzabbli jew null.

    6.L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet aktar favorevoli dwar it-terminazzjoni għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

    7.L-Istati Membri għandhom sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhom adottati skont il-paragrafu 6. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti għal tali dispożizzjonijiet.

    Artikolu 24

    Informazzjoni qabel l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali

    Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali mibdija mill-pagatur skont kuntratt qafas, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu, fuq talba tal-pagatur għal din it-tranżazzjoni ta’ pagament speċifika, jipprovdi informazzjoni espliċita dwar dawn kollha li ġejjin:

    (a)iż-żmien massimu għall-eżekuzzjoni;

    (b)l-imposti pagabbli mill-pagatur;

    (c)fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ kwalunkwe imposta.

    Artikolu 25

    Informazzjoni għall-pagatur dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali

    1.Wara li l-ammont ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali jiġi ddebitat mill-kont tal-pagatur jew, fejn il-pagatur ma jużax kont ta’ pagament, wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jipprovdi lill-pagatur, mingħajr dewmien bla bżonn u bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 19(1), l-informazzjoni kollha li ġejja:

    (a)referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika kull tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifika mingħajr ambigwità lill-benefiċjarju, inkluż l-isem kummerċjali tal-benefiċjarju;

    (b)l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-munita li fiha jiġi ddebitat il-kont ta’ pagament tal-pagatur jew fil-munita użata għall-ordni ta’ pagament;

    (c)l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-pagatur;

    (d)fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara dak il-kambju tal-munita;

    (e)id-data tal-valur tad-debitu jew id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

    2.Kuntratt qafas għandu jinkludi kundizzjoni li l-pagatur jista’ jirrikjedi li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pprovduta jew issir disponibbli perjodikament, tal-anqas darba fix-xahar, mingħajr ħlas u b’mod maqbul li jippermetti lill-pagatur jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.

    3.L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu informazzjoni fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, tal-anqas darba fix-xahar, mingħajr ħlas.

    4.L-Istati Membri għandhom sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhom adottati skont il-paragrafu 3. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti għal tali dispożizzjonijiet.

    Artikolu 26

    Informazzjoni għall-benefiċjarju dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali

    1.Wara l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju mingħajr dewmien bla bżonn bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 19(1) l-informazzjoni kollha li ġejja:

    (a)referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (b)l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-munita li fiha jiġi kkreditat il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju;

    (c)l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-benefiċjarju;

    (d)fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-munita;

    (e)id-data tal-valur tal-kreditu.

    2.Kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli perjodikament, tal-anqas darba fix-xahar u b’mod maqbul li jippermetti lill-benefiċjarju jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.

    3.L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu informazzjoni fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, tal-anqas darba fix-xahar, mingħajr ħlas.

    4.L-Istati Membri għandhom sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhom adottati skont il-paragrafu 3. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti għal tali dispożizzjonijiet.

    TITOLU III

    DRITTIJIET U OBBLIGI FIR-RIGWARD TAL-FORNIMENT U L-UŻU TA’ SERVIZZI TA’ PAGAMENT

    KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet komuni

    Artikolu 27

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Fejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu li l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 49(7), u l-Artikoli 55, 60, 62, 63, 66, 75 u 76 ma japplikawx b’mod sħiħ jew parzjali. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu wkoll dwar limiti ta’ żmien li jkunu differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 54.

    2.L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-Artikolu 95 ma japplikax meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur.

    3.L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li d-dispożizzjonijiet f’dan it-Titolu jiġu applikati għall-mikrointrapriżi bl-istess mod li jiġu applikati għall-konsumaturi.

    4.L-Istati Membri għandhom sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhom adottati skont il-paragrafu 2 u 3. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti għal tali dispożizzjonijiet.

    Artikolu 28

    Imposti applikabbli

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jitlob ħlas lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament għat-twettiq tal-obbligi ta’ informazzjoni tiegħu jew tal-miżuri korrettivi u preventivi skont dan it-Titolu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 65(1), l-Artikolu 66(5) u l-Artikolu 74(4). Dawk l-imposti għandhom jiġu maqbula bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u għandhom ikunu raġonevoli u konformi mal-kostijiet reali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    2.Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ipprovduti fl-Unjoni, meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kemm tal-pagatur kif ukoll tal-benefiċjarju, jew l-uniku fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, ikunu jinsabu fl-Unjoni, il-benefiċjarju għandu jħallas l-imposti mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, u l-pagatur għandu jħallas l-imposti mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu.

    3.Il-benefiċjarju ma għandux jitlob imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament li għalihom it-tariffi tal-interkambju huma rregolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal trasferimenti ta’ kreditu, inklużi trasferimenti ta’ kreditu istantanji, u tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett fl-Unjoni.

    4.L-Istati Membri jistgħu jestendu l-projbizzjoni jew jillimitaw id-dritt tal-benefiċjarju li jitlob imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-kompetizzjoni u jiġi promoss l-użu ta’ strumenti ta’ pagament effiċjenti.

    5.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4 u għal strumenti mhux koperti f’dawk il-paragrafi, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jimpedixxi lill-benefiċjarju milli jitlob mingħand il-pagatur imposta, joffrilu tnaqqis jew inkella jmexxi lill-pagatur lejn l-użu ta’ strument ta’ pagament partikolari. Kwalunkwe imposta applikata ma għandhiex taqbeż il-kostijiet diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu tal-istrument ta’ pagament speċifiku.

    6.L-Istati Membri għandhom sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhom adottati skont il-paragrafu 4. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti għal tali dispożizzjonijiet.

    Artikolu 29

    Deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u strumenti 
    elettroniċi

    1.Fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament li, skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali li ma jaqbżux EUR 50 jew li jkollhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 200, jew jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jaqbżu EUR 200, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li:

    (a)l-Artikolu 52(b), l-Artikolu 53(1)(c) u (d), u l-Artikolu 60(4) ma japplikawx jekk l-istrument ta’ pagament ma jippermettix l-imblukkar jew il-prevenzjoni tal-użu ulterjuri tiegħu;

    (b)l-Artikoli 55 u 56, u l-Artikolu 60(1) u (4), ma japplikawx jekk l-istrument ta’ pagament jintuża b’mod anonimu jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx f’pożizzjoni għal raġunijiet oħra li jkunu intrinsiċi għall-istrument ta’ pagament li jagħti prova li tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata;

    (c)b’deroga mill-Artikolu 65(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx meħtieġ jinnotifika lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament bir-rifjut ta’ ordni ta’ pagament, jekk in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun evidenti mill-kuntest;

    (d)b’deroga mill-Artikolu 66, il-pagatur ma għandux jirrevoka l-ordni ta’ pagament wara li jittrażmetti l-ordni ta’ pagament jew jawtorizza t-tranżazzjoni ta’ pagament lill-benefiċjarju;

    (e)b’deroga mill-Artikoli 69 u 70, japplikaw perjodi ta’ eżekuzzjoni oħra.

    2.L-Artikoli 56 u 60 għandhom japplikaw ukoll għall-flus elettroniċi, ħlief meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma jkollux il-kapaċità li jiffriża l-kont ta’ pagament li fuqu jinħażnu l-flus elettroniċi jew jimblokka l-istrument ta’ pagament. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw dik id-deroga għall-kontijiet ta’ pagament li fuqhom jinħażnu l-flus elettroniċi jew għal strumenti ta’ pagament ta’ ċertu valur.

    3.L-Istati Membri għandhom, sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhom adottati skont il-paragrafu 2. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti għal tali dispożizzjonijiet.

    Artikolu 30

    Ħruġ u rimborżabbiltà tal-flus elettroniċi

    1.L-emittenti ta’ flus elettroniċi għandhom joħorġu flus elettroniċi b’parità mar-riċevuta tal-fondi.

    2.Fuq talba tad-detentur tal-flus elettroniċi, l-emittent tal-flus elettroniċi għandu jirrimborża, fi kwalunkwe mument u b’parità, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma.

    3.Il-kuntratt bejn l-emittent tal-flus elettroniċi u d-detentur tal-flus elettroniċi għandu jiddikjara b’mod ċar u prominenti l-kundizzjonijiet tat-tifdija, inkluż kwalunkwe tariffa applikabbli, u d-detentur tal-flus elettroniċi għandu jiġi infurmat b’dawk il-kundizzjonijiet qabel ma jkun marbut bi kwalunkwe kuntratt jew offerta.

    4.It-tifdija tal-flus elettroniċi tista’ tkun soġġetta għal tariffa biss jekk dan ikun iddikjarat fil-kuntratt f’konformità mal-paragrafu 3 u biss f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (a)fejn id-detentur ta’ flus elettroniċi jitlob tifdija qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt;

    (b)meta l-kuntratt jipprevedi data ta’ terminazzjoni u d-detentur ta’ flus elettroniċi jittermina l-kuntratt qabel dik id-data;

    (c)meta t-tifdija tintalab aktar minn sena wara d-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt.

    Kwalunkwe tariffa bħal din għandha tkun proporzjonata mal-kostijiet reali mġarrba mill-emittent tal-flus elettroniċi.

    5.Meta d-detentur ta’ flus elettroniċi jitlob tifdija qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, id-detentur jista’ jitlob it-tifdija tal-flus elettroniċi kollha kemm huma jew parti minnhom.

    6.Meta t-tifdija tintalab mid-detentur tal-flus elettroniċi fid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt, jew sa sena wara tali terminazzjoni, l-emittent tal-flus elettroniċi għandu jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)Jirrimborża l-valur monetarju totali tal-flus elettroniċi; jew

    (b)Jirrimborża l-fondi kollha mitluba mid-detentur tal-flus elettroniċi meta l-istituzzjoni ta’ pagament twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 10(1)(c) tad-Direttiva XXX [PSD3] u ma jkunx magħruf minn qabel liema proporzjon ta’ fondi għandu jintuża bħala flus elettroniċi mid-detenturi ta’ flus elettroniċi.

    7.Minkejja l-paragrafi 4, 5 u 6, id-drittijiet ta’ tifdija ta’ persuna, għajr konsumatur, li taċċetta flus elettroniċi għandhom ikunu soġġetti għall-ftehim kuntrattwali bejn l-emittent tal-flus elettroniċi u dik il-persuna.

    8.Istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi ma għandhiex tagħti lid-detentur ta’ flus elettroniċi interessi jew kwalunkwe benefiċċju ieħor relatat mat-tul ta’ żmien li matulu jkollu l-flus elettroniċi.

    KAPITOLU 2

    Aċċess għas-sistemi ta’ pagament u għall-kontijiet miżmuma ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Artikolu 31

    Aċċess għas-sistemi ta’ pagament

    1.L-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament għandu jkollhom fis-seħħ regoli oġġettivi mhux diskriminatorji, trasparenti u proporzjonati dwar l-aċċess għal sistema ta’ pagament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzati jew irreġistrati li jkunu persuni ġuridiċi. L-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament ma għandhomx jimpedixxu l-aċċess għal sistema ta’ pagament aktar milli jkun meħtieġ biex jissalvagwardjaw kontra riskji speċifiċi, inkluż fejn applikabbli r-riskju ta’ saldu, ir-riskju operazzjonali, ir-riskju ta’ kreditu, ir-riskju ta’ likwidità u r-riskju tan-negozju jew aktar milli jkun meħtieġ biex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja u operazzjonali tas-sistema ta’ pagament.

    2.Operatur ta’ sistema ta’ pagament għandu jagħmel pubblikament disponibbli r-regoli u l-proċeduri tiegħu għall-ammissjoni għall-parteċipazzjoni f’dik is-sistema ta’ pagament u l-kriterji u l-metodoloġija li juża għall-valutazzjoni tar-riskju tal-applikanti għall-parteċipazzjoni.

    3.Malli jirċievi applikazzjoni għall-parteċipazzjoni minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, operatur ta’ sistema ta’ pagament għandu jivvaluta r-riskji rilevanti li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament applikanti jingħata aċċess għas-sistema. Operatur ta’ sistema ta’ pagament għandu jirrifjuta biss il-parteċipazzjoni lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament applikanti meta l-applikant jippreżenta riskji għas-sistema, kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-operatur ta’ sistema ta’ pagament għandu jinnotifika bil-miktub lil dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament applikanti jekk it-talba għall-parteċipazzjoni tiġix milqugħa jew irrifjutata u għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe rifjut.

    4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal sistemi ta’ pagament magħmula esklussivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jappartjenu għall-istess grupp.

    5.L-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament ma għandu jkollhom fis-seħħ l-ebda wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)regoli restrittivi dwar sħubija effettiva f’sistemi oħra ta’ pagament;

    (b)regoli li jiddiskriminaw bejn fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ pagament jew bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament irreġistrati fir-rigward tad-drittijiet, l-obbligi u d-drittijiet tal-membri;

    (c)restrizzjonijiet abbażi tal-istatus istituzzjonali.

    6.Parteċipant ta’ sistema ta’ pagament li tippermetti fornitur ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzat jew reġistrat li ma jkunx parteċipant tas-sistema ta’ pagament jgħaddi ordnijiet ta’ trasferiment permezz ta’ dik is-sistema ta’ pagament għandu, meta jintalab, jagħti l-istess possibbiltà lil fornituri oħra awtorizzati jew irreġistrati ta’ servizzi ta’ pagament b’mod oġġettiv, proporzjonat, trasparenti u mhux diskriminatorju. F’każ ta’ ċaħda ta’ tali talba, il-parteċipant ta’ sistema ta’ pagament għandu jipprovdi lil kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jagħmel it-talba r-raġunijiet sħaħ għal tali ċaħda.

    7.Għal sistemi ta’ pagament li ma humiex koperti mis-sorveljanza tal-Eurosistema, skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament biex tiżgura l-infurzar tal-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 permezz ta’ sistemi ta’ pagament irregolati mil-liġi nazzjonali tagħhom.

    Artikolu 32

    Forniment minn istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ kontijiet ta’ pagament lil istituzzjonijiet ta’ pagament

    1.Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrifjuta biss li tiftaħ jew għandha tagħlaq biss kont ta’ pagament għal istituzzjoni ta’ pagament għall-aġenti jew id-distributuri tagħha jew għal applikant għal liċenzja bħala istituzzjoni ta’ pagament fil-każijiet li ġejjin:

    (a)L-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha raġunijiet serji biex tissuspetta kontrolli difettużi tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu mill-applikant jew li jkunu qed jitwettqu attivitajiet illegali mill-applikant jew mill-klijenti tiegħu;

    (b)ikun hemm jew kien hemm ksur tal-kuntratt imwettaq mill-applikant għal kont;

    (c)ikunu waslu informazzjoni u dokumenti insuffiċjenti mill-applikant għal kont;

    (d)l-applikant għal kont jew il-mudell ta’ negozju tiegħu jippreżenta profil ta’ riskju eċċessiv;

    (e)l-applikant għal kont jippreżenta kost ta’ konformità sproporzjonalment għoli għall-istituzzjoni ta’ kreditu.

    2.Id-drittijiet mogħtija skont il-paragrafu 1 lill-aġenti jew lid-distributuri għandhom jingħataw esklussivament għall-forniment ta’ servizzi ta’ pagament f’isem l-istituzzjoni ta’ pagament.

    3.Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ pagament jew lill-aġenti jew id-distributuri tagħha, jew lill-applikant għal liċenzja bħala istituzzjoni ta’ pagament, kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta li tiftaħ jew li tagħlaq kont ta’ pagament lil istituzzjoni ta’ pagament jew lill-aġenti jew id-distributuri tagħha, jew lil applikant għal liċenzja bħala istituzzjoni ta’ pagament; hija għandha timmotiva kif xieraq kwalunkwe deċiżjoni bħal din. Tali motivazzjoni trid tkun speċifika għar-riskji ppreżentati mill-attività jew mill-attività ppjanata ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-aġenti jew id-distributuri tagħha, kif ivvalutati mill-istituzzjoni ta’ kreditu, u ma tkunx ta’ natura ġenerika.

    4.Istituzzjoni ta’ pagament jew l-aġenti jew id-distributuri tagħha, jew applikant għal liċenzja bħala istituzzjoni ta’ pagament li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni negattiva minn istituzzjoni ta’ kreditu dwar l-aċċess jew ta’ deċiżjoni dwar l-għeluq minn servizzi ta’ kontijiet ta’ pagament, jistgħu jappellaw lil awtorità kompetenti.

    5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-format armonizzat u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifika u l-motivazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Kapitolu 3

    Servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    Taqsima 1

    Prinċipji Ġenerali

    Artikolu 33

    Drittijiet tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jimpedixxu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament milli jagħmlu użu minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jiksbu servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif imsemmija fil-punt (6) tal-Anness I. Dak l-obbligu għandu japplika għall-kontijiet ta’ pagament kollha miżmuma mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu aċċessibbli online.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jimpedixxu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament milli jagħmlu użu minn servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmija fil-punt (7) tal-Anness I. Dak l-obbligu għandu japplika għall-kontijiet ta’ pagament kollha miżmuma mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu aċċessibbli online.

    Artikolu 34

    Relazzjonijiet kuntrattwali

    1.Il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandu jkun ikkundizzjonat mill-ebda parti dwar l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali għal dak il-għan bejn il-fornituri ta’ tali servizzi u fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont.

    2.Meta jkun hemm fis-seħħ arranġament kuntrattwali multilaterali u meta l-istess data tal-kont ta’ pagament kif irregolata skont dan ir-Regolament tkun disponibbli wkoll fil-qafas ta’ dak l-arranġament kuntrattwali multilaterali, l-aċċess mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għad-data tal-kont ta’ pagament irregolata skont dan ir-Regolament għandu dejjem ikun possibbli mingħajr il-ħtieġa li jkun parti minn tali arranġament kuntrattwali multilaterali.

    Taqsima 2

    Interfaċċi ta’ aċċess għad-data għas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u għas-servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    Artikolu 35

    Forniment ta’ interfaċċi ta’ aċċess iddedikati

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont li joffru lil pagatur kont ta’ pagament li jkun aċċessibbli online għandu jkollhom fis-seħħ mill-anqas interfaċċa ddedikata waħda għall-fini tal-iskambju ta’ data mal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38 u 39, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont li joffru lil pagatur kont ta’ pagament li jkun aċċessibbli online u li jkunu stabbilew interfaċċa ddedikata kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx ikunu obbligati jżommu wkoll b’mod permanenti interfaċċa oħra bħala riżerva għall-fini tal-iskambju ta’ data mal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċi ddedikati tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 jużaw standards ta’ komunikazzjoni li jinħarġu minn organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali tal-istandardizzazzjoni inkluż il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw ukoll li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kwalunkwe interfaċċa ddedikata msemmija fil-paragrafu 1 ikunu iddokumentati billi jiġi speċifikat sett ta’ rutini, protokolli u għodod meħtieġa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet biex jippermettu li s-software u l-applikazzjonijiet tagħhom jinteroperaw mas-sistemi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interfaċċi ddedikati tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 disponibbli, mingħajr ħlas u mingħajr dewmien, fuq talba minn fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw għand l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-awtorizzazzjoni rilevanti u għandhom jagħmlu sommarju ta’ dik id-dokumentazzjoni pubblikament disponibbli fuq is-sit web tagħhom.

    4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li, ħlief għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jimpeduhom milli jagħmlu dan, kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interfaċċa ddedikata tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 tkun disponibbli għall-fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, jew għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw għand l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-awtorizzazzjoni rilevanti, bil-quddiem, malajr kemm jista’ jkun u mhux anqas minn 3 xhur qabel ma tiġi implimentata l-bidla. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiddokumentaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn il-bidliet ikunu ġew implimentati mingħajr tali informazzjoni bil-quddiem u jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

    5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom statistika trimestrali dwar id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tal-interfaċċa ddedikata tagħhom. Il-prestazzjoni tal-interfaċċi ddedikati għandha titkejjel mill-għadd ta’ talbiet b’suċċess għal informazzjoni dwar il-kontijiet fuq l-għadd totali ta’ talbiet għal informazzjoni dwar il-kontijiet, u mill-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet tat-talbiet b’suċċess għal bidu ta’ pagament fuq l-għadd totali u l-volum tat-tranżazzjonijiet tal-għadd totali ta’ talbiet għal bidu ta’ pagament.

    6.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jagħmlu disponibbli faċilità tal-ittestjar, inkluż appoġġ, għall-konnessjoni mal-interfaċċi ddedikati u ttestjar funzjonali biex il-fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw għall-awtorizzazzjoni rilevanti, jittestjaw is-software u l-applikazzjonijiet tagħhom użati biex joffru servizz ta’ pagament lill-utenti. L-ebda data sensittiva dwar il-pagamenti jew kwalunkwe data personali oħra ma għandha tiġi kondiviża permezz tal-faċilità tal-ittestjar.

    7.F’każ li matul il-proċess ta’ identifikazzjoni, awtentikazzjoni, jew l-iskambju tal-elementi tad-data permezz tal-interfaċċa ddedikata jseħħ avveniment jew żball mhux mistenni, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jipprevedi messaġġi ta’ notifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet li jispjegaw ir-raġuni għall-avveniment jew l-iżball mhux mistenni.

    Artikolu 36

    Rekwiżiti fir-rigward tal-interfaċċi ddedikati għall-aċċess għad-data

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċa ddedikata msemmija fl-Artikolu 35(1) tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sigurtà u prestazzjoni li ġejjin:

    (a)l-interfaċċa ddedikata għandha tistabbilixxi u żżomm sessjonijiet ta’ komunikazzjoni bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u kwalunkwe utent ta’ servizzi ta’ pagament ikkonċernat matul l-awtentikazzjoni tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (b)l-interfaċċa ddedikata għandha tiżgura l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà u tal-kodiċijiet ta’ awtentikazzjoni trażmessi minn jew permezz tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew tal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

    (c)il-ħin tar-rispons tal-interfaċċa ddedikata għat-talbiet ta’ aċċess tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandux ikun itwal mill-ħin tar-rispons tal-interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jagħmel disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu għall-aċċess dirett tal-kont ta’ pagament tagħhom online.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċa ddedikata msemmija fl-Artikolu 35(1) tippermetti kemm lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif ukoll lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament:

    (a)jidentifikaw ruħhom mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (b)jagħtu istruzzjonijiet lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont biex jibda l-awtentikazzjoni abbażi tal-permess tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament mogħti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 49(2);

    (c)jagħmlu użu, b’mod mhux diskriminatorju, minn kwalunkwe eżenzjoni mill-awtentikazzjoni applikata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (d)jaraw, qabel il-bidu tal-pagament fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-identifikatur uniku tal-kont, l-ismijiet assoċjati tad-detentur tal-kont u l-muniti kif disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jikkomunikaw b’mod sigur, permezz tal-interfaċċa ddedikata, biex jitolbu u jirċievu informazzjoni dwar kont ta’ pagament magħżul wieħed jew aktar u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati.

    4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċa ddedikata tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, bħala minimu, li:

    (a)jagħmlu u jirrevokaw ordni ta’ pagament permanenti jew debitu dirett;

    (b)jibdew pagament uniku;

    (c)jibdew u jirrevokaw pagament bid-data fil-futur;

    (d)jibdew pagamenti lil benefiċjarji multipli;

    (e)jibdew pagamenti, irrispettivament minn jekk il-benefiċjarju jkunx fil-lista tal-benefiċjarji tal-pagatur;

    (f)jikkomunikaw b’mod sigur biex jagħmlu ordni ta’ pagament mill-kont ta’ pagament tal-pagatur u jirċievu l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (g)jivverifikaw l-isem tad-detentur tal-kont qabel ma jinbeda l-pagament u irrispettivament minn jekk l-isem tad-detentur tal-kont ikunx disponibbli permezz tal-interfaċċa diretta;

    (h)jibdew pagament b’awtentikazzjoni qawwija waħda tal-konsumatur, dment li l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun ipprovda lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont b’dawn kollha li ġejjin:

    (i) l-identifikatur uniku tal-pagatur,

    (ii) l-isem legali u kummerċjali u l-“identifikatur uniku” tal-benefiċjarju,

    (iii) referenza tat-tranżazzjoni,

    (iv) l-ammont tal-pagament u l-munita tal-pagament, li abbażi tagħhom tiġi skattata l-awtentikazzjoni qawwija unika tal-konsumatur.

    5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċa ddedikata tipprovdi lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament:

    (a)il-konferma immedjata, fuq talba, f’format sempliċi ta’ “iva” jew “le”, ta’ jekk l-ammont meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ikunx disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur;

    (b)il-konferma mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li l-pagament ikun se jiġi eżegwit abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, b’kont meħud ta’ kwalunkwe ordni ta’ pagament diġà eżistenti li tista’ taffettwa l-eżekuzzjoni sħiħa tal-ordni ta’ pagament li tkun qed issir.

    L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) ma għandhiex tiġi kondiviża mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament iżda tista’ tintuża mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont sabiex jipprovdi konferma tal-eżekuzzjoni tal-operazzjoni.

    Artikolu 37

    Parità tal-aċċess għad-data bejn l-interfaċċa ddedikata għall-aċċess u l-interfaċċa tal-klijent

    1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċa ddedikata tagħhom imsemmija fl-Artikolu 35(1) toffri f’kull ħin tal-anqas l-istess livell ta’ disponibbiltà u prestazzjoni, inkluż appoġġ tekniku u tal-IT, bħall-interfaċċi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jagħmlu disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament biex jaċċessa direttament il-kont ta’ pagament tiegħu online.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jipprovdu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-anqas l-istess informazzjoni mill-kontijiet ta’ pagament magħżula u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati li jkunu disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament meta jitlob direttament aċċess għall-informazzjoni dwar il-kontijiet, dment li din l-informazzjoni ma tinkludix data sensittiva dwar il-pagamenti.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jipprovdu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament tal-anqas l-istess informazzjoni dwar il-bidu u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament ipprovduta jew magħmula disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament meta t-tranżazzjoni tinbeda direttament mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta immedjatament wara li tasal l-ordni ta’ pagament u fuq bażi kontinwa sakemm il-pagament ikun finali.

    Artikolu 38

    Miżuri ta’ kontinġenza għal interfaċċa ddedikata mhux disponibbli 

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jieħdu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom biex jipprevjenu n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-interfaċċa ddedikata. Għandu jiġi preżunt li jkun seħħ nuqqas ta’ disponibbiltà meta ħames talbiet konsekuttivi għall-aċċess għall-informazzjoni għall-forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma jirċievu l-ebda rispons mill-interfaċċa ddedikata tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fi żmien 30 sekonda.

    2.F’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-interfaċċa ddedikata, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jinfurmaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jużaw l-interfaċċa ddedikata dwar il-miżuri meħuda biex tiġi restawrata l-interfaċċa u dwar iż-żmien stmat li jkun meħtieġ biex il-problema tiġi solvuta. Matul il-perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom joffru lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament mingħajr dewmien soluzzjoni alternattiva effettiva, bħall-użu tal-interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tiegħu, biex jaċċessaw id-data tal-kont ta’ pagament. 

    3.Fejn l-interfaċċa ddedikata ma tkunx disponibbli u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ma jkunx offra soluzzjoni alternattiva rapida u effettiva msemmija fil-paragrafu 2, il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti tagħhom, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni u l-evidenza kollha meħtieġa, biex ikunu jistgħu jużaw l-interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tiegħu għall-aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament.

    4.Abbażi tat-talba msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ għal perjodu limitat ta’ żmien sakemm l-interfaċċa ddedikata terġa’ ssir disponibbli, tawtorizza lill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet biex jaċċessaw id-data tal-kontijiet ta’ pagament permezz ta’ interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet li jagħmel it-talba jew lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u tagħmilha pubblikament disponibbli fuq is-sit web tagħha. L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont biex jirrestawra l-funzjonament sħiħ tal-interfaċċa ddedikata qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni temporanja.

    5.L-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe talba introdotta skont il-paragrafu 3. Sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet deċiżjoni dwar it-talba, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li jagħmel it-talba jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jista’ eċċezzjonalment jaċċessa d-data tal-kontijiet ta’ pagament permezz ta’ interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tiegħu. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li jagħmel it-talba jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandu jieqaf jagħmel dan meta l-interfaċċa ddedikata terġa’ ssir disponibbli, jew meta l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni li ma tawtorizzax tali użu, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

    6.F’każijiet fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ikunu obbligati jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jaċċessaw l-interfaċċa li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jużaw għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tagħhom, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom immedjatament jagħmlu disponibbli kwalunkwe speċifikazzjoni teknika meħtieġa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jikkonnettjaw adegwatament mal-interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tiegħu.

    7.Meta jaċċessaw l-interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti tiegħu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 45(2). B’mod partikolari, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandhom dejjem jidentifikaw ruħhom kif xieraq mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont.

    Artikolu 39

    Deroga mill-obbligu li jkun hemm interfaċċa ddedikata għall-aċċess għad-data

    1.B’deroga mill-Artikolu 35(1), fuq talba ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li jagħmel it-talba mill-obbligu li jkollu fis-seħħ interfaċċa ddedikata u tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li jew joffri, bħala interfaċċa għall-iskambju sigur tad-data, waħda mill-interfaċċi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont juża għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu jew, fejn ikun ġustifikat, li ma joffri l-ebda interfaċċa għall-iskambju sigur tad-data.

    2.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li għandhom jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom, f’konformità mal-paragrafu 1, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jista’ jiġi eżentat mill-obbligu li jkollu fis-seħħ interfaċċa ddedikata u jitħalla jew jipprovdi, bħala interfaċċa għall-iskambju sigur tad-data mal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u mal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-interfaċċa li huwa jagħmel disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu biex jaċċessa l-kontijiet ta’ pagament tiegħu online jew, fejn ikun xieraq, li ma jkollu l-ebda interfaċċa għall-iskambju sigur tad-data.

    L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Taqsima 3

    Drittijiet u obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont

    Artikolu 40

    Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont fir-rigward tas-servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin biex jiżgura d-dritt tal-pagatur li juża s-servizz ta’ bidu ta’ pagament:

    (a)jikkomunika b’mod sigur mal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

    (b)immedjatament wara li jirċievi l-ordni ta’ pagament mingħand fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

    (c)jittratta l-ordnijiet ta’ pagament trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament daqslikieku dawk l-ordnijiet ta’ pagament kienu ordnijiet ta’ pagament trażmessi direttament mill-pagatur jew mill-benefiċjarju, b’mod partikolari f’termini ta’ żmien, prijorità jew imposti.

    Għall-finijiet tal-punt (b), fejn parti mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha msemmija f’dak il-punt ma tkunx disponibbli immedjatament wara li tasal l-ordni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament issir disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament immedjatament wara li dik l-informazzjoni ssir disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont.

    Artikolu 41

    Obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont fir-rigward tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin biex jiżgura d-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament li juża s-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet:

    (a)jikkomunika b’mod sigur mal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

    (b)jittratta t-talbiet għad-data trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet daqslikieku d-data tkun intalbet mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament permezz tal-interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jagħmel disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu biex jaċċessaw direttament il-kont ta’ pagament tagħhom.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jaċċessaw informazzjoni minn kontijiet ta’ pagament magħżula u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għall-finijiet tat-twettiq tas-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kemm jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun qed jitlob tali informazzjoni b’mod attiv kif ukoll jekk le.

    Artikolu 42

    Restrizzjoni tal-aċċess għall-kontijiet ta’ pagament minn fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    1.Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jista’ jiċħad lil fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew lil fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament l-aċċess għal kont ta’ pagament għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati u debitament evidenzjati. Dawk ir-raġunijiet għandhom ikunu relatati ma’ aċċess mhux awtorizzat, skont l-Artikolu 49(3), jew aċċess frodulenti għall-kont ta’ pagament minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, inkluż il-bidu mhux awtorizzat jew frodulenti ta’ tranżazzjoni ta’ pagament. F’każijiet bħal dawn, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li l-aċċess għall-kont ta’ pagament huwa miċħud u jipprovdi r-raġunijiet għal dan. Dik l-informazzjoni għandha, fejn ikun possibbli, tiġi pprovduta lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament qabel ma l-aċċess jiġi miċħud u mhux aktar tard minn immedjatament wara, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati jew ikun ipprojbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

    2.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jirrapporta immedjatament l-inċident relatat mal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament lill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji rilevanti tal-każ u r-raġunijiet għat-teħid ta’ azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-każ u għandha, jekk ikun meħtieġ, tieħu l-miżuri xierqa.

    Artikolu 43

    Ġestjoni tal-aċċess għad-data mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’dashboard, integrat fl-interfaċċa tal-utent tiegħu, biex jimmonitorja u jimmaniġġja l-permessi li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun ta għall-finijiet ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li jkopru pagamenti multipli jew rikorrenti.

    2.Id-dashboard għandu:

    (a)jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament bi stampa panoramika ta’ kull permess kontinwu mogħti għall-finijiet ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, inkluż:

    (i) l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li lilu jkun ingħata aċċess;

    (ii) il-kont tal-klijent li għalih ikun ingħata aċċess;

    (iii) l-iskop tal-permess;

    (iv) il-perjodu ta’ validità tal-permess;

    (v) il-kategoriji tad-data li jkunu qed jiġu kondiviżi.

    (b)jippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirtira l-aċċess għad-data għal fornitur partikolari ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

    (c)jippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jerġa’ jistabbilixxi kwalunkwe aċċess għad-data rtirat;

    (d)jinkludi rekord tal-permessi ta’ aċċess għad-data li jkunu ġew irtirati jew li jkunu skadew, għal perjodu ta’ sentejn.

    3.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jiżgura li d-dashboard ikun faċli biex jinstab fl-interfaċċa tal-utent tiegħu u li l-informazzjoni murija fuq id-dashboard tkun ċara, akkurata u tinftiehem faċilment mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    4.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont u l-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li lilu jkun ingħata l-permess għandhom jikkooperaw biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament permezz tad-dashboard f’ħin reali. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (a), (b), (c) u (e):

    (a)Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament f’ħin reali bil-bidliet li jkunu saru f’permess li jikkonċerna lil dak il-fornitur magħmula minn utent ta’ servizzi ta’ pagament permezz tad-dashboard;

    (b)Fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont f’ħin reali b’permess ġdid mogħti minn utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ kont ta’ pagament ipprovdut minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, inkluż:

    (i) l-iskop tal-permess mogħti mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (iv) il-perjodu ta’ validità tal-permess;

    (iii) il-kategoriji tad-data kkonċernati.

    Artikolu 44

    Ostakli pprojbiti għall-aċċess għad-data

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċa ddedikata tagħhom ma toħloqx ostakli għall-forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

    L-ostakli pprojbiti għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)il-prevenzjoni tal-użu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-kredenzjali maħruġa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom;

    (b)il-ħtieġa li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament idaħħlu manwalment l-identifikatur uniku tagħhom fid-dominju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont biex ikunu jistgħu jużaw is-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew is-servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

    (c)il-ħtieġa ta’ verifiki addizzjonali tal-permess mogħti mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament lil fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew lil fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijet;

    (d)il-ħtieġa ta’ reġistrazzjonijiet addizzjonali mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-kont ta’ pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament jew l-interfaċċa ddedikata;

    (e)il-ħtieġa, sakemm ma jkunx indispensabbli biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet relatata, b’mod partikolari, mal-aġġornament tad-dashboard imsemmi fl-Artikolu 43, li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jirreġistraw minn qabel id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (f)ir-restrizzjoni tal-possibbiltà li utent ta’ servizzi ta’ pagament jibda pagamenti permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biss lil dawk il-benefiċjarji li jkunu fil-lista tal-benefiċjarji tal-pagatur;

    (g)ir-restrizzjoni tal-bidu ta’ pagamenti lejn jew minn identifikaturi uniċi domestiċi biss;

    (h)il-ħtieġa li l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur tiġi applikata aktar drabi meta mqabbla mal-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur kif meħtieġ mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun qed jaċċessa direttament il-kont ta’ pagament tiegħu jew jibda pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (i)il-forniment ta’ interfaċċa ddedikata li ma tappoġġax il-proċeduri kollha ta’ awtentikazzjoni magħmula disponibbli mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu;

    (j)l-impożizzjoni ta’ vjaġġ tal-informazzjoni dwar il-kontijiet jew tal-bidu ta’ pagament, f’approċċ ta’ “ridirezzjoni” jew “diżakkoppjat”, fejn l-awtentikazzjoni tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont iżżid passi addizzjonali jew azzjonijiet meħtieġa fil-vjaġġ tal-utent meta mqabbla mal-proċedura ta’ awtentikazzjoni ekwivalenti offruta lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament meta jaċċessaw direttament il-kontijiet ta’ pagament tagħhom jew jibdew pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (k)l-impożizzjoni li l-utent jiġi ridirezzjonat awtomatikament, fl-istadju tal-awtentikazzjoni, lejn l-indirizz tal-paġna web tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont meta dan ikun l-uniku metodu biex titwettaq l-awtentikazzjoni tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkun appoġġat minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (l)il-ħtieġa ta’ żewġ awtentikazzjonijiet qawwija tal-konsumatur fi vjaġġ ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament biss fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jittrażmetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jinbeda l-pagament, jiġifieri awtentikazzjoni waħda qawwija tal-konsumatur għall-konferma ta’ iva/le u t-tieni awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur għall-bidu tal-pagament.

    2.Għall-attivitajiet tas-servizzi ta’ bidu ta’ pagament u tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, l-isem u n-numru tal-kont ta’ sid il-kont ma għandhomx jikkostitwixxu data sensittiva dwar il-pagament.

    Taqsima 4

    Drittijiet u obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    Artikolu 45

    Użu tal-interfaċċa tal-klijent mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandhom jaċċessaw id-data tal-kont ta’ pagament esklussivament permezz tal-interfaċċa ddedikata msemmija fl-Artikolu 35, ħlief fiċ-ċirkostanzi koperti mill-Artikolu 38(4) u (5) u l-Artikolu 39.

    2.Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jaċċessa d-data tal-kont ta’ pagament permezz ta’ interfaċċa li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jagħmel disponibbli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu biex jaċċessaw direttament il-kont ta’ pagament tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 38(4) u (5), jew fejn dik tkun l-unika interfaċċa aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 39, il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu f’kull ħin:

    (a)jidentifika ruħu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont;

    (b)joqgħod fuq il-proċeduri ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (c)jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li dawn ma jipproċessawx data (inkluż l-aċċess u l-ħżin tad-data) għal finijiet oħra għajr għall-forniment tas-servizz kif mitlub mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (d)jirreġistra d-data li tiġi aċċessata permezz tal-interfaċċa operata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, u jipprovdi, fuq talba u mingħajr dewmien bla bżonn, ir-reġistrazzjonijiet lill-awtorità kompetenti. Ir-reġistri għandhom jitħassru 3 snin wara l-ħolqien tagħhom. Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal żmien itwal minn dan il-perjodu ta’ żamma jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà għaddejjin.

    Għall-finijiet tal-punt (d), ir-reġistri għandhom jitħassru 3 snin wara l-ħolqien tagħhom. Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal żmien itwal minn dan il-perjodu ta’ żamma jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà għaddejjin.

    Artikolu 46

    Obbligi speċifiċi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandhom:

    (a)jipprovdu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont l-istess informazzjoni bħall-informazzjoni mitluba mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament meta jibda t-tranżazzjoni ta’ pagament direttament;

    (b)jipprovdu servizzi biss fejn dawn ikunu bbażati fuq il-permess tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, f’konformità mal-Artikolu 49;

    (c)fl-ebda ħin ma jżommu l-fondi tal-pagatur b’rabta mal-forniment tas-servizz ta’ bidu ta’ pagament;

    (d)jiżguraw li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-pagatur u tal-emittent tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħra u li jiġu trażmessi mill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament permezz ta’ kanali sikuri u effiċjenti;

    (e)jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li tinkiseb waqt il-forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, tiġi pprovduta biss lill-benefiċjarju u bil-permess biss tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (f)kull darba li jinbeda pagament, jidentifikaw ruħhom mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont u jikkomunikaw mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, mal-pagatur u mal-benefiċjarju b’mod sigur.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandhomx:

    (a)jaħżnu data sensittiva dwar il-pagamenti tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (b)jitolbu mingħand l-utent ta’ servizzi ta’ pagament kwalunkwe data għajr dik meħtieġa biex jipprovdu s-servizz ta’ bidu ta’ pagament;

    (c)jipproċessaw kwalunkwe data personali jew mhux personali (inkluż l-użu, l-aċċess jew il-ħżin tad-data) għal finijiet oħra għajr għall-forniment tas-servizz ta’ bidu ta’ pagament kif permess mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (d)jimmodifikaw l-ammont, il-benefiċjarju jew kwalunkwe element ieħor tat-tranżazzjoni.

    Artikolu 47

    Obbligi speċifiċi u dispożizzjonijiet oħra li jikkonċernaw il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandu:

    (a)jipprovdi servizzi biss fejn dawn ikunu bbażati fuq il-permess tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, f’konformità mal-Artikolu 49;

    (b)jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra, bl-eċċezzjoni tal-utent u tal-emittent tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, u li meta dawk il-kredenzjali jiġu trażmessi mill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, it-trażmissjoni ssir permezz ta’ kanali sikuri u effiċjenti;

    (c)għal kull sessjoni ta’ komunikazzjoni, jidentifika ruħu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament u jikkomunika b’mod sigur mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont u mal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

    (d)jaċċessa biss informazzjoni mill-kontijiet ta’ pagament magħżula u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati;

    (e)ikollu fis-seħħ mekkaniżmi xierqa u effettivi li jipprevjenu l-aċċess għal informazzjoni għajr minn kontijiet ta’ pagament magħżula u tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati, f’konformità mal-permess tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    2.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma għandux:

    (a)jitlob data sensittiva dwar il-pagamenti marbuta mal-kontijiet ta’ pagament;

    (b)juża, jaċċessa jew jaħżen kwalunkwe data għal finijiet oħra għajr għat-twettiq tas-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet permess mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

    3.L-Artikoli li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet: l-Artikoli 4 sa 8, l-Artikoli 10, 11 u 12, l-Artikoli 14 sa 19, l-Artikoli 21 sa 29, l-Artikoli 50 u 51, l-Artikoli 53 sa 79, u l-Artikoli 83 u 84.

    Taqsima 5

    Implimentazzjoni

    Artikolu 48

    Rwol tal-awtoritajiet kompetenti

    1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont jikkonformaw f’kull ħin mal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-interfaċċa ddedikata msemmija fl-Artikolu 35(1) u li kwalunkwe ostaklu pprojbit identifikat elenkat fl-Artikolu 44 jitneħħa immedjatament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont rilevanti. Meta jiġi identifikat tali nuqqas ta’ konformità tal-interfaċċi ddedikati ma’ dan ir-Regolament jew jiġu identifikati ostakli, inkluż abbażi tal-informazzjoni trażmessa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu mingħajr dewmien il-miżuri ta’ infurzar meħtieġa u jimponu kwalunkwe sanzjoni xierqa jew, fejn ikun xieraq, jagħtu drittijiet ta’ aċċess f’konformità mal-Artikolu 38(4).

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu mingħajr dewmien kull azzjoni ta’ infurzar meħtieġa fejn dan ikun meħtieġ biex jippreservaw id-drittijiet ta’ aċċess tal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. L-azzjonijiet ta’ infurzar jistgħu jinkludu sanzjonijiet xierqa.

    3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-użu tal-interfaċċi ta’ aċċess għad-data f’kull ħin.

    4.L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom ir-riżorsi meħtieġa, b’mod partikolari f’termini ta’ persunal iddedikat, sabiex jikkonformaw f’kull ħin mal-kompiti tagħhom.

    5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

    6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq inizjattiva tagħhom, jorganizzaw laqgħat konġunti regolari mal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li kwistjonijiet possibbli li jirriżultaw mill-użu u l-aċċess għall-interfaċċi tal-iskambju tad-data bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jiġu solvuti malajr u b’mod durabbli.

    7.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’data dwar l-aċċess mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għall-kontijiet ta’ pagament li huma jġestixxu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll, fejn ikun xieraq, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jipprovdu kwalunkwe data rilevanti dwar l-operazzjonijiet tagħhom. F’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 29(b), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tikkoordina dik l-attività ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tar-rapportar tad-data. L-EBA għandha tirrapporta kull sentejn lill-Kummissjoni dwar id-daqs u l-operat tas-swieq għas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u s-servizzi ta’ bidu ta’ pagament fl-Unjoni. Dawk ir-rapporti perjodiċi jista’, fejn ikun xieraq, ikun fihom rakkomandazzjonijiet.

    8.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-data li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 7 kif ukoll il-metodoloġija u l-perjodiċità li għandhom jiġu applikati għal tali forniment ta’ data.

    L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

    Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    KAPITOLU 4

    Awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    Artikolu 49

    Awtorizzazzjoni

    1.Tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu awtorizzati biss jekk il-pagatur ikun ta l-permess tiegħu għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament. Tranżazzjoni ta’ pagament tista’ tiġi awtorizzata mill-pagatur qabel jew, jekk ikun hemm qbil bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    2.L-aċċess għal kont ta’ pagament għall-fini ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun awtorizzat biss jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun ta l-permess tiegħu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew, rispettivament, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, biex jaċċessa l-kont ta’ pagament u d-data rilevanti f’dak il-kont.

    3.Fin-nuqqas ta’ permess, tranżazzjoni ta’ pagament jew aċċess għal kont ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandhom jitqiesu bħala mhux awtorizzati.

    4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ma għandhomx jivverifikaw il-permess mogħti mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    5.Il-permess imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi espress fil-forma maqbula bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti. Il-permess għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jista’ jiġi espress ukoll permezz tal-benefiċjarju jew tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    6.Il-proċedura għall-għoti tal-permess għandha tiġi maqbula bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti.

    7.L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirtira l-permess għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jew għall-aċċess għal kont ta’ pagament għall-fini ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet fi kwalunkwe ħin. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirtira wkoll il-permess għall-eżekuzzjoni ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, f’liema każ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament futura għandha titqies bħala mhux awtorizzata.

    Artikolu 50

    Diskrepanzi bejn l-isem u l-identifikatur uniku ta’ benefiċjarju f’każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu

    1.Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu, mingħajr ħlas, fuq talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, jivverifika jekk l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju kif ipprovduti mill-pagatur jaqblux, u għandu jikkomunika l-eżitu ta’ din il-verifika lill- fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur. Fejn l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju ma jaqblux, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jinnotifika lill-pagatur bi kwalunkwe diskrepanza bħal din misjuba u għandu jinforma lill-pagatur bil-grad ta’ dik id-diskrepanza.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jipprovdu s-servizz imsemmi fil-paragrafu 1 immedjatament wara li l-pagatur ikun ipprovda lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju, u qabel ma l-pagatur jiġi offrut il-possibbiltà li jawtorizza t-trasferiment ta’ kreditu.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li s-sejbien u n-notifika ta’ diskrepanza kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jimpedux lill-pagaturi milli jawtorizzaw it-trasferiment ta’ kreditu kkonċernat. Jekk il-pagatur, wara li jkun ġie nnotifikat dwar diskrepanza misjuba, jawtorizza t-trasferiment ta’ kreditu u t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f’konformità mal-identifikatur uniku mogħti mill-pagatur, dik it-tranżazzjoni għandha titqies li ġiet eżegwita b’mod korrett.

    4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikollhom id-dritt li jagħżlu li ma jiġux offruti s-servizz imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jinfurmaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom bil-mezzi biex jesprimu tali dritt ta’ esklużjoni fakultattiva. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li inizjalment ikunu għażlu li ma jirċevux is-servizz imsemmi fil-paragrafu 1, ikollhom id-dritt li jagħżlu li jirċievu dak is-servizz.

    5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jinfurmaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li l-awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjoni minkejja diskrepanza misjuba u nnotifikata jew l-għażla li ma jirċevux is-servizz imsemmi fil-paragrafu 1 tista’ twassal għat-trasferiment tal-fondi f’kont ta’ pagament mhux miżmum mill-benefiċjarju indikat mill-pagatur. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni fl-istess ħin tan-notifika ta’ diskrepanzi jew meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jagħżel li ma jirċevix is-servizz imsemmi fil-paragrafu 1.

    6.Is-servizz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ pagament magħmula permezz ta’ kanali elettroniċi ta’ bidu ta’ pagament u permezz ta’ ordnijiet ta’ pagament mhux elettroniċi li jinvolvu interazzjoni f’ħin reali bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

    7.Is-servizz ta’ tqabbil imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun meħtieġ meta l-pagatur ma jkunx daħħal huwa stess l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju.

    8.Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji denominati f’euro li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament XXX (IPR).

    Artikolu 51

    Limiti u imblukkar tal-użu tal-istrument ta’ pagament

    1.Fejn strument ta’ pagament speċifiku jintuża għall-finijiet tal-għoti ta’ permess, il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jistgħu jaqblu dwar limiti ta’ nfiq għal tranżazzjonijiet ta’ pagament eżegwiti permezz ta’ dak l-istrument ta’ pagament. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx iżidu unilateralment il-limiti ta’ nfiq maqbula mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom.

    2.Jekk ikun maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jimblokka l-istrument ta’ pagament għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati relatati mas-sigurtà tal-istrument ta’ pagament, is-suspett ta’ użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal-istrument ta’ pagament jew, fil-każ ta’ strument ta’ pagament b’linja ta’ kreditu, żieda sinifikanti fir-riskju li l-pagatur jista’ ma jkunx kapaċi jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jħallas.

    3.F’każijiet bħal dawn, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-pagatur bl-imblukkar tal-istrument ta’ pagament u r-raġunijiet għal dan b’mod miftiehem, meta jkun possibbli qabel ma l-istrument ta’ pagament jiġi imblukkat u mhux aktar tard minn immedjatament wara li jiġi imblukkat, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati jew ma jkunx ipprojbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

    4.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżblokka l-istrument ta’ pagament jew jissostitwih bi strument ta’ pagament ġdid ladarba r-raġunijiet għall-imblukkar ma jibqgħux jeżistu.

    Artikolu 52

    Obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-istrumenti ta’ pagament u tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà

    L-utent ta’ servizzi ta’ pagament intitolat li juża strument ta’ pagament għandu:

    (a)juża l-istrument ta’ pagament f’konformità mat-termini li jirregolaw il-ħruġ u l-użu tal-istrument ta’ pagament, li għandhom ikunu oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati;

    (b)jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew lill-entità speċifikata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr dewmien bla bżonn malli jsir jaf bit-telf, is-serq, il-miżapproprjazzjoni jew l-użu mhux awtorizzat tal-istrument ta’ pagament.

    Għall-finijiet tal-punt (a), l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu, malli jirċievi strument ta’ pagament, jieħu l-passi raġonevoli kollha biex iżomm il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tiegħu sikuri.

    Artikolu 53

    Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-istrumenti ta’ 
    pagament

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li joħroġ strument ta’ pagament għandu:

    (a)jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra għajr l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkun intitolat juża l-istrument ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 52;

    (b)iżomm lura milli jibgħat strument ta’ pagament mhux mitlub, ħlief fejn strument ta’ pagament diġà mogħti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun irid jiġi sostitwit;

    (c)jiżgura li jkunu disponibbli mezzi xierqa f’kull ħin biex l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun jista’ jagħmel notifika skont l-Artikolu 52(b), jew jitlob l-iżblokkar tal-istrument ta’ pagament skont l-Artikolu 51(4);

    (d)jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament il-possibbiltà li jagħmel notifika skont l-Artikolu 52(b) mingħajr ħlas u jitlob biss kwalunkwe kost ta’ sostituzzjoni possibbli attribwit direttament lill-istrument ta’ pagament;

    (e)jipprevjeni kull użu tal-istrument ta’ pagament ladarba tkun saret notifika skont l-Artikolu 52(b).

    (f)Għall-finijiet tal-punt (c), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament fuq talba tiegħu, bil-mezzi biex jagħti prova, għal 18-il xahar wara n-notifika, li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun għamel tali notifika.

    2.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jerfa’ r-riskju li jibgħat strument ta’ pagament jew kwalunkwe kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà relatati miegħu lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    Artikolu 54

    Notifika u rettifika ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati, awtorizzati jew eżegwiti b’mod mhux korrett

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jirrettifika biss kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, eżegwita b’mod mhux korrett jew tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata fejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikoli 57 u 59 mingħajr dewmien bla bżonn wara li jsir jaf bi kwalunkwe tranżazzjoni bħal din li twassal għal pretensjoni, inkluża pretensjoni skont l-Artikolu 75, u mhux aktar tard minn 13-il xahar wara d-data tad-debitu.

    Il-limiti ta’ żmien għan-notifika stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun naqas milli jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament f’konformità mat-Titolu II.

    2.Fejn ikun involut fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jikseb rettifika mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56(4) u l-Artikolu 75(1).

    Artikolu 55

    Evidenza dwar l-awtorizzazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    1.Fejn utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita jew isostni li t-tranżazzjoni ta’ pagament ma ġietx eżegwita b’mod korrett, l-oneru għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex jagħti prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata, ġiet irreġistrata b’mod akkurat, daħlet fil-kontijiet u ma kinitx affettwata minn problema teknika jew xi nuqqas ieħor tas-servizz ipprovdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    Jekk it-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-oneru għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jagħti prova li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata, irreġistrata b’mod akkurat u mhux affettwata minn problema teknika jew nuqqas ieħor marbut mas-servizz ta’ pagament li tiegħu huwa responsabbli.

    2.Fejn utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita, l-użu ta’ strument ta’ pagament irreġistrat mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif ikun xieraq, ma għandux fih innifsu jkun suffiċjenti biex jipprova jew li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata mill-pagatur jew li l-pagatur aġixxa b’mod frodulenti jew naqas b’intenzjoni jew b’negliġenza serja milli jissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi skont l-Artikolu 52. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż, fejn ikun xieraq, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għandu jipprovdi evidenza ta’ sostenn biex jagħti prova ta’ frodi jew negliġenza serja min-naħa tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    Artikolu 56

    Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament 
    mhux awtorizzati

    1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jirrifondi lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata immedjatament, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss, wara li jkun innota jew ġie nnotifikat bit-tranżazzjoni mhux awtorizzata, ħlief fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi mwettqa mill-pagatur u jikkomunika bil-miktub dawk ir-raġunijiet lill-awtorità nazzjonali rilevanti.

    2.Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kellu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi mwettqa mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu, fi żmien 10 ijiem ta’ negozju wara li jinnota jew jiġi nnotifikat bit-tranżazzjoni, jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)jirrifondi lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun ikkonkluda, wara investigazzjoni ulterjuri, li ma tkun twettqet l-ebda frodi mill-pagatur;

    (b)jipprovdi ġustifikazzjoni għar-rifjut tar-rimborż u jindika l-korpi li lilhom il-pagatur jista’ jirreferi l-kwistjoni f’konformità mal-Artikoli 90, 91, 93, 94 u 95 jekk il-pagatur ma jaċċettax ir-raġunijiet ipprovduti.

    3.Fejn applikabbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jerġa’ jġib il-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li kien ikun fih kieku ma seħħitx it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura wkoll li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont ikun ġie ddebitat.

    4.Fejn it-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jirrifondi immedjatament, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li kien ikun fih kieku ma saritx it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata.

    5.Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jikkumpensa immedjatament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fuq talba tiegħu għat-telf imġarrab jew is-somom imħallsa bħala riżultat tar-rimborż lill-pagatur, inkluż l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. F’konformità mal-Artikolu 55(1), l-oneru għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jagħti prova li, fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata, irreġistrata b’mod akkurat u mhux affettwata minn problema teknika jew nuqqas ieħor marbut mas-servizz ta’ pagament li tiegħu huwa responsabbli.

    6.Il-pagatur jista’ jkun intitolat għal kumpens finanzjarju ulterjuri mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew il-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, fejn applikabbli.

    Artikolu 57

    Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal applikazzjoni mhux korretta tas-servizz ta’ verifika tal-konkordanza

    1.Il-pagatur ma għandu jġarrab l-ebda telf finanzjarju għal ebda trasferiment ta’ kreditu awtorizzat meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun naqas, bi ksur tal-Artikolu 50(1), milli jinnotifika lill-pagatur dwar diskrepanza misjuba bejn l-identifikatur uniku u l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur.

    2.Fi żmien 10 ijiem ta’ negozju wara li jinnota jew jiġi nnotifikat bi tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu eżegwita fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)jirrifondi lill-pagatur l-ammont sħiħ tat-trasferiment ta’ kreditu awtorizzat;

    (b)jipprovdi ġustifikazzjoni għar-rifjut tar-rimborż u jindika l-korpi li lilhom il-pagatur jista’ jirreferi l-kwistjoni f’konformità mal-Artikoli 90, 91, 93, 94 u 95 jekk il-pagatur ma jaċċettax ir-raġunijiet ipprovduti.

    3.Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 50(1) imwettaq mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jirrifondi d-dannu finanzjarju mġarrab mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

    4.L-oneru għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, tal-benefiċjarju biex jagħti prova li ma kien hemm l-ebda ksur tal-Artikolu 50(1).

    5.Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw jekk il-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti jew jekk il-pagatur ikun għażel li ma jirċevix is-servizz ta’ verifika f’konformità mal-Artikolu 50(4).

    6.Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji denominati f’euro li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament XXX (IPR).

    Artikolu 58

    Responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi tekniċi u tal-operaturi ta’ skemi ta’ pagament għan-nuqqas ta’ appoġġ għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur

    Il-fornituri ta’ servizzi tekniċi u l-operaturi ta’ skemi ta’ pagament li jew jipprovdu servizzi lill-benefiċjarju, jew lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jew tal-pagatur, għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe dannu finanzjarju kkawżat lill-benefiċjarju, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jew tal-pagatur għan-nuqqas tagħhom, fl-ambitu tar-relazzjoni kuntrattwali tagħhom, li jipprovdu s-servizzi li jkunu meħtieġa biex jippermettu l-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    Artikolu 59

    Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-frodi ta’ personifikazzjoni

    1.Fejn utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkun konsumatur ikun ġie mmanipulat minn parti terza li tagħmel tabirruħha li tkun impjegat tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-konsumatur billi tuża l-isem jew l-indirizz elettroniku jew in-numru tat-telefon ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament illegalment u dik il-manipulazzjoni tkun wasslet għal tranżazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati frodulenti sussegwenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jirrifondi lill-konsumatur l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata frodulenti bil-kundizzjoni li l-konsumatur ikun, mingħajr dewmien, irrapporta l-frodi lill-pulizija u nnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu.

    2.Fi żmien 10 ijiem ta’ negozju wara li jinnota jew jiġi nnotifikat bit-tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata frodulenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)jirrifondi lill-konsumatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata frodulenti;

    (b)fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi jew negliġenza serja mill-konsumatur, jipprovdi ġustifikazzjoni għar-rifjut tar-rimborż u jindika lill-konsumatur il-korpi li lilhom il-konsumatur jista’ jirreferi l-kwistjoni f’konformità mal-Artikoli 90, 91, 93, 94 u 95 jekk il-konsumatur ma jaċċettax ir-raġunijiet ipprovduti.

    3.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-konsumatur ikun aġixxa b’mod frodulenti jew b’negliġenza serja.

    4.L-oneru għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-konsumatur biex jagħti pprova li l-konsumatur ikun aġixxa b’mod frodulenti jew b’negliġenza serja.

    5.Fejn jiġu infurmati minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bl-okkorrenza tat-tip ta’ frodi kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u jaġixxu malajr biex jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri organizzattivi u tekniċi xierqa biex jissalvagwardjaw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE, inkluż fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika.

    Artikolu 60

    Responsabbiltà tal-pagatur għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati

    1.B’deroga mill-Artikolu 56, il-pagatur jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament.

    L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta tkun seħħet xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)it-telf, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament ma setgħux jiġu individwati mill-pagatur qabel pagament, ħlief fejn il-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti; jew

    (b)it-telf kien ikkawżat minn atti jew nuqqas ta’ azzjoni ta’ impjegat, aġent jew fergħa ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ entità li lilha jkunu ġew esternalizzati l-attivitajiet tiegħu.

    Il-pagatur għandu jġorr it-telf kollu relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jekk dak it-telf ikun sar mill-pagatur billi aġixxa b’mod frodulenti jew naqas milli jissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 52 b’intenzjoni jew b’negliġenza serja. F’każijiet bħal dawn, l-ammont massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika.

    Fejn il-pagatur la jkun aġixxa b’mod frodulenti u lanqas ma jkun naqas intenzjonalment milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 52, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jnaqqsu r-responsabbiltà msemmija f’dan il-paragrafu, billi jqisu, b’mod partikolari, in-natura tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun intilef, insteraq jew ġie miżapproprjat l-istrument ta’ pagament.

    2.Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jonqos milli jissodisfa l-obbligu li jirrikjedi awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur stabbilit fl-Artikolu 85, il-pagatur ma għandu jġorr l-ebda telf finanzjarju sakemm il-pagatur ma jkunx aġixxa b’mod frodulenti. L-istess għandu japplika fejn jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-benefiċjarju japplika eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur. Fejn il-benefiċjarju jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jonqos milli jiżviluppa jew jemenda s-sistemi, il-hardware u s-software li jkunu meħtieġa biex tiġi applikata awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, il-benefiċjarju jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jirrifondi d-dannu finanzjarju kkawżat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

    3.Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju japplika eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għal kwalunkwe telf finanzjarju mġarrab minn dan tal-aħħar.

    4.Il-pagatur ma għandu jġorr l-ebda konsegwenza finanzjarja li tirriżulta mill-użu tal-istrument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat wara n-notifika f’konformità mal-Artikolu 52(b), ħlief meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti.

    Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jipprovdix mezzi xierqa għan-notifika f’kull ħin ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat, kif meħtieġ skont l-Artikolu 53(1)(c), il-pagatur ma għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta’ dak l-istrument ta’ pagament, ħlief fejn il-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti.

    Artikolu 61

    Tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn l-ammont tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf minn qabel

    1.Fejn tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard u l-ammont futur eżatt ma jkunx magħruf fil-mument meta l-pagatur jawtorizza l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jista’ jimblokka biss fondi fil-kont ta’ pagament tal-pagatur jekk il-pagatur ikun ta l-permess tiegħu biex dak l-ammont preċiż ta’ fondi jiġu imblukkati.

    2.L-ammont tal-fondi imblukkati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu proporzjonali mal-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jista’ jkun raġonevolment mistenni mill-pagatur.

    3.Il-benefiċjarju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu bl-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament immedjatament wara l-konsenja tas-servizz jew tal-oġġetti lill-pagatur.

    4.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jirrilaxxa l-fondi imblukkati fil-kont ta’ pagament tal-pagatur immedjatament wara li jirċievi l-informazzjoni dwar l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    Artikolu 62

    Rimborżi għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija minn benefiċjarju jew permezz tiegħu

    1. Pagatur għandu jkun intitolat għal rimborż mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata li tkun inbdiet mill-pagatur permezz ta’ benefiċjarju u li tkun diġà ġiet eżegwita, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)l-awtorizzazzjoni ma tkunx speċifikat l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament meta tkun saret l-awtorizzazzjoni;

    (b)l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun qabeż l-ammont li l-pagatur seta’ raġonevolment jistenna b’kont meħud tal-mudell ta’ nfiq preċedenti, il-kundizzjonijiet fil-kuntratt qafas u ċ-ċirkostanzi rilevanti tal-każ.

    Fuq talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-pagatur għandu jġorr l-oneru tal-provi li tali kundizzjonijiet ġew issodisfati.

    Ir-rimborż għandu jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie ddebitat.

    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, minbarra d-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għal tranżazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati li jkunu nbdew minn benefiċjarju, inklużi debiti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur għandu jkollu dritt inkondizzjonat għal rimborż fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 63 ta’ dan ir-Regolament.

    2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-pagatur ma għandux jinvoka raġunijiet relatati mal-kostijiet possibbli tal-kambju tal-munita jekk tkun ġiet applikata r-rata tal-kambju ta’ referenza maqbula mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu f’konformità mal-Artikolu 13(1)(e), u l-Artikolu 20(c)(iii).

    3.Il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu f’kuntratt qafas li l-pagatur ma jkollu l-ebda dritt għal rimborż meta:

    (a)il-pagatur ikun awtorizza l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament direttament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

    (b)fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament futura tkun ġiet ipprovduta jew saret disponibbli b’mod maqbul lill-pagatur mill-anqas 4 ġimgħat qabel id-data dovuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-benefiċjarju.

    4.Għal debiti diretti f’muniti għajr l-euro, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu joffru drittijiet ta’ rimborż aktar favorevoli f’konformità mal-iskemi ta’ debitu dirett tagħhom dment li dawn ikunu aktar vantaġġjużi għall-pagatur.

    Artikolu 63

    Talbiet għal rimborżi għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija minn

    benefiċjarju jew permezz tiegħu

    1.Il-pagatur jista’ jitlob ir-rimborż imsemmi fl-Artikolu 62 ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata mibdija minn benefiċjarju jew permezz tiegħu għal perjodu ta’ 8 ġimgħat mid-data li fiha jkunu ġew iddebitati l-fondi.

    2.Fi żmien 10 ijiem ta’ negozju minn meta jirċievi talba għal rimborż, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)jirrifondi l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament;

    (b)jipprovdi ġustifikazzjoni għar-rifjut tar-rimborż u jindika l-korpi li lilhom il-pagatur jista’ jirreferi l-kwistjoni f’konformità mal-Artikoli 90, 91, 93, 94 u 95 jekk il-pagatur ma jaċċettax ir-raġunijiet ipprovduti.

    Id-dritt tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jirrifjuta r-rimborż ma għandux japplika fil-każ stabbilit fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 62(1).

    KAPITOLU 5

    Eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    Taqsima 1

    Ordnijiet ta’ pagament u ammonti trasferiti

    Artikolu 64

    Riċevuta ta’ ordnijiet ta’ pagament

    1.Il-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament għandu jkun meta l-ordni ta’ pagament tiġi riċevuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

    Il-kont tal-pagatur ma għandux jiġi ddebitat qabel ir-riċevuta tal-ordni ta’ pagament. Jekk il-ħin tar-riċevuta ma jkunx f’jum ta’ negozju għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, l-ordni ta’ pagament għandha titqies li ġiet riċevuta fil-jum ta’ negozju li jmiss. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jistabbilixxi ħin limitu qrib it-tmiem ta’ jum ta’ negozju li warajh kwalunkwe ordni ta’ pagament li tasal għandha titqies li tkun ġiet riċevuta fil-jum ta’ negozju li jmiss.

    2.Jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jagħmel ordni ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jaqblu li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament għandha tibda f’jum speċifiku jew fit-tmiem ta’ ċertu perjodu jew fil-jum li fih il-pagatur ikun poġġa l-fondi għad-dispożizzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-ħin tar-riċevuta għall-finijiet tal-Artikolu 69 għandu jitqies bħala l-jum maqbul. Jekk il-jum maqbul ma jkunx jum ta’ negozju għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-ordni ta’ pagament riċevuta għandha titqies li tkun waslet fil-jum ta’ negozju li jmiss.

    3.Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji denominati f’euro kif koperti mir-Regolament XXX (IPR).

    Artikolu 65

    Rifjut ta’ ordnijiet ta’ pagament

    1.Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta li jeżegwixxi ordni ta’ pagament jew li jibda tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinnotifika r-rifjut u, jekk ikun possibbli, ir-raġunijiet għal dak ir-rifjut u l-proċedura għall-korrezzjoni ta’ kwalunkwe żball fattwali li jkun wassal għar-rifjut lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, sakemm ma jkunx ipprojbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

    Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli n-notifika b’mod maqbul mal-ewwel opportunità, u fi kwalunkwe każ fil-perjodi speċifikati fl-Artikolu 69.

    Il-kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob tariffa raġonevoli għal tali rifjut jekk ir-rifjut ikun oġġettivament ġustifikat.

    2.Fejn il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-kuntratt qafas tal-pagatur jiġu ssodisfati, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur ma għandux jirrifjuta li jeżegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata irrispettivament minn jekk l-ordni ta’ pagament issirx minn pagatur, inkluż permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jew minn benefiċjarju jew permezz tiegħu, sakemm ma jkunx ipprojbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

    3.Għall-finijiet tal-Artikoli 69 u 75, ordni ta’ pagament li l-eżekuzzjoni tagħha tkun ġiet irrifjutata għandha titqies li ma ġietx riċevuta.

    Artikolu 66

    Irrevokabbiltà ta’ ordni ta’ pagament

    1.L-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jirrevoka ordni ta’ pagament ladarba tkun ġiet riċevuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Artikolu.

    2.Fejn it-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-pagatur ma għandux jirrevoka l-ordni ta’ pagament wara li jkun ta permess lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jibda t-tranżazzjoni ta’ pagament jew wara li jkun ta permess għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-benefiċjarju.

    3.Fil-każ ta’ debitu dirett, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ rimborż, il-pagatur jista’ jirrevoka l-ordni ta’ pagament sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jippreċedi l-jum maqbul għad-debitar tal-fondi.

    4.Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 64(2), l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirrevoka ordni ta’ pagament sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jippreċedi l-jum maqbul.

    5.Wara l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, l-ordni ta’ pagament tista’ tiġi revokata biss jekk ikun hemm qbil bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti. Fil-każ imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, għandu jkun meħtieġ ukoll il-qbil tal-benefiċjarju. Jekk ikun maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti jista’ jitlob imposta għar-revoka.

    Artikolu 67

    Ammonti trasferiti u ammonti riċevuti

    1.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, il-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju u kwalunkwe intermedjarju tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jittrasferixxu l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament u għandhom iżommu lura milli jnaqqsu imposti mill-ammont trasferit.

    2.Il-benefiċjarju u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti jnaqqas l-imposti tiegħu mill-ammont trasferit qabel ma jikkreditah lill-benefiċjarju. F’dak il-każ, l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-imposti għandhom jiġu separati fl-informazzjoni mogħtija lill-benefiċjarju.

    3.Jekk titnaqqas kwalunkwe imposta għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2 mill-ammont trasferit, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li l-benefiċjarju jirċievi l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament mibdija mill-pagatur. Fejn it-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura li l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament jiġi riċevut mill-benefiċjarju.

    Taqsima 2

    Żmien ta’ eżekuzzjoni u data tal-valur

    Artikolu 68

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Din it-Taqsima tapplika għal:

    (a)tranżazzjonijiet ta’ pagament f’euro;

    (b)tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali fil-munita tal-Istat Membru barra miż-żona tal-euro;

    (c)tranżazzjonijiet ta’ pagament li jinvolvu kambju tal-munita wieħed biss bejn l-euro u l-munita ta’ Stat Membru barra miż-żona tal-euro, dment li l-kambju tal-munita meħtieġ jitwettaq fl-Istat Membru barra miż-żona tal-euro kkonċernat u, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament transfruntieri, it-trasferiment transfruntier jseħħ f’euro.

    2.Din it-Taqsima tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux imsemmija fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 73, li ma huwiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet. Madankollu, jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jaqblu dwar perjodu itwal minn dak stabbilit fl-Artikolu 69, għal tranżazzjonijiet ta’ pagament intra-Unjoni, dak il-perjodu itwal ma għandux jaqbeż 4 ijiem ta’ negozju wara l-ħin tar-riċevuta kif imsemmi fl-Artikolu 64.

    Artikolu 69

    Tranżazzjonijiet ta’ pagament għal kont ta’ pagament

    1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li wara l-ħin tar-riċevuta kif imsemmi fl-Artikolu 64, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju sa tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss. Dak il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’jum ta’ negozju ieħor għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija fuq karta.

    2.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħti data tal-valur u jagħmel disponibbli l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju wara li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun irċieva l-fondi f’konformità mal-Artikolu 73.

    3.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jittrażmetti ordni ta’ pagament magħmula mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fil-limiti ta’ żmien maqbula bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u b’hekk jippermetti s-saldu, sa fejn għandu x’jaqsam id-debitu dirett, fid-data maqbula.

    Artikolu 70

    Nuqqas ta’ kont ta’ pagament tal-benefiċjarju mal-fornitur ta’ servizzi ta’ 
    pagament

    Fejn il-benefiċjarju ma jkollux kont ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jirċievi l-fondi għall-benefiċjarju għandu jagħmel il-fondi disponibbli għall-benefiċjarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 69(1).

    Artikolu 71

    Flus imqiegħda f’kont ta’ pagament

    Fejn konsumatur iqiegħed flus f’kont ta’ pagament ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fil-munita ta’ dak il-kont ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżgura li l-ammont isir disponibbli u mogħti data tal-valur immedjatament wara r-riċevuta tal-fondi. Fejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur, l-ammont għandu jsir disponibbli u mogħti data tal-valur mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju li jmiss wara r-riċevuta tal-fondi.

    Artikolu 72

    Tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali

    Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu żminijiet massimi iqsar ta’ eżekuzzjoni minn dawk previsti f’din it-Taqsima.

    Artikolu 73

    Data tal-valur u disponibbiltà tal-fondi

    1.Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma għandhiex tkun aktar tard mill-jum ta’ negozju li fih l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju.

    2.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju immedjatament wara li dak l-ammont jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju fejn, min-naħa tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, ikun hemm waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)l-ebda kambju tal-munita;

    (b)kambju tal-munita bejn l-euro u munita ta’ Stat Membru jew bejn żewġ muniti ta’ Stat Membri.

    L-obbligu stabbilit f’dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal pagamenti fi ħdan fornitur ta’ servizzi ta’ pagament wieħed.

    3.Id-data tal-valur tad-debitu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun qabel il-ħin li fih l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jiġi ddebitat lil dak il-kont ta’ pagament.

    Artikolu 74

    Identifikaturi uniċi mhux korretti

    1.Jekk tranżazzjoni ta’ pagament tiġi eżegwita f’konformità mal-identifikatur uniku, it-tranżazzjoni ta’ pagament għandha titqies li ġiet eżegwita b’mod korrett fir-rigward tal-benefiċjarju speċifikat mill-identifikatur uniku.

    2.Jekk l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx korrett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun responsabbli skont l-Artikolu 75 għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni difettuża tat-tranżazzjoni ta’ pagament. 

    3.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jirkupra l-fondi involuti fit-tranżazzjoni ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jikkoopera f’dawk l-isforzi wkoll billi jikkomunika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur l-informazzjoni rilevanti kollha għall-ġbir tal-fondi.

    Fejn il-ġbir tal-fondi skont l-ewwel subparagrafu ma jkunx possibbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jipprovdi lill-pagatur, fuq talba bil-miktub, l-informazzjoni kollha disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u rilevanti għall-pagatur sabiex il-pagatur jippreżenta talba legali biex jirkupra l-fondi.

    4.Fejn ikun maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob ħlas lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament għall-irkupru.

    5.Jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi informazzjoni minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), jew fl-Artikolu 20(b)(ii), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun responsabbli biss għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament f’konformità mal-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    6.Fejn l-identifikatur uniku pprovdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma jkunx korrett, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikunu responsabbli f’konformità mal-Artikolu 76.

    Artikolu 75

    Responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew tard ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    1.Fejn ordni ta’ pagament issir direttament mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54, l-Artikolu 74(2) u (3), u l-Artikolu 79, ikun responsabbli lejn il-pagatur għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament, sakemm ma jkunx jista’ jagħti prova lill-pagatur u, fejn ikun rilevanti, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun irċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 69(1). F’dak il-każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, huwa għandu jirrifondi immedjatament lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux eżegwita jew difettuża, u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li kien ikun fih kieku ma saritx it-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża.

    Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha jkun ġie ddebitat l-ammont.

    Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, huwa għandu immedjatament iqiegħed l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u, fejn applikabbli, jikkredita l-ammont korrispondenti fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju.

    Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien jingħata data tal-valur, kieku t-tranżazzjoni ġiet eżegwita b’mod korrett f’konformità mal-Artikolu 73.

    Fejn tranżazzjoni ta’ pagament tiġi eżegwita tard, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura, fuq talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jaġixxi f’isem il-pagatur, li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien jingħata data tal-valur kieku t-tranżazzjoni ġiet eżegwita b’mod korrett.

    Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux eżegwita jew eżegwita b’mod difettuż fejn l-ordni ta’ pagament issir mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, fuq talba u mingħajr ma jitlob ħlas mingħand il-pagatur, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-pagatur bl-eżitu.

    2.Fejn ordni ta’ pagament issir mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54, l-Artikolu 74(2) u (3), u l-Artikolu 79, ikun responsabbli lejn il-benefiċjarju għat-trażmissjoni korretta tal-ordni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur f’konformità mal-Artikolu 69(3). Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jerġa’ jittrażmetti immedjatament l-ordni ta’ pagament inkwistjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

    Fil-każ ta’ trażmissjoni tard tal-ordni ta’ pagament, l-ammont għandu jingħata data tal-valur fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien jingħata data tal-valur kieku t-tranżazzjoni ġiet eżegwita b’mod korrett.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54, l-Artikolu 74(2) u (3), u l-Artikolu 79, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament f’konformità mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 73. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju immedjatament wara li dak l-ammont jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju. L-ammont għandu jingħata data tal-valur fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien jingħata data tal-valur kieku t-tranżazzjoni ġiet eżegwita b’mod korrett.

    Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux eżegwita jew eżegwita b’mod difettuż li għaliha l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju ma jkunx responsabbli skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun responsabbli b’dan il-mod, huwa għandu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien bla bżonn, jirrifondi lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux eżegwita jew difettuża u jreġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li kien ikun fih kieku ma saritx it-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie ddebitat.

    L-obbligu skont ir-raba’ subparagrafu ma għandux japplika għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jagħti prova li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun irċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, anke jekk l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament tkun sempliċement ittardjata. F’dak il-każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jagħti data tal-valur lill-ammont fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien jingħata data tal-valur kieku t-tranżazzjoni ġiet eżegwita b’mod korrett.

    Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux eżegwita jew eżegwita b’mod difettuż fejn l-ordni ta’ pagament issir mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, fuq talba u mingħajr ma jitlob ħlas mingħand il-pagatur, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-benefiċjarju bl-eżitu.

    3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikunu responsabbli lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom għal kwalunkwe imposta li għaliha jkunu responsabbli, u għal kwalunkwe mgħax li għalih l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun soġġett bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ eżekuzzjoni difettuża, inkluża eżekuzzjoni tard, tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    Artikolu 76

    Responsabbiltà fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew tard ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

    1.Fejn ordni ta’ pagament issir mill-pagatur jew mill-benefiċjarju permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54 u l-Artikolu 74(2) u (3), jirrifondi lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux eżegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li kien ikun fih kieku ma saritx it-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża.

    L-oneru għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jagħti prova li l-ordni ta’ pagament ġiet riċevuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur f’konformità mal-Artikolu 64 u li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu t-tranżazzjoni ta’ pagament ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod akkurat u ma kinitx affettwata minn problema teknika jew nuqqas ieħor marbut man-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew tard tat-tranżazzjoni.

    2.Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni difettuża jew tard tat-tranżazzjoni ta’ pagament, huwa għandu jikkumpensa immedjatament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fuq talba tiegħu għat-telf imġarrab jew għas-somom imħallsa bħala riżultat tar-rimborż lill-pagatur.

    Artikolu 77

    Kumpens finanzjarju addizzjonali

    Kwalunkwe kumpens finanzjarju addizzjonali għal dak previst f’din it-Taqsima jista’ jiġi ddeterminat f’konformità mal-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

    Artikolu 78

    Dritt ta’ rikors

    1.Fejn ir-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikoli 56, 57, 59, 75 u 76 tkun attribwibbli lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament jew lil intermedjarju, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew intermedjarju għandu jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom imħallsa skont l-Artikoli 56, 57, 59, 75 u 76. Dan għandu jinkludi kumpens fejn kwalunkwe wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jonqos milli japplika awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    2.Kumpens finanzjarju ulterjuri jista’ jiġi ddeterminat f’konformità mal-ftehimiet bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew l-intermedjarji u l-liġi applikabbli għall-ftehim konkluż bejniethom.

    Artikolu 79

    Ċirkostanzi anormali u imprevedibbli

    Ma għandha tinħoloq l-ebda responsabbiltà skont il-Kapitolu 4 jew 5 f’każijiet ta’ ċirkostanzi anormali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-parti li titlob l-applikazzjoni ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun marbut b’obbligi legali oħra koperti mid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

    KAPITOLU 6

    Protezzjoni tad-data

    Artikolu 80

    Protezzjoni tad-data

    Is-sistemi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jitħallew jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 sal-punt meħtieġ għall-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u għall-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament, fl-interess pubbliku tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern għas-servizzi ta’ pagament, soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, inklużi dawn li ġejjin:

    (a)miżuri tekniċi biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-ħżin, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, inklużi limitazzjonijiet tekniċi fuq l-użu mill-ġdid tad-data u l-użu ta’ miżuri ta’ sigurtà u ta’ preservazzjoni tal-privatezza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, inklużi l-psewdonimizzazzjoni, jew il-kriptaġġ;

    (b)miżuri organizzazzjonali, inkluż taħriġ dwar l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data, il-limitazzjoni tal-aċċess għal kategoriji speċjali ta’ data u r-reġistrazzjoni ta’ tali aċċess. 

    KAPITOLU 7

    Riskji operazzjonali u ta’ sigurtà u awtentikazzjoni

    Artikolu 81

    Ġestjoni tar-riskji operazzjonali u ta’ sigurtà

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jistabbilixxu qafas b’miżuri ta’ mitigazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa għall-ġestjoni tar-riskji operazzjonali u ta’ sigurtà relatati mas-servizzi ta’ pagament li jipprovdu. Bħala parti minn dak il-qafas, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi ta’ ġestjoni tal-inċidenti, inkluż għas-sejbien u l-klassifikazzjoni ta’ inċidenti operazzjonali u ta’ sigurtà maġġuri.

    L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 għal:

    (a)il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (d) ta’ dan ir-Regolament;

    (b)il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva (UE) (PSD3); u

    (c)l-istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont l-Artikolu 34(1) tad-Direttiva (UE) (PSD3).

    Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti maħtura skont id-Direttiva (UE) XXX (PSD3) fuq bażi annwali, jew f’intervalli iqsar kif determinati mill-awtorità kompetenti, valutazzjoni aġġornata u komprensiva tar-riskji operazzjonali u ta’ sigurtà relatati mas-servizzi ta’ pagament li jipprovdu u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll implimentati b’reazzjoni għal dawk ir-riskji.

    2.L-EBA għandha tippromwovi l-kooperazzjoni, inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, fil-qasam tar-riskji operazzjonali u ta’ sigurtà assoċjati mas-servizzi ta’ pagament fost l-awtoritajiet kompetenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-BĊE u, fejn rilevanti, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni.

    Artikolu 82

    Rapportar dwar il-frodi

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jipprovdu, tal-anqas fuq bażi annwali, data statistika dwar frodi relatata ma’ mezzi differenti ta’ pagament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-EBA u lill-BĊE b’tali data f’forma aggregata.

    2.L-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-data statistika li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafu 1 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-frodi msemmija fil-paragrafu 1.

    L-EBA għandha tissottometti l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    3.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli u l-mudelli standard għas-sottomissjoni tad-data dwar il-frodi fil-pagamenti mill-awtoritajiet kompetenti lill-EBA, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

    L-EBA għandha tissottometti l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 83

    Mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet u kondiviżjoni tad-data dwar il-frodi

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet li:

    (a)jappoġġaw l-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 85;

    (b)jeżentaw l-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur abbażi tal-kriterji skont l-Artikolu 85(11), soġġett għal kundizzjonijiet speċifikati u limitati bbażati fuq il-livell ta’ riskju involut, it-tipi u d-dettalji tad-data vvalutata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

    (c)jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprevjenu u jidentifikaw tranżazzjonijiet ta’ pagament potenzjalment frodulenti, inklużi tranżazzjonijiet li jinvolvu servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    2.Il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament preċedenti u l-aċċess għal kontijiet ta’ pagament online. L-ipproċessar għandu jkun limitat għad-data li ġejja meħtieġa għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

    (a)informazzjoni dwar l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, inklużi l-karatteristiċi ambjentali u ta’ mġiba li huma tipiċi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fiċ-ċirkostanzi ta’ użu normali tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà;

    (b)informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament, inkluża l-istorja tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament;

    (c)informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet, inkluż l-ammont tat-tranżazzjonijiet u l-identifikatur uniku tal-benefiċjarju;

    (d)data tas-sessjoni, inkluża l-firxa tal-indirizz tal-protokoll tal-internet tal-apparat li minnu jkun ġie aċċessat il-kont ta’ pagament.

    Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jaħżnu d-data msemmija f’dan il-paragrafu aktar milli meħtieġ għall-iskopijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, u mhux wara t-terminazzjoni tar-relazzjoni mal-klijent. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmi li jissorveljaw it-tranżazzjonijiet iqisu, tal-anqas, kull wieħed minn dawn il-fatturi bbażati fuq ir-riskju li ġejjin:

    (a)listi ta’ elementi tal-awtentikazzjoni kompromessi jew misruqa;

    (b)l-ammont ta’ kull tranżazzjoni ta’ pagament;

    (c)xenarji ta’ frodi magħrufa fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament;

    (d)sinjali ta’ infezzjoni bil-malware fi kwalunkwe sessjoni tal-proċedura ta’ awtentikazzjoni;

    (e)f’każ li l-apparat jew is-software tal-aċċess jiġi pprovdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, log tal-użu tal-apparat tal-aċċess jew tas-software pprovdut lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-użu anormali tal-apparat tal-aċċess jew tas-software.

    3.Sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonformaw mal-paragrafu 1(c), il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiskambjaw l-identifikatur uniku ta’ benefiċjarju ma’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu soġġetti għal arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5, meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu biżżejjed evidenza biex jassumi li kien hemm tranżazzjoni ta’ pagament frodulenti. Għandha tiġi preżunta biżżejjed evidenza għall-kondiviżjoni ta’ identifikaturi uniċi meta mill-anqas żewġ utenti differenti ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu klijenti tal-istess fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikunu infurmaw li ntuża identifikatur uniku ta’ benefiċjarju biex isir trasferiment ta’ kreditu frodulenti. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx iżommu identifikaturi uniċi miksuba wara l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 5 għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(c).

    4.L-arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiddefinixxu d-dettalji għall-parteċipazzjoni u għandhom jistabbilixxu d-dettalji dwar l-elementi operazzjonali, inkluż l-użu ta’ pjattaformi tal-IT ddedikati. Qabel ma jikkonkludu tali arranġamenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom iwettqu b’mod konġunt valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, iwettqu konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament.

    5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-parteċipazzjoni tagħhom fl-arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, mal-validazzjoni tas-sħubija tagħhom mill-parteċipanti tal-arranġament għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jew, kif applikabbli, bil-waqfien tas-sħubija tagħhom, ladarba dak il-waqfien jidħol fis-seħħ.

    6.L-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-paragrafu 4 ma għandux iwassal għat-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali mal-klijent mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew jaffettwa l-onboarding futur tagħhom minn fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament. 

    Artikolu 84

    Riskji u xejriet tal-frodi fil-pagamenti

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom javżaw lill-klijenti tagħhom permezz tal-mezzi u l-media xierqa kollha meta jitfaċċaw forom ġodda ta’ frodi fil-pagamenti, b’kont meħud tal-ħtiġijiet tal-aktar gruppi vulnerabbli ta’ klijenti tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jagħtu lill-klijenti tagħhom indikazzjonijiet ċari dwar kif jidentifikaw tentattivi ta’ frodi u jwissuhom dwar l-azzjonijiet u l-prekawzjonijiet meħtieġa li għandhom jittieħdu biex jiġi evitat li jisfaw vittmi ta’ azzjonijiet frodulenti mmirati lejhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar fejn jistgħu jirrapportaw azzjonijiet frodulenti u jiksbu malajr informazzjoni relatata mal-frodi.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jorganizzaw mill-anqas darba fis-sena programmi ta’ taħriġ dwar ir-riskji u x-xejriet tal-frodi fil-pagamenti għall-impjegati tagħhom u għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat biex iwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom f’konformità mal-politiki u l-proċeduri ta’ sigurtà rilevanti biex jimmitigaw u jimmaniġġjaw ir-riskji ta’ frodi fil-pagamenti.

    3.Sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-EBA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-programmi dwar ir-riskji ta’ frodi fil-pagamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 85

    Awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur

    1.Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu japplika awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur meta l-pagatur:

    (a)jaċċessa l-kont ta’ pagament tiegħu online;

    (b)jaċċessa informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament;

    (c)jagħmel ordni ta’ pagament għal tranżazzjoni ta’ pagament elettronika;

    (d)iwettaq kwalunkwe azzjoni permezz ta’ kanal remot li tista’ timplika riskju ta’ frodi fil-pagamenti jew abbużi oħra.

    2.It-tranżazzjonijiet ta’ pagament li ma jinbdewx mill-pagatur iżda mill-benefiċjarju biss ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur sal-punt li dawk it-tranżazzjonijiet jinbdew mingħajr ebda interazzjoni jew involviment tal-pagatur. 

    3.Fejn il-pagatur ikun ta mandat li jawtorizza lill-benefiċjarju jagħmel ordni ta’ pagament għal tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ strument ta’ pagament partikolari li jinħareġ biex jintuża mill-pagatur biex jagħmel ordnijiet ta’ pagament għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament, u fejn il-mandat ikun ibbażat fuq ftehim bejn il-pagatur u l-benefiċjarju għall-forniment ta’ prodotti jew servizzi, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija minn hemm ’il quddiem mill-benefiċjarju abbażi ta’ tali mandat jistgħu jiġu kkwalifikati bħala tranżazzjonijiet mibdija mill-benefiċjarju, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkollhomx għalfejn ikunu preċeduti minn azzjoni speċifika tal-pagatur biex jiskatta l-bidu tagħhom mill-benefiċjarju.

    4.It-tranżazzjonijiet ta’ pagament li għalihom il-benefiċjarju jagħmel ordnijiet ta’ pagament li jkunu bbażati fuq il-mandat mogħti mill-pagatur għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għat-tranżazzjonijiet mibdija mill-benefiċjarju kif imsemmi fl-Artikoli 61, 62 u 63.

    5.Fejn il-mandat tal-pagatur lill-benefiċjarju biex jagħmel ordnijiet ta’ pagament għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jiġi pprovdut permezz ta’ kanal remot bl-involviment tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-istabbiliment ta’ tali mandat għandu jkun soġġett għal awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    6.Għad-debiti diretti, fejn il-mandat mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju biex jibda tranżazzjoni waħda jew aktar ta’ debitu dirett jiġi pprovdut permezz ta’ kanal remot bl-involviment dirett ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fl-istabbiliment ta’ tali mandat, għandha tiġi applikata awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    7.It-tranżazzjonijiet ta’ pagament li għalihom l-ordnijiet ta’ pagament isiru mill-pagatur b’modalitajiet oħra għajr l-użu ta’ pjattaformi jew apparati elettroniċi, bħal ordnijiet ta’ pagament ibbażati fuq karta, ordnijiet bil-posta jew ordnijiet bit-telefon, ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur, irrispettivament minn jekk l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ssirx elettronikament jew le, dment li r-rekwiżiti u l-kontrolli tas-sigurtà jitwettqu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jippermetti forma ta’ awtentikazzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

    8.Għat-tqegħid mill-bogħod ta’ ordni ta’ pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom japplikaw awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur li tinkludi elementi li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u benefiċjarju speċifiku.

    9.Għat-tqegħid ta’ ordni ta’ pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), permezz ta’ apparat tal-pagatur li juża teknoloġija ta’ prossimità għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-infrastruttura tal-benefiċjarju, li l-awtentikazzjoni tagħha tirrikjedi l-użu tal-internet fuq l-apparat tal-pagatur, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom japplikaw awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur li tinkludi elementi li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u benefiċjarju speċifiku jew miżuri ta’ sigurtà armonizzati b’effett identiku, li jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-awtentiċità u l-integrità tal-ammont tat-tranżazzjoni u tal-benefiċjarju matul il-fażijiet kollha tal-bidu.

    10.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkollhom fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà adegwati biex jipproteġu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

    11.Kwalunkwe eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur li għandha titfassal mill-EBA skont l-Artikolu 89 għandha tkun ibbażata fuq wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

    (a)il-livell ta’ riskju involut fis-servizz ipprovdut;

    (b)l-ammont, ir-rikorrenza tat-tranżazzjoni, jew it-tnejn li huma;

    (c)il-mezz ta’ pagament użat għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni.

    12.Iż-żewġ elementi jew aktar imsemmija fl-Artikolu 3(35), li fuqhom għandha tkun ibbażata l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur mhux neċessarjament iridu jappartjenu għal kategoriji differenti, sakemm l-indipendenza tagħhom tkun ippreservata b’mod sħiħ.

    Artikolu 86

    Awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur fir-rigward ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

    1.L-Artikolu 85(9) għandu japplika wkoll meta l-pagamenti jinbdew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. L-Artikolu 85(10) għandu japplika wkoll meta l-pagamenti jinbdew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u meta l-informazzjoni tintalab permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet joqogħdu fuq il-proċeduri ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 85(1) u (10) u, fejn ikun involut il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, f’konformità mal-Artikolu 85(1), (8), (9), (10) u (11).

    3.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fejn l-informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament tiġi aċċessata minn fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu japplika biss awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur għall-ewwel aċċess għad-data tal-kont ta’ pagament minn fornitur partikolari ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ma jkollux raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi, iżda mhux għall-aċċess sussegwenti għal dak il-kont ta’ pagament minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

    4.Sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ma jkollux raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandhom japplikaw l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur proprja tagħhom meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jaċċessa l-informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament miksuba minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet mill-anqas 180 jum wara li tkun ġiet applikata l-aħħar awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    Artikolu 87

    Ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur

    Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ pagatur għandu jidħol fi ftehim ta’ esternalizzazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi tekniċi tiegħu f’każ li dak il-fornitur ta’ servizzi tekniċi jkun qed jipprovdi u jivverifika l-elementi ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ pagatur għandu, taħt tali ftehim, iżomm ir-responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u jkollu d-dritt li jawditja u jikkontrolla d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà.

    Artikolu 88

    Rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rigward l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur

    1.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà skont id-Direttiva (UE) 2019/882, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha tagħhom, inklużi l-persuni b’diżabilità, il-persuni akbar fl-età, il-persuni b’ħiliet diġitali baxxi u dawk li ma għandhomx aċċess għal kanali jew strumenti ta’ pagament diġitali, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom tal-anqas mezz, adattat għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom, li jippermettilhom iwettqu awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jagħmlu t-twettiq tal-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur dipendenti fuq l-użu esklużiv ta’ mezz uniku ta’ awtentikazzjoni u ma għandhomx jagħmlu t-twettiq tal-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur jiddependi, b’mod espliċitu jew impliċitu, fuq il-pussess ta’ smartphone. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżviluppaw diversità ta’ mezzi għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur biex jilqgħu għas-sitwazzjoni speċifika tal-klijenti kollha tagħhom.

    Artikolu 89

    Standards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni, komunikazzjoni u monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet

    1.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li għandhom jispeċifikaw:

    (a)ir-rekwiżiti ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 85;

    (b)l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-Artikolu 85(1), (8) u (9), abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 85(11);

    (c)ir-rekwiżiti li magħhom iridu jikkonformaw il-miżuri ta’ sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 85(10) sabiex jiġu protetti l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament;

    (d)ir-rekwiżiti applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 87, għall-ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagaturi u l-fornituri ta’ servizzi tekniċi dwar il-forniment u l-verifika tal-elementi ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur mill-fornituri ta’ servizzi tekniċi;

    (e)ir-rekwiżiti skont it-Titolu III, il-Kapitolu 3 għal standards miftuħa komuni u siguri ta’ komunikazzjoni għall-iskop ta’ identifikazzjoni, awtentikazzjoni, notifika u informazzjoni, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà, bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, il-pagaturi, il-benefiċjarji u fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament;

    (f)dispożizzjonijiet supplimentari dwar standards miftuħa siguri ta’ komunikazzjoni bl-użu ta’ interfaċċi ddedikati;

    (g)ir-rekwiżiti tekniċi għall-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 83.

    Għall-finijiet tal-punt (b), fir-rigward tal-eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur għal tranżazzjonijiet ta’ pagament, abbażi ta’ analiżi tar-riskju tat-tranżazzjonijiet, l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw, inter alia:

    (i) il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati biex tranżazzjoni ta’ pagament elettroniku mill-bogħod titqies li tippreżenta livell baxx ta’ riskju;

    (ii) il-metodoloġiji u l-mudelli għall-implimentazzjoni tal-analiżi tar-riskju tat-tranżazzjonijiet;

    (iii) il-kriterji għall-kalkolu tar-rati ta’ frodi, inkluż dwar l-allokazzjoni tar-rati ta’ frodi bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ ħruġ u akkwist, jew fi ħdan il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ ħruġ u akkwist permezz ta’ entità legali waħda;

    (iv) rekwiżiti dettaljati u proporzjonati ta’ rapportar u awditjar.

    2.Meta tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tqis:

    (a)il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, permezz tal-adozzjoni ta’ rekwiżiti effettivi u bbażati fuq ir-riskju;

    (b)il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza tal-fondi u d-data personali tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament;

    (c)il-ħtieġa li tiġi żgurata u tinżamm kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament;

    (d)il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità tat-teknoloġija u tal-mudell ta’ negozju;

    (e)il-ħtieġa li jiġi permess l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ pagament faċli għall-utent, aċċessibbli u innovattivi.

    L-EBA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    3.F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tirrieżamina u, jekk ikun xieraq, taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fuq bażi regolari sabiex, inter alia, tqis l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, u l-Portafolji Ewropej tal-Identità Diġitali implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

    KAPITOLU 8

    Proċeduri ta’ infurzar, awtoritajiet kompetenti u penali

    Taqsima 1

    Proċeduri għall-ilmenti

    Artikolu 90

    Ilmenti

    1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u lil partijiet interessati oħra inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti maħtura biex jiżguraw l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

    2.Fejn ikun xieraq u mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitressqu proċedimenti quddiem qorti f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, it-tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti għall-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-ilmentatur dwar l-eżistenza tal-proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 95.

    Artikolu 91

    Awtoritajiet kompetentiu setgħat investigattivi

    1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jinvestigaw ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament, u jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi stabbiliti fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a)direttament;

    (b)f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

    (c)billi jiddelegaw setgħat lil awtoritajiet jew korpi oħra, filwaqt li jżommu r-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-awtorità jew tal-korp delegat;

    (d)billi jirrikorru għand l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

    Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom lil awtoritajiet jew korpi oħra f’konformità mal-punt (c), id-delega tas-setgħa għandha tispeċifika l-kompiti delegati, il-kundizzjonijiet li bihom għandhom jitwettqu, u l-kundizzjonijiet li fihom id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata. L-awtoritajiet jew il-korpi li lilhom jiġu ddelegati s-setgħat għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jiġi żgurat li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-attività tal-awtoritajiet jew tal-korpi li lilhom jiġu ddelegati s-setgħat.

    2.L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jimmonitorjaw il-konformità effettiva ma’ dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw din il-konformità.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jew:

    (a)awtoritajiet pubbliċi;

    (b)korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi l-banek ċentrali nazzjonali.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu indipendenti mill-korpi ekonomiċi u jevitaw il-kunflitti ta’ interess. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2(b), l-istituzzjonijiet ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali ma għandhomx jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti.

    3.L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollhom is-setgħat investigattivi u r-riżorsi adegwati kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

    Dawk is-setgħat għandhom jinkludu:

    (a)matul il-proċeduri għall-investigazzjoni ta’ ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li tintalab, inter alia, mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex titwettaq dik l-investigazzjoni:

    (i) fornituri ta’ servizzi ta’ pagament;

    (ii) fornituri ta’ servizzi tekniċi u operaturi ta’ sistemi ta’ pagament;

    (iii) amministraturi tal-ATMs li ma jġestux kontijiet ta’ pagament;

    (iv) fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika;

    (v) persuni fiżiċi li jappartjenu għall-entitajiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii);

    (vi) partijiet terzi li lilhom l-entitajiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi;

    (vii) aġenti u distributuri tal-entitajiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) u l-fergħat tagħhom stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

    (b)is-setgħa li jitwettqu l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa ta’ kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a) (i) sa (vii) stabbilita jew li tinsab fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti jew li tipprovdi servizzi fih, fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluża s-setgħa li:

    (i) jitolbu s-sottomissjoni ta’ dokumenti;

    (ii) jeżaminaw il-kotba u r-rekords tal-persuni msemmija fil-punti (a) (i) sa (vii) u jieħdu kopji jew siltiet minn tali kotba u rekords;

    (iii) jiksbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a) (i) sa (vii) jew mir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom, fejn applikabbli;

    (iv) jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li tagħti l-kunsens tagħha biex tiġi intervistata għall-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

    (c)is-setgħa li jitwettqu l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi jew tal-persuni fiżiċi msemmija fil-punti (a)(i) sa (vii), soġġett għan-notifika minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

    4.Fejn il-liġi ta’ Stat Membru tistabbilixxi sanzjonijiet kriminali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 96(2), dak l-Istat Membru għandu jkollu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti:

    (a)iżommu kuntatt mal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti sabiex jirċievu informazzjoni speċifika dwar investigazzjonijiet kriminali ta’ allegat ksur ta’ dan ir-Regolament, proċedimenti kriminali mibdija fir-rigward ta’ tali ksur allegat, u l-eżitu ta’ tali proċedimenti inkluża s-sentenza finali;

    (b)jipprovdu tali informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra u lill-EBA sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni ma’ xulxin u mal-EBA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

    5.L-implimentazzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu proporzjonati u għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż mas-salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar adottati fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu xierqa għan-natura u għad-dannu ġenerali reali jew potenzjali tal-ksur.

    6.Sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-EBA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-proċeduri tal-ilmenti, inklużi l-kanali għas-sottomissjoni tal-ilmenti, l-informazzjoni mitluba mill-ilmentaturi, u d-divulgazzjoni tal-analiżi aggregata tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 90(1).

    Artikolu 92

    Segretezza professjonali

    1.Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali nazzjonali, il-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, u kwalunkwe espert li jaġixxi f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni relatata mal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

    2.L-informazzjoni skambjata f’konformità mal-Artikolu 93 għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali kemm mill-awtorità li tikkondividiha kif ukoll mill-awtorità li tirċeviha.

    Artikolu 93

    Ġuriżdizzjoni u kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

    1.Fil-każ ta’ ksur jew ta’ suspett ta’ ksur tat-Titoli II u III, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru domiċiljari tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, ħlief għall-aġenti u l-fergħat li jwettqu negozju skont id-dritt ta’ stabbiliment, fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ospitanti.

    2.Fil-każ ta’ ksur jew ta’ suspett ta’ ksur tat-Titoli II u III minn fornituri ta’ servizzi tekniċi, amministraturi tal-ATMs ta’ operaturi ta’ sistemi ta’ pagament li ma jġestux kontijiet ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew mill-aġenti jew il-fergħat tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru fejn jiġi pprovdut is-servizz ikkonċernat.

    3.Fl-eżerċizzju tas-setgħat investigattivi u ta’ sanzjonar tagħhom, inkluż f’każijiet transfruntieri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u ma’ awtoritajiet oħra minn kwalunkwe settur ikkonċernat kif applikabbli għal kull każ u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali billi jiskambjaw informazzjoni ma’ xulxin u jiżguraw l-assistenza reċiproka lil awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati kif meħtieġ għall-infurzar effettiv tas-sanzjonijiet amministrattivi u tal-miżuri amministrattivi.

    4.L-awtoritajiet minn setturi oħra kkonċernati, imsemmija fil-paragrafu 3, għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar effettiv tas-sanzjonijiet amministrattivi u tal-miżuri amministrattivi.

    Taqsima 2

    Proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim u penali

    Artikolu 94

    Soluzzjoni tat-tilwim

    1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jistabbilixxu u japplikaw proċeduri adegwati u effettivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim għas-soluzzjoni ta’ lmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi skont it-Titoli II u III. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw it-twettiq ta’ dawk il-proċeduri.

    Dawk il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament joffri s-servizzi ta’ pagament u għandhom ikunu disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti jew f’lingwa oħra jekk ikun hemm qbil bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

    2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, fuq karta jew, jekk ikun hemm qbil bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, għall-ilmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Tali tweġiba għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, f’perjodu ta’ żmien adegwat u mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ negozju mir-riċevuta tal-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tkunx tista’ tingħata fi żmien 15-il jum ta’ negozju għal raġunijiet li ma jkunux fil-kontroll tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, dan għandu jibgħat risposta proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fit-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun se jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż 35 jum ta’ negozju.

    L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu regoli dwar proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim li jkunu aktar vantaġġużi għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament minn dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Fejn l-Istati Membri jagħmlu dan, dawk ir-regoli għandhom japplikaw.

    3.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament dwar mill-anqas entità waħda ta’ ADR li tkun kompetenti biex tittratta tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi skont it-Titoli II u III.

    4.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tissemma b’mod ċar, komprensiv u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u fuq l-applikazzjoni mobbli rispettiva, fejn ikunu jeżistu, fil-fergħa, u fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata aktar informazzjoni dwar l-entità tal-ADR ikkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.

    Artikolu 95

    Proċeduri ta’ ADR

    1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi ta’ ADR għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament dwar id-drittijiet u l-obbligi skont it-Titoli II u III skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak nazzjonali f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 66 , bl-użu tal-korpi kompetenti eżistenti fejn ikun xieraq. Il-proċeduri ta’ ADR għandhom ikunu applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

    2.Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkooperaw b’mod effettiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim transfruntier dwar id-drittijiet u l-obbligi skont it-Titoli II u III.

    3.L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti biex takkredita, timmonitorja u tippubblika l-livell ta’ kwalità tal-entità jew tal-entitajiet ta’ ADR fit-territorju tagħhom biex isolvu tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi skont it-Titoli II u III, f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/11/UE.

    4.L-awtoritajiet kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinnotifikaw lill-entità jew lill-entitajiet ta’ ADR fit-territorji tagħhom biex isolvu tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi skont it-Titoli II u III lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/11/UE.

    5.Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli lista tal-entitajiet ta’ ADR innotifikati lilha f’konformità mal-paragrafu 4 u taġġorna dik il-lista kull meta jiġu kkomunikati bidliet.

    Artikolu 96

    Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi

    1.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva (UE) XXX (PSD3), f’konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 3 ta’ dik id-Direttiva, u d-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi applikabbli għal każijiet ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament li huma soġġetti għal sanzjonijiet skont il-liġi kriminali nazzjonali. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali u kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom f’konformità mal-Artikolu 103.

    3.Fejn ir-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u persuni ġuridiċi oħra, f’każ ta’ ksur u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi għandhom ikunu applikabbli għall-membri tal-korp maniġerjali ta’ tali fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u persuni ġuridiċi u għal persuni fiżiċi oħra li jinstab li jkunu responsabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament.

    4.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħlqu investigazzjoni dwar allegat ksur ta’ dan ir-Regolament, wara ftehim ta’ saldu jew proċedura ta’ infurzar imħaffa.

    L-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti biex isolvu jew jiftħu proċeduri ta’ infurzar imħaffa ma taffettwax l-obbligi tal-Istati Membri skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 97

    Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għal ksur speċifiku

    1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96(2), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali għandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-ksur jew taċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a)ir-regoli dwar l-aċċess għall-kontijiet miżmuma ma’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbiliti fl-Artikolu 32;

    (b)ir-regoli dwar l-aċċess sigur għad-data mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 3, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 45;

    (c)l-obbligu li jiġu organizzati jew imwettqa mekkaniżmi ta’ prevenzjoni tal-frodi inkluża l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikoli 85, 86 u 87;

    (d)id-dmir ta’ konformità mar-rekwiżiti għat-trasparenza dwar it-tariffi mill-operaturi ta’ ATM jew distributuri oħra tal-flus, f’konformità mal-Artikolu 20(c)(ii);

    (e)in-nuqqas min-naħa tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jirrispettaw il-perjodu għall-kumpens tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kif stabbilit fl-Artikolu 56(2), l-Artikolu 57(2) u l-Artikolu 59(2).

    2.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi applikabbli għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)multi amministrattivi;

    (i) fil-każ ta’ persuna ġuridika, multa amministrattiva massima ta’ mill-anqas 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha kif definit fil-paragrafu 3;

    (ii) fil-każ ta’ persuna fiżika, multa amministrattiva massima ta’ mill-anqas EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

    (iii) multa amministrattiva massima ta’ mill-anqas id-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba mill-ksur, fejn dak il-profitt ikun jista’ jiġi ddeterminat.

    (b)dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

    (c)ordni li tirrikjedi li l-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ksur twaqqaf l-imġiba illegali u ma tirrepetihiex;

    (d)projbizzjoni temporanja li timpedixxi membru tal-korp maniġerjali tal-persuna ġuridika, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali.

    3.Il-fatturat annwali totali msemmi fil-paragrafu 2(a)(i) ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 98(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jkun daqs il-fatturat nett kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/34/UE skont ir-rapporti finanzjarji annwali disponibbli għall-aħħar data tal-karta bilanċjali, li għaliha l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-persuna ġuridika jkollhom ir-responsabbiltà.

    Fejn il-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li tkun meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett jew id-dħul li għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-istandards kontabilistiċi rilevanti, skont ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-impriża omm apikali disponibbli għall-aħħar data tal-karta bilanċjali, li għalihom il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju tal-impriża apikali jkollhom ir-responsabbiltà.

    4.L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jimponu tipi oħra ta’ sanzjonijiet u tipi oħra ta’ setgħat ta’ sanzjonar minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 98 dwar pagamenti perjodiċi ta’ penali.

    Artikolu 98

    Pagamenti perjodiċi ta’ penali

    1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu intitolati li jimponu pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq persuni ġuridiċi jew fiżiċi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe deċiżjoni, ordni, miżura interim, talba, obbligu jew miżura oħra adottata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun effettiv u proporzjonat u għandu jikkonsisti f’ammont ta’ kuljum li għandu jitħallas sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità. Dawn għandhom jiġu imposti għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 xhur mid-data indikata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti perjodiċi ta’ penali.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu intitolati li jimponu pagamenti perjodiċi massimi ta’ penali ta’ mill-anqas:

    (a)3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fil-każ ta’ persuna ġuridika;

    (b)EUR 30 000 fil-każ ta’ persuna fiżika.

    Il-fatturat medju ta’ kuljum għandu jkun il-fatturat annwali totali msemmi fl-Artikolu 97(3), diviż bi 365.

    2.L-Istati Membri jistgħu jipprevedu ammonti ogħla ta’ pagamenti ta’ penali pekunarji minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1.

    Artikolu 99

    Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu ddeterminati s-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

    1.L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra, għandhom iqisu l-elementi u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha biex japplikaw sanzjonijiet proporzjonati, inklużi:

    (a)il-gravità u d-durata tal-ksur;

    (b)il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

    (c)is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat, fost l-oħrajn, mill-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika, jew mill-introjtu annwali tal-persuna fiżika responsabbli għall-ksur;

    (d)id-daqs tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

    (e)it-telf għal partijiet terzi li jkun irriżulta mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

    (f)l-iżvantaġġ li jirriżulta lill-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ksur mid-duplikazzjoni ta’ proċedimenti kriminali u amministrattivi u sanzjonijiet għall-istess imġiba;

    (g)l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-konsumaturi u utenti oħra ta’ servizzi ta’ pagament;

    (h)kwalunkwe konsegwenza negattiva sistemika reali jew potenzjali tal-ksur;

    (i)il-kompliċità jew il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn persuna fiżika jew ġuridika waħda fil-ksur;

    (j)ksur preċedenti mwettaq mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

    (k)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

    (l)kwalunkwe azzjoni jew miżura ta’ rimedju meħuda mill-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu.

    2.L-awtoritajiet kompetenti li jużaw ftehimiet ta’ saldu jew proċeduri ta’ infurzar imħaffa f’konformità mal-Artikolu 96(4) għandhom jadattaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 96, 97, u 98 għall-każ ikkonċernat biex jiżguraw il-proporzjonalità tagħhom.

    Artikolu 100

    Dritt ta’ appell

    1.Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kontestabbli quddiem il-qrati.

    2.Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ nuqqas ta’ azzjoni.

    Artikolu 101

    Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi

    1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom id-deċiżjonijiet kollha li jimponu sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva fuq persuni ġuridiċi u fiżiċi, għal ksur ta’ dan ir-Regolament, u fejn applikabbli, il-ftehimiet kollha ta’ saldu. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni qasira tal-ksur, is-sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra imposta, jew, fejn applikabbli, dikjarazzjoni dwar il-ftehim ta’ saldu. L-identità tal-persuna fiżika soġġetta għad-deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva ma għandhiex tiġi ppubblikata.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni u d-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu immedjatament wara li l-persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għad-deċiżjoni tkun ġiet innotifikata b’dik id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ saldu jkun ġie ffirmat.

    2.B’deroga mill-paragrafu 1, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità jew ta’ data personali oħra ta’ persuni fiżiċi titqies bħala meħtieġa mill-awtorità nazzjonali kompetenti biex tiġi protetta l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, inkluż fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 97(2)(b) jew projbizzjonijiet temporanji msemmija fl-Artikolu 97(2)(d), l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tippubblika wkoll l-identità tal-persuni jew id-data personali dment li tiġġustifika tali deċiżjoni u li l-pubblikazzjoni tkun limitata għad-data personali li tkun strettament meħtieġa għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament.

    3.Fejn id-deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew awtorità rilevanti oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ukoll fuq is-sit web uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien, informazzjoni dwar l-appell u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali appell, sa fejn dan jikkonċerna persuni ġuridiċi. Fejn id-deċiżjoni appellata tkun tikkonċerna persuna fiżika u d-deroga skont il-paragrafu 2 ma tiġix applikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar l-appell biss f’verżjoni anonimizzata.

    4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni magħmula f’konformità ma’ dan l-Artikolu tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin. Id-data personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss jekk rieżami annwali juri l-ħtieġa kontinwa li dik id-data tiġi ppubblikata biex tiġi protetta l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, u fi kwalunkwe każ għal mhux aktar minn 5 snin.

    Artikolu 102

    Monitoraġġ tal-proċedimenti, tas-sanzjonijiet u tal-miżuri

    1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-EBA, b’mod anonimizzat u f’format aggregat fuq bażi regolari:

    (a)il-proċedimenti amministrattivi formali mibdija, sospiżi jew magħluqa li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi;

    (b)il-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti f’konformità mal-Artikolu 98 għal ksur kontinwu ta’ dan ir-Regolament;

    (c)fejn applikabbli, il-ftehimiet ta’ saldu u l-proċeduri ta’ infurzar imħaffa, u l-eżitu tagħhom, irrispettivament mill-pubblikazzjoni tagħhom; f’konformità mal-Artikolu 96(4);

    (d)il-proċedimenti kriminali li jirriżultaw f’kundanna u sanzjonijiet relatati rrappurtati mill-awtoritajiet ġudizzjarji f’konformità mal-Artikolu 91(4)(a);

    (e)kwalunkwe appell kontra deċiżjonijiet biex jiġu imposti sanzjonijiet kriminali jew amministrattivi jew miżuri amministrattivi u r-riżultat ta’ tali appell.

    2.Meta l-awtorità kompetenti tiddivulga sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva lill-pubbliku, hija għandha simultanjament tirrapportahom lill-EBA.

    3.Fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sussegwentement kull sentejn, l-EBA għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 103

    Notifika tal-miżuri ta’ implimentazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

    KAPITOLU 9

    Setgħat ta’ intervent fil-prodotti mill-EBA

    Artikolu 104

    Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA

    1.F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni, ċertu tip jew element speċifiku ta’ servizz jew strument ta’ pagament jew ta’ servizz jew strument ta’ flus elettroniċi. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-EBA.

    2.L-EBA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)l-azzjoni proposta tindirizza għadd sinifikanti ta’ utenti ta’ servizzi ta’ pagament jew utenti ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi jew theddida għall-funzjonament ordnat tas-swieq tal-pagamenti jew tal-flus elettroniċi, u l-integrità ta’ dawk is-swieq jew għall-istabbiltà ta’ dawn is-swieq kollha jew parti minnhom fl-Unjoni;

    (b)ir-rekwiżiti regolatorji skont id-dritt tal-Unjoni li huma applikabbli għas-servizz ta’ pagamenti jew għas-servizz ta’ flus elettroniċi rilevanti ma jindirizzawx it-theddida;

    (c)awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni biex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx b’mod adegwat it-theddida.

    Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jiġu ssodisfati, l-EBA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma servizz ta’ pagament jew servizz ta’ flus elettroniċi jkun ġie offrut jew distribwit lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

    3.Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tiżgura dan kollu li ġej:

    (a)l-azzjoni ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-suq tal-pagamenti jew tas-suq tas-servizzi tal-flus elettroniċi jew fuq is-servizzi ta’ pagament jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi li jkun sproporzjonat mal-benefiċċji tal-azzjoni;

    (b)l-azzjoni ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju, u

    (c)l-azzjoni tkun ittieħdet wara konsultazzjoni mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti.

    4.Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tkun qed tipproponi.

    5.L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni biex tittieħed kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu l-miżuri jidħlu fis-seħħ, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-avviżi dwar tali deċiżjonijiet dwar persuni fiżiċi jiġu ppubblikati biss f’verżjoni anonimizzata. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjoni meħuda wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

    6.L-EBA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u mill-anqas kull 3 xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ 3 xhur, din għandha tiskadi.

    7.L-azzjoni adottata mill-EBA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

    8.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 106 biex tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-EBA fid-determinazzjoni ta’ meta jkun hemm għadd sinifikanti ta’ utenti ta’ servizzi ta’ pagament jew utenti ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi jew theddida għall-funzjonament ordnat tas-swieq tas-servizzi ta’ pagament jew tal-flus elettroniċi, u l-integrità ta’ dawn is-swieq jew għall-istabbiltà ta’ dawn is-swieq kollha jew parti minnhom fl-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a).

    Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

    (a)il-grad ta’ kumplessità ta’ servizz jew strument ta’ pagament jew ta’ servizz jew strument ta’ flus elettroniċi u r-relazzjoni mat-tip ta’ utenti, inklużi l-konsumaturi, li lilhom jiġu offruti;

    (b)il-grad ta’ riskju, għall-konsumaturi, ta’ servizz jew strument ta’ pagament jew ta’ servizz jew strument ta’ flus elettroniċi;

    (c)l-użu possibbli minn frodaturi tas-servizz jew tal-istrument ta’ pagament jew tas-servizz jew tal-istrument ta’ flus elettroniċi;

    (d)id-daqs jew il-livell ta’ użu tas-servizz jew tal-istrument ta’ pagament jew tas-servizz jew tal-istrument ta’ flus elettroniċi;

    (e)il-grad ta’ innovazzjoni ta’ servizz jew ta’ strument ta’ pagament jew ta’ servizz jew ta’ strument ta’ flus elettroniċi.

    TITOLU IV

    ATTI DELEGATI

    Artikolu 105

    Atti delegati

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 106 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna l-ammonti msemmija fl-Artikolu 58(1).

    Artikolu 106

    Eżerċizzju tad-delega

    1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 105 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 105 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura mill-Istati Membri f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

    5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 105 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ 3 xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi 3 xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    TITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 107

    Drittijiet ta’ rimborż aktar favorevoli u miżuri aktar stretti għall-prevenzjoni tal-frodi

    1.L-Istati Membri jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jagħtu lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament drittijiet ta’ rimborż aktar favorevoli fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ kreditu awtorizzati kif imsemmi fl-Artikoli 57 u 59 u jipprevedu miżuri aktar stretti għall-prevenzjoni tal-frodi li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 83(1) u fl-Artikolu 84.

    2.L-Istati Membri għandhom, sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 1. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw kwalunkwe emenda sussegwenti lill-Kummissjoni.

    Artikolu 108

    Klawżola ta’ rieżami

    1.Il-Kummissjoni għandha, sa 5 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar:

    (a)l-adegwatezza u l-impatt fuq il-kompetizzjoni u l-adozzjoni ta’ servizzi bankarji miftuħa tar-regoli dwar l-aċċess għad-data dwar il-kontijiet ta’ pagament fuq in-negozju tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u s-servizzi ta’ bidu ta’ pagament, u b’mod partikolari tar-regoli dwar l-interfaċċi ddedikati u d-derogi rispettivi tagħhom skont l-Artikoli 38 u 39;

    (b)l-impatt tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ arranġamenti kuntrattwali obbligatorji u l-kumpens għall-aċċess mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għall-interfaċċi msemmija fl-Artikolu 34;

    (c)l-adegwatezza u l-impatt tar-regoli dwar l-imposti inklużi r-regoli dwar is-sovraintaxxar skont l-Artikolu 28;

    (d)l-adegwatezza u l-impatt tar-regoli dwar il-prevenzjoni u r-rimedju tal-frodi kemm fuq tranżazzjonijiet mhux awtorizzati kif ukoll fuq dawk awtorizzati.

    Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport tagħha.

    2.Il-Kummissjoni għandha, sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data= 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, rapport dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistemi ta’ pagament, l-iskemi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi tekniċi. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien ma’ dak ir-rapport.

    Artikolu 109

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

    1.Fl-Artikolu 1(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-Awtorità għandha taġixxi fil-qafas tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2008/48/KE (1), id-Direttiva 2009/110/KE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (2), id-Direttiva 2013/36/UE (3), id-Direttiva 2014/49/UE (4), id-Direttiva 2014/92/UE (5), id-Direttiva (UE) [ … ] (PSD3), ir-Regolament (UE) [ … ] (PSR) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-qafas tal-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor legalment vinkolanti tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.”;

    2.L-Artikolu 4(2) huwa emendat kif ġej:

    (a)il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “l-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet superviżorji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti settorjali msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;”

    (b)il-punti (iii), (vi), (vii) u (viii) huma mħassra.

    Artikolu 110
    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2017/2394

    Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2394, huwa miżjud il-punt li ġej:

    “29. Ir-Regolament (UE) xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxxx dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

    Artikolu 111

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Kwalunkwe referenza għad-Direttiva (UE) 2015/2366 u għad-Direttiva 2009/110/KE għandha tinftiehem bħala referenza għad-Direttiva (UE) (PSD3) jew għal dan ir-Regolament u għandha tinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 112

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika minn [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data= 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

    Madankollu, l-Artikoli 50 u 57 għandhom japplikaw minn [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data= 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern.
    (2)    Id-Direttiva 2007/64/KE tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern.
    (3)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-Direttiva 2013/36/UE dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
    (4)    Id-Direttiva 2009/110/KE dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.
    (5)    COM (2020) 592 final, tal-24 ta’ Settembru 2020.
    (6)    Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012.
    (7)    COM(2022) 546 final.
    (8)    Ir-Regolament (UE) 2021/1230 tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni.
    (9)    Ir-Regolament (UE) 2015/751 tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard.
    (10)    Id-Direttiva 98/26/KE tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli.
    (11)    Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi.
    (12)    Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju.
    (13)    Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament huma entitajiet marbuta b’obbligu skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-AML.
    (14)        COM (2020) 591 final tal-24 ta’ Settembru 2020.
    (15)        COM (2021) 32 final tad-19 ta’ Jannar 2021.
    (16)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. Ara wkoll hawn taħt, taħt “drittijiet fundamentali”.
    (17)    Id-Direttiva 2019/882 tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi. Dan huwa rilevanti għall-miżuri biex jittejjeb l-aċċess għall-SCA, li huma mfassla biex ikunu konsistenti ma’ dik id-Direttiva.
    (18)    Il-Proposta għal Regolament dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (L-Att dwar id-Data), COM/2022/68 final. Il-proposta għal Att dwar id-Data tipprovdi regoli orizzontali dwar l-aċċess għad-data u l-użu tagħha. F’dan il-kuntest u fejn ikun meħtieġ, jistgħu jiġu adottati regoli speċifiċi għas-settur dwar l-aċċess għad-data, inkluż fir-rigward ta’ regoli dwar is-servizzi bankarji miftuħa.
    (19)    Bħar-regoli prudenzjali għall-banek jew ir-regoli dwar is-swieq tat-titoli.
    (20)    SWD 2023/231 final final.
    (21)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13331-Payment-services-review-of-EU-rules/public-consultation_mt  
    (22)     https://finance.ec.europa.eu/regulation-and-supervision/consultations/finance-2022-psd2-review_en  
    (23)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13331-Payment-services-review-of-EU-rules_mt  
    (24)    EBA/Op/2022/06 tat-23 ta’ Ġunju 2022. Referenza tal-kuntratt FISMA/2021/OP/0002.
    (25)    Disponibbli f’din il-link: https://data.europa.eu/doi/10.2874/996945 .
    (26)    Din l-emenda trid tiġi kkunsidrata flimkien ma’ emenda mmirata għad-DFS li tinsab fil-proposta li qiegħda takkumpanja għal Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament.
    (27)    Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard.
    (28)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2018/389 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri.
    (29)    Il-Proposta COM(2022) 546 final tas-26 ta’ Ottubru 2022, li temenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012.
    (30)    Din id-data hija allinjata mal-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament li qiegħda takkumpanja.
    (31)    ĠU C , , p. .
    (32)    ĠU C , , p. .
    (33)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
    (34)    COM/2020/592 final.
    (35)    Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
    (36)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
    (37)    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU L 382, 31.12.1986, p. 17–21).
    (38)    L-Awtorità Bankarja Ewropea, EBA/GL/2022/02.
    (39)    Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).
    (40)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338–436).
    (41)    Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
    (42)    Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).
    (43)    L-Awtorità Bankarja Ewropea, EBA/Op/2022/01.
    (44)    ĠU L 124, 20.05.2003, p. 36-41.
    (45)    Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
    (46)    Il-Proposta għal Regolament dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (L-Att dwar id-Data). COM/2022/68 final
    (47)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU L 69, 13.3.2018, p. 23).
    (48)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
    (49)    Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p.37).
    (50)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
    (51)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
    (52)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73–114).
    (53)    ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6–16.
    (54)    Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63–79).
    (55)    Id-Direttiva (UE) 2020/1828 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE, (ĠU L 409, 4.12.2020, pp. 1–27).
    (56)    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
    (57)    Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1–26).
    (58)    Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).
    (59)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39–98).
    (60)    ĠU C […], […], p. […].
    (61)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
    (62)    Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
    (63)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
    (64)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8).
    (65)    Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).
    (66)    Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
    Top

    Brussell, 28.6.2023

    COM(2023) 367 final

    ANNESSI

    tal-

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    {COM(2023) 366 final} - {SEC(2023) 256 final} - {SWD(2023) 231 final} - {SWD(2023) 232 final}


    ANNESS I

    SERVIZZI TA’ PAGAMENT

    (kif imsemmi fil-punt 3 tal-Artikolu 3)

    (1)Servizzi li jippermettu t-tqegħid u/jew il-ġbid ta’ flus kontanti minn kont ta’ pagament.

    (2)Eżekuzzjoni ta’ transazzjonijiet ta’ pagament, inklużi trasferimenti ta’ fondi minn u lejn kont ta’ pagament, inkluż meta l-fondi jkunu koperti minn linja ta’ kreditu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-utent jew ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor.

    (3)Ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament.

    (4)Akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament.

    (5)Rimessa ta’ flus.

    (6)Servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

    (7)Servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.



    ANNESS II

    SERVIZZI TA’ FLUS ELETTRONIĊI

    (kif imsemmi fil-punt 52 tal-Artikolu 3)

    Ħruġ ta’ flus elettroniċi, manutenzjoni ta’ kontijiet ta’ pagament li jaħżnu unitajiet ta’ flus elettroniċi u trasferiment ta’ unitajiet ta’ flus elettroniċi.

    ANNESS III

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    DIRETTIVA (UE) 2015/2366

    DIRETTIVA 2009/110/KE

    DIRETTIVA XXX (PSD3)

    REGOLAMENT XXX (PSR)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 2(1)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    -

    Ittra (c)

    Ittra (c)

    Ittra (b)

    Ittra (d)

    Ittra (c)

    Ittra (e)

    Ittra (d)

    Ittra (d)

    Ittra (f)

    Ittra (e)

    Ittra (e)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 3

    Artikolu 2(2)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (c)

    -

    Ittra (d)

    Ittra (c)

    Ittra (e)

    Ittra (d)

    Ittra (e)

    Ittra (f)

    -

    Ittra (g)

    Ittra (f)

    Ittra (h)

    Ittra (g)

    Ittra (i)

    Ittra (h)

    Ittra (j)

    Ittra (i)

    Ittra (k)

    Artikolu 1(4)

    Ittra (j)

    Ittra (l)

    Artikolu 1(5)

    Ittra (k)

    Ittra (m)

    Ittra (l)

    Ittra (n)

    Ittra (m)

    Ittra (o)

    -

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 2(5)

    Artikolu 2(5)

    Artikolu 2(6)

    Artikolu 2(7)

    Artikolu 2(8)

    Artikolu 4:

    Artikolu 2:

    Artikolu 2:

    Artikolu 3:

    Punti (1) – (3)

    Punti (1) – (3)

    Punti (1) – (3)

    Punt (4)

    Punt (4)

    Punt (4)

    Punt (5)

    Punt (5)

    Punt (5)

    Punt (6)

    -

    -

    -

    -

    Punti (6) u (7)

    Punt (6)

    Punt (8)

    Punt (7)

    Punt (7)

    Punt (9)

    Punt (8)

    Punt (10)

    Punti (8) – (13)

    Punti (9) – (14)

    Punti (11) – (16)

    -

    -

    Punt (17)

    Punt (14)

    Punt (15)

    Punt (18)

    Punti (15) u (16)

    Punti (17) u (18)

    Punti (20) u (21)

    Punt (17)

    Punt (16)

    Punt (19)

    Punti (18) u (19)

    Punti (19) u (20)

    Punti (22) u (23)

    Punt (20)

    Punt (21)

    Punt (24)

    Punt (21)

    -

    Punt (25)

    Punt (22)

    Punt (22)

    Punt (26)

    Punti (23) u (24)

    -

    Punti (27) u (28)

    -

    -

    Punt (29)

    Punt (25)

    Punt (23)

    Punt (30)

    Punti (26) – (30)

    -

    Punti (31) – (35)

    Punt (24)

    Punt (36)

    Punt (31)

    -

    Punt (37)

    Punt (32)

    Punt (25)

    Punt (38)

    Punti (33) – (36)

    -

    Punti (39) – (42)

    Punt (37)

    Punt (26)

    Punt (43)

    Punt (27)

    Punti (38) – (40)

    Punti (28) – (30)

    Punti (44) – (46)

    Punti (41) u (42)

    -

    -

    Punt (43)

    -

    Punt (47)

    Punti (44) u (45)

    Punti (31) u (32)

    Punti (48) u (49)

    Punt (46)

    Punt (33)

    -

    Punt (47)

    -

    Punt (48)

    -

    Punt (1)

    Punt (39)

    Punt (55)

    Punt (2)

    Punt (34)

    Punt (50)

    Punt (3)

    -

    -

    Punt (4)

    Punt (35)

    -

    Punti (36) – (38)

    Punti (52) – (54)

    Punt (55)

    Artikolu 3 (1), (2)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 9(5)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 36(4)

    Artikolu 5(4) u (5)

    -

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 5(7)

    -

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 20(1), (2), (3)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 4(4)

    Artikolu 7

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 5(7)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 7(1), Artikolu 7(2)

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 7(3)

    -

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 9(3)

    Artikolu 7(5)

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 8(2), Artikolu 8(4)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 8(6)

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 10(2)

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 9(3)

    Artikolu 7(2)

    Artikolu 9(4)

    Artikolu 7(3)

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 13(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 13(2)

    Artikolu 11(3)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 11(4)

    Artikolu 13(4)

    Artikolu 11(5)

    Artikolu 13(5)

    Artikolu 11(6)

    Artikolu 13(6)

    Artikolu 11(7)

    Artikolu 13(7)

    Artikolu 11(8)

    Artikolu 13(8)

    Artikolu 11(9)

    Artikolu 13(9)

    Artikolu 12

    Artikolu 14

    Artikolu 13(1)

    Artikolu 16(1)

    Artikolu 13(2)

    Artikolu 16(2)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 16(3)

    Artikolu 14(1)

    Artikolu 17(1)

    Artikolu 14(2)

    Artikolu 17(2)

    Artikolu 14(3)

    Artikolu 17(3)

    Artikolu 14(4)

    Artikolu 17(4)

    Artikolu 15(1)

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 15(2)

    Artikolu 18(2)

    Artikolu 15(3)

    Artikolu 18(3)

    Artikolu 15(4)

    Artikolu 18(4)

    Artikolu 15(5)

    Artikolu 18(5)

    Artikolu 18(6)

    Artikolu 16

    Artikolu 15

    Artikolu 17(1)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 17(2)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 17(3)

    Artikolu 11(3)

    Artikolu 17(4)

    Artikolu 11(4)

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 6(1), l-ittra (a)

    Artikolu 10(1)

    Ittra (a)

    Ittra (c)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (c)

    Ittra (c)

    Artikolu 18(2)

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 10(2)

    Artikolu 18(3)

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 10(3)

    Artikolu 18(4)

    Artikolu 6(1) ittra (b)

    Artikolu 10(4)

    Artikolu 18(5)

    Artikolu 6(2); Artikolu 6(4)

    Artikolu 10(5)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 10(6)

    Artikolu 18(6)

    Artikolu 10(7)

    Artikolu 19(1)

    Artikolu 19(1)

    Artikolu 19(2)

    Artikolu 19(2)

    Artikolu 19(3)

    Artikolu 19(3)

    Artikolu 19(4)

    Artikolu 19(4)

    Artikolu 19(5)

    Artikolu 19(5)

    Artikolu 19(6)

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 19(7)

    Artikolu 19(6), Artikolu 21(2)

    Artikolu 19(8)

    Artikolu 19(7), Artikolu 22(2)

    Artikolu 20(1)

    Artikolu 23(1)

    Artikolu 20(2)

    Artikolu 23(2)

    Artikolu 21

    Artikolu 12

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 24(1)

    Artikolu 22(2)

    Artikolu 24(2)

    Artikolu 22(3)

    Artikolu 24(3)

    Artikolu 22(4)

    Artikolu 24(4)

    Artikolu 22(5)

    Artikolu 24(5)

    Artikolu 23(1)

    Artikolu 25(1)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (c)

    Ittra (c)

    Ittra (d)

    -

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 23(2)

    Artikolu 25(3)

    Artikolu 23(3)

    Artikolu 25(4)

    Artikolu 24(1)

    Artikolu 26(1)

    Artikolu 24(2)

    Artikolu 26(2)

    Artikolu 24(3)

    Artikolu 26(3)

    Artikolu 25(1)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 26(1)

    Artikolu 28(1)

    Artikolu 26(2)

    Artikolu 28(2)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 29(2)

    Artikolu 28(1)

    Artikolu 30(1)

    Artikolu 28(2)

    Artikolu 30(2)

    Artikolu 28(3)

    Artikolu 30(3)

    Artikolu 28(4)

    Artikolu 30(4)

    Artikolu 28(5)

    Artikolu 30(5)

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 31(1)

    Artikolu 29(2)

    Artikolu 31(2)

    Artikolu 29(3)

    Artikolu 31(3)

    Artikolu 29(4)

    Artikolu 31(4)

    Artikolu 29(5)

    Artikolu 31(5)

    Artikolu 29(6)

    -

    Artikolu 31(6)

    Artikolu 30(1)

    Artikolu 32(1)

    Artikolu 30(2)

    Artikolu 32(2)

    Artikolu 30(3)

    Artikolu 32(3)

    Artikolu 30(4)

    Artikolu 32(4)

    Artikolu 31(1)

    Artikolu 33(1)

    Artikolu 31(2)

    Artikolu 33(2)

    Artikolu 8(1) (2), (3)

    Artikolu 32(1)

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 34(1)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (c)

    Artikolu 32(2)

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 34(2)

    Artikolu 32(3)

    Artikolu 9(3)

    Artikolu 34(3)

    Artikolu 32(4)

    Artikolu 9(4)

    Artikolu 34(4)

    Artikolu 32(5)

    Artikolu 9(5), Artikolu 9(6), Artikolu 9(7)

    Artikolu 34(5)

    Artikolu 32(6)

    Artikolu 9(8)

    Artikolu 34(6)

    Artikolu 33(1)

    Artikolu 36(1)

    Artikolu 33(2)

    Artikolu 36(2)

    Artikolu 47(2)

    Artikolu 34

    Artikolu 9(9)

    Artikolu 35

    Artikolu 37(1),(2),(3)

    Artikolu 38(1), (2)

    Artikolu 10

    Artikolu 45(2), (4)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 30(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 30(2)

    Artikolu 11(3)

    Artikolu 30(3)

    Artikolu 11(4)

    Artikolu 30(4)

    Artikolu 11(5)

    Artikolu 30(5)

    Artikolu 11(6)

    Artikolu 30(6)

    Artikolu 11(7)

    Artikolu 30(7)

    Artikolu 12

    Artikolu 30(8)

    Artikolu 13

    Kapitolu 8 tat-Titolu IV

    Artikolu 35(1)

    Artikolu 31(1), Artikolu 31(5)

    Artikolu 31(2)

    Artikolu 35(2)

    Artikolu 31(3), Artikolu 31(4), Artikolu 31(6)

    Artikolu 31(7)

    Artikolu 36

    Artikolu 32(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7)

    Artikolu 37(1)

    -

    Artikolu 37(2)

    Artikolu 39(1)

    Artikolu 37(3)

    Artikolu 39(2)

    Artikolu 37(4)

    Artikolu 39(3)

    Artikolu 37(5)

    Artikolu 39(4)

    Artikolu 38(1)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 38(2)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 38(3)

    -

    Artikolu 39

    -

    Artikolu 7

    Artikolu 40(1)

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 40(2)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 40(3)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 41

    Artikolu 9

    Artikolu 42(1)

    Artikolu 10

    Artikolu 42(2)

    -

    Artikolu 43(1)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 43(2)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 44(1)

    Artikolu 12(1)

    Artikolu 44(2)

    Artikolu 12(2)

    Artikolu 44(3)

    Artikolu 12(3)

    Artikolu 45

    Artikolu 13

    Punt (1)

    Punt (1)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (c)

    Ittra (c)

    Ittra (d)

    Ittra (d)

    Ittra (e)

    Ittri (f), (g)

    Punt (2)

    Punt (2)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Artikolu 45(3)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 46

    Artikolu 14

    Artikolu 47

    Artikolu 15

    Artikolu 48

    Artikolu 16

    Artikolu 49

    Artikolu 17

    Artikolu 50

    Artikolu 18

    Artikolu 51(1)

    Artikolu 19(1)

    Artikolu 51(2)

    Artikolu 19(2)

    Artikolu 51(3)

    Artikolu 19(3)

    l-Artikolu 52,

    Artikolu 20

    punt (1)

    ittra (a)

    ittra (a)

    Punt (i)

    ittra (b)

    Punt (ii)

    Punt (2)

    Ittra (b)

    ittra (a)

    Punt (i)

    ittra (b)

    Punt (ii)

    ittra (c)

    Punt (iii)

    ittra (d)

    Punt (iv)

    ittra (e)

    Punt (v)

    Punt (vi)

    ittra (f)

    Punt (vii)

    ittra (g)

    Punt (viii)

    punt (3)

    Ittra (c)

    ittra (a)

    Punt (i)

    Punt (ii)(1), (2), (3), (4)

    ittra (b)

    Punt (iii)

    ittra (c)

    Punt (iv)

    Punt (v)

    punt (4)

    Ittra (d)

    ittra (a)

    Punt (i)

    ittra (b)

    Punt (ii)

    ittra (c)

    Punt (iii)

    ittra (d)

    Punt (iv)

    Punt (5)

    Ittra (e)

    ittra (a)

    Punt (i)

    ittra (b)

    Punt (ii)

    ittra (c)

    Punt (iii)

    ittra (d)

    Punt (iv)

    ittra (e)

    Punt (v), Punt (vi)

    ittra (f)

    Punt (vii)

    ittra (g)

    Punt (viii)

    Punt (6)

    Ittra (f)

    ittra (a)

    Punt (i)

    ittra (b)

    Punt (ii)

    ittra (c)

    Punt (iii)

    Punt (7)

    Ittra (g)

    ittra (a)

    Punt (i)

    ittra (b)

    Punt (ii)

    Artikolu 53

    Artikolu 21

    Artikolu 54(1)

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 22(2)

    Artikolu 54(2)

    Artikolu 22(3)

    Artikolu 54(3)

    Artikolu 22(4)

    Artikolu 55(1)

    Artikolu 23(1)

    Artikolu 55(2)

    Artikolu 23(2)

    Artikolu 55(3)

    Artikolu 23(3)

    Artikolu 55(4)

    Artikolu 23(4)

    Artikolu 55(5)

    Artikolu 23(5)

    Artikolu 55(6)

    Artikolu 23(6)

    Artikolu 56

    Artikolu 24

    Artikolu 57(1)

    Artikolu 25(1)

    Artikolu 57(2)

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 57(3)

    Artikolu 25(3)

    Artikolu 58(1)

    Artikolu 26(1)

    Artikolu 58(2)

    Artikolu 26(2)

    Artikolu 58(3)

    Artikolu 26(3)

    Artikolu 59(1)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 59(2)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 60(1)

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 60(2)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 60(3)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 61(1)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 61(2)

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 61(3)

    Artikolu 27(3)

    Artikolu 61(4)

    -

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 28(1)

    Artikolu 62(2)

    Artikolu 28(2)

    Artikolu 62(3)

    Artikolu 28(5)

    Artikolu 62(4)

    Artikolu 28(3)

    Artikolu 62(5)

    Artikolu 28(4)

    Artikolu 63(1)

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 63(2)

    -

    Artikolu 63(3)

    Artikolu 29(2)

    Artikolu 29(3)

    Artikolu 64(1)

    Artikolu 49(1)

    Artikolu 49(2)

    Artikolu 64(2)

    Artikolu 49(3), Artikolu 49(5)

    Artikolu 49(4)

    Artikolu 64(3)

    Artikolu 49(7)

    Artikolu 64(4)

    Artikolu 49(6)

    Artikolu 65(1)

    -

    Artikolu 65(2)

    -

    Artikolu 65(3)

    -

    Artikolu 65(4)

    -

    Artikolu 65(5)

    -

    Artikolu 65(6)

    -

    Artikolu 66(1)

    Artikolu 33(1)

    Artikolu 66(2) u Artikolu 66(4)

    Artikolu 40

    Artikolu 66(3)

    Artikolu 46(2)

    Artikolu 66(5)

    Artikolu 34(1), Artikolu 34(2)

    Artikolu 67(1)

    Artikolu 33(2)

    Artikolu 67(2)

    Artikolu 47(1)

    Artikolu 67(3)

    Artikolu 41(1)

    Artikolu 67(4)

    Artikolu 34(1), Artikolu 34(2)

    Artikoli 35 - 39

    Artikolu 68(1)

    Artikolu 51(1)

    Artikolu 68(2)

    Artikolu 51(2)

    Artikolu 68(3)

    Artikolu 51(3)

    Artikolu 68(4)

    Artikolu 51(4)

    Artikolu 68(5)

    Artikolu 42(1)

    Artikolu 68(6)

    Artikolu 42(2)

    Artikolu 43(1), (2), (3), (4)

    Artikolu 44(1), (2)

    Artikolu 45(1), (2)

    Artikolu 46(1)

    Artikolu 47(2)

    Artikolu 48(1), (2), (3), (4), (5)

    Artikolu 50(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9)

    Artikolu 69(1), Artikolu 69(2)

    Artikolu 52

    Artikolu 70(1)

    Artikolu 53(1)

    Artikolu 70(2)

    Artikolu 53(2)

    Artikolu 71(1)

    Artikolu 54(1)

    Artikolu 71(2)

    Artikolu 54(2)

    Artikolu 72(1)

    Artikolu 55(1)

    Artikolu 72(2)

    Artikolu 55(2)

    Artikolu 73(1)

    Artikolu 56(1), Artikolu 56(3)

    Artikolu 56(2)

    Artikolu 73(2)

    Artikolu 56(4)

    Artikolu 73(3)

    Artikolu 56(5)

    Artikolu 57(1), (2), (3), (4), (5), (6)

    Artikolu 58

    Artikolu 59(1), (2), (3), (4), (5)

    Artikolu 74(1)

    Artikolu 60(1)

    Artikolu 74(2)

    Artikolu 60(2)

    Artikolu 60(3)

    Artikolu 74(3)

    Artikolu 60(4)

    Artikolu 75(1)

    Artikolu 61(1)

    Artikolu 61(2)

    Artikolu 75(2)

    Artikolu 61(3)

    Artikolu 61(4)

    Artikolu 76(1)

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 76(2)

    Artikolu 62(2)

    Artikolu 76(3)

    Artikolu 62(3)

    Artikolu 76(4)

    Artikolu 62(4)

    Artikolu 77(1)

    Artikolu 63(1)

    Artikolu 77(2)

    Artikolu 63(2)

    Artikolu 78(1)

    Artikolu 64(1)

    Artikolu 78(2)

    Artikolu 64(2)

    Artikolu 66(3)

    Artikolu 79(1)

    Artikolu 65(1)

    Artikolu 79(2)

    Artikolu 65(2)

    Artikolu 79(3)

    Artikolu 65(3)

    Artikolu 80(1)

    Artikolu 66(1)

    Artikolu 80(2)

    Artikolu 66(2)

    Artikolu 80(3)

    Artikolu 66(3)

    Artikolu 80(4)

    Artikolu 66(4)

    Artikolu 80(5)

    Artikolu 66(5)

    Artikolu 81(1)

    Artikolu 67(1)

    Artikolu 81(2)

    Artikolu 67(2)

    Artikolu 81(3)

    Artikolu 67(3)

    Artikolu 82(1)

    Artikolu 68(1)

    Artikolu 82(2)

    Artikolu 68(2)

    Artikolu 83(1)

    Artikolu 69(1)

    Artikolu 83(2)

    Artikolu 69(2)

    Artikolu 83(3)

    Artikolu 69(3)

    Artikolu 84

    Artikolu 70

    Artikolu 85

    Artikolu 71

    Artikolu 86

    Artikolu 72

    Artikolu 87(1)

    Artikolu 73(1)

    Artikolu 87(2)

    Artikolu 73(2)

    Artikolu 87(3)

    Artikolu 73(3)

    Artikolu 88(1)

    Artikolu 74(1)

    Artikolu 88(2)

    Artikolu 74(2)

    Artikolu 88(3)

    Artikolu 74(3)

    Artikolu 88(4)

    Artikolu 74(4)

    Artikolu 88(5)

    Artikolu 74(5)

    Artikolu 74(6)

    Artikolu 89(1)

    Artikolu 75(1)

    Artikolu 89(2)

    Artikolu 75(2)

    Artikolu 89(3)

    Artikolu 75(3)

    Artikolu 90(1)

    Artikolu 76(1)

    Artikolu 90(2)

    Artikolu 76(2)

    Artikolu 91

    Artikolu 77

    Artikolu 92(1)

    Artikolu 78(1)

    Artikolu 92(2)

    Artikolu 78(2)

    Artikolu 93

    Artikolu 79

    Artikolu 94

    Artikolu 80

    Artikolu 95(1)

    Artikolu 81(1)

    Artikolu 95(2)

    -

    Artikolu 95(3)

    -

    Artikolu 95(4)

    -

    Artikolu 95(5)

    Artikolu 81(2)

    Artikolu 96(1)

    -

    Artikolu 96(2)

    -

    Artikolu 96(3)

    -

    Artikolu 96(4)

    -

    Artikolu 96(5)

    -

    Artikolu 96(6)

    Artikolu 82

    Artikolu 83(1), (2), (3), (4), (5), (6)

    Artikolu 84(1), (2), (3)

    Artikolu 97(1)

    Artikolu 85(1)

    Artikolu 85(2)-(7)

    Artikolu 97(2)

    Artikolu 85(8), Artikolu 85(9)

    Artikolu 97(3)

    Artikolu 85(10)

    Artikolu 97(4)

    Artikolu 86(1)

    Artikolu 97(5)

    Artikolu 86(2)

    Artikolu 86(3), (4)

    Artikolu 87

    Artikolu 88(1), (2), (3)

    Artikolu 98(1)

    Artikolu 89(1)

    Ittra (a)

    Ittra (a)

    Ittra (b)

    Ittra (b)

    Ittra (c)

    Ittra (c)

    Ittra (d)

    Ittra (d)

    Ittra (e)

    Ittra (f)

    Ittra (g)

    Artikolu 98(2), (4)

    Artikolu 89(2)

    Artikolu 98(3)

    Artikolu 85(11)

    Artikolu 98(5)

    Artikolu 89(3)

    Artikolu 99(1)

    Artikolu 90(1)

    Artikolu 99(2)

    Artikolu 90(2)

    Artikolu 100(1)

    Artikolu 91(2)

    Artikolu 100(2)

    Artikolu 91(3)

    Artikolu 100(3)

    Artikolu 91(1)

    Artikolu 100(4), (5)

    Artikolu 91(4), (5)

    Artikolu 100(6)

    Artikolu 91(6)

    Artikolu 92

    Artikolu 93(1), (2), (3), (4)

    Artikolu 101(1)

    Artikolu 94(1)

    Artikolu 101(2)

    Artikolu 94(2)

    Artikolu 101(3)

    Artikolu 94(3)

    Artikolu 101(4)

    Artikolu 94(4)

    Artikolu 102(1)

    Artikolu 95(1)

    Artikolu 102(2)

    Artikolu 95(2)

    Artikolu 103(1)

    Artikolu 96(1)

    Artikolu 96(2), (3), (4)

    Artikolu 103(2)

    Artikolu 101(1), (2), (3), (4)

    Artikolu 97(1), (2), (3), (4)

    Artikolu 98(1), (2)

    Artikolu 99(1), (2)

    Artikolu 100(1), (2)

    L-Artikoli 102-104

    Artikolu 104

    Artikolu 40

    Artikolu 105

    Artikolu 105(1)

    Artikolu 41(1)

    Artikolu 106(1)

    Artikolu 105(2)

    Artikolu 41(2)

    Artikolu 106(2)

    Artikolu 105(3)

    Artikolu 41(3)

    Artikolu 106(3)

    Artikolu 106(4)

    Artikolu 105(4)

    Artikolu 41(4)

    Artikolu 106(5)

    Artikolu 105(5)

    Artikolu 41(5)

    Artikolu 106(6)

    Artikolu 106

    -

    Artikolu 14(1).(2)

    Artikolu 15(1).(2)

    Artikolu 107(1)

    Artikolu 16(1)

    Artikolu 42(1)

    Artikolu 107(2)

    Artikolu 42(2)

    Artikolu 107(3)

    Artikolu 16(2)

    Artikolu 42(3)

    Artikolu 107

    Artikolu 108

    Artikolu 17

    Artikolu 43

    Artikolu 108

    Artikolu 109(1)

    Artikolu 44(1)

    Artikolu 109(2)

    Artikolu 44(2)

    Artikolu 109(3)

    Artikolu 44(3)

    Artikolu 109(4)

    Artikolu 44(4)

    Artikolu 109(5)

    -

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 45(1), Artikolu 45(2)

    Artikolu 18(2)

    Artikolu 45(3)

    Artikolu 18(3)

    Artikolu 45(4)

    Artikolu 18(4)

    -

    Artikolu 114

    Artikolu 21

    Artikolu 48

    Artikolu 115(1)

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 49(1)

    Artikolu 115(2)

    Artikolu 49(2)

    Artikolu 115(3)

    Artikolu 22(2)

    Artikolu 49(3)

    Artikolu 115(4)

    -

    Artikolu 115(5)

    -

    Artikolu 115(6)

    -

    Artikolu 116

    Artikolu 23

    Artikolu 50

    Artikolu 112

    Artikolu 117

    Artikolu 24

    Artikolu 51

    -

    Anness I

    Anness I

    Anness I

    Anness II

    Anness II

    Anness II

    Anness III

    Anness III

    Top