EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0366

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi fis-Suq Intern li temenda d-Direttiva 98/26/KE u li tħassar id-Direttivi 2015/2366/UE u 2009/110/KE

COM/2023/366 final

Brussell, 28.6.2023

COM(2023) 366 final

2023/0209(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi fis-Suq Intern li temenda d-Direttiva 98/26/KE u li tħassar id-Direttivi 2015/2366/UE u 2009/110/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 256 final} - {SWD(2023) 231 final} - {SWD(2023) 232 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

It-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (PSD2 1 ) tipprovdi qafas legali għall-pagamenti bl-imnut kollha fl-UE, kemm f’Euro kif ukoll f’muniti oħra, domestiċi u transfruntiera. L-ewwel Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas (PSD1 2 ), adottata fl-2007, stabbiliet qafas legali armonizzat għall-ħolqien ta’ suq integrat tal-pagamenti tal-UE. Filwaqt li tibni fuq il-PSD1, il-PSD2 indirizzat l-ostakli għal tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament u tejbet il-livell ta’ protezzjoni u sigurtà tal-konsumatur. Il-biċċa l-kbira tar-regoli fil-PSD2 ilhom applikabbli minn Jannar 2018, iżda xi regoli bħal dawk dwar l-Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur, (Strong Customer Authentication, SCA) ilhom japplikaw biss minn Settembru 2019.

Il-PSD2 fiha kemm regoli dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs) kif ukoll regoli dwar il-liċenzjar u s-superviżjoni ta’ kategorija speċifika waħda ta’ PSP, jiġifieri l-istituzzjonijiet ta’ pagament (Payment Institutions, PIs). Kategoriji oħra ta’ PSP jinkludu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma regolati skont il-leġiżlazzjoni bankarja tal-UE 3 , u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (Electronic Money Institutions, EMIs), li huma regolati skont id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi 4 .

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2020 dwar Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut (Retail Payment Strategy, RPS) għall-UE 5 stabbiliet il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-qasam tal-pagamenti bl-imnut għall-mandat tal-Kulleġġ tal-Kummissarji kurrenti (2019-2024). Din kienet akkumpanjata minn Strateġija għall-Finanzi Diġitali, li tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-aġenda diġitali fis-settur tal-finanzi għajr il-pagamenti. L-RPS ħabbret li “fi tmiem l-2021, il-Kummissjoni se tniedi rieżami komprensiv tal-applikazzjoni u tal-impatt tal-PSD2”. Dan ir-rieżami twettaq kif xieraq, essenzjalment fl-2022, u wassal għal deċiżjoni min-naħa tal-Kummissjoni li tipproponi emendi leġiżlattivi għall-PSD2, biex ittejjeb il-funzjonament tagħha. Dawn l-emendi huma stabbiliti f’żewġ proposti, din il-proposta għal Direttiva dwar is-servizzi ta’ pagament u s-servizzi tal-flus elettroniċi, li tiffoka fuq il-liċenzjar u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament (u li temenda ċerti Direttivi oħra) u proposta għal Regolament dwar is-servizzi ta’ pagament fl-UE.

Ir-reviżjoni proposta tal-PSD2 tidher fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2023, flimkien ma’ inizjattiva leġiżlattiva ppjanata dwar qafas għall-aċċess għad-data finanzjarja, li jestendi l-aċċess u l-użu tad-data finanzjarja lil hinn mill-kontijiet ta’ pagament għal aktar servizzi finanzjarji.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Id-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti ta’ rilevanza għal din l-inizjattiva jinkludu leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut, leġiżlazzjoni oħra dwar is-servizzi finanzjarji li tkopri wkoll il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ applikazzjoni orizzontali li għandha impatt fuq il-qasam tal-pagamenti bl-imnut. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta saret attenzjoni biex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut, minbarra dawk imsemmija hawn fuq, tinkludi r-Regolament dwar iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (Single Euro Payments Area, SEPA) tal-2012, li jarmonizza r-rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti f’euro 6 . Fis-26 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni pproponiet emenda għar-Regolament dwar is-SEPA, biex jitħaffef u jiġi ffaċilitat l-użu tal-pagamenti istantanji f’euro fl-UE 7 . Ir-Regolament dwar il-ħlas transkonfinali jegwalizza l-ipprezzar tat-trasferimenti domestiċi u transfruntiera f’euro 8 . Ir-Regolament dwar it-Tariffi tal-Interkambju jistabbilixxi livelli massimi għal tali tariffi 9 .

Leġiżlazzjoni rilevanti oħra dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi d-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu (DFS) 10 li qed issirilha bidla mmirata f’din il-proposta, ir-Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi (MiCA) 11 , l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali li jikkonċerna ċ-ċibersigurtà (DORA) 12 u d-Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus (AML), li fir-rigward tagħha bħalissa l-koleġiżlaturi qed jiddiskutu pakkett ta’ emendi proposti.

L-inizjattiva hija konsistenti b’mod sħiħ ma’ inizjattivi oħra tal-Kummissjoni stabbiliti fl-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-finanzi diġitali għall-UE 13 , li ġiet adottata flimkien mal-RPS, u għandha l-għan li tippromwovi t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi u tal-ekonomija tal-UE u li tneħħi l-frammentazzjoni fis-suq intern diġitali.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

L-inizjattiva hija konsistenti wkoll mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar “Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza” 14 li tenniet l-importanza tal-istrateġija tagħha dwar il-pagamenti bl-imnut u tal-innovazzjoni diġitali fil-finanzi għat-tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. L-istess Komunikazzjoni kkonfermat li s-servizzi tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew se jirrieżaminaw b’mod konġunt fil-livell tekniku firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet legali, tekniċi u ta’ politika li jirriżultaw minn introduzzjoni possibbli ta’ euro diġitali, waqt li jitqiesu l-mandati rispettivi tagħhom previsti fit-Trattati tal-UE.

Il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta għal qafas legali tal-UE dwar l-aċċess għad-data finanzjarja, ippreżentata flimkien maż-żewġ proposti biex tiġi emendata l-PSD2; din il-proposta tkopri l-aċċess għal data finanzjarja għajr id-data dwar il-kontijiet ta’ pagament, li tibqa’ koperta mil-leġiżlazzjoni dwar il-pagamenti.

Leġiżlazzjoni tal-UE aktar ġenerali ta’ rilevanza tinkludi r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 15 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tal-PSD2 hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jinkariga lill-istituzzjonijiet tal-UE bl-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet biex jistabbilixxu s-suq intern u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tiegħu f’konformità mal-Artikolu 26 tat-TFUE. Madankollu, minħabba li d-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi 16 hija bbażata fuq l-Artikoli 53 u 114 TFUE, u li dan l-att huwa integrat f’din il-proposta għal Direttiva, isegwi li kwalunkwe att ġuridiku ġdid li jinkorpora regoli għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet li joħorġu flus elettroniċi jenħtieġ li jkollu wkoll tali bażi ġuridika doppja.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment jintużaw b’mod estensiv mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonjużi u kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern għas-servizzi ta’ pagament bl-imnut, hija meħtieġa leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE. Din il-loġika kienet il-bażi għall-ewwel u t-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament u tkompli tapplika għal din il-proposta.

Proporzjonalità

Il-proposta fiha miżuri ta’ proporzjonalità mmirati, bħal rekwiżiti differenti ta’ kapital inizjali u ta’ fondi proprji għal tipi differenti ta’ servizzi ta’ pagament. Il-proposta tippermetti wkoll lill-Istati Membri jeżentaw l-istituzzjonijiet żgħar ta’ pagament b’fatturat ta’ inqas minn EUR 3 miljun minn uħud mir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ġodda proposti dwar servizzi ta’ ġbid ta’ flus kontanti fil-ħwienet jew għal ġbid ta’ flus kontanti pprovduti minn amministraturi indipendenti tal-ATMs huma wkoll proporzjonati.

Għażla tal-istrument

Il-PSD2 bħalissa hija direttiva li hija applikata bit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri. Madankollu, f’diversi oqsma tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji 17 , instab xieraq li jiġu promulgati regoli applikabbli għall-impriżi finanzjarji f’Regolament li japplika direttament biex tissaħħaħ il-koerenza tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri. Ir-rieżami tal-PSD2 ikkonkluda li dan l-approċċ ikun xieraq ukoll fil-leġiżlazzjoni dwar il-pagamenti, li wassal biex l-emendi proposti għall-PSD2 jiġu inklużi f’żewġ atti leġiżlattivi distinti: din il-proposta għal direttiva, li fiha b’mod partikolari regoli dwar il-liċenzjar u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament u proposta għal regolament li takkumpanjaha, li fiha r-regoli għall-PSPs (inklużi l-PIs u xi kategoriji oħra ta’ PSPs) li jipprovdu servizzi ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi. Direttiva hija xierqa f’dan il-każ, peress li l-liċenzjar u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’mod ġenerali (inklużi l-PIs u kategoriji oħra ta’ PSPs, bħall-istituzzjonijiet ta’ kreditu) jibqgħu kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri, u ma jiġi propost l-ebda liċenzjar jew superviżjoni fil-livell tal-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2022 twettqet evalwazzjoni tal-PSD2. L-input għall-evalwazzjoni kien jinkludi rapport minn kuntrattur indipendenti, flimkien ma’ fehmiet tal-partijiet ikkonċernati f’diversi konsultazzjonijiet pubbliċi. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni huwa ppubblikat bħala anness tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta 18 . Ir-rapport ta’ evalwazzjoni jikkonkludi li l-PSD2 kellha gradi differenti ta’ suċċess fl-ilħuq tal-objettivi tagħha. B’mod ġenerali, l-evalwazzjoni tikkonkludi li, minkejja ċerti nuqqasijiet, il-qafas kurrenti tal-PSD2 ippermetta progress lejn l-objettivi tagħha, filwaqt li kien relattivament effiċjenti fir-rigward tal-kostijiet tiegħu u t-twassil tal-valur miżjud tal-UE.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Biex jiġi żgurat li l-proposta tal-Kummissjoni tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati interessati kollha, l-istrateġija ta’ konsultazzjoni għal din l-inizjattiva kienet tinkludi:

·konsultazzjoni pubblika miftuħa, miftuħa mill-10 ta’ Mejju 2022 sat-2 ta’ Awwissu 2022 19 ;

·konsultazzjoni mmirata (iżda xorta waħda pubblika u miftuħa), b’mistoqsijiet aktar dettaljati mill-konsultazzjoni pubblika, miftuħa mill-10 ta’ Mejju 2022 sal-5 ta’ Lulju 2022 20 ;

·sejħa għal evidenza, miftuħa mill-10 ta’ Mejju 2022 sat-02 ta’ Awwissu 2022 21 ;

·konsultazzjoni mmirata dwar id-DFS, miftuħa mit-12 ta’ Frar 2021 sas-7 ta’ Mejju 2021;

·konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fi Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni, il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Suq tas-Sistemi ta’ Pagament;

·kuntatti ad hoc ma’ diversi partijiet ikkonċernati, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq dik tal-Kummissjoni;

·konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar is-Settur Bankarju, il-Pagamenti u l-Assigurazzjoni.

L-eżitu ta’ dawn il-konsultazzjonijiet huwa miġbur fil-qosor fl-Anness 2 tal-valutazzjoni tal-impatt li qiegħda takkumpanja din il-proposta.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Intużaw għadd ta’ inputs u sorsi ta’ għarfien espert fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva, inklużi dawn li ġejjin:

evidenza pprovduta permezz tad-diversi konsultazzjonijiet elenkati hawn fuq u fuq bażi ad hoc mill-partijiet ikkonċernati.

evidenza pprovduta mill-Awtorità Bankarja Ewropea fil-Parir tagħha 22 .

studju mwettaq minn kuntrattur, Valdani Vicari & Associati Consulting, ippreżentat f’Settembru 2022, “A study on the application and impact of Directive (UE) 2015/2366 on Payment Services (PSD2) 23 .

data miksuba minn operaturi tas-settur privat.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta (u l-proposta għal Regolament dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern) hija akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt, li ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (Regulatory Scrutiny Board, RSB) fl-1 ta’ Marzu 2023. L-RSB ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi fit-3 ta’ Marzu 2023 (ir-riżervi ġew ittrattati fil-verżjoni finali). Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li hemm erba’ problemi ewlenin fis-suq tal-pagamenti tal-UE, minkejja l-kisbiet tal-PSD2:

il-konsumaturi jinsabu f’riskju ta’ frodi u ma għandhomx fiduċja fil-pagamenti;

is-settur tas-servizzi bankarji miftuħa jiffunzjona b’mod imperfett;

is-superviżuri fl-Istati Membri tal-UE għandhom setgħat u obbligi inkonsistenti;

ma hemmx kundizzjonijiet ekwi bejn il-PSPs bankarji u dawk mhux bankarji.

Il-konsegwenzi ta’ dawn il-problemi jinkludu dawn li ġejjin:

l-utenti (negozjanti tal-konsumaturi u SMEs) għadhom esposti għal riskju ta’ frodi u għandhom għażla limitata ta’ servizzi ta’ pagament, bi prezzijiet ogħla milli jeħtieġ li jkunu;

il-fornituri tas-servizzi bankarji miftuħa jiffaċċjaw ostakli biex joffru servizzi bankarji miftuħa bażiċi u jsibuha aktar diffiċli biex jinnovaw;

il-PSPs qed jesperjenzaw inċertezza dwar l-obbligi tagħhom, u l-PSPs mhux bankarji qegħdin fi żvantaġġ kompetittiv vis-à-vis il-banek;

hemm ineffiċjenzi ekonomiċi u kostijiet ogħla tal-operazzjonijiet kummerċjali, b’impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-UE;

is-suq intern għall-pagamenti huwa frammentat, u qed ikun hemm “għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni”.

Hemm erba’ objettivi speċifiċi tal-inizjattiva, li jikkorrispondu għall-problemi identifikati:

1. Saħħaħ il-protezzjoni tal-utenti u l-fiduċja fil-pagamenti;

2. Tejjeb il-kompetittività tas-servizzi bankarji miftuħa;

3. Tejjeb l-infurzar u l-implimentazzjoni fl-Istati Membri;

4. Tejjeb l-aċċess (dirett jew indirett) għas-sistemi ta’ pagament u għall-kontijiet bankarji għall-PSPs mhux bankarji.

Il-valutazzjoni tal-impatt tippreżenta pakkett ta’ għażliet preferuti, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi speċifiċi (il-lista ta’ hawn taħt tkopri kemm il-miżuri li jinsabu f’din id-Direttiva kif ukoll fir-Regolament li jakkumpanjaha):

Għall-objettiv speċifiku 1, titjib fl-applikazzjoni tal-SCA, bażi ġuridika għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-frodi u l-obbligu li l-klijenti jiġu edukati dwar il-frodi, l-estensjoni tal-verifika tal-IBAN għat-trasferimenti ta’ kreditu kollha, u t-treġġigħ lura kondizzjonali tar-responsabbiltà għal frodi fil-push payments awtorizzati; obbligu fuq il-PSPs li jtejbu l-aċċessibbiltà tal-SCA għall-utenti b’diżabilità, il-persuni akbar fl-età u persuni oħra li jiffaċċjaw sfidi fir-rigward tal-użu tal-SCA; miżuri biex tittejjeb id-disponibbiltà tal-flus; titjib fid-drittijiet u fl-informazzjoni tal-utenti.

Għall-objettiv speċifiku 2, rekwiżit għall-PSPs li jġestixxu l-kont (ASPSPs) biex jistabbilixxu interfaċċa ddedikata għall-aċċess għad-data; “dashboards tal-permessi” biex l-utenti jkunu jistgħu jimmaniġġjaw il-permessi ta’ aċċess għas-servizzi bankarji miftuħa mogħtija lilhom; speċifikazzjonijiet aktar dettaljati tar-rekwiżiti minimi għall-interfaċċi tad-data tal-OB;

Għall-objettiv speċifiku 3, is-sostituzzjoni tal-parti l-kbira tal-PSD2 b’Regolament applikabbli direttament; it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-penali; kjarifiki ta’ elementi li huma ambigwi; l-integrazzjoni tar-reġimi ta’ liċenzjar għall-PIs u għall-EMIs.

Għall-objettiv speċifiku 4, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-PI/EMI għal kont bankarju; l-għoti tal-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni diretta tal-PIs u tal-EMIs għas-sistemi kollha ta’ pagament, inklużi dawk innominati mill-Istati Membri skont id-DFS, bi kjarifiki addizzjonali dwar il-proċeduri ta’ ammissjoni u ta’ valutazzjoni tar-riskju.

Għadd ta’ għażliet ġew miċħuda fil-valutazzjoni tal-impatt minħabba kostijiet għoljin tal-implimentazzjoni u benefiċċji mhux ċerti. Il-kostijiet tal-għażliet magħżula huma prinċipalment kostijiet ta’ darba u jaqgħu l-aktar fuq l-ASPSPs (essenzjalment il-banek). Fis-servizzi bankarji miftuħa, il-kostijiet jiġu paċuti bl-iffrankar (bħat-tneħħija ta’ interfaċċa permanenti ta’ riżerva u tal-proċedura ta’ eżenzjoni tagħha) u bl-adozzjoni ta’ miżuri proporzjonati (derogi possibbli għal ASPSPs niċċa). Il-kost għall-Istati Membri ta’ infurzar u implimentazzjoni mtejba se jkun limitat. Il-kostijiet ta’ aċċess dirett għas-sistemi ta’ pagament ewlenin għall-PIs se jkunu limitati u jaqgħu fuq is-sistemi ta’ pagament inkwistjoni. Il-benefiċċji, min-naħa l-oħra, se jakkumulaw għal firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament (konsumaturi, negozji, negozjanti u amministrazzjonijiet pubbliċi) kif ukoll għall-PSPs infushom (speċjalment il-PSPs fintech mhux bankarji). Il-benefiċċji se jkunu rikorrenti, filwaqt li l-kostijiet se jkunu prinċipalment kostijiet ta’ aġġustament ta’ darba; għalhekk jenħtieġ li l-benefiċċji kumulattivi jaqbżu l-kostijiet totali matul iż-żmien.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva ma hijiex inizjattiva tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT). Madankollu, bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni u rieżami, ġew imfittxa opportunitajiet għal simplifikazzjoni amministrattiva. L-eżempju ewlieni ta’ tali simplifikazzjoni li jinsab f’din l-inizjattiva huwa l-integrazzjoni tat-Tieni Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi fil-PSD2 u t-tnaqqis fuq skala kbira fid-differenzi bejn ir-reġimi regolatorji għall-EMIs u l-PIs (b’xi differenzi residwi li jifdal, bħar-rekwiżiti ta’ fondi proprji). Din il-proposta tinvolvi revoka tat-Tieni Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi.

Drittijiet fundamentali

Id-dritt fundamentali li huwa partikolarment ikkonċernat minn din l-inizjattiva huwa l-protezzjoni tad-data personali. Sa fejn l-ipproċessar tad-data personali jkun meħtieġ għall-konformità ma’ din l-inizjattiva, l-ipproċessar irid ikun konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (General Data Protection Regulation, GDPR) 24 , li japplika direttament għas-servizzi ta’ pagament kollha kkonċernati minn din il-proposta.

Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “one in, one out”

Din l-inizjattiva ma tinvolvix kostijiet amministrattivi ġodda għan-negozji jew għall-konsumaturi, peress li l-inizjattiva mhux se twassal għal xi sorveljanza jew superviżjoni akbar tal-PSPs, jew għal obbligi speċifiċi ġodda ta’ rapportar li ma humiex diġà inklużi fil-PSD2. Ma hemm ukoll l-ebda tariffa u imposta regolatorja li jirriżultaw mill-inizjattiva. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li din l-inizjattiva ma tiġġenerax kostijiet amministrattivi li jeħtieġu tpaċija skont il-prinċipju ta’ “one in one out”, (għalkemm hija rilevanti għall-“one in one out” billi toħloq kostijiet ta’ implimentazzjoni). Ta’ min wieħed jinnota li l-ġbir flimkien tar-reġim leġiżlattiv għall-Istituzzjonijiet tal-Flus Elettroniċi u dak għall-Istituzzjonijiet ta’ Pagament se jnaqqas il-kostijiet amministrattivi, pereżempju billi jitneħħa r-rekwiżit li tinkiseb liċenzja ġdida f’ċerti ċirkostanzi.

Klima u sostenibbiltà

Ma ġiet identifikata l-ebda implikazzjoni negattiva ta’ din l-inizjattiva għall-klima. L-inizjattiva se tikkontribwixxi għall-mira 8.2 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU: “biex jintlaħqu livelli ogħla ta’ produttività ekonomika permezz tad-diversifikazzjoni, l-aġġornament teknoloġiku u l-innovazzjoni, inkluż permezz ta’ fokus fuq setturi b’valur miżjud għoli u b’intensità għolja ta’ xogħol”.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-proposta se tipprevedi rieżami li għandu jitlesta 5 snin wara d-dħul fis-seħħ.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta għal Direttiva dwar il-liċenzjar u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq it-Titolu II tal-PSD2, rigward il-“Fornituri ta’ Servizzi ta’ Pagament”, li japplika biss għall-istituzzjonijiet ta’ pagament. Taġġorna u tiċċara d-dispożizzjonijiet marbuta mal-PIs, u tintegra l-EMIs preċedenti bħala subkategorija tal-PIs (u konsegwentement tħassar it-tieni Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi, 2009/110/KE). Barra minn hekk, tinkludi dispożizzjonijiet dwar is-servizzi ta’ ġbid ta’ flus ipprovduti mill-bejjiegħa bl-imnut (mingħajr xiri) jew mill-amministraturi indipendenti tal-ATMs u temenda d-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu (id-Direttiva 98/26/KE).

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Il-proposta tikkonċerna l-aċċess għall-attività tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi minn istituzzjonijiet ta’ pagament (mhux minn istituzzjonijiet ta’ kreditu). Għadd ta’ definizzjonijiet ewlenin huma ċċarati u allinjati mal-proposta għal Regolament li jakkumpanja din il-proposta

Liċenzjar u superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament

Il-proċeduri għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u l-kontroll tal-parteċipazzjoni azzjonarja fil-biċċa l-kbira ma jinbidlux mill-PSD2, bl-eċċezzjoni ta’ rekwiżit ġdid biex pjan ta’ stralċ jiġi ppreżentat ma’ applikazzjoni,, iżda jsiru kompletament konsistenti għall-istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi. Fost bidliet oħra, huwa rikonoxxut li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jista’ jkollhom kapital inizjali minflok assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, filwaqt li jitqies li r-rekwiżit li wieħed ikollu assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali fl-istadju tal-liċenzjar jista’ jkun diffiċli li jiġi ssodisfat, meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza preċedenti. Ir-rekwiżiti għall-kapital inizjali huma aġġornati għall-inflazzjoni mill-adozzjoni tal-PSD2 (ħlief għall-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Bidu ta’ Pagament peress li dan jitqies li mhux xieraq minħabba ż-żmien relattivament qasir li ilhom joperaw). Il-metodi possibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji ma jinbidlux, la għall-istituzzjonijiet ta’ pagament koperti mill-PSD2 u lanqas għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi preċedenti; huwa previst li wieħed mit-tliet metodi possibbli ta’ kalkolu tal-fondi proprji jenħtieġ li jitqies bħala l-għażla prestabbilita sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet ekwi — iżda huma permessi eċċezzjonijiet għal mudelli ta’ negozju partikolari.

Ir-regoli ta’ salvagwardja għall-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jinbidlux ħlief li l-possibbiltà ta’ salvagwardja f’kont ta’ bank ċentrali (fid-diskrezzjoni ta’ dan tal-aħħar) tiġi introdotta sabiex jiġu estiżi l-għażliet għall-PSPs f’dan ir-rigward u li l-istituzzjonijiet ta’ pagament iridu jagħmlu ħilithom biex jevitaw ir-riskju ta’ konċentrazzjoni f’fondi salvagwardjati; F’dan ir-rigward għandhom jiġu adottati standards tekniċi regolatorji tal-EBA dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ fondi salvagwardjati. Għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi, ir-regoli ta’ salvagwardja huma allinjati għal kollox ma’ dawk li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu biss servizzi ta’ pagament. Qed jiġu introdotti dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar il-governanza interna tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi l-linji gwida tal-EBA.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-aġenti, il-fergħat u l-esternalizzazzjoni ma jinbidlux mill-PSD2, iżda qed tiżdied definizzjoni ġdida ta’ distributuri ta’ flus elettroniċi u dispożizzjonijiet relatati, allinjati mill-qrib ma’ dawk applikabbli għall-aġenti.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-forniment transfruntier ta’ servizzi mill-PIs, u s-superviżjoni ta’ tali servizzi ġeneralment ma jinbidlux. Fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi meta l-PIs jużaw aġenti, distributuri u fergħat, qed jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal każijiet meta jkunu involuti tliet Stati Membri (l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-PIs, dak tal-aġent, u Stat Membru terz li lilu l-aġent jipprovdi servizzi fuq bażi transfruntiera), biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċarezza.

L-Istati Membri u l-Awtorità Bankarja Ewropea għandhom ikomplu jżommu reġistru ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati u barra minn hekk jiżviluppaw lista ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament li jinqraw minn magna u ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

Bħal fil-PSD2 u fid-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti, b’setgħat adegwati, iridu jiġu nnominati mill-Istati Membri għal-liċenzjar u s-superviżjoni. Qed jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jiċċaraw ir-regoli f’dan ir-rigward, u jżidu l-possibbiltà għall-NCAs li jitolbu l-assistenza tal-EBA għas-soluzzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil possibbli bejn NCAs oħra.

Bħal fil-PSD2, il-PIs li jwettqu biss servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet huma soġġetti għal rekwiżit ta’ reġistrazzjoni mhux awtorizzazzjoni. Il-proposta tispeċifika d-dokumentazzjoni li trid takkumpanja l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jibqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. L-eżenzjonijiet fakultattivi minn ċerti dispożizzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil istituzzjonijiet ta’ pagament żgħar ma jinbidlux.

Dispożizzjonijiet dwar ġbid ta’ flus kontanti

L-operaturi ta’ ħwienet bl-imnut huma eżentati mir-rekwiżit għal liċenzja ta’ istituzzjoni ta’ pagament meta joffru servizzi ta’ ġbid ta’ flus kontanti mingħajr xiri fil-bini tagħhom (fuq bażi volontarja), jekk l-ammont ta’ flus kontanti distribwiti ma jaqbiżx il-EUR 50, f’konformità mal-ħtieġa li tiġi evitata kompetizzjoni inġusta mal-amministraturi tal-ATMs.

Id-distributuri ta’ flus kontanti permezz ta’ ATMs li ma jġestux kontijiet ta’ pagament (l-hekk imsejħa “amministraturi indipendenti tal-ATMs”) huma eżentati mir-rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, u soġġetti biss għal rekwiżit ta’ reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ċerta dokumentazzjoni.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Il-miżuri tranżizzjonali huma xierqa fir-rigward tal-attivitajiet eżistenti skont il-PSD2 minħabba l-ħolqien ta’ reġim legali ġdid ta’ liċenzjar. Pereżempju, il-liċenzji eżistenti għall-PIs u l-EMIs huma estiżi fil-validità (“b’anterjorità”) sa 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ (sena wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni u l-bidu tal-applikazzjoni) bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni għal liċenzja skont din id-Direttiva ssir mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ.

Tħassir u emendi għal leġiżlazzjoni oħra

It-tieni Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi (id-Direttiva 2009/110/KE) hija mħassra, b’effett mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

It-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (id-Direttiva 2015/2366/KE) hija mħassra mill-istess data. Hija annessa tabella ta’ korrelazzjoni tal-Artikoli fir-rigward tal-Artikoli korrispondenti tal-PSD2 u tal-EMD2, biex tiġi żgurata l-kontinwità legali.

Qed issir emenda fid-DFS (id-Direttiva 98/26/KE) biex jiżdiedu l-PIs mal-lista ta’ istituzzjonijiet li għandhom il-possibbiltà li jipparteċipaw direttament f’sistemi ta’ pagament innominati minn Stat Membru skont din id-Direttiva (iżda mhux għal sistemi ta’ saldu tat-titoli notifikati). Qed issir ukoll emenda għad-definizzjoni ta’ parteċipazzjoni indiretta fid-DFS, biex id-definizzjoni terġa’ lura għat-test li kien jeżisti qabel l-2019, meta d-Direttiva (UE) 2019/879 25 biddlet din id-definizzjoni.

L-Artikolu 47 jipprevedi emenda tad-Direttiva (UE) 2020/1828 biex jiddaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha r-Regolament (UE) 20../.... dwar l-aċċess għad-data finanzjarja. Din l-emenda se tippermetti li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi kontra l-ksur tar-Regolament imsemmi.

Dispożizzjonijiet oħrajn

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li taġġorna l-ammonti ta’ fondi proprji biex titqies l-inflazzjoni permezz tal-Att Delegat. Id-Direttiva hija direttiva ta’ armonizzazzjoni sħiħa. Tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali. L-iskadenza għall-Istati Membri biex jittrasponu din id-Direttiva u d-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni hija ta’ 18 xahar wara d-dħul fis-seħħ (ħlief għall-emendi għad-DFS, f’liema każ tkun ta’ 6 xhur). Se jkollu jiġi ppreżentat rapport ta’ rieżami 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, li jiffoka b’mod partikolari fuq l-adegwatezza tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, fuq l-estensjoni possibbli tagħha għas-sistemi ta’ pagament u s-servizzi tekniċi, u fuq l-impatt tas-salvagwardja tal-fondi tal-istituzzjonijiet ta’ pagament tar-regoli proposti mill-Kummissjoni fit-18 ta’ April 2023 26 li, meta jiġu adottati, jemendaw id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti.

 

2023/0209 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi fis-Suq Intern li temenda d-Direttiva 98/26/KE u li tħassar id-Direttivi 2015/2366/UE u 2009/110/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 27 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 28 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , is-suq tas-servizzi ta’ pagament bl-imnut għadda minn bidliet sinifikanti fil-biċċa l-kbira relatati mal-użu dejjem akbar ta’ kards u mezzi diġitali ta’ pagament, it-tnaqqis fl-użu tal-flus kontanti u l-preżenza dejjem tikber ta’ atturi u servizzi ġodda, inklużi l-portafolji diġitali u l-pagamenti mingħajr kuntatt. Il-pandemija tal-Covid-19 u t-trasformazzjonijiet li ġabet magħha għall-konsum u għall-prattiki ta’ pagament żiedu l-importanza li jkun hemm pagamenti diġitali siguri u effiċjenti.

(2)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut għall-UE 30 ħabbret it-tnedija ta’ rieżami komprensiv tal-applikazzjoni u tal-impatt tad-Direttiva (UE) 2015/2366 “li għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali ta’ jekk għadhiex tajba għall-iskop tagħha, b’kont meħud tal-iżviluppi tas-suq”.

(3)L-għan tad-Direttiva (UE) 2015/2366 kien li tindirizza l-ostakli għal tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament u li ttejjeb il-livell ta’ protezzjoni u sigurtà tal-konsumatur. L-evalwazzjoni tal-impatt u tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 mill-Kummissjoni sabet li d-Direttiva (UE) 2015/2366 kienet fil-biċċa l-kbira ta’ suċċess fir-rigward ta’ ħafna mill-objettivi tagħha, iżda identifikat ukoll ċerti oqsma fejn l-objettivi tad-Direttiva ma ntlaħqux għal kollox. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni identifikat ukoll problemi rigward l-implimentazzjoni u l-infurzar diverġenti tad-Direttiva (UE) 2015/2366 li għandhom impatt dirett fuq il-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, billi jwasslu għal kundizzjonijiet regolatorji effettivament differenti fil-Istati Membri minħabba l-interpretazzjoni differenti tar-regoli, filwaqt li jinkoraġġixxu l-arbitraġġ regolatorju.

(4)Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda lok għal “għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni” meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jagħżlu, bħala pajjiż ta’ oriġini, dawk l-Istati Membri li fihom l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ pagament tkun aktar vantaġġuża għalihom u jipprovdu servizzi transfruntiera fi Stati Membri oħra li japplikaw interpretazzjoni aktar stretta tar-regoli jew japplikaw politiki ta’ infurzar aktar attivi għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament stabbiliti hemmhekk. Din il-prattika tfixkel il-kompetizzjoni. Jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ pagament jiġu armonizzati billi r-regoli li jirregolaw it-twettiq tas-servizzi ta’ pagament jiġu inkorporati f’Regolament u jiġu sseparati mir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, li jenħtieġ li jiġu rregolati minn din id-Direttiva (PSD3), minflok ma jibqgħu jiġu rregolati mid-Direttiva attwalment fis-seħħ (PSD2).

(5)Minkejja li l-ħruġ ta’ flus elettroniċi huwa rregolat skont id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 , l-użu ta’ flus elettroniċi biex jiġu ffinanzjati tranżazzjonijiet ta’ pagament huwa fil-biċċa l-kbira rregolat mid-Direttiva (UE) 2015/2366. Konsegwentement, il-qafas legali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar it-twettiq tan-negozju, diġà huwa sostanzjalment allinjat. Matul is-snin l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi esperjenzaw diffikultajiet prattiċi biex jiddelinjaw b’mod ċar iż-żewġ reġimi u biex jiddistingwu l-prodotti u s-servizzi tal-flus elettroniċi minn servizzi ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi offruti mill-istituzzjonijiet ta’ pagament. Dan wassal għal tħassib dwar arbitraġġ regolatorju u kundizzjonijiet mhux ekwi, kif ukoll kwistjonijiet relatati maċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/110/KE fejn l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joħorġu flus elettroniċi jieħdu vantaġġ mis-similaritajiet bejn is-servizzi ta’ pagament u s-servizzi tal-flus elettroniċi u japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament. Huwa għalhekk xieraq li s-sistema ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi tkun allinjata aktar mar-reġim applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament. Madankollu, ir-rekwiżiti tal-liċenzjar, b’mod partikolari l-kapital inizjali u l-fondi proprji, u xi kunċetti bażiċi ewlenin li jirregolaw in-negozju tal-flus elettroniċi bħall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, id-distribuzzjoni tal-flus elettroniċi u l-fidwabilità, huma distinti mis-servizzi pprovduti mill-istituzzjonijiet ta’ pagament. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-ispeċifiċitajiet jiġu ppreservati meta jiġu kkumbinati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u tad-Direttiva 2009/110/KE. 

(6)Kif muri fir-rieżami mwettaq mill-Kummissjoni u minħabba l-evoluzzjoni tas-swieq rispettivi, in-negozji u r-riskji rispettivi marbuta mal-attivitajiet, huwa meħtieġ li jiġi aġġornat ir-reġim prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi dawk li joħorġu flus elettroniċi u li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi, billi tintalab liċenzja unika għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi li ma jeħdux depożiti. Minħabba li r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 jistabbilixxi fl-Artikolu 48(2) tiegħu li l-emittenti tal-flus elettroniċi għandhom jitqiesu bħala flus elettroniċi, jenħtieġ li r-reġim ta’ liċenzjar għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, billi dawn se jissostitwixxu l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, japplika wkoll għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi. Ir-reġim prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq awtorizzazzjoni, soġġetta għal sett ta’ kundizzjonijiet stretti u komprensivi, għal persuni ġuridiċi li joffru servizzi ta’ pagament meta ma jeħdux depożiti. Jenħtieġ li r-reġim prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, jiżgura li japplikaw l-istess kundizzjonijiet fl-Unjoni kollha għall-attività tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament.

(7)Huwa xieraq li s-servizz li jippermetti l-ġbid ta’ flus minn kont ta’ pagament jiġi separat mill-attività ta’ ġestjoni ta’ kont ta’ pagament, peress li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ġbid ta’ flus ma jistgħux iġestixxu kontijiet ta’ pagament. Is-servizzi tal-ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament u tal-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, li ġew elenkati flimkien fil-punt 5 tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2015/2366 daqslikieku wieħed ma setax jiġi offrut mingħajr l-ieħor, jenħtieġ li jiġu ppreżentati bħala żewġ servizzi ta’ pagament differenti. L-elenkar separatament tas-servizzi ta’ ħruġ u ta’ akkwist, flimkien ma’ definizzjonijiet distinti ta’ kull servizz, jenħtieġ li jiċċara li s-servizzi ta’ ħruġ u ta’ akkwist jistgħu jiġu offruti separatament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

(8)Filwaqt li titqies l-evoluzzjoni rapida tas-suq tal-pagamenti bl-imnut u l-offerta kontinwa ġdida ta’ servizzi ta’ pagament u soluzzjonijiet ta’ pagament, huwa xieraq li xi wħud mid-definizzjonijiet skont id-Direttiva (UE) 2015/2366, bħad-definizzjoni ta’ kont ta’ pagament, fondi u strument ta’ pagament, jiġu adattati għar-realtajiet tas-suq sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tibqa’ adattata għall-iskop u newtrali fir-rigward tat-teknoloġija.

(9)Minħabba l-fehmiet diverġenti identifikati mill-Kummissjoni fir-rieżami tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u ssottolinjati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar ir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ kontijiet ta’ pagament. Il- kriterju determinanti għall-kategorizzazzjoni ta’ kont bħala kont ta’ pagament jinsab fil-kapaċità li jitwettqu tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ kuljum minn tali kont. Il-possibbiltà li jsiru tranżazzjonijiet ta’ pagament lil parti terza minn kont jew li wieħed jibbenefika minn tali tranżazzjonijiet imwettqa minn parti terza hija element karatteristiku tal-kunċett ta’ kont ta’ pagament. Kont ta’ pagament jenħtieġ għalhekk li jiġi definit bħala kont li jintuża biex jintbagħtu u jiġu riċevuti fondi lil u mingħand partijiet terzi. Kwalunkwe kont li jkollu dawk il-karatteristiċi jenħtieġ li jitqies bħala kont ta’ pagament u jenħtieġ li jiġi aċċessat għall-forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Sitwazzjonijiet li fihom ikun meħtieġ kont intermedjarju ieħor biex jiġu eżegwiti tranżazzjonijiet ta’ pagament minn partijiet terzi jew lejhom. jenħtieġ li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ kont ta’ pagament. Il-kontijiet tat-tfaddil ma jintużawx biex jintbagħtu u jiġu riċevuti fondi lil jew mingħand parti terza, u għalhekk huma esklużi mid-definizzjoni ta’ kont ta’ pagament.

(10)Minħabba l-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ strumenti ta’ pagament u l-inċertezzi prevalenti fis-suq fir-rigward tal-kwalifika legali tagħhom, id-definizzjoni ta’ “strument ta’ pagament” jenħtieġ li tiġi speċifikata aktar billi jiġu pprovduti xi eżempji biex jintwera x’jikkostitwixxi jew x’ma jikkostitwix strument ta’ pagament, waqt li jitqies il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.

(11)Minkejja l-fatt li l-Komunikazzjoni b’Kamp fil-Qrib (NFC) tippermetti l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament, il-konsiderazzjoni tagħha bħala “strument ta’ pagament” sħiħ toħloq xi sfidi, inkluż għall-applikazzjoni ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur għal pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ u tar-reġim ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Għalhekk, jenħtieġ li l-NFC pjuttost titqies bħala funzjonalità ta’ strument ta’ pagament u mhux bħala strument ta’ pagament bħala tali.

(12)Id-definizzjoni ta’ “strument ta’ pagament” skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 irreferiet għal “apparat personalizzat”. Peress li hemm kards imħallsa minn qabel li fuqhom l-isem tad-detentur tal-istrument ma jkunx stampat fuq il-kard, dan jista’ jippermetti li dawk it-tipi ta’ kards jitħallew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ strument ta’ pagament. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ “strument ta’ pagament”, tiġi emendata biex tirreferi għal apparati “individwalizzati” minflok dawk “personalizzati”, filwaqt li tiċċara li l-kards imħallsa minn qabel fejn l-isem tad-detentur tal-istrument ma jkunx stampat fuq il-kard ikunu strumenti ta’ pagament.

(13)L-hekk imsejħa “portafolji “pass-through”, li jinvolvu t-tokenisation ta’ strument ta’ pagament eżistenti, inkluż kard ta’ pagament, għandhom jitqiesu bħala servizzi tekniċi, u għalhekk jenħtieġ li jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ strument ta’ pagament peress li token ma jistax jitqies bħala strument ta’ pagament fih innifsu iżda, pjuttost, applikazzjoni għal pagament fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt (21) tar-Regolament (UE) 2015/75 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 . Madankollu, xi kategoriji oħra ta’ portafolji diġitali, jiġifieri portafolji elettroniċi mħallsa minn qabel bħal “portafolji fi stadji” fejn l-utenti jistgħu jaħżnu l-flus għal tranżazzjonijiet online futuri, jenħtieġ li jitqiesu bħala strument ta’ pagament u l-ħruġ tagħhom bħala servizz ta’ pagament.

(14)Ir-rimessa ta’ flus hija servizz ta’ pagament li normalment ikun ibbażat fuq flus ipprovduti minn pagatur lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr ma jinħoloq kont ta’ pagament f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju, li jittrasferixxi l-ammont korrispondenti lil benefiċjarju jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju. F’xi Stati Membri, is-supermarkets, il-kummerċjanti u bejjiegħa oħra bl-imnut jipprovdu lill-pubbliku servizzi korrispondenti li jippermettulhom iħallsu utilitajiet u kontijiet domestiċi regolari oħra. Għalhekk, jenħtieġ li dawn is-servizzi ta’ pagament tal-kontijiet jiġu ttrattati bħala rimessa ta’ flus.

(15)Id-definizzjoni ta’ fondi jenħtieġ li tkopri l-forom kollha ta’ flus tal-bank ċentrali maħruġa għall-użu bl-imnut, inklużi l-karti tal-flus u l-muniti, u kull munita diġitali futura possibbli tal-bank ċentrali, il-flus elettroniċi u l-flus tal-banek kummerċjali. Il-flus tal-bank ċentrali maħruġa għall-użu bejn il-bank ċentrali u l-banek kummerċjali, jiġifieri għall-użu bl-ingrossa, jenħtieġ li ma jkunux koperti.

(16)Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-31 ta’ Mejju 2023 jistabbilixxi li t-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jitqiesu bħala flus elettroniċi. Jenħtieġ għalhekk li t-tokens tal-flus elettroniċi jiġu inklużi bħala flus elettroniċi, fid-definizzjoni ta’ fondi.

(17)L-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 ma identifikatx ħtieġa ċara li jinbidlu b’mod sostanzjali l-kundizzjonijiet għall-għoti u ż-żamma tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ pagament jew istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi preskritti skont, rispettivament, id-Direttivi 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 u d-Direttiva (UE) 2015/2366, min-naħa l-waħda, u d-Direttiva 2009/110/KE min-naħa l-oħra. Tali kundizzjonijiet ikomplu jinkludu rekwiżiti prudenzjali proporzjonati mar-riskji operazzjonali u finanzjarji ffaċċjati mill-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi istituzzjonijiet li joħorġu flus elettroniċi u li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi matul in-negozju tagħhom. Ikun xieraq li mad-dokumentazzjoni meħtieġa b’appoġġ għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament jiżdied pjan ta’ stralċ għall-eventwalità ta’ falliment, proporzjonat għall-mudell ta’ negozju tal-istituzzjoni ta’ pagament futura; dak il-pjan ta’ stralċ jenħtieġ li jkun xieraq biex jappoġġa stralċ ordnat tal-attivitajiet skont il-liġi nazzjonali applikabbli, inkluż il-kontinwità jew l-irkupru ta’ kwalunkwe attività kritika mwettqa minn fornituri ta’ servizzi, aġenti jew distributuri esternalizzati. Sabiex jiġi evitat li tingħata awtorizzazzjoni għal servizzi li mhumiex effettivament ipprovduti minn istituzzjoni ta’ pagament, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li istituzzjoni ta’ pagament ma għandhiex tkun obbligata tikseb awtorizzazzjoni għal servizzi ta’ pagament li ma għandhiex l-intenzjoni li tipprovdi.

(18)Ir-Rieżami bejn il-Pari tal-EBA dwar l-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 ppubblikat f’Jannar 2023 35 ikkonkluda li n-nuqqasijiet fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni wasslu għal sitwazzjoni fejn l-applikanti jkunu soġġetti għal aspettattivi superviżorji differenti fir-rigward tar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament jew istituzzjoni tal-flus elettroniċi madwar l-Unjoni, u li xi drabi l-proċess tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni jista’ jieħu żmien twil wisq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u proċess armonizzat għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni lill-impriżi li japplikaw għal liċenzja ta’ istituzzjoni ta’ pagament, huwa xieraq li jiġi impost fuq l-awtoritajiet kompetenti limitu ta’ żmien ta’ 3 xhur biex il-proċess ta’ awtorizzazzjoni jiġi konkluż, wara li tasal l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-deċiżjoni.

(19)Sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza fil-proċess ta’ applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, huwa xieraq li l-EBA tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, inkluż dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni, li tista’ titqies bħala garanzija komparabbli għall-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, u l-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġi stipulat l-ammont monetarju minimu ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli. Għaldaqstant jenħtieġ li l-EBA tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-Linji Gwida tagħha dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament applikanti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonaligħall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni, u tal-Linji Gwida tagħha dwar l-applikazzjoni tal-kriterji użati biex jiġi speċifikat l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli oħra. 

(20)Il-qafas prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament jenħtieġ li jkompli jistrieħ fuq il-premessa li dawk l-istituzzjonijiet huma pprojbiti milli jaċċettaw depożiti minn utenti ta’ servizzi ta’ pagament u huma permessi biss li jużaw fondi riċevuti minn utenti ta’ servizzi ta’ pagament għall-għoti ta’ servizzi ta’ pagament. Għaldaqstant, huwa xieraq li r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament jirriflettu l-fatt li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet aktar speċjalizzati u limitati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u b'hekk jiġġeneraw riskji li huma iżgħar u li jistgħu jiġu monitorjati u kkontrollati b'mod aktar faċli minn dawk li jinħolqu fil-firxa usa’ ta’ attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(21)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu attenzjoni partikolari meta jikkunsidraw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament għall-pjan ta’ governanza ppreżentat bħala parti minn dik l-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jindirizzaw l-effett potenzjalment detrimentali ta’ arranġamenti ta’ governanza mfassla ħażin fuq il-ġestjoni tajba tar-riskju billi japplikaw kultura ta’ riskju soda fil-livelli kollha. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza interna. Huwa xieraq għall-EBA li tadotta linji gwida dwar l-arranġamenti ta’ governanza interna, filwaqt li tqis il-varjazzjoni tad-daqsijiet u l-mudelli tan-negozju fost l-istituzzjonijiet ta’ pagament u tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità.

(22)Filwaqt li r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-kontrolli tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-elementi ta’ mitigazzjoni għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi ta’ pagament, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu allinjati mar-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 .

(23)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, meta jipprovdu dawk is-servizzi, ma jkollhomx fondi tal-klijenti. Skont dan, ikun sproporzjonat li jiġu imposti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq dawk l-atturi tas-suq. Madankollu, huwa importanti li jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom. Sabiex tiġi żgurata kopertura xierqa tar-riskji assoċjati mas-servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew is-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru dawn is-servizzi jintalbu jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli, u li jiġi speċifikat aktar liema riskji jeħtieġ li jiġu koperti, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà inklużi fir-Regolament XXX [PSR]. Filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet esperjenzati mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jikkuntrattaw assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri r-riskji relatati mal-attività tagħhom, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li dawn l-istituzzjonijiet jagħżlu li jżommu kapital inizjali ta’ EUR 50 000 bħala alternattiva għall-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, fl-istadju tal-liċenzjar jew tar-reġistrazzjoni biss. Dik il-flessibbiltà għal informazzjoni dwar il-kontijiet u fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament fl-istadju tal-liċenzjar jew tar-reġistrazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit għal dawk il-fornituri li jissottoskrivu għal assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali mingħajr dewmien żejjed wara li tkun inkisbet il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni tagħhom.

(24)Sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ akkwist ta’ parteċipazzjoni kwalifikata ta’ istituzzjoni ta’ pagament fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 , huwa xieraq li tintalab notifika tal-akkwiżizzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti.

(25)Biex jilqgħu għar-riskji maħluqa mill-attivitajiet tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jeħtieġ li jkollhom biżżejjed kapital inizjali kkombinat mal-fondi proprji. Filwaqt li titqies il-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinvolvu ruħhom fil-firxa wiesgħa ta’ attivitajiet koperti minn din id-Direttiva huwa xieraq li jiġi aġġustat il-livell tal-kapital inizjali marbut mas-servizzi individwali għan-natura u r-riskji marbuta ma’ dawn is-servizzi.

(26)Filwaqt li jitqies li r-rekwiżiti inizjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament ma ġewx adattati mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE, huwa xieraq li dawn ir-rekwiżiti jiġu aġġustati għall-inflazzjoni. Madankollu, meta jitqies li r-rekwiżiti kapitali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu biss servizzi ta’ bidu ta’ pagament ġew implimentati biss mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2015/2366, u li ma nstabet l-ebda evidenza fir-rigward tal-inadegwatezza ta’ dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti ma jiġux modifikati.

(27)Il-varjetà kbira ta’ mudelli ta’ negozju fl-industrija tal-pagamenti bl-imnut tiġġustifika l-possibbiltà li jiġu applikati metodi distinti għall-kalkolu tal-fondi proprji, li madankollu ma jistgħux jaqgħu taħt il-livell tal-kapital inizjali rilevanti.

(28)Din id-Direttiva ssegwi l-istess approċċ bħad-Direttiva (UE) 2015/2366, li ppermettiet li jintużaw diversi metodi għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkombinati b’ċertu grad ta’ diskrezzjoni superviżorja biex jiġi żgurat li l-istess riskji jiġu ttrattati bl-istess mod għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament. L-użu tal-volum ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament tas-sena preċedenti biex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha huwa l-aktar metodu ta’ kalkolu tal-fondi proprji applikat u adegwat għall-biċċa l-kbira tal-mudelli ta’ negozju. Għal dawk ir-raġunijiet, u biex titjieb il-konsistenza u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jintalbu jippreskrivu l-użu ta’ dak il-metodu. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jiddevjaw minn dak il-prinċipju u li jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament japplikaw metodi oħra għal mudelli ta’ negozju li jirriżultaw fi tranżazzjonijiet ta’ volum baxx iżda ta’ valur għoli. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u ċ-ċarezza massima fir-rigward ta’ tali mudelli ta’ negozju, huwa xieraq li l-EBA tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji.

(29)Minkejja l-objettiv tal-allinjament tar-rekwiżiti prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi, huwa xieraq li jitqiesu l-ispeċifiċità tan-negozju tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi u t-twettiq ta’ negozju ta’ flus elettroniċi, u li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joħorġu flus elettroniċi u li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi jitħallew japplikaw metodu aktar xieraq biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom.

(30)Meta l-istess istituzzjoni ta’ pagament teżegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament kemm għall-pagatur kif ukoll għall-benefiċjarju u tiġi pprovduta linja ta’ kreditu lill-pagatur, huwa xieraq li jiġu ssalvagwardjati l-fondi favur il-benefiċjarju ladarba dawn jirrappreżentaw il-pretensjoni tal-benefiċjarju lejn l-istituzzjoni ta’ pagament.

(31)Meta jitqiesu d-diffikultajiet esperjenzati mill-istituzzjonijiet ta’ pagament fil-ftuħ u ż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, huwa meħtieġ li tiġi prevista għażla addizzjonali għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti, jiġifieri l-possibbiltà li dawk il-fondi jinżammu f’bank ċentrali. Madankollu, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li bank ċentrali ma joffrix dik l-għażla, abbażi tal-liġi organika tiegħu. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu protetti l-fondi tal-utenti u li jiġi evitat li tali fondi jintużaw għal finijiet oħra għajr biex jiġu pprovduti servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jinżammu separati mill-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ pagament u l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joħorġu flus elettroniċi u li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi, huwa xieraq li jiġu allinjati kemm jista’ jkun is-sistemi applikabbli għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti, filwaqt li jiġu ppreservati l-ispeċifiċitajiet tal-flus elettroniċi. Ir-riskju ta’ konċentrazzjoni huwa riskju sinifikanti li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet ta’ pagament, b’mod partikolari meta il-fondi jiġu salvagwardjati f’istituzzjoni ta’ kreditu unika. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jevitaw ir-riskju ta’ konċentrazzjoni sa fejn ikun possibbli. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-EBA tingħata struzzjonijiet biex tiżviluppa standards tekniċi regolatorji dwar l-evitar tar-riskju fis-salvagwardja tal-fondi tal-klijenti.

(32)Jenħtieġ li jkun possibbli għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet oħra, lil hinn minn dawk koperti minn din id-Direttiva, inkluż il-forniment ta’ servizzi operattivi u servizzi anċillari relatati mill-qrib u t-tħaddim ta’ sistemi ta’ pagament jew attivitajiet kummerċjali oħra rregolati mil-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli.

(33)Meta jitqiesu r-riskji ogħla ta’ attività ta’ teħid ta’ depożiti, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru servizzi ta’ pagament jiġu pprojbiti milli jaċċettaw depożiti mill-utenti, u li dawn jintalbu jużaw biss fondi riċevuti mill-utenti għall-forniment ta’ servizzi ta’ pagament. Il-fondi riċevuti minn utenti ta’ servizzi ta’ pagament minn istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru servizzi ta’ flus elettroniċi la għandhom jikkostitwixxu depożitu u lanqas fondi ripagabbli oħra li jaslu mill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

(34)Sabiex jiġu limitati r-riskji li kontijiet ta’ pagament jintużaw għal finijiet oħra għajr għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, huwa xieraq li jiġi speċifikat li meta jinvolvu ruħhom fil-forniment ta’ wieħed jew aktar mis-servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jenħtieġ li dejjem iżommu kontijiet ta’ pagament użati esklużivament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament.

(35)Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jitħallew jagħtu kreditu, iżda din l-attività jenħtieġ li tkun soġġetta għal xi kundizzjonijiet stretti. Huwa għalhekk xieraq li jiġi rregolat l-għoti ta’ kreditu minn istituzzjonijiet ta’ pagament fil-forma ta’ linji ta’ kreditu u l-ħruġ ta’ kards ta’ kreditu, sa fejn dawk is-servizzi jiffaċilitaw is-servizzi ta’ pagament u jekk il-kreditu jingħata għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar, inkluż fuq bażi rotanti. Huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jitħallew jagħtu kreditu fuq terminu qasir fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tagħhom, bil-kundizzjoni li dan jiġi ffinanzjat mill-ġdid prinċipalment bl-użu tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll b’fondi oħra mis-swieq kapitali, u mhux bil-fondi miżmuma f’isem klijenti għal servizzi ta’ pagament. Madankollu, din il-possibbiltà jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 jew liġi tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali rilevanti oħra fir-rigward ta’ kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi. Minħabba n-natura prinċipalment ta’ self tagħhom, jenħtieġ li s-servizzi “Ixtri Issa u Ħallas Aktar Tard” ma jikkostitwixxux servizz ta’ pagament. Dawk is-servizzi huma koperti mid-Direttiva l-ġdida dwar il-krediti għall-konsumatur li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/48/KE.

(36)Sabiex jiġi żgurat li l-evidenza dwar il-konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva tinżamm kif xieraq għal ammont raġonevoli ta’ żmien, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jintalbu jżommu r-rekords xierqa kollha għal mill-inqas ħames snin. Jenħtieġ li d-data personali ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ biex jiġi żgurat dak l-għan u, meta awtorizzazzjoni tkun ġiet irtirata, jenħtieġ li d-data ma tinżammx għal aktar minn ħames snin wara dak l-irtirar.

(37)Sabiex jiġi żgurat li impriża ma tipprovdix servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi mingħajr ma tkun awtorizzata, huwa xieraq li l-impriżi kollha li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi jintalbu japplikaw għal awtorizzazzjoni, ħlief fejn din id-Direttiva tipprovdi għal reġistrazzjoni minflok awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja u s-sistemi ta’ pagament u sabiex jiġu protetti l-konsumaturi, tali impriżi jridu jkunu stabbiliti fi Stat Membru u ssorveljati b’mod effettiv. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jkopri wkoll l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joħorġu flus elettroniċi, minħabba r-riskji prudenzjali ġodda sinifikanti assoċjati mal-possibbiltà li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi joħorġu wkoll tokens tal-flus elettroniċi. L-istabbiliment ta’ persuna ġuridika fl-UE għandha tkun meħtieġa għall-emittenti tal-flus elettroniċi biex tkun tista’ ssir superviżjoni effettiva ta’ dawk l-entitajiet, u biex ikun hemm allinjament mar-Regolament 2023/1114/UE. It-tokens tal-flus elettroniċi huma forma ta’ kriptoassi li jistgħu jespandu b’mod sinifikanti fid-daqs u joħolqu riskji li jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja, is-sovranità monetarja u l-politika monetarja.

(38)Biex jiġu evitati abbużi tad-dritt ta’ stabbiliment u biex jiġu evitati każijiet fejn istituzzjoni ta’ pagament tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru mingħajr ma tippjana li twettaq xi attività f’dak l-Istat Membru, huwa xieraq li jkun meħtieġ li istituzzjoni ta’ pagament li titlob awtorizzazzjoni fi Stat Membru tipprovdi mill-inqas parti min-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament f’dak l-Istat Membru. L-obbligu għal istituzzjoni li twettaq parti min-negozju tagħha fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha, li kien diġà impost mid-Direttiva (UE) 2015/2366, ġie interpretat b’mod differenti ħafna, b’xi pajjiżi ta’ oriġini jimponu li l-biċċa l-kbira tan-negozju jitwettaq f’pajjiżhom. “Parti” jenħtieġ li tfisser inqas mill-maġġoranza tan-negozju tal-istituzzjoni sabiex jiġi ppreservat l-“effett utli” tal-libertà tal-istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi servizzi transfruntiera.

(39)Istituzzjoni ta’ pagament tista’ tinvolvi ruħha f’attivitajiet oħra minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni xierqa tal-istituzzjoni ta’ pagament, huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu, fejn meħtieġ, jirrikjedu l-istabbiliment ta’ entità separata għall-forniment ta’ servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi. Tali deċiżjoni mill-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis l-impatt negattiv potenzjali li avveniment li jaffettwa l-attivitajiet ta’ negozju ieħor jista’ jkollu fuq is-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew l-impatt negattiv potenzjali li jirriżulta minn sitwazzjoni fejn l-istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx tista’ tipprovdi rappurtar separat dwar il-fondi proprji fir-rigward tal-attivitajiet tagħha ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi u l-attivitajiet l-oħra tagħha. 

(40)Sabiex tiġi żgurata superviżjoni kontinwa xierqa tal-istituzzjonijiet ta’ pagament u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u aġġornata, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jintalbu jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b’kull bidla fin-negozju tagħhom li taffettwa l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-awtorizzazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ aġenti jew entitajiet addizzjonali li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet. Fl-eventwalità ta’ dubju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw ukoll li l-informazzjoni riċevuta tkun korretta.

(41)Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ awtorizzazzjoni konsistenti ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament madwar l-Unjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati li taħthom l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni ta’ pagament.

(42)Sabiex ikun hemm aktar trasparenza fl-operazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, jew irreġistrati magħhom, inklużi l-aġenti, id-distributuri u l-fergħat tagħhom, u biex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni, huwa neċessarju li jiġi żgurat aċċess pubbliku faċli għal-lista ta’ entitajiet li jipprovdi servizzi ta’ pagament, flimkien mad-ditti relatati tagħhom, li jenħtieġ li jkunu inklużi f’reġistru nazzjonali pubbliku.

(43)Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati jew reġistrati jew entitajiet intitolati skont il-liġi nazzjonali li jipprovdu servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi tkun disponibbli fl-Unjoni kollha f’reġistru ċentrali, l-EBA jenħtieġ li topera tali reġistru li fih għandha tippubblika lista tal-ismijiet tal-impriżi awtorizzati jew irreġistrati biex jipprovdu servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi. Fejn dan jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali, il-pubblikazzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ informazzjoni dwar persuni fiżiċi li jaġixxu bħala aġenti jew distributuri tkun meħtieġa biex tiggarantixxi li aġenti u distributuri awtorizzati biss joperaw fis-suq intern u għalhekk hija fl-interess tal-funzjonament adegwat tas-suq intern għas-servizzi ta’ pagament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-data li jipprovdu dwar l-impriżi kkonċernati, inklużi l-aġenti, id-distributuri u l-fergħat tagħhom, tkun preċiża u aġġornata, u trażmessa lill-EBA mingħajr dewmien żejjed u jekk possibbli b’mod awtomatizzat. L-EBA għalhekk jenħtieġ li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodi u l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ tali informazzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiżguraw livell għoli ta’ granularità u konsistenza tal-informazzjoni. Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, jenħtieġ li l-EBA tqis l-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/411 40 . Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, huwa xieraq li l-informazzjoni trażmessa jkun fiha l-marki tas-servizzi kollha ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi pprovduti. Il-pubblikazzjoni tad-data personali jenħtieġ li ssir f’konformità mar-regoli fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data. Meta tiġi ppubblikata data personali, jenħtieġ li jiġu implimentati salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data li jipprevjenu aktar tixrid mhux intenzjonat tal-informazzjoni online.

(44)Sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-għarfien tas-servizzi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, huwa xieraq li l-EBA żżomm lista li tinqara minn magna li jkun fiha informazzjoni bażika dwar tali impriżi u servizzi pprovduti minnhom. L-informazzjoni li tinsab f’din il-lista jenħtieġ li tippermetti li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jkunu identifikati b’mod inekwivoku.

(45)Biex jespandu l-firxa tas-servizzi tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jista’ jkollhom bżonn jużaw entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ pagament f’isimhom, inklużi l-aġenti jew, fil-każ ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi, id-distributuri. L-istituzzjonijiet ta’ pagament jistgħu jeżerċitaw ukoll id-dritt tagħhom ta’ stabbiliment fi Stat Membru ospitanti, differenti mill-Istat Membru domiċiljari, permezz ta’ fergħat. F’każijiet bħal dawn, huwa xieraq li l-istituzzjoni ta’ pagament tikkomunika lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-aġenti, mad-distributuri u mal-fergħat u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bi kwalunkwe bidla mingħajr dewmien żejjed. Biex tiġi żgurata t-trasparenza vis-à-vis l-utenti finali, huwa xieraq ukoll li l-aġenti, id-distributuri jew il-fergħat li jaġixxu f’isem istituzzjoni ta’ pagament jinformaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament b’dak il-fatt.

(46)Fit-twettiq tan-negozju tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jista’ jkollhom bżonn jesternalizzaw il-funzjonijiet operattivi ta’ parti mill-attività tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li dan ma jsirx għad-detriment tal-konformità kontinwa ta’ istituzzjoni ta’ pagament mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha, jew ma’ rekwiżiti applikabbli oħra skont din id-Direttiva, huwa xieraq li istituzzjoni ta’ pagament tintalab tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti meta jkollha l-ħsieb li testernalizza funzjonijiet operattivi, u dwar kull bidla rigward l-użu ta’ entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet.

(47)Sabiex tiġi żgurata mitigazzjoni xierqa tar-riskji li l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet operattivi tista’ tiġġenera, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li tali esternalizzazzjoni ma tiksirx ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jibqgħu kompletament responsabbli għal kwalunkwe att min-naħa tal-impjegati tagħhom, jew ta’ kull aġent, distributur jew entità esternalizzata.

(48)Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat u r-riżorsi meħtieġa, inkluż il-persunal, biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom kif xieraq.

(49)Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw kif xieraq l-istituzzjonijiet ta’ pagament, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet jingħataw setgħat investigattivi u superviżorji u l-possibbiltà li jimponu penali u miżuri amministrattivi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Għall-istess raġuni, huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jitolbu informazzjoni, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post u joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u deċiżjonijiet amministrattivi vinkolanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tas-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ pagament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi mmirati speċifikament biex itemmu l-ksur tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-superviżjoni jew it-twettiq tan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament.

(50)Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ mudelli ta’ negozju possibbli fl-industrija tal-pagamenti, huwa xieraq li jitħalla ċertu grad ta’ diskrezzjoni superviżorja biex jiġi żgurat li l-istess riskji jiġu ttrattati bl-istess mod.

(51)Meta jissorveljaw il-konformità mill-istituzzjonijiet ta’ pagament mal-obbligi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll ta’ awtorità indipendenti (l-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data) u f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi fejn jeżisti r-riskju li l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat jista’ jwassal għal abbuż jew arbitrarjetà li jammontaw għal interferenza serja f’dawn id-drittijiet, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.

(52)Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet individwali u tan-negozju, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jkunu soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali.

(53)L-attività tal-istituzzjonijiet ta’ pagament tista’ tinfirex bejn il-fruntieri u tkun rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti differenti kif ukoll għall-EBA, il-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) u l-banek ċentrali nazzjonali fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u ta’ sorveljanza. Huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista l-kooperazzjoni effettiva tagħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni. L-arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jenħtieġ li jikkonformaw għal kollox mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 .

(54)Meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti, dawk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu assistenza mill-EBA, li jenħtieġ li tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien żejjed. Jenħtieġ li l-EBA ukoll tkun tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim fuq inizjattiva tagħha stess.

(55)Istituzzjoni ta’ pagament li teżerċita d-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li tipprovdi servizzi jenħtieġ li tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b’kull informazzjoni rilevanti fir-rigward tan-negozju tagħha u tinnotifika lil dik l-awtorità kompetenti dwar liema Stat/i Membru/i l-istituzzjoni ta’ pagament biħsiebha topera fih, jekk għandhiex l-intenzjoni li tuża fergħat, aġenti jew distributuri u jekk għandhiex l-intenzjoni li tuża l-esternalizzazzjoni.

(56)Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, fil-kuntest tal-użu tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari jikkomunikaw l-informazzjoni lill-Istat Membru ospitanti. F’sitwazzjonijiet tal-hekk imsejjaħ “passportar triangolari” fejn istituzzjoni ta’ pagament awtorizzata f’pajjiż “A” tuża intermedjarju, bħal aġent, distributur jew fergħa, li tinsab f’pajjiż “B” biex toffri servizzi ta’ pagament f’pajjiż ieħor “C”, l-Istat Membru ospitanti jenħtieġ li jitqies bħala dak fejn is-servizzi jiġu offruti lill-utenti finali. Filwaqt li jitqiesu l-isfidi fil-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti, huwa xieraq li l-EBA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055 43 .

(57)Jenħtieġ li l-Istati Membri ikunu jistgħu jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fit-territorju tagħhom u li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor, jirrapportaw perjodikament lilhom dwar l-attivitajiet tagħhom fit-territorji tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni jew ta’ statistika. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament joperaw skont id-dritt ta’ stabbiliment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i ospitanti jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu li dik l-informazzjoni tintuża wkoll għall-monitoraġġ tal-konformità mar-Regolament XXX [PSR]. L-istess jenħtieġ li japplika meta ma jkun hemm l-ebda stabbiliment fl-Istat/i Membru/i ospitanti, u l-istituzzjoni ta’ pagament tkun qed tipprovdi servizzi fl-Istat/i Membru/i ospitanti abbażi tal-forniment liberu ta’ servizzi. Sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni ta’ networks ta’ aġenti, distributuri jew fergħat mill-awtoritajiet kompetenti, huwa xieraq li l-Istati Membri fejn joperaw l-aġenti, id-distributuri jew il-fergħat ikunu jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni ta’ pagament prinċipali taħtar punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom. Jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiddeterminaw meta jixraq li jinħatar punt ta’ kuntatt ċentrali u x’jenħtieġ li jkunu l-funzjonijiet tiegħu. Filwaqt li tagħmel dan, jenħtieġ li l-EBA tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2021/1722 44 and 2020/1423 45 . Jenħtieġ li r-rekwiżit għall-ħatra ta’ punt ta’ kuntatt ċentrali jkun proporzjonat mal-kisba tal-għan ta’ komunikazzjoni u rapportar ta’ informazzjoni adegwati dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament XXX [PSR] fl-Istat Membru ospitanti.

(58)F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta tkun neċessarja azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, inkluż frodi fuq skala kbira, jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jieħdu miżuri prekawzjonarji b’mod parallel mal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-Istat Membru domiċiljari, u sakemm jittieħdu miżuri mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu adatti, proporzjonati għall-fini, nondiskriminatorji u ta’ natura temporanja. Kwalunkwe miżura jenħtieġ li tkun iġġustifikata kif xieraq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-istituzzjoni ta’ pagament rilevanti u awtoritajiet oħra kkonċernati, inkluża l-Kummissjoni u l-EBA, jiġu infurmati minn qabel jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, mingħajr dewmien żejjed.

(59)Huwa importanti li jkun żgurat li l-entitajiet kollha li jipprovdu servizzi ta’ pagament jinġabru taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti legali u regolatorji minimi. Għalhekk, huwa tajjeb li tkun meħtieġa r-reġistrazzjoni tal-identità u l-postijiet fejn jinsabu l-persuni kollha li jipprovdu servizzi ta’ pagament, inklużi tal-entitajiet li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-firxa sħiħa ta’ kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħall-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi xi istituzzjonijiet ta’ pagament żgħar. Approċċ bħal dan huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni 14 tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja li tipprevedi mekkaniżmu li permezz tiegħu il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. Għal dawn il-finijiet, anki meta entitajiet ikunu eżentati mill-kundizzjonijiet kollha jew minn parti mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħluhom fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ pagament. Madankollu, huwa essenzjali li l-possibbiltà ta’ eżenzjoni minn awtorizzazzjoni tkun soġġetta għal rekwiżiti stretti marbuta mal-valur ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament. Jenħtieġ li l-entitajiet li jibbenefikaw minn eżenzjoni ma jibbenefikawx mid-dritt ta’ stabbiliment jew mil-libertà li jipprovdu servizzi u ma għandhomx jeżerċitaw indirettament dawk id-drittijiet waqt li jkunu parteċipanti f’sistema ta’ pagament.

(60)Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward ta’ eżenzjonijiet possibbli għal istituzzjonijiet żgħar ta’ pagament, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jikkomunikaw tali deċiżjonijiet lill-Kummissjoni.

(61)Fid-dawl tan-natura speċifika tal-attività mwettqa u r-riskji marbuta mal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, huwa xieraq li jiġi previst reġim prudenzjali speċifiku għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, mingħajr il-ħtieġa ta’ reġim sħiħ ta’ awtorizzazzjoni iżda b’rekwiżit ta’ reġistrazzjoni eħfef, akkumpanjat minn dokumenti u informazzjoni li jassistu lill-awtorità kompetenti fit-twettiq tas-superviżjoni. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jenħtieġ li jitħallew jipprovdu servizzi fuq bażi transfruntiera, filwaqt li jibbenefikaw mir-regoli tal-“ippassaportar”.

(62)Biex ikompli jittejjeb l-aċċess għall-flus kontanti, li hija prijorità tal-Kummissjoni, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jkunu jistgħu joffru, fi ħwienet fiżiċi, servizzi ta’ forniment ta’ flus kontanti anki fin-nuqqas ta’ xiri minn klijent, mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew reġistrazzjoni jew ikunu aġent ta’ istituzzjoni ta’ pagament. Dawk is-servizzi ta’ forniment ta’ flus jenħtieġ, madankollu, li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ divulgazzjoni tat-tariffi mitluba lill-klijent, jekk ikun hemm. Dawn is-servizzi jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-bejjiegħa bl-imnut fuq bażi volontarja u jenħtieġ li jkunu jiddependu fuq id-disponibbiltà ta’ flus kontanti mill-bejjiegħ bl-imnut. Sabiex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-amministraturi tal-ATMs li ma jġestixxux kontijiet ta’ pagament u l-bejjiegħa bl-imnut li joffru ġbid ta’ flus mingħajr xiri, u biex jiġi żgurat li l-ħwienet ma jitilfux b’mod rapidu l-flus kontanti, huwa xieraq li jiġi impost limitu massimu ta’ EUR 50 għal kull tranżazzjoni.

(63)Id-Direttivi 2007/64/KE u 2015/2366/UE eskludew b’mod kondizzjonali mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom is-servizzi ta’ pagament offruti minn ċerti implimentaturi ta’ automated teller machines (ATMs). Din l-esklużjoni stimulat it-tkabbir ta’ servizzi ta’ ATM f’ħafna Stati Membri, b’mod partikolari f’żoni anqas popolati, li qed jiġu ssupplimentati mill-ATMs bankarji. Madankollu, din l-esklużjoni kienet diffiċli biex tiġi applikata minħabba l-ambigwità tagħha fir-rigward tal-entitajiet koperti minnha. Biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, huwa xieraq li jkun espliċitu li l-amministraturi tal-ATMs li qabel kienu esklużi huma dawk li ma jġestux l-kontijiet ta’ pagament. Filwaqt li jitqiesu r-riskji limitati involuti fl-attività ta’ tali amministraturi tal-ATMs, huwa xieraq li, minflok ma jiġu esklużi totalment mill-kamp ta’ applikazzjoni, jiġu soġġetti għal reġim prudenzjali speċifiku adattat għal dawk ir-riskji, li jirrikjedi biss reġim ta’ reġistrazzjoni.

(64)Fornituri ta’ servizzi li jixtiequ jibbenefikaw minn esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 ta’ spiss naqsu milli jikkonsultaw mal-awtoritajiet dwar jekk l-attivitajiet tagħhom kinux koperti jew esklużi minn din id-Direttiva. Minflok qagħdu sikwit fuq il-valutazzjonijiet tagħhom stess. Dan wassal għal applikazzjoni diverġenti ta’ ċerti esklużjonijiet madwar l-Istati Membri. Jidher ukoll li xi esklużjonijiet setgħu ntużaw mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ifasslu mill-ġdid il-mudelli ta’ negozju biex l-attivitajiet tal-pagament offruti jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan jista’ jirriżulta f’riskji akbar għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagamenti u kundizzjonijiet diverġenti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fis-suq intern. Għalhekk, il-fornituri ta’ servizzi jenħtieġ li jkunu obbligati jinnotifikaw attivitajiet rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk ikunux sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti u biex jiżguraw interpretazzjoni omoġenja tar-regoli fis-suq intern kollu kemm hu. B’mod partikolari, għall-esklużjonijiet kollha bbażati fuq ir-rispett ta’ limitu, jenħtieġ li tiġi prevista proċedura ta’ notifika biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi inkluż rekwiżit biex il-fornituri potenzjali ta’ servizzi ta’ pagament jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-attivitajiet li jipprovdu fil-qafas ta’ network limitat abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament XXX [PSR] meta l-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament jaqbeż ċertu limitu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw jekk l-attivitajiet notifikati jistgħux jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet previsti fil-qafas ta’ network limitat, biex jiġi aċċertat jekk għandhomx jibqgħu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni.

(65)Is-setgħa li jadottaw atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament ta’ kwalunkwe wieħed mill-ammonti biex titqies l-inflazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa, tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(66)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti applikabbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ toqgħod fuq l-għarfien espert u l-appoġġ tal-EBA, li jenħtieġ li jkollha l-kompitu li tħejji linji gwida u abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. Jenħtieġ li tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. Dawk il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-EBA kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 .

(67)Minħabba li l-integrazzjoni ulterjuri ta’ suq intern fis-servizzi ta’ pagament, ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom minħabba li tirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ ammont kbir ta’ regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali tad-diversi Stati Membri li jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettiv.

(68)Din id-Direttiva ma tinkludix rekwiżiti ta’ liċenzjar għal sistemi ta’ pagament, skemi ta’ pagament jew arranġamenti ta’ pagament, waqt li tqis il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni mal-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema fuq is-sistemi ta’ pagament bl-imnut, inkluż fuq is-Sistemi ta’ Pagament Sistemikament Importanti u sistemi oħra, kif ukoll il-Qafas il-ġdid “PISA” tal-Eurosistema, u s-sorveljanza mill-banek ċentrali nazzjonali. Din id-Direttiva lanqas ma tkopri, fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, il-forniment ta’ servizzi tekniċi inkluż l-ipproċessar jew l-operat ta’ portafolji diġitali. Madankollu, meta jitqies il-pass tal-innovazzjoni fis-settur tal-pagamenti u l-emerġenza possibbli ta’ riskji ġodda, huwa meħtieġ li fir-rieżami futur ta’ din id-Direttiva l-Kummissjoni tqis b’mod partikolari dawk l-iżviluppi u tivvaluta jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri servizzi u entitajiet ġodda.

(69)Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li jsiru arranġamenti tranżizzjonali li jippermettu lill-impriżi li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/2366 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva li jkomplu dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru kkonċernat għal perjodu speċifiku.

(70)Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jsiru arranġamenti tranżitorji biex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li adottaw l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġijiet nazzjonali li ttrasponew id-Direttiva 2009/110/KE jkunu jistgħu jkomplu dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru kkonċernat għal perjodu speċifikat. Dan il-perjodu jenħtieġ li jkun itwal għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li bbenefikaw mir-rinunzja prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE.

(71)L-istituzzjonijiet ta’ pagament mhumiex inklużi fil-lista ta’ entitajiet li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet” fl-Artikolu 2, il-punt (b) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 . Konsegwentement, l-istituzzjonijiet ta’ pagament effettivament mhux qed jitħallew jipparteċipaw f’sistemi ta’ pagament innominati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva. Dan in-nuqqas ta’ aċċess għal ċerti sistemi ta’ pagament ewlenin jista’ jimpedixxi lill-istituzzjonijiet ta’ pagament milli jipprovdu firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ pagament lill-klijenti tagħhom b’mod effettiv u kompetittiv. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jiġu inklużi taħt id-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet” f’din id-Direttiva, iżda biss għall-fini ta’ sistemi ta’ pagament, u mhux għal sistemi ta’ saldu ta’ titoli. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jissodisfaw ir-rekwiżiti u jirrispettaw ir-regoli tas-sistemi ta’ pagament li għandhom jitħallew jipparteċipaw f’dawk is-sistemi. Ir-Regolament XXX [PSR] jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-operaturi tas-sistemi ta’ pagament rigward l-ammissjoni ta’ applikanti ġodda għall-parteċipazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ valutazzjoni tar-riskji rilevanti. Minħabba l-importanza li jiġu restawrati kemm jista’ jkun malajr il-kundizzjonijiet ekwi bejn il-banek u l-entitajiet mhux bankarji u meta jitqies l-impatt li s-sitwazzjoni attwali tikkawża għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-pagamenti, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw skadenza iqsar għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-ġdida fid-Direttiva 98/26/KE milli għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva preżenti. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati Membri jintalbu jittrasponu din id-dispożizzjoni l-ġdida fil-liġi nazzjonali tagħhom fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, minflok it-18-il xahar li japplikaw għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

(72)L-ispeċifikazzjoni li l-parteċipanti jistgħu jaġixxu bħala kontroparti ċentrali, aġent tas-saldu jew kamra tal-ikklirjar jew iwettqu parti minn dawn il-kompiti jew il-kompiti kollha kemm huma jenħtieġ li tiddaħħal mill-ġdid fid-Direttiva 98/26/KE biex jiġi żgurat fehim simili fl-Istati Membri. Jenħtieġ li jiddaħħal mill-ġdid ukoll li, fejn ġustifikat minħabba riskju sistemiku, l-Istati Membri għandhom jitħallew jikkunsidraw parteċipant indirett bħala parteċipant fis-sistema u japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/26/KE għal tali parteċipant indirett. Madankollu, biex jiġi żgurat li dan ma jillimitax ir-responsabbiltà tal-parteċipant li permezz tiegħu il-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment għas-sistema, jenħtieġ li dan jiġi ċċarat f’din id-Direttiva biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(73)Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu intitolati jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-obbligi imposti fuq l-utenti tad-data jew id-detenturi tad-data skont ir-Regolament (UE) 20../.... [FIDA] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 . Għal dan l-għan, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi li d-Direttiva (UE) 2020/1828 tkun applikabbli għall-azzjonijiet rappreżentattivi miġjuba kontra l-ksur minn utenti tad-data jew detenturi tad-data tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 20../.... [FIDA] li jagħmel ħsara jew li jista’ jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Jenħtieġ għalhekk li l-Anness ta’ din id-Direttiva jiġi emendat skont dan. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiżguraw li din l-emenda tkun riflessa fil-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom adottati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2020/1828.

(74)F’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi rieżaminata għall-effettività u l-effiċjenza tagħha biex tilħaq l-objettivi tagħha, kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha. Ir-rieżami jenħtieġ li jsir biżżejjed żmien wara d-dħul fis-seħħ, biex jiġi bbażat fuq evidenza xierqa. Ħames snin huma meqjusa bħala perjodu xieraq. Filwaqt li r-rieżami jenħtieġ li jikkunsidra d-Direttiva kollha, ċerti suġġetti għandhom jiġu identifikati għal attenzjoni partikolari, jiġifieri l-kamp ta’ applikazzjoni u s-salvagwardja tal-fondi tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jistgħu jiġu affettwati mir-regoli proposti mill-Kummissjoni fit-18 ta’ April 2023 50 li, meta jiġu adottati, jemendaw id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti. Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, madankollu, huwa xieraq li jsir rieżami qabel, 3 snin wara d-dħul fis-seħħ, minħabba l-importanza marbuta ma’ dan is-suġġett fir-Regolament (UE) 2022/2554. Jenħtieġ li dak ir-rieżami tal-ambitu jikkunsidra kemm l-estensjoni possibbli tal-lista ta’ servizzi ta’ pagament koperti biex tinkludi servizzi bħal dawk imwettqa minn sistemi ta’ pagament u skemi ta’ pagament, kif ukoll l-inklużjoni possibbli fl-ambitu ta’ xi servizzi tekniċi li bħalissa huma esklużi.

(75)Minħabba l-għadd ta’ bidliet li jeħtieġ li jsiru fid-Direttiva (UE) 2015/2366 u d-Direttiva 2009/110/KE, huwa xieraq li ż-żewġ Direttivi jitħassru u jiġu sostitwiti b’din id-Direttiva.

(76)Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ din id-Direttiva jrid jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725. Għalhekk, l-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725 huma responsabbli għas-superviżjoni tal-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest ta’ din id-Direttiva. Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tinkludi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali.

(77)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fi [XX XX 2023],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)aċċess għall-attività tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi, fl-Unjoni, minn istituzzjonijiet ta’ pagament;

(b)setgħat u għodod superviżorji għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament.

2.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva jew parti minnhom.

3.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal servizzi ta’ pagament għandha tinftiehem f’din id-Direttiva bħala li tfisser servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi.

4.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kwalunkwe referenza għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandha tinftiehem f’din id-Direttiva bħala li tfisser fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“Stat Membru domiċiljari” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)l-Istat Membru li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu; jew

(b)jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

(2)“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari li fih fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu aġent, distributur jew fergħa jew jipprovdi servizzi ta’ pagament;

(3)“servizz ta’ pagament” tfisser wieħed jew aktar mill-attivitajiet ta’ negozju kif stabbilita fl-Anness I;

(4)“istituzzjoni ta’ pagament” tfisser persuna ġuridika li tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 biex tipprovdi servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi fl-Unjoni kollha;

(5)“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser att ta’ tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, abbażi ta’ ordni ta’ pagament imwettqa mill-pagatur, jew f’ismu, jew mill-benefiċjarju, jew f’ismu, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

(6)“eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser il-proċess li jibda ladarba l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jitlesta u jintemm wara li l-fondi mqiegħda, miġbuda jew trasferiti jkunu disponibbli għall-benefiċjarju;

(7)“sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklerjar jew saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament;

(8)“operatur ta’ sistema ta’ pagament” tfisser l-entità ġuridika legalment responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema ta’ pagament;

(9)“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont ta’ pagament u tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament, persuna fiżika jew ġuridika li tordna pagament;

(10)“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur maħsub ta’ fondi li jkunu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(11)“utent ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament jew minn servizz ta’ flus elettroniċi fil-kapaċità ta’ pagatur, ta’ benefiċjarju, jew tat-tnejn;

(12)“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser korp imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament XXX [PSR] jew persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikoli 34, 36 u 38 ta’ din id-Direttiva;

(13)“kont ta’ pagament” tfisser kont miżmum minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament f’isem utent ta’ servizzi ta’ pagament wieħed jew aktar li jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament waħda jew aktar u li jippermetti li jintbagħtu u jiġu riċevuti fondi lil partijiet terzi u mingħandhom;

(14)“ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tiegħu ta’ servizzi ta’ pagament li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(15)“strument ta’ pagament” tfisser apparat jew apparati individwalizzat(i) u/jew sett ta’ proċeduri maqbula bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jippermetti l-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(16)“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi u jmantni kont ta’ pagament għal pagatur;

(17)“servizz ta’ bidu ta’ pagament” tfisser servizz biex issir ordni ta’ pagament fuq talba tal-pagatur jew tal-benefiċjarju fir-rigward ta’ kont ta’ pagament miżmum għand fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor;

(18)“servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser servizz online ta’ ġbir, direttament jew permezz ta’ fornitur ta’ servizz tekniku, u konsolidazzjoni tal-informazzjoni miżmuma f’kont ta’ pagament wieħed jew aktar ta’ utent ta’ servizzi ta’ pagament ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi/u l-kont;

(19)“fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

(20)“fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

(21)“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f’kuntratti ta’ servizzi ta’ pagament koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal finijiet li mhumiex is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tiegħu jew tagħha;

(22)“rimessa ta’ flus” tfisser servizzi ta’ pagament li fihom il-fondi jiġu rċevuti minn pagatur, mingħajr ma jinħoloq l-ebda kont ta’ pagament f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju, għall-uniku għan li jiġi trasferit l-ammont korrispondenti lil benefiċjarju jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju, u/jew fejn tali fondi huma rċevuti f’isem il-benefiċjarju u magħmula disponibbli lilu;

(23)“fondi” tfisser flus tal-bank ċentrali maħruġa għall-użu bl-imnut, flus skritturali u flus elettroniċi;

(24)“fornitur ta’ servizzi tekniċi” tfisser fornitur ta’ servizzi li, għalkemm mhumiex servizzi ta’ pagament, huma meħtieġa biex jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr ma l-fornitur ta’ servizzi tekniċi jidħol fi kwalunkwe ħin fil-pussess tal-fondi li jridu jiġu ttrasferiti;

(25)data sensittiva dwar il-pagamenti” tfisser data li tista’ tintuża biex titwettaq frodi, inklużi l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà;

(26)“jum ta’ negozju” tfisser jum li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju involut fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ikun miftuħ għan-negozju kif meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(27)“Servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija (ICT)” tfisser Servizzi tal-ICT kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 21 tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(28)“aġent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isem istituzzjoni ta’ pagament fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament;

(29)“fergħa” tfisser post ta’ negozju minbarra l-uffiċċju prinċipali li huwa parti minn istituzzjoni ta’ pagament, li ma għandux personalità ġuridika u li jwettaq direttament it-tranżazzjonijiet kollha inerenti fin-negozju ta’ istituzzjoni ta’ pagament jew uħud minnhom; il-postijiet kollha ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ pagament b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa unika;

(30)“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jkunu marbuta ma’ xulxin b’relazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 22(1), il-punti (2) jew (7) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 jew impriżi kif imsemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 52 , li jkunu marbuta ma’ xulxin b’relazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(1) jew fl-Artikolu 113(6), l-ewwel subparagrafu, jew fl-Artikolu 113(7), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(31)“akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jidħol f’kuntratt ma’ benefiċjarju biex jaċċetta u jipproċessa tranżazzjonijiet ta’ pagament, li jirriżultaw fi trasferiment ta’ fondi lill-benefiċjarju;

(32)“ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jidħol f’kuntratt biex jipprovdi lil pagatur bi strument ta’ pagament biex jinbdew u jiġu pproċessati t-tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-pagatur;

(33)“fondi proprji” tfisser fondi kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt 118, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn tal-anqas 75 % tal-Kapital fi Grad 1 jkun fil-forma ta’ Kapital Komuni tal-Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament u l-Grad 2 jkun indaqs jew anqas minn terz tal-Kapital fi Grad 1;

(34)“flus elettroniċi” tfisser valur monetarju maħżun elettronikament, inkluż manjetikament, kif irrappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħareġ mar-riċevuta ta’ fondi biex isiru tranżazzjonijiet ta’ pagament u li tiġi aċċettata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra għajr l-emittent;

(35)‘medja ta’ flus elettroniċi pendenti’ tfisser l-ammont totali medju ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji marbut mal-flus elettroniċi maħruġa fi tmiem kull jum kalendarju matul is-sitt xhur kalendarji preċedenti, ikkalkulat fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar kalendarju u applikat għal dak ix-xahar kalendarju;

(36)“distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi jew tifdi flus elettroniċi f’isem istituzzjoni ta’ pagament;

(37)“servizzi ta’ flus elettroniċi” tfisser il-ħruġ ta’ flus elettroniċi, iż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament li jaħżnu unitajiet ta’ flus elettroniċi, u t-trasferiment ta’ unitajiet ta’ flus elettroniċi;

(38)“amministratur tal-ATMs” tfisser operaturi ta’ kaxxiera awtomatiċi li ma jġestux kontijiet ta’ pagament.

(39)“istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi” tfisser istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi s-servizzi ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi, iż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament li jaħżnu unitajiet ta’ flus elettroniċi, u t-trasferiment ta’ unitajiet ta’ flus elettroniċi, kemm jekk tipprovdi wkoll xi wieħed mis-servizzi msemmija fl-Anness I kif ukoll jekk le.

TITOLU II

ISTITUZZJONIJIET TA’ PAGAMENT

KAPITOLU I

Liċenzjar u superviżjoni

T a q s i m a 1

R e g o l i ġ e n e r a l i

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi għajr l-impriżi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a), (b), (d), u (e) tar-Regolament XXX [PSR], u għajr persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikoli 34, 36, 37 u 38 ta’ din id-Direttiva, li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Anness I, jew servizzi ta’ flus elettroniċi, jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għall-forniment ta’ dawk is-servizzi.

2.L-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun meħtieġa biss għal dawk is-servizzi ta’ pagament li l-istituzzjonijiet ta’ pagament applikanti jkunu beħsiebhom jipprovdu effettivament.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, flimkien ma’ dan li ġej:

(a)programm ta’ operazzjonijiet li jispeċifika b’mod partikolari t-tip ta’ servizzi ta’ pagament previsti;

(b)pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, inkluż kalkolu ta’ tbassir ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li juru li l-applikant jista’ juża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex jopera sew;

(c)evidenza li l-applikant għandu l-ammont ta’ kapital inizjali previst fl-Artikolu 5;

(d)għall-impriżi li japplikaw biex jipprovdu servizzi kif imsemmi fl-Anness I, mill-punti (1) sa (5), u servizzi ta’ flus elettroniċi, deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 9;

(e)deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-applikant, inklużi l-proċeduri amministrattivi, tal-ġestjoni tar-riskju u tal-kontabbiltà, u deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-applikant għall-użu tas-servizzi tal-ICT kif imsemmi fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2022/2554, li turi li dawk l-arranġamenti ta’ governanza, il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-arranġamenti għall-użu tas-servizzi tal-ICT jkunu proporzjonati, xierqa, sodi u adegwati;

(f)deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u jingħata segwitu għal inċidenti ta’ sigurtà u ilmenti minn konsumaturi marbuta ma’ inċidenti ta’ sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta’ rappurtar ta’ inċidenti li jqis l-obbligi tan-notifika tal-istituzzjoni ta’ pagament stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(g)deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi ffajljat, immonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal data ta’ pagament sensittiva;

(h)deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-kontinwità tan-negozju inkluża identifikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet kritiċi, deskrizzjoni tal-pjanijiet tal-kontinwità tan-negozju tal-ICT u tal-pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT, u deskrizzjoni tal-proċedura biex jiġu ttestjati u rieżaminati regolarment l-adegwatezza u l-effiċjenza ta’ tali pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u ta’ rispons u rkupru tal-ICT, kif meħtieġ mill-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(i)deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir ta’ data ta’ statistika dwar prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi;

(j)dokument dwar il-politika ta’ sigurtà, li jinkludi:

(i) valutazzjoni dettaljata tar-riskju fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi tal-applikant;

(ii) deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tas-sigurtà u ta’ mitigazzjoni biex l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jiġu protetti b’mod adegwat kontra r-riskji identifikati, inklużi l-frodi u l-użu illegali ta’ data sensittiva u personali;

(iii) għall-istituzzjonijiet applikanti li jixtiequ jdaħħlu arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni ma’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament għall-iskambju ta’ data relatata mal-frodi fil-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 83(5) tar-Regolament XXX [PSR], il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 83(5) tar-Regolament XXX [PSR] u skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, l-eżitu tal-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja kompetenti skont l-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament;

(k)għall-istituzzjonijiet ta’ pagament soġġetti għall-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 , deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma ma’ din id-Direttiva u r-Regolament;

(l)deskrizzjoni tal-organizzazzjoni strutturali tal-applikant, inkluża, fejn applikabbli, deskrizzjoni ta’:

(i) l-użu maħsub ta’ aġenti, distributuri jew fergħat;

(ii) il-kontrolli mhux fuq il-post u fuq il-post li l-applikant jimpenja ruħu li jwettaq fuq dawk l-aġenti, distributuri jew fergħat mill-inqas darba fis-sena;

(iii) deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni;

(iv) il-parteċipazzjoni tal-applikant f’sistema ta’ pagament nazzjonali jew internazzjonali;

(m)l-identità tal-persuni li jżommu, direttament jew indirettament, fil-kapital tal-applikant, holdings kwalifikattivi fis-sens tal-Artikolu 4(1), il-punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-daqs tal-holdings tagħhom u evidenza tal-adegwatezza ta’ dawn li jiżguraw ġestjoni soda u prudenti tal-applikant;

(n)l-identità tad-diretturi u ta’ persuni oħra responsabbli għall-ġestjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament applikanti u, fejn rilevanti:

(i) l-identità tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(ii) evidenza li l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jkunu ta’ reputazzjoni tajba u jkollhom għarfien u esperjenza xierqa biex iwettqu servizzi ta’ pagament kif determinat mill-Istat Membru domiċiljari tal-applikant;

(o)meta applikabbli, l-identità tal-awdituri statutorji u tal-kumpaniji tal-awditjar kif definita fl-Artikolu 2, il-punti 2 u 3, tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 ;

(p)l-istatus legali tal-applikant u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;

(q)l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tal-applikant;

(r)ħarsa ġenerali lejn il-ġurisdizzjonijiet tal-UE fejn l-applikant ikun qed jippreżenta jew qed jippjana li jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jopera bħala istituzzjoni ta’ pagament.

(s)pjan ta’ stralċ f’każ ta’ falliment, li jiġi adattat għad-daqs u l-mudell tan-negozju previsti tal-applikant.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punti (d), (e), (f) u (l), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-awditjar tiegħu u tal-arranġamenti organizzattivi li jkun stabbilixxa biex jipproteġi l-interessi tal-utenti tiegħu u biex jiżgura l-kontinwità u l-affidabbiltà fit-twettiq tas-servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi.

Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (j), għandhom jindikaw kif l-applikant jiżgura livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali kif meħtieġ mill-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà teknika u l-protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u s-sistemi tal-ICT użati mill-applikant jew mill-impriżi li lilhom jesternalizza l-operazzjonijiet tiegħu.

4.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (6), bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni tagħhom, li jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorji li fihom joffru servizzi, jew xi garanzija komparabbli oħra kontra r-responsabbiltà, biex jiżguraw li:

(a)jkunu jistgħu jkopru r-responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikat fl-Artikoli 56, 57, 59, 76 u 78 tar-Regolament XXX [PSR];

(b)ikopru l-valur ta’ kwalunkwe eċċess, limitu jew tnaqqis mill-kopertura tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli;

(c)jimmonitorjaw il-kopertura tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli fuq bażi kontinwa.

5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b), (c), (e), u minn (g) sa (k), u (r);

(b)metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, jew reġistrazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew amministratur tal-ATMs, skont din id-Direttiva;

(c)it-tifsira ta’ garanzija komparabbli, kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, li jenħtieġ li tkun interkambjabbli ma’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali;

(d)il-kriterji dwar kif jiġi stipulat l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli oħra kif imsemmi fil-paragrafu 4.

6.Meta tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5, l-EBA għandha tqis dan li ġej:

(a)il-profil tar-riskju tal-impriża;

(b)jekk l-impriża tipprovdix servizzi oħra ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I jew jekk tkunx impenjata f’negozju ieħor;

(c)id-daqs tal-attività tal-impriża;

(d)il-karatteristiċi speċifiċi ta’ garanziji komparabbli, kif imsemmi fil-paragrafu 4, u l-kriterji għall-implimentazzjoni tagħhom.

L-EBA għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 lill-Kummissjoni sa [l-UP idaħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 4

Kontroll tal-parteċipazzjoni azzjonarja

1.Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew iżżid aktar, b’mod dirett jew indirett, holding kwalifikattiva fis-sens tal-Artikolu 4(1), il-punt (36) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’istituzzjoni ta’ pagament, li minħabba f’dan il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew biex l-istituzzjoni ta’ pagament issir is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pagament bil-miktub, u minn qabel, bl-intenzjoni tagħha. L-istess japplika għal kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikanti, jew li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikanti, tagħha sabiex il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jaqgħu taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew biex minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament ma tibqax aktar is-sussidjarja tagħha.

2.L-akkwirent propost ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjonijiet ta’ pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba kif ukoll jagħtiha l-informazzjoni rilevanti neċessarja kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta l-influwenza eżerċitata minn akkwirent propost, kif imsemmi fil-paragrafu 1, x’aktarx li taħdem għad-detriment ta’ ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjoni ta’ pagament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom jew jieħdu miżuri xierqa oħra sabiex tintemm dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu inġunzjonijiet, penali kontra diretturi jew il-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament inkwistjoni, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri ta’ din l-istituzzjoni ta’ pagament.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu informazzjoni minn qabel, kif stabbilit fil-paragrafu 2.

4.Meta parteċipazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, tinkiseb minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri, irrispettivament minn kwalunkwe penali oħra li tiġi adottata, għandhom jipprevedu li jiġi sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti, li l-voti mitfugħa jitqiesu nulli jew il-possibbiltà li dawk il-voti jitqiesu nulli.

Artikolu 5

Kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul minn element wieħed biss jew iktar minn dawk msemmija fl-Artikolu 26, il-punt (1) minn (a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:

(a)meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi biss is-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (5), il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 25 000;

(b)meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi s-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (6), il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 50 000;

(c)meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi xi wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punti minn (1) sa (4), il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 150 000;

(d)meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun inqas minn EUR 400 000.

Artikolu 6

Fondi proprji

1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament ma jaqgħux taħt l-ammont ta’ kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 5, jew l-ammont ta’ fondi proprji kkalkulat jew f’konformità mal-Artikolu 7 għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li ma joffrux servizzi ta’ flus elettroniċi, jew f’konformità mal-Artikolu 8 għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru servizzi ta’ flus elettroniċi, skont liema jkun l-ogħla.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-użu multiplu ta’ elementi eliġibbli għall-fondi proprji meta l-istituzzjoni ta’ pagament tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra ta’ pagament, istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment, kumpanija tal-immaniġġar tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni. L-istess għandu japplika wkoll meta istituzzjoni ta’ pagament ikollha karattru ibridu u twettaq attivitajiet oħra barra milli tipprovdi servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi.

3.Meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikoli 7 jew 8 ta’ din id-Direttiva, skont il-każ, lill-istituzzjonijiet ta’ pagament inklużi fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 7

Kalkolu tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li ma joffrux servizzi ta’ flus elettroniċi

1.Minkejja r-rekwiżiti ta’ kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament iżommu l-fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 2 f’kull ħin, għajr l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jew joffru biss servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (6), jew li joffru biss servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (7), jew it-tnejn, u għajr l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru servizzi ta’ flus elettroniċi.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament japplikaw, b’mod awtomatiku, il-metodu B kif stabbilit fil-punt b) hawn taħt. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li, fid-dawl tal-mudell tan-negozju speċifiku tagħhom, b’mod partikolari meta jwettqu biss għadd żgħir ta’ tranżazzjonijiet iżda ta’ valur individwali għoli, l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom pjuttost japplikaw il-metodu A jew C. Għall-finijiet tal-metodi A, B u C, is-sena preċedenti għandha tinftiehem bħala l-perjodu sħiħ ta’ 12-il xahar qabel il-mument tal-kalkolu.

(a)Metodu A

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha tas-sena preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju tal-istituzzjoni ta’ pagament mis-sena preċedenti. Meta istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx lestiet sena sħiħa ta’ negozju fid-data tal-kalkolu, il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi korrispondenti kif previst fil-pjan tan-negozju tagħha, sakemm ma jkunx rikjest mill-awtoritajiet kompetenti aġġustament għal dak il-pjan.

(b)Metodu B

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin multiplikati bil-fattur ta’ gradazzjoni k, imsemmi fil-paragrafu 3, fejn il-volum ta’ pagament (payment volume, PV) jirrappreżenta parti waħda minn tnax tal-ammont totali tat-transazzjonjiet ta’ pagament imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fis-sena preċedenti:

(i) 4,0 % tal-porzjon ta’ PV sa EUR 5 miljun;

flimkien ma’

(ii) 2,5 % tal-porzjon ta’ PV ’il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun;

flimkien ma’

(iii) 1 % tal-porzjon ta’ PV ’il fuq minn EUR 10 miljun sa EUR 100 miljun;

flimkien ma’

(iv) 0,5 % tal-porzjon ta’ PV ’il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun;

flimkien ma’

(v) 0,25 % tal-porzjon ta’ PV ’il fuq minn EUR 250 miljun.

(c)Metodu C

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas l-indikatur rilevanti msemmi fil-punt (i), immultiplikat bil-fattur ta’ multiplikazzjoni msemmi fil-punt (ii) u bil-fattur ta’ gradazzjoni k imsemmi fil-paragrafu 3.

(i) L-indikatur rilevanti għandu jkun is-somma ta’ dan li ġej:

(1)dħul mill-imgħax;

(2)spejjeż tal-imgħax;

(3)kummissjonijiet u tariffi riċevuti; kif ukoll

(4)introjtu operatorju ieħor.

Kull element għandu jiġi inkluż fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu. L-introjtu minn elementi straordinarji jew irregolari ma għandux jintuża fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti. In-nefqa tal-esternalizzazzjoni ta’ servizzi li jingħataw minn partijiet terzi tista’ tnaqqas l-indikatur rilevanti meta n-nefqa tiġġarrab minn impriża soġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva. L-indikatur rilevanti għandu jiġi kkalkulat abbażi tat-12-il osservazzjoni ta’ kull xahar fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti. L-indikatur rilevanti għandu jiġi kkalkulat fuq is-sena finanzjarja preċedenti.

Il-fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-metodu C ma għandhomx jaqgħu taħt it-80 % tal-medja tat-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-indikatur rilevanti. Meta ċ-ċifri awditjati ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw l-istimi tan-negozju.

(ii) Il-fattur ta’ multiplikazzjoni għandu jkun:

(1)10 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti sa EUR 2,5 miljun;

(2)8 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 2,5 miljun sa EUR 5 miljun;

(3)6 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 5 miljun sa EUR 25 miljun;

(4)3 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 25 miljun sa EUR 50 miljun;

(5)1,5 % ’il fuq minn EUR 50 miljun.

3.Il-fattur ta’ gradazzjoni k li jrid jintuża fil-Metodi B u C għandu jkun:

(a)0,5 meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi biss is-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (5) tal-Anness I;

(b)1 meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punti (1) sa (4) tal-Anness I.

4.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament, għajr l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jew joffru biss servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punt 6, jew joffru biss servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmi fl-Anness I, il-punt 7, jew it-tnejn, u għajr l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru biss servizzi ta’ flus elettroniċi li jinvolvu ruħhom ukoll fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10, jiżguraw li l-fondi proprji miżmuma għas-servizzi elenkati fl-Anness I, il-punti mill-1 sa 5, ma jitqisux bħala fondi proprji miżmuma għall-fini tal-Artikolu 10, il-paragrafu 4, il-punt (d) jew servizzi oħra mhux regolati taħt din id-Direttiva.

5.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju, tal-bażi ta’ data dwar it-telf mir-riskju u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni ta’ pagament, jirrikjedu li l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul f’konformità mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni ta’ pagament li jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % inqas mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu li jrid jiġi applikat f’konformità mal-paragrafu 2.

6.L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji li jiddeterminaw meta l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni ta’ pagament ikun tali li jeżegwixxi biss għadd żgħir ta’ tranżazzjonijiet, iżda ta’ valur individwali għoli, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ l-UP idaħħal id-data = sena 1 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 8

Kalkolu tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru servizzi ta’ flus elettroniċi

1.Minkejja r-rekwiżiti ta’ kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru kemm servizzi ta’ pagament kif ukoll servizzi ta’ flus elettroniċi jkollhom, f’kull ħin, fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 7 għall-attività tagħhom ta’ servizzi ta’ pagament.

2.Minkejja r-rekwiżiti kapitali inizjali stabbiliti fl-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru biss servizzi ta’ flus elettroniċi jżommu, f’kull ħin, fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Metodu D kif stabbilit fil-punt (3) hawn taħt.

3.Metodu D: Il-fondi proprji għall-attività ta’ forniment ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-anqas 2 % tal-medja ta’ flus elettroniċi pendenti.

4.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joffru kemm servizzi ta’ pagament kif ukoll servizzi ta’ flus elettroniċi jkollhom f’kull ħin fondi proprji li jkunu mill-inqas ugwali għas-somma tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu kemm servizzi ta’ pagament kif ukoll servizzi ta’ flus elettroniċi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I li mhumiex marbuta mas-servizzi ta’ flus elettroniċi, jew kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10 il-paragrafi 1 u 4, li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv preżunt li jintuża għas-servizzi ta’ flus elettroniċi, dment li tali porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli abbażi ta’ data storika u għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, meta l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel. Meta l-istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx lestiet perjodu suffiċjenti ta’ negozju, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha soġġett għal kwalunkwe aġġustament għal dak il-pjan li jkun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti.

6.Il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ salvagwardja

1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punti minn (1) sa (5), jew servizzi ta’ flus elettroniċi, tissalvagwardja l-fondi kollha li tkun irċeviet mingħand l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, jew fejn applikabbli l-fondi riċevuti bi skambju għal flus elettroniċi li jkunu nħarġu, b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)dawk il-fondi ma għandhom jitħalltu fl-ebda ħin mal-fondi ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika għajr tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li f’isimhom jinżammu l-fondi;

(b)dawk il-fondi għandhom ikunu koperti minn polza ta’ assigurazzjoni jew minn xi garanzija komparabbli oħra minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu, li ma tagħmilx parti mill-istess grupp tal-istituzzjoni ta’ pagament innifisha, għal ammont ekwivalenti għal dak li jkun ġie segregat fin-nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli oħra, pagabbli fil-każ li l-istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), meta l-istituzzjoni ta’ pagament tkun għadha żżomm il-fondi u ma tkunx għadha sa tmiem il-jum ta’ negozju wara l-jum meta l-fondi jkunu ġew riċevuti, ikkonsenjat dawk il-fondi lill-benefiċjarju jew ittrasferiet dawk il-fondi lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor, l-istituzzjoni ta’ pagament għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)tiddepożita dawk il-fondi jew f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru, jew f’bank ċentrali fid-diskrezzjoni ta’ dak il-bank ċentrali;

(b)tinvesti dawk il-fondi f’assi siguri, likwidi b’riskju baxx, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari;

L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jipproteġu dawk il-fondi f’konformità mal-liġi nazzjonali fl-interess tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra pretensjonijiet ta’ kredituri oħra tal-istituzzjoni ta’ pagament, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza.

2.L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jevitaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni għall-fondi tal-klijenti salvagwardjati billi jiżguraw li l-istess metodu ta’ salvagwardja ma jintużax għat-totalità tal-fondi tal-klijenti salvagwardjati tagħhom. B’mod partikolari, huma għandhom jagħmlu ħilithom biex ma jipproteġux il-fondi kollha tal-klijenti f’istituzzjoni ta’ kreditu waħda.

3.Meta istituzzjoni ta’ pagament tkun meħtieġa tissalvagwardja fondi taħt il-paragrafu 1 u porzjon ta’ dawk il-fondi jrid jintuża għal tranżazzjonjiet ta’ pagament futuri bl-ammont li jifdal li jrid jintuża għal servizzi mhux ta’ pagament, dak il-porzjon ta’ fondi li jkun se jintuża għal tranżazzjonjiet ta’ pagament futuri għandu jkun soġġett ukoll għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Meta dak il-porzjon ikun varjabbli jew mhux magħruf minn qabel, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament japplikaw dan il-paragrafu abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv li jkun preżunt li jintuża għal servizzi ta’ pagament, dment li tali porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli abbażi tad-data storika b’mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti.

4.Meta istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi, il-fondi riċevuti għall-fini tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi ma għandhomx għalfejn jiġu ssalvagwardjati sakemm il-fondi jiġu kkreditati fil-kont ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jew inkella jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament f’konformità mar-rekwiżiti ta’ żmien ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament XXX [PSR]. Fi kwalunkwe każ, dawn il-fondi għandhom jiġu salvagwardjati sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-jum ta’ negozju wara l-jum meta l-fondi jkunu ġew riċevuti, wara l-ħruġ ta’ flus elettroniċi.

5.Meta istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi, għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, assi siguri u b’riskju baxx huma elementi ta’ assi li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Artikolu 336(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għalihom l-imposta kapitali għar-riskju speċifiku ma tkunx ogħla minn 1,6 %, iżda bl-esklużjoni ta’ elementi kwalifikanti oħra kif definiti fl-Artikolu 336(4) ta’ dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-assi sikuri, ta’ riskju baxx huma wkoll unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) li tinvesti biss f’assi kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u b’ġustifikazzjoni adegwata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta’ valutazzjoni tas-sigurtà, tal-maturità, tal-valur jew ta’ element ieħor ta’ riskju tal-assi kif speċifikat fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jiddeterminaw liema minn dawk l-assi ma għandhomx jitqiesu bħala assi sikuri u ta’ riskju baxx għall-finijiet tal-paragrafu 1.

6.Istituzzjoni ta’ pagament għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti bil-quddiem dwar kwalunkwe bidla materjali fil-miżuri meħuda għas-salvagwardja ta’ fondi riċevuti għal servizzi ta’ pagament ipprovduti u fil-każ ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi bi skambju għal flus elettroniċi maħruġa.

7.L-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ salvagwardja, li jistabbilixxu b’mod partikolari oqfsa ta’ salvagwardja għall-ġestjoni tar-riskju għall-istituzzjonijiet ta’ pagament biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-fondi tal-utenti, u inklużi rekwiżiti dwar is-segregazzjoni, in-nominazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi ta’ salvagwardja.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ l-UP idaħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 10

Attivitajiet

1.Minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandu jkollhom id-dritt li jkunu involuti fl-attivitajiet li ġejjin:

(a)il-forniment ta’ servizzi operattivi u servizzi anċillari relatati mill-qrib, inkluż l-iżgurar tal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, is-servizzi ta’ kambju, l-attivitajiet ta’ salvagwardja, u l-ħażna u l-ipproċessar ta’ data;

(b)l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ pagament;

(c)attivitajiet ta’ negozju minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi, filwaqt li titqies il-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

2.L-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizz ta’ pagament jew servizz ta’ flus elettroniċi wieħed jew aktar, għandu jkollhom biss kontijiet ta’ pagament li jintużaw esklużivament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament.

3.Kwalunkwe fond riċevut minn istituzzjonijiet ta’ pagament minn utenti ta’ servizzi ta’ pagament biex jipprovdi servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi ma għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi ripagabbli oħra fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.L-istituzzjonijiet ta’ pagament jistgħu jagħtu kreditu relatat mas-servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Anness I, il-punt 2, biss meta jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-kreditu jkun anċillari u jingħata esklużivament b’konnessjoni mal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament u huwa anċillari għalih;

(b)minkejja r-regoli nazzjonali dwar il-forniment ta’ kreditu permezz ta’ emittenti ta’ kards ta’ kreditu, il-kreditu mogħti b’konnessjoni ma’ pagament u mwettaq f’konformità mal-Artikolu 13(6) u l-Artikolu 30 jrid jitħallas lura f’perjodu qasir, li fl-ebda każ ma għandu jaqbeż it-12-il xahar;

(c)il-kreditu mogħti ma jiġix mill-fondi riċevuti jew miżmuma għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jew mill-fondi li jkunu ġew riċevuti mill-utenti tas-servizzi ta’ pagament bi skambju ta’ flus elettroniċi u miżmuma f’konformità mal-Artikolu 9, il-paragrafu 1;

(d)il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom f’kull ħin u għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet superviżorji jkunu xierqa fir-rigward tal-ammont ġenerali ta’ kreditu mogħti.

5.L-istituzzjonijiet ta’ pagament ma għandhomx jieħdu depożiti jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE.

6.L-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi għandhom jiskambjaw kwalunkwe fondi, inklużi flus kontanti jew flus skritturali, riċevuti minn dik l-istituzzjoni ta’ pagament minn utenti ta’ servizzi ta’ pagament għal flus elettroniċi mingħajr dewmien. Tali fondi ma għandhom la jikkostitwixxu depożitu u lanqas fondi ripagabbli oħrajn li jaslu mill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/KE.

7.Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE, għal liġi tal-Unjoni rilevanti oħra jew għal miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi li ma jkunux armonizzati minn din id-Direttiva u li jkunu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 11

Kontabilità u awditjar statutorju

1.Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE 56 , id-Direttiva 2013/34/UE, u r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 , għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet ta’ pagament.

2.Sakemm ma jiġux eżentati skont id-Direttiva 2013/34/UE u, meta applikabbli, id-Direttiva 86/635/KEE, il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu awditjati minn awdituri statutorji jew kumpaniji tal-awditjar kif definit fl-Artikolu 2 il-punti 2 u 3 tad-Direttiva 2006/43/KE.

3.Għal finijiet superviżorji, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jipprovdu informazzjoni ta’ kontabilità separata, min-naħa l-waħda, għal servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi, u għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) min-naħa l-oħra, li għandhom ikunu soġġetti għal rapport tal-awditur. Dan ir-rapport għandu jitħejja, meta applikabbli, mill-awdituri statutorji jew minn ditta tal-awditjar.

4.L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-awdituri statutorji jew għad-ditti tal-awditjar tal-istituzzjonijiet ta’ pagament fir-rigward ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi.

Artikolu 12

Żamma tar-rekords

L-Istati Membri għandom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament iżommu r-rekords xierqa kollha għall-fini ta’ dan it-Titolu, għal mill-inqas 5 snin, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2015/849 jew għal xi liġi rilevanti oħra tal-Unjoni. Meta tali rekords jinkludu data personali, l-istituzzjoni ta’ pagament ma għandhiex iżżomm dawk ir-rekords għal aktar żmien milli meħtieġ għall-fini ta’ dan it-Titolu. Fejn ikun hemm irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 16, ir-rekords li jinkludu data personali ma għandhomx jinżammu għal aktar minn 5 snin wara li l-awtorizzazzjoni tkun ġiet irtirata.

Artikolu 13

Għoti ta’ awtorizzazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw istituzzjoni ta’ pagament applikanti għas-servizzi ta’ pagament u għas-servizzi tal-flus elettroniċi li tkun biħsiebha tipprovdi, dment li l-istituzzjoni ta’ pagament applikanti:

(a)tkun persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru;

(b)tkun ippreżentat lill-awtoritajiet kompetenti tagħha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3);

(c)tkun qieset il-ħtieġa li tiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ pagament applikanti, arranġamenti ta’ governanza robusti għas-servizzi ta’ pagament jew għas-servizzi ta’ flus elettroniċi li tkun biħsiebha tipprovdi, inkluż:

(i) struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti;

(ii) proċeduri effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li għalihom l-istituzzjoni ta’ pagament applikanti tkun jew tista’ tkun esposta;

(iii) mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi.

(d)jkollha l-kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 5;

(e)tikkonforma mal-Artikolu 3(4).

L-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll imsemmija fil-punt (c) għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta’ pagament jew tas-servizzi tal-flus elettroniċi li l-istituzzjonijiet ta’ pagament applikanti jkunu beħsiebhom jipprovdu.

L-EBA għandha tadotta linji gwida dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija f’dan il-paragrafu.

2.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-informazzjoni u l-evidenza li jakkumpanjaw l-applikazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u jekk il-valutazzjoni ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu skrutinizzaw l-applikazzjoni, tkun favorevoli. Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta rilevanti, jikkonsultaw lill-bank ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħra.

3.Istituzzjoni ta’ pagament li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru domiċiljari tagħha, tkun rikjesta li jkollha uffiċċju reġistrat, għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha u għandha twettaq parti min-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi tagħha hemmhekk. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ pagament għandu jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha ma għandhomx jirrikjedu li l-istituzzjoni ta’ pagament twettaq il-maġġoranza tan-negozju tagħha fil-pajjiż fejn se jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bħala kondizzjoni għall-awtorizzazzjoni, jirrikjedu li l-istituzzjoni ta’ pagament applikanti tistabbilixxi entità separata għall-forniment tas-servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Anness I, il-punti minn 1 sa 6, fejn l-istituzzjoni ta’ pagament applikanti tkun involuta f’attivitajiet ta’ negozju oħrajn li jistgħu jfixklu, jew x’aktarx li jfixklu, is-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament applikanti jew il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament applikanti ma’ din id-Direttiva.

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw li jawtorizzaw istituzzjoni ta’ pagament applikanti fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament, dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti dwar l-adegwatezza tal-azzjonisti jew tal-membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikanti;

(b)meta jkun hemm rabtiet mill-qrib kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (38), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bejn l-istituzzjoni ta’ pagament u persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti;

(c)meta l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha rabtiet mill-qrib kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (38) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew id-diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti.

6.Awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha u għandha tippermetti li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata tipprovdi s-servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi li jkunu koperti mill-awtorizzazzjoni fl-Unjoni kollha, skont il-libertà li jingħataw servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment.

Artikolu 14

Komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata jew li tiġi rrifjutata l-awtorizzazzjoni

Fi żmien 3 xhur mir-riċevuta ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3, jew, fil-każ li applikazzjoni bħal din ma tkunx kompluta, fi żmien 3 xhur mill-wasla tal-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 3(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-applikant dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx rifjutata. L-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet meta tirrifjuta awtorizzazzjoni.

Artikolu 15

Żamma tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tagħhom bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fl-evidenza pprovduta f’konformità mal-Artikolu 3 li tista’ taffettwa l-akkuratezza ta’ dik l-informazzjoni jew l-evidenza.

Artikolu 16

Irtirar tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni ta’ pagament biss meta:

(a)l-istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx għamlet użu mill-awtorizzazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar wara li tkun kisbet dik l-awtorizzazzjoni, jew ma tkun ipprovdiet l-ebda wieħed mis-servizzi li għalihom tkun ġiet awtorizzata għal aktar minn 6 xhur suċċessivi;

(b)l-istituzzjoni ta’ pagament tkun irrinunzjat b’mod espliċitu għal dik l-awtorizzazzjoni;

(c)l-istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma lill-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward;

(d)l-istituzzjoni ta’ pagament tkun kisbet l-awtorizzazzjoni abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(e)l-istituzzjoni ta’ pagament tkun kisret l-obbligi tagħha f’termini ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849;

(f)il-forniment kontinwu tas-servizzi ta’ pagament jew tas-servizzi ta’ flus elettroniċi mill-istituzzjoni ta’ pagament jhedded l-istabbiltà tas-sistema ta’ pagament jew il-fiduċja fiha;

(g)l-istituzzjoni ta’ pagament taqa’ f’wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi tali rtirar.

2.L-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet għal kwalunkwe irtirar ta’ awtorizzazzjoni u għandha tinforma lil dawk ikkonċernati b’dan.

3.L-awtorità kompetenti għandha tagħmel pubbliku l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fir-reġistri jew listi msemmija fl-Artikoli 17 u 18.

Artikolu 17

Reġistru ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament fl-Istat Membru domiċiljari

1.L-Istati Membri għandhom joperaw u jżommu reġistru elettroniku pubbliku ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi entitajiet irreġistrati f’konformità mal-Artikoli 34, 36, 38, u tal-aġenti jew id-distributuri tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan ir-reġistru jkun fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)l-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 13 u l-aġenti tagħhom u l-aġenti jew id-distributuri tagħhom, jekk ikun hemm;

(b)il-persuni fiżiċi u ġuridiċi rreġistrati f’konformità mal-Artikoli 34(2), 36(1) jew 38(1) u l-aġenti jew id-distributuri tagħhom, jekk ikun hemm;

(c)l-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) intitolati skont il-liġi nazzjonali li jipprovdu servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi.

Il-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru tal-Istat Membru domiċiljari jekk dawk il-fergħat jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru domiċiljari tagħhom.

2.Ir-reġistru pubbliku msemmi fil-paragrafu 1 għandu:

(a)jidentifika s-servizzi ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi u l-marki rispettivi li għalihom l-istituzzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtorizzata, jew li għalihom il-persuna fiżika jew ġuridika tkun ġiet irreġistrata;

(b)jinkludi l-aġenti jew id-distributuri, kif applikabbli, li permezz tagħhom l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi, ħlief il-ħruġ ta’ flus elettroniċi, u tispeċifika s-servizzi li dawn l-aġenti jew distributuri jwettqu f’isem l-istituzzjoni ta’ pagament;

(c)jinkludi l-Istati Membri l-oħra li fihom l-istituzzjoni ta’ pagament tkun attiva u jindika d-data meta bdew dawn l-attivitajiet awtorizzati fl-ambitu tar-reġim tal-passaporti.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunu elenkati fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 separatament mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi rreġistrati f’konformità mal-Artikoli 34, 36 jew 38, u li dak ir-reġistru jkun disponibbli għall-pubbliku għall-konsultazzjoni, aċċessibbli online, u aġġornat mingħajr dewmien.

4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu fir-reġistru pubbliku d-dati tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni, kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni, ta’ suspensjoni ta’ awtorizzazzjoni, u kull irtirar ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikoli 34, 36 jew 38.

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA mingħajr dewmien żejjed dwar ir-raġunijiet għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni, jew dwar kwalunkwe eżenzjoni skont l-Artikolu 34, 36 jew 38.

Artikolu 18

Reġistru tal-EBA

1.L-EBA għandha topera u żżomm reġistru ċentrali elettroniku tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi entitajiet irreġistrati f’konformità mal-Artikoli 34, 36 u 38, u l-aġenti jew id-distributuri tagħhom, u l-fergħat fejn applikabbli. Dak ir-reġistru ċentrali elettroniku għandu jkun fih l-informazzjoni kif notifikata mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 3. L-EBA għandha tkun responsabbli għal preżentazzjoni bir-reqqa ta’ dik l-informazzjoni.

2.L-EBA għandha tagħmel ir-reġistru elettroniku ċentrali disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Internet tagħha, u għandha tippermetti aċċess faċli u tfittxija faċli għall-informazzjoni elenkata, mingħajr ħlas.

3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-EBA bl-informazzjoni mdaħħla fir-reġistri pubbliċi nazzjonali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 17 sa mhux aktar tard minn jum ta’ negozju wieħed wara li jkunu daħħlu din l-informazzjoni fir-reġistri pubbliċi nazzjonali.

4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-akuratezza tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali tagħhom u pprovduta lill-EBA, u li jżommu dik l-informazzjoni aġġornata. Il-kumpaniji elenkati fir-Reġistru għandhom jingħataw mezzi biex jikkoreġu kull ineżattezza li tikkonċerna lilhom infushom.

5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-operat u l-manutenzjoni tar-reġistru ċentrali elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 u dwar l-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fih biex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti kkonċernata jew l-EBA biss ikunu jistgħu jimmodifikaw l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru. 

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar id-dettalji u l-istruttura tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 1, inklużi l-istandards u l-formati tad-data għall-informazzjoni, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/410 58 .

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.L-EBA għandha tiżviluppa, topera u żżomm lista ċentrali u li tinqara minn magna tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li joffru s-servizzi ta’ pagament elenkati fl-Anness I, il-punti 6 u 7, abbażi tal-aktar informazzjoni reċenti li tinsab fir-reġistru tal-EBA msemmi fil-paragrafu 1 u fir-Reġistru tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu tal-EBA maħluq skont l-Artikolu 8(2), il-punt (j) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Din il-lista għandu jkun fiha l-isem u l-identifikatur ta’ dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-istatus ta’ awtorizzazzjoni tagħhom.

Taqsima 2

Użu ta’ aġenti, distributuri, fergħat u esternalizzazzjoni

Artikolu 19

Użu ta’ aġenti

1.L-istituzzjonijiet ta’ pagament li beħsiebhom jipprovdu servizzi ta’ pagament permezz ta’ aġenti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari tagħhom l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)l-isem u l-indirizz tal-aġent;

(b)deskrizzjoni aġġornata tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li l-aġent se juża biex jikkonforma mad-Direttiva (UE) 2015/849;

(c)l-identità tad-diretturi u tal-persuni l-oħra responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent u, meta l-aġent ma jkunx fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, evidenza li dawk il-persuni huma kompetenti u idonei għall-kompiti tagħhom;

(d)is-servizzi ta’ pagament provduti mill-istituzzjoni ta’ pagament li għaliha jingħata mandat l-aġent;

(e)jekk applikabbli, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni jew in-numru tal-aġent.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jikkomunikaw lill-istituzzjoni ta’ pagament fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk l-aġent ikunx iddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17. Mad-dħul fir-reġistru, l-aġent jista’ jibda jipprovdi servizzi ta’ pagament.

3.Qabel ma jelenkaw l-aġent fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17, l-awtoritajiet kompetenti, meta jikkunsidraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx korretta, għandhom jieħdu azzjoni ulterjuri biex jivverifikaw l-informazzjoni.

4.Meta, wara li jkunu vverifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti li dik l-informazzjoni tkun korretta, huma għandhom jirrifjutaw li jelenkaw l-aġent fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 u għandhom jinformaw lill-istituzzjoni ta’ pagament b’dan mingħajr dewmien żejjed.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ pagament fi Stat Membru ieħor billi jirreklutaw aġent, jew li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu servizzi ta’ pagament fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari tagħhom permezz ta’ aġent li jinsab fi Stat Membru terz, issegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 30. 

6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinfurmaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom bil-fatt li aġent ikun qed jaġixxi f’isimhom.

7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom kwalunkwe bidla rigward l-użu ta’ aġenti, inkluż dwar aġenti addizzjonali, mingħajr dewmien żejjed u f’konformità mal-proċedura prevista fil-paragrafi 2, 3 u 4.

Artikolu 20

Distributuri ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi

1.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi jiddistribwixxu u jifdu flus elettroniċi permezz tad-distributuri.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkun beħsiebhom jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi permezz ta’ distributur, japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 mutatis mutandis.

3.Meta l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li tiddistribwixxi servizzi ta’ flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor permezz ta’ distributur, l-Artikoli minn 30 sa 33, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 31(4) u (5) ta’ din id-Direttiva, inklużi l-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 30(5) ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ pagament.

Artikolu 21

Fergħat

1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu servizzi ta’ pagament fi Stat Membru ieħor billi jistabbilixxu fergħa, jew li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu servizzi ta’ pagament fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru domiċiljari tagħhom permezz ta’ fergħa li tinsab fi Stat Membru terz, isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 30.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jirrikjedu li l-fergħat li jaġixxu f’isimhom jinfurmaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament b’dan il-fatt.

Artikolu 22

Entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkollhom l-intenzjoni li jesternalizzaw funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom b’dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jesternalizzawx funzjonijiet operattivi importanti, inklużi sistemi tal-ICT, b’tali mod li l-kwalità tal-kontroll intern tal-istituzzjoni ta’ pagament u l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw u jirrintraċċaw il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-obbligi kollha stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu materjalment indeboliti.

Funzjoni operattiva għandha titqies importanti jekk difett jew nuqqas fit-twettiq tal-prestazzjoni tagħha jfixkel materjalment il-konformità kontinwa ta’ istituzzjoni ta’ pagament mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha, l-obbligi l-oħra tagħha skont din id-Direttiva, il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, jew is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi ta’ pagament jew is-servizzi ta’ flus elettroniċi tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-istituzzjonijiet ta’ pagament jesternalizzaw funzjonijiet operattivi importanti,dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega mill-maniġment superjuri tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b)ir-relazzjoni u l-obbligi tal-istituzzjoni ta’ pagament lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħha skont din id-Direttiva ma jinbidlux;

(c)il-kundizzjonijiet li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha tikkonforma biex tkun awtorizzata u biex tibqa’ awtorizzata ma jiġux imminati;

(d)l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra li tkun ġiet soġġetta għalihom l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament ma titneħħa jew tiġi modifikata.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jikkomunikaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom kwalunkwe bidla rigward l-użu ta’ entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet.

Artikolu 23

Responsabbiltà

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu jiddependu fuq partijiet terzi għall-prestazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jibqgħu għalkollox responsabbli għal kull azzjoni tal-impjegati tagħhom, jew ta’ kull aġent, distributur, fergħa jew entità li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet.

T a q s i m a 3

Awtoritajiet kompetenti u superviżjoni

Artikolu 24

Nominazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

1.L-Istati Membri għandhom jinnominaw bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jridu jwettqu d-dmirijiet previsti taħt dan it-Titolu, jew awtoritajiet pubbliċi, jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom espressament is-setgħa għal dak l-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali. L-Istati Membri ma għandhomx jinnominaw istituzzjonijiet ta’ pagament, istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew istituzzjonijiet ġiro ta’ uffiċċji postali bħala awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu indipendenti mill-korpi ekonomiċi u jevitaw il-kunflitti ta’ interess.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti nnominati f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nnominati skont il-paragrafu 1 ikollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ir-riżorsi meħtieġa, b’mod partikolari f’termini ta’ persunal iddedikat, biex jeżerċitaw il-kompiti tagħhom.

3.L-Istati Membri li jkunu ħatru aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu, jew li jkunu ħatru bħala awtoritajiet kompetenti awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv.

4.Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti nnominati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

5.Il-paragrafu 1 ma għandux jimplika li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jissorveljaw l-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ pagament għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), il-punt (a).

Artikolu 25

Superviżjoni

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli li jeżerċitaw l-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità kontinwa ma’ dan it-Titolu jkunu proporzjonati, adegwati u responsivi għar-riskji li għalihom ikunu esposti l-istituzzjonijiet ta’ pagament.

Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, ikunu intitolati jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-konformità filwaqt li tispeċifika l-iskop tat-talba, kif xieraq, u l-limitu taż-żmien sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;

(b)iwettqu spezzjonijiet fl-istabbiliment kummerċjali tal-istituzzjoni ta’ pagament, ta’ kull aġent, distributur jew fergħa li tforni servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew fl-istabbiliment kummerċjali ta’ kull entità li lilha jiġu esternalizzati l-attivitajiet;

(c)joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u, jekk applikabbli, dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti;

(d)jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 u għal kull dispożizzjoni nazzjonali tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu penali jew miżuri mmirati speċifikament biex itemmu l-ksur osservat, u jneħħu l-kawżi ta’ tali ksur, fuq istituzzjonijiet ta’ pagament jew fuq dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li jiksru d-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva.

3.Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1) u (2), l-Artikolu 7, and l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu intitolati jieħdu l-passi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biex jiżguraw kapital suffiċjenti għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, b'mod partikolari meta l-attivitajiet għajr is-servizzi ta’ pagament jew is-servizzi ta’ flus elettroniċi jagħmlu ħsara jew x’aktarx li jagħmlu ħsara lir-robustezza finanzjarja ta’ din tal-aħħar.

Artikolu 26

Segretezza professjonali

1.Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-esperti li jkunu qed jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

2.L-informazzjoni skambjata f’konformità mal-Artikolu 28 għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali kemm mill-awtorità li tikkondividiha kif ukoll mill-awtorità li tirċeviha.

3.L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-Artikolu billi jitqiesu, mutatis mutandis, l-Artikoli minn 53 sa 61 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 27

Dritt ta’ tressiq quddiem il-qrati

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ pagament skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f’konformità ma’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu kkontestati fil-qrati.

2.Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni.

Artikolu 28

Il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u, meta xieraq, mal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, l-EBA u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra nnominati skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

2.L-Istati Membru għandhom jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u:

(a)l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament;

(b)il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Stati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u ta’ superviżjoni, u, meta xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli biex jissorveljaw is-sistemi ta’ pagament u ta’ saldu;

(c)awtoritajiet rilevanti oħra nnominati skont din id-Direttiva, u liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, inkluża d-Direttiva (UE) 2015/849;

(d)l-EBA, fil-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti ta’ mekkaniżmi ta’ superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 29

Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti

1.Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li, fir-rigward ta’ kwistjoni partikolari, il-kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor kif imsemmi fl-Artikoli 28, 30, 31, 32 jew 33 ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet, hi tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EBA u titlob l-assistenza tagħha f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.Meta l-EBA tkun ġiet mitluba tassisti b’segwitu tal-paragrafu 1, hija għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolanent (UE) Nru 1093/2010 mingħajr dewmien żejjed. L-EBA tista’ wkoll tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim fuq l-inizjattiva tagħha stess f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti involuti għandhom jiddifferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm ikun hemm riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 30

Applikazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni ta’ pagament li tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi għall-ewwel darba fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru domiċiljari tagħha, inkluż permezz ta’ stabbiliment fi Stat Membru terz, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari tagħha:

(a)l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta’ awtorizzazzjoni, tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(b)l-Istat (i) Membru/i li fih/fihom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha l-intenzjoni li topera u d-data ppjanata tal-bidu tal-operazzjonijiet f’dan l-Istat Membru;

(c)is-servizz (i) ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi li l-istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tipprovdi;

(d)meta l-istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn aġent jew distributur, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1) u 20(2);

(e)meta l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn fergħa:

(i)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punti (b) u (e), fir-rigward tan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi fl-Istat Membru ospitanti;

(ii)deskrizzjoni tal-struttura organizzazzjonali tal-fergħa;

(iii)l-identità ta’ dawk responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkollhom l-intenzjoni li jesternalizzaw funzjonijiet operattivi tas-servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi lil entitajiet oħra fl-Istat Membru ospitanti, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom b’dan.

2.Fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Meta s-servizzi jiġu pprovduti permezz ta’ Stat Membru terz, l-Istat Membru li jrid jiġi nnotifikat għandu jkun dak li fih is-servizzi jiġu pprovduti lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

Fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jivvalutaw dik l-informazzjoni u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari bl-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-forniment maħsub ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ flus elettroniċi mill-istituzzjoni ta’ pagament rilevanti fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari dwar kull raġuni għal tħassib b’rabta mal-intenzjoni ta’ ingaġġ ta’ aġent, distributur jew stabbiliment ta’ fergħa fir-rigward ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroriżmu fis-sens tad-Direttiva(UE) 2015/849. Qabel ma tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 biex tistabbilixxi jekk jeżistux tali raġunijiet.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari li ma jaqblux mal-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bir-raġunijiet għan-nuqas ta’ qbil tagħhom.

Jekk l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, ma tkunx favorevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tirrifjuta li tirreġistra l-aġent, il-fergħa jew id-distributur, jew għandha tirtira r-reġistrazzjoni, jekk din tkun diġà saret.

3.Fi żmien 3 xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-istituzzjoni ta’ pagament.

Malli jiddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17, l-aġent, id-distributur jew il-fergħa jistgħu jibdew bl-attivitajiet tagħhom fl-Istat Membru ospitanti rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ pagament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari d-data tal-bidu tal-attivitajiet imwettqa f’isem l-istituzzjoni ta’ pagament permezz tal-aġent, id-distributur jew il-fergħa fl-Istat Membru ospitanti kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’dan.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ pagament tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari kwalunkwe bidla rilevanti fir-rigward tal-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed, inklużi aġenti, distributuri, fergħat jew entitajiet addizzjonali li lilhom jiġu esternalizzati attivitajiet fl-Istati Membri ospitanti li fihom topera l-istituzzjoni ta’ pagament. Għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3.

5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u dak ospitanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika l-metodu, il-mezzi u d-dettalji ta’ kooperazzjoni fin-notifika ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq bażi transfruntiera u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluża terminoloġija komuni u mudelli standard għan-notifika biex jiġi żgurat proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 31

Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

1.Meta jwettqu l-kontrolli u jieħdu l-passi meħtieġa previsti f’dan it-Titolu fir-rigward tal-aġent, id-distributur jew il-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ pagament li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, inkluż billi jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar fejn biħsiebhom iwettqu spezzjoni fuq il-post fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu jiddelegaw il-kompitu li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkollhom aġenti, distributuri jew fergħat fit-territorji tagħhom jirrapportaw lilhom perjodikament dwar l-attivitajiet li jitwettqu fit-territorji tagħhom.

Tali rapporti għandhom ikunu meħtieġa għall-finijiet ta’ informazzjoni jew statistika u, sa fejn l-aġenti, id-distributuri jew il-fergħat jipprovdu servizzi ta’ pagament jew servizzi ta’ flus elettroniċi, għall-monitoraġġ tal-konformità mat-Titoli II u III tar-Regolament XXX [PSR]. Tali aġenti, distributuri jew fergħat għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 26.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu informazzjoni ad hoc mill-istituzzjonijiet ta’ pagament meta dawk l-awtoritajiet ikollhom evidenza ta’ nonkonformità ma’ dan it-Titolu jew mat-Titoli II u III tar-Regolament XXX [PSR].

3.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni essenzjali jew rilevanti kollha, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat, minn aġent, distributur jew fergħa, u meta tali ksur ikun sar fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, meta mitluba, l-informazzjoni rilevanti kollha u, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, l-informazzjoni essenzjali kollha, inkluż dwar il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3).

4.L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fit-territorju tagħhom permezz ta’ aġenti, li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom biex ikun żgurat li jkun hemm komunikazzjoni u rapportar ta’ informazzjoni adegwati f’konformità mat-Titoli II u III tar-Regolament XXX [PSR], u biex tkun iffaċilitata s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-Istati Membri ospitanti, inkluż billi l-awtoritajiet kompetenti jingħataw dokumenti u informazzjoni meta mitluba.

5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw il-kriterji li għandhom jiġu applikati għad-determinazzjoni, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, taċ-ċirkostanzi li taħthom il-ħatra ta’ punt ta’ kuntatt ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 tkun xierqa, u l-funzjonijiet ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt.

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu, b’mod partikolari, iqis:

(a)il-volum u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri ospitanti;

(b)it-tip ta’ servizzi ta’ pagament ipprovduti;

(c)in-numru totali ta’ aġenti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 32

Miżuri f’każ ta’ nonkonformità, inklużi miżuri prekawzjonarji

1.Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tqis li istituzzjoni ta’ pagament li jkollha aġenti, distributuri jew fergħat fit-territorju tagħha ma tikkonformax ma’ dan it-Titolu jew mat-Titoli II u III tar-Regolament XXX [PSR], dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b’dan mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, wara li tkun evalwat l-informazzjoni li tkun irċeviet skont l-ewwel subparagrafu, għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu l-miżuri adegwati kollha biex tiżgura li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata ttemm in-nuqqas ta’ konformità tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ieħor ikkonċernat.

2.F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta tkun neċessarja azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jieħdu miżuri prekawzjonarji, b’mod parallel mal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti u sakemm jittieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari kif stabbilit fl-Artikolu 31.

3.Kull miżura prekawzjonarja msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun xierqa u proporzjonata għall-fini tagħha li tipproteġi kontra theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti. Dawn il-miżuri ma għandhomx jirriżultaw fi preferenza għal utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti fuq utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri oħrajn.

Il-miżuri prekawzjonarji għandhom ikunu temporanji u għandhom jintemmu meta jiġi indirizzat it-theddid serju identifikat, inkluż bl-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru domiċiljari jew tal-EBA, jew f’kooperazzjoni magħhom, kif previst fl-Artikolu 29(1).

4.Meta kompatibbli mas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru domiċiljari u lil dawk ta’ kull Stat Membru ieħor ikkonċernat, lill-Kummissjoni u lill-EBA u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed, bil-miżuri prekawzjonarji meħudin skont il-paragrafu 2 u bil-ġustifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 33

Raġunijiet u komunikazzjoni

1.Kwalunkwe miżura li tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 25, 30, 31 jew 32 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi jew tal-libertà ta’ stabbiliment għandha tiġi ġġustifikata b’mod adegwat u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata.

2.L-Artikoli 30, 29 u 32 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 u r-Regolament (UE) 2015/847, b’mod partikolari skont l-Artikolu 47(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2015/847 li jissorveljaw jew jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dawk l-istrumenti.

KAPITOLU II

Eżenzjonijiet u notifiki

Artikolu 34

Eżenzjonijiet fakultattivi

1.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżentaw, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punti minn 1 sa 5, jew li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi mill-applikazzjoni tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet kollha jew parti minnhom stipulati fil-Kapitolu I, it-Taqsimiet 1, 2 u 3, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 17, 18, 24, 26, 27 u 28, meta:

(a)fil każ ta’ servizzi ta’ pagament, il-medja ta’ kull xahar tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-12-il xahar preċedenti, inkluż minn kull aġent li għalih il-persuna kkonċernata tassumi responsabbiltà sħiħa, ma teċċedix limitu stabbilit mill-Istat Membru iżda li, fi kwalunkwe każ, ma tammontax għal aktar minn EUR 3 miljun; jew

(b)fil każ ta’ servizzi ta’ flus elettroniċi, l-attivitajiet totali ta’ negozju jiġġeneraw ammont medju ta’ flus elettroniċi pendenti li ma jaqbiżx il-limitu stabbilit mill-Istat Membru li iżda, fi kwalunkwe każ, ma jkunx ogħla minn EUR 5 miljun; kif ukoll

(c)fil kaz ta’ servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi, l-ebda persuna fiżika responsabbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma tkun ġiet ikkundannata b’reati marbuta mal-ħasil ta’ flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra.

Għall-finijiet tas-subparagrafu, il-punt (a), il-valutazzjoni ta’ jekk il-limitu nqabiżx għandha tkun ibbażata fuq l-ammont totali proġettat ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu aġġustament għal dak il-pjan.

Meta istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi servizzi ta’ flus elettroniċi toffri wkoll kwalunkwe servizz ta’ pagament jew kwalunkwe attività msemmija fl-Artikolu 10, u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni ta’ pagament tapplika l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv preżunt li jintuża għas-servizzi ta’ flus elettroniċi, dment li tali porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli abbażi ta’ data storika u għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. Meta istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx ikkompletat perjodu ta’ żmien twil biżżejjed ta’ negozju, dak ir-rekwiżit għandu jiġi valutat abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li l-għoti ta’ eżenzjonijiet fakultattivi jkun soġġett għal rekwiżit addizzjonali tal-ammont ta’ ħżin massimu fuq l-istrument ta’ pagament jew kont ta’ pagament tal-konsumatur fejn jinħażnu l-flus elettroniċi.

Persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tista’ tipprovdi servizzi ta’ pagament mhux relatati ma’ servizzi ta’ flus elettroniċi iżda biss f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika eżentata mill-applikazzjoni tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, tirreġistra mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-dokumentazzjoni li għandha takkumpanja tali talba għar-reġistrazzjoni, mill-elementi elenkati fl-Artikolu 3(3) il-punti minn (a) sa (s).

3.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata f’konformità mal-paragrafu 2 jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew il-post ta’ residenza tagħha fl-Istat Membru li fih twettaq effettivament in-negozju tagħha.

4.Il-persuni eżentati mill-applikazzjoni tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. L-Artikolu 13(6) u l-Artikoli 30, 31 u 32 ma għandhomx japplikaw għal dawk il-persuni.

5.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kull persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata f’konformità mal-paragrafu 2 tkun tista’ tinvolvi ruħha biss f'xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 10.

6.Il-persuni eżentati mill-applikazzjoni tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tagħhom li tkun rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifikati f’dak il-paragrafu, u mill-inqas darba fis-sena, fid-data speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti, jirrapportaw dwar dan li ġej:

(a)il-medja tal-valur totali ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tat-12-il xahar preċedenti meta dawn jipprovdu servizzi ta’ pagament;

(b)il-medja ta’ flus elettroniċi pendenti meta jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi.

7.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li meta l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1, 3 jew 5 ta’ dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati, il-persuni konċernati għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju f’konformità mal-Artikolu 13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jingħataw setgħa biżżejjed biex jivverifikaw il-konformità kontinwa ma’ dan l-Artikolu.

8.Il-paragrafi minn 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2015/849 jew għal-liġijiet nazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 35

Notifika u informazzjoni

Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34 għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan kollu li ġej:

(a)id-deċiżjoni tiegħu li jagħti eżenzjoni bħal din;

(b)kull bidla sussegwenti għal din l-eżenzjoni;

(c)l-għadd ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati;

(d)fuq bażi annwali, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament eżegwiti mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja, kif imsemmi fl-Artikolu 34(1), il-punt (a), u tal-ammont totali ta’ flus elettroniċi pendenti maħruġa, kif imsemmi fl-Artikolu 34(1), il-punt (b).

Artikolu 36

Fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

1.Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu biss is-servizz ta’ pagament imsemmi fl-Anness I, il-punt (7), ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni iżda għandhom jirreġistraw mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari qabel ma jibdew l-attività tagħhom.

2.Din it-talba għar-reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u mid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punti (a), (b), minn (e) sa (h), (j), (l), (n), (p) u (q).

Għall-finijiet tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punti (e) (f) u (l),il-persuna naturali jew ġuridika li tirreġistra għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ awditjar tagħha u tal-arranġamenti organizzattivi li tkun stabbiliet bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli biex jitħarsu l-interessi tal-utenti tagħha u biex tiżgura l-kontinwità ul- kredibbiltà fil-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (7).

3.Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punt (j), għandhom jindikaw kif il-persuna fiżika jew ġuridika li tirreġistra se tiżgura livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali f’konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà teknika u l-protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u s-sistemi tal-ICT użati mill-persuna fiżika jew ġuridika li tirreġistra jew l-impriżi li lilhom testernalizza l-operazzjonijiet kollha tagħha jew parti minnhom.

4.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni kif imsemmija fil-paragrafu 1, bħala kondizzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom, ikollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorji li fihom joffru servizzi, jew xi garanzija komparabbli oħra, u li jiżguraw li:

(a)huma jistgħu jkopru r-responsabbiltà tagħhom vis-à-vis il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jew l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jirriżulta minn aċċess mhux awtorizzat jew frodulenti għal servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ta’ pagament jew użu mhux awtorizzat jew frodulenti ta’ dawn is-servizzi;

(b)jistgħu jkopru l-valur ta’ kwalunkwe eċċess, limitu jew tnaqqis mill-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli;

(c)jimmonitorjaw il-kopertura tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli fuq bażi kontinwa.

5.It-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu I ma għandhomx japplikaw għall-persuni li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. It-Taqsima 3 tal-Kapitolu I għandha tapplika għall-persuni li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 25(3).

Bħala alternattiva għall-pussess ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali kif meħtieġ fil-paragrafi 3 u 4, l-impriżi kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 50 000, li jista’ jiġi sostitwit b’assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali wara li dawk l-impriżi jkunu bdew l-attività tagħhom bħala istituzzjoni ta’ pagament, mingħajr dewmien żejjed.

6.Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament.

Artikolu 37

Servizzi meta l-flus kontanti jiġu pprovduti fi ħwienet bl-imnut mingħajr xiri

1.L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu flus kontanti fi ħwienet bl-imnut indipendentement minn kwalunkwe xiri, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)is-servizz ikun offrut fil-lokalità ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ oġġetti jew servizzi bħala okkupazzjoni regolari;

(b)l-ammont ta’ flus kontanti pprovdut ma jaqbiżx il-EUR 50 għal kull ġbid.

2.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2015/849 jew kwalunkwe liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 38

Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus offrut mill-amministraturi tal-ATMs li ma jġestixxux kontijiet ta’ pagament

1.Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ ġbid ta’ flus kif imsemmi fl-Anness I, il-punt 1, u li ma jġestux kontijiet ta’ pagament u ma jipprovdux servizzi oħra ta’ pagament imsemmija fl-Anness I, ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni iżda għandhom jirreġistraw ma’ awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari qabel jibdew l-attività tagħhom.

2.Ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punti (a), (b), minn (e) sa (h), (j), (l), (n), (p) u (q).

Għall-finijiet tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punti (e) (f) u (l), il-persuna fiżika jew ġuridika li tirreġistra għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-awditjar tagħha u tal-arranġamenti organizzattivi li tkun stabbiliet biex tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tipproteġi l-interessi tal-utenti tagħha u biex tiżgura l-kontinwità u l-affidabbiltà fit-twettiq tas-servizz ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (1) tal-Anness I.

Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punt (j), għandhom jindikaw kif il-persuna fiżika jew ġuridika li tirreġistra se tiżgura livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali f’konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà teknika u l-protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u s-sistemi tal-ICT użati mill-persuna fiżika jew ġuridika li tirreġistra jew l-impriżi li lilhom testernalizza l-operazzjonijiet kollha tagħha jew parti minnhom.

3.It-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1 ma għandhomx japplikaw għall-persuni li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. It-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għandha tapplika għall-persuni li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 25(3).

4.Il-persuni li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament.

Artikolu 39

Id-dmir ta’ notifika

1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri tas-servizzi li jwettqu xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (j), (i) u (ii), tar-Regolament XXX [PSR] jew li jwettqu ż-żewġ attivitajiet, li għalihom il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa matul it-12-il xahar preċedenti jaqbeż il-EUR 1 miljun, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-servizzi offruti, filwaqt li jispeċifikaw taħt liema esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punti (j), (i) u (ii), tar-Regolament XXX [PSR] l-attività titqies li twettqet.

Abbażi ta’ dik in-notifika, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni motivata kif xieraq abbażi ta’ kriterji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (j), tar-Regolament XXX [PSR] meta l-attività ma tikkwalifikax bħala network limitat, u tgħarraf lill-fornitur tas-servizz dwar dan.

2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizz li jwettqu attività msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (j), tar-Regolament XXX [PSR], jibagħtu notifika lill-awtoritajiet kompetenti u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti opinjoni tal-awditjar annwali, li turi li l-attività tikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punt (j), tar-Regolament XXX [PSR].

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-EBA dwar is-servizzi notifikati skont il-paragrafu 1, filwaqt li jispeċifikaw taħt liema esklużjoni qed titwettaq l-attività.

4.Id-deskrizzjoni tal-attività nnotifikata taħt il-paragrafi 2 u 3 għandha ssir disponibbli pubblikament fir- reġistri msemmija fl-Artikoli 17 u 18.

TITOLU III

ATTI DELEGATI U STANDARDS TEKNIĊI REGOLATORJI

Artikolu 40

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 41 biex taġġorna l-ammonti msemmija fl-Artikolu 5, l-Artikolu 34(1), u l-Artikolu 37 biex titqies l-inflazzjoni.

Artikolu 41

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 40 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 40 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 40 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ 3 xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi 3 xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 42

Armonizzazzjoni sħiħa

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 34, sa fejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.Stat Membru li juża xi waħda mill-għażliet imsemmija fl-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 34, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan u bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika fuq sit tal-Internet jew permezz ta’ mezz ieħor li jkun aċċessibbli faċilment.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma jidderogawx, għad-detriment tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, mid-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ħlief meta jkun previst b’mod espliċitu. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiddeċiedu li jagħtu termini aktar favorevoli lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 43

Klawżola ta’ rieżami

1.Il-Kummissjoni għandha, sa [l-UP idaħħal id-data = 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dwar:

(a)l-adegwatezza tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi estiż għal ċerti servizzi, inkluż l-operat ta’ sistemi ta’ pagament u l-forniment ta’ servizzi tekniċi inkluż l-ipproċessar jew l-operat ta’ portafolji diġitali, li mhumiex koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni;

(b)l-impatt tar-reviżjoni tad-Direttiva 2014/49/UE dwar is-salvagwardja tal-fondi tal-klijenti mill-istituzzjonijiet ta’ pagament.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport tagħha.

2.Il-Kummissjoni għandha, sa [l-UP idaħħal id-data = 3 snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-PSR] tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, rapport dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistemi ta’ pagament, l-iskemi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi tekniċi. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien ma’ dak ir-rapport.

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu ġew awtorizzati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 sa [l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] biex ikomplu jipprovdu u jwettqu s-servizzi ta’ pagament li għalihom ikunu ġew awtorizzati, mingħajr ma jkollhom għalfejn ifittxu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sa [l-UP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li tali istituzzjonijiet ta’ pagament kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha li tippermetti lil dawk l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw, sa [l-UP idaħħal id-data = 24-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], waħda minn dawn li ġejjin:

(a)jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament jikkonformawx mat-Titolu II u, fejn le, liema miżuri jeħtieġ li jittieħdu biex tiġi żgurata l-konformità;

(b)jekk l-awtorizzazzjoni għandhiex tiġi rtirata.

Istituzzjonijiet ta’ pagament kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mat-Titolu II għandhom ikunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament skont l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva u għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 17 u 18. Jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II sa [l-UP idaħħal id-data = 24-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], huma għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ pagament.

2.L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament kif imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu awtorizzati awtomatikament u jiddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament diġà jikkonformaw mal-Artikoli 3 u 13. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament ikkonċernati dwar tali awtorizzazzjoni awtomatika qabel tingħata l-awtorizzazzjoni.

3.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li bbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 sa [l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], u pprovdew servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, jagħmlu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)li jkomplu jipprovdu dawk is-servizzi fl-Istat Membru kkonċernat sa [l-UP idaħħal id-data = 24-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva];

(b)li jiksbu eżenzjoni skont l-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva jew,

(c)li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva.

Kull persuna kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu li, sa [l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], ma tkunx ġiet awtorizzata jew eżentata skont din id-Direttiva għandha tkun ipprojbita milli tipprovdi servizzi ta’ pagament.

4.L-Istati Membri jistgħu jagħtu lil persuni fiżiċi u ġuridiċi li bbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 eżenzjoni skont l-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva u jdaħħlu lil dawk il-persuni fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 17 u 18 ta’ din id-Direttiva dment li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament ikkonċernati dwar dan.

Artikolu 45

Dispożizzjoni tranżizzjonali — istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi awtorizzati skont id-Direttiva 2009/110/KE

1.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li kienu definiti fl-Artikolu 2, il-punt 1 tad-Direttiva 2009/110/KE u li qabel [l-UP idaħħal id-data = 18 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], ikunu bdew attivitajiet f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2009/110/KE, bħal istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi fl-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2009/110/KE, li jkomplu dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn ifittxu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva.

2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha li huma jeħtieġu li jivvalutaw, sa [l-UP idaħħal id-data = 24 xahar warad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jekk dawn l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk tali valutazzjoni tiżvela li dawn l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu liema miżuri jridu jittieħdu biex tiġi żgurata din il-konformità, jew biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni.

L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jkunu jikkonformaw mat-Titolu II għandhom ikunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament skont l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, u għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 17 u 18. Meta dawn l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II sa [l-UP idaħħal id-data = 24-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], huma għandhom jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi.

3.L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu awtorizzati awtomatikament bħala istituzzjonijiet ta’ pagament u jiddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kkonċernati jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi inkwistjoni dwar dan qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni awtomatika.

4.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni ġuridiċi li jkunu bdew, qabel [l-UP idaħħal id-data = 18 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], attivitajiet f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE, ikomplu dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru kkonċernat f’konformità ma’ dik id-Direttiva sa [l-UP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], mingħajr ma jkunu meħtieġa jfittxu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif imsemmija fil-paragrafu 1 li, matul dak il-perjodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas eżentati fis-sens tal-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi.

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 98/26/KE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE huwa emendat kif ġej:

(1)    il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

 “(b) “istituzzjoni” għandha tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

— istituzzjoni ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

— ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**), minbarra l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tagħha,

—awtoritajiet pubbliċi u impriżi b’garanzija pubblika,

— kwalunkwe impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun barra mill-Unjoni u li l-funzjonijiet tagħha jkunu jikkorrispondu ma’ dawk tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni jew tad-ditti tal-investiment [kif definiti fl-ewwel u t-tieni inċiżi],

li tieħdu sehem f’sistema u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jiġu minn ordnijiet ta’ trasferiment f’dik is-sistema;

— istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva XXX [PSD3], bl-eċċezzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikoli 34, 36 u 38 ta’ din id-Direttiva,

li tipparteċipa f’sistema li n-negozju tagħha jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif definit fil-punt (i), l-ewwel inċiż, u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn tali ordnijiet ta’ trasferiment f’dik is-sistema.

Jekk sistema tkun issorveljata f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali u tesegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment biss kif definit fil-punt (i), it-tieni inċiż, kif ukoll pagamenti li jirriżultaw minn ordnijiet bħal dawn, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li impriżi li jieħdu sehem f’sistema bħal din u li jkollhom ir-responsabbiltà li jwettqu l-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema, jitqiesu bħala istituzzjonijiet, dment li mill-inqas tliet parteċipanti minn din is-sistema jkunu koperti mill-kategoriji msemmija fl-ewwel subparagrafu u li t-tali deċiżjoni tingħata abbażi ta’ riskju sistemiku; ”;

(2)    il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)    “parteċipant” għandha tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent tas-saldu, kamra tal-ikklirjar, operatur ta’ sistema ta’ pagament jew membru tal-ikklirjar ta’ CCP awtorizzata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Skont ir-regoli tas-sistema, l-istess parteċipant jista’ jaġixxi bħala kontraparti ċentrali, aġent tas-saldu jew kamra tal-ikklirjar jew iwettaq dawn il-ħidmiet kollha jew parti minnhom.

Stat Membru jista’, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jikkunsidra parteċipant indirett bħala parteċipant meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ riskju sistemiku, li, madankollu, m’għandux jillimita r-responsabbiltà tal-parteċipant li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment lis-sistema;”.

Artikolu 47 
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828

Fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/1828, jiżdied il-punt li ġej:

“(68) Ir-Regolament (UE) 20../.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-Aċċess għad-Data Finanzjarja u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) Nru 2022/2554 (ĠU L[…], [……….], [p. ..]).”

Artikolu 48

Tħassir

Id-Direttiva (UE) 2015/2366 qed titħassar b’effett minn [l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Id-Direttiva 2009/110/KE qed titħassar b’effett minn [l-UP idaħħal id-data = 18 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Ir-referenzi kollha magħmula għad-Direttiva (UE) 2015/2366 u għad-Direttiva 2009/110/KE f’atti legali li jkunu fis-seħħ fiż-żmien meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva jew għar-Regolament XXX [PSR] u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 49

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [l-UP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]u fi żmien, [l-UP idaħħal id-data =6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] għall-Artikolu 46, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.Huma għandhom japplikaw dawn il-miżuri minn [ l-UP idaħħal id-data= 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u mill-[ l-UP idaħħal id-data= 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] għall-Artikolu 46.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif din ir-referenza trid ssir.

3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 50

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 51

Indirizzi

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern.
(2)    Id-Direttiva (UE) 2007/64 tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern.
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-Direttiva 2013/36/UE dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
(4)    Id-Direttiva 2009/110/KE dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.
(5)    COM (2020) 592 final, tal-24 ta’ Settembru 2020.
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012.
(7)    COM(2022) 546 final.
(8)    Ir-Regolament (UE) 2021/1230 tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni.
(9)    Ir-Regolament (UE) 2015/751 tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard.
(10)    Id-Direttiva 98/26/KE tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli.
(11)    Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi.
(12)    Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju.
(13)        COM (2020) 591 final tal-24 ta’ Settembru 2020.
(14)        COM (2021) 32 final tad-19 ta’ Jannar 2021.
(15)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016. Ara wkoll hawn taħt, taħt “drittijiet fundamentali”.
(16)    Id-Direttiva 2009/110/KE tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.
(17)    Bħar-regoli prudenzjali għall-banek jew ir-regoli dwar is-swieq tat-titoli.
(18)    SWD/2023/231 final.
(19)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13331-Payment-services-review-of-EU-rules/public-consultation_mt  
(20)     https://finance.ec.europa.eu/regulation-and-supervision/consultations/finance-2022-psd2-review_en  
(21)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13331-Payment-services-review-of-EU-rules_mt  
(22)    EBA/Op/2022/06 tat-23 ta’ Ġunju 2022.
(23)    Disponibbli f’din il-link: https://data.europa.eu/doi/10.2874/996945 . Referenza tal-kuntratt FISMA/2021/OP/0002.
(24)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.
(25)    Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE.
(26)    COM(2023) 228 final.
(27)    ĠU C , , p. .
(28)    ĠU C , , p. .
(29)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(30)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2020 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut għall-UE COM/2020/592 final.
(31)    Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(32)    Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.06.2023, p. 40).
(33)    Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).
(34)    Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(35)    L-awtorità Bankarja Ewropea, EBA/REP/2023/01, Rapport ta’ Rieżami bejn il-Pari dwar l-awtorizzazzjoni skont il-PSD2.
(36)    Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).
(37)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(38)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE.
(39)    Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(40)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/411 tad-29 ta’ Novembru 2018 li jissupplementa d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi dwar l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tar-reġistru elettroniku ċentrali fil-qasam tas-servizzi ta’ pagament u dwar l-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fih (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 84).
(41)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(42)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(43)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi tal-istituzzjonijiet ta’ pagament (ĠU L 294, 11.11.2017, p. 1).
(44)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1722 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti fil-kuntest tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jagħtu servizzi ta’ pagament f’livell transfruntier (ĠU L 343, 28.9.2021, p. 1).
(45)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1423 tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar is-supplimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta’ punti ta’ kuntatt ċentrali fil-qasam tas-servizzi ta’ pagament u dwar il-funzjonijiet ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt ċentrali (ĠU L 328, 9.10.2020, p. 1).
(46)    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(47)    Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(48)    Ir-Regolament (UE) 20../…. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-Aċċess għad-Data Finanzjarja u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2022/2554.
(49)    Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).
(50)    COM(2023)228 final.
(51)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(52)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8).
(53)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(54)    Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
(55)    Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(56)    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).
(57)    Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(58)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/410 tad-29 ta’ Novembru 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward id-dettalji u l-istruttura tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata, fil-qasam tas-servizzi ta’ pagament, mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 20).
Top

Brussell, 28.6.2023

COM(2023) 366 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-servizzi ta' pagament u s-servizzi ta' flus elettroniċi fis-Suq Intern u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, u li tħassar id-Direttivi 2015/2366/UE u 2009/110/KE

{SEC(2023) 256 final} - {SWD(2023) 231 final} - {SWD(2023) 232 final}


ANNESS I

SERVIZZI TA’ PAGAMENT

(kif imsemmi fil-punt 3 tal-Artikolu 2)

1.Servizzi li jippermettu t-tqegħid u/jew il-ġbid ta’ flus kontanti minn kont ta’ pagament.

2.Eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inklużi trasferimenti ta’ fondi minn u lejn kont ta’ pagament, inkluż meta l-fondi jkunu koperti minn linja ta’ kreditu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-utent jew ma’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament.

3.Ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament.

4.Akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament.

5.Rimessa ta’ flus.

6.Servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

7.Servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet.



ANNESS II

SERVIZZI TA’ FLUS ELETTRONIĊI

(kif imsemmi fil-punt 37 tal-Artikolu 2)

Ħruġ ta’ flus elettroniċi, manutenzjoni ta’ kontijiet ta’ pagament li jaħżnu unitajiet ta’ flus elettroniċi u trasferiment ta’ unitajiet ta’ flus elettroniċi.



ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

ID-DIRETTIVA (UE) 2015/2366

ID-DIRETTIVA 2009/110/KE

ID-DIRETTIVA XXX (PSD3)

IR-REGOLAMENT XXX (PSR)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

-

Ittra (c)

Ittra (c)

Ittra (b)

Ittra (d)

Ittra (c)

Ittra (e)

Ittra (d)

Ittra (d)

Ittra (f)

Ittra (e)

Ittra (e)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3

Artikolu 2(2)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (c)

-

Ittra (d)

Ittra (c)

Ittra (e)

Ittra (d)

Ittra (e)

Ittra (f)

-

Ittra (g)

Ittra (f)

Ittra (h)

Ittra (g)

Ittra (i)

Ittra (h)

Ittra (j)

Ittra (i)

Ittra (k)

Artikolu 1(4)

Ittra (j)

Ittra (l)

Artikolu 1(5)

Ittra (k)

Ittra (m)

Ittra (l)

Ittra (n)

Ittra (m)

Ittra (o)

-

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(8)

Artikolu 4:

Artikolu 2:

Artikolu 2:

Artikolu 3:

Punti (1) – (3)

Punti (1) – (3)

Punti (1) – (3)

Punt (4)

Punt (4)

Punt (4)

Punt (5)

Punt (5)

Punt (5)

Punt (6)

-

-

-

-

Punti (6) u (7)

Punt (6)

Punt (8)

Punt (7)

Punt (7)

Punt (9)

Punt (8)

Punt (10)

Punti (8) – (13)

Punti (9) – (14)

Punti (11) – (16)

-

-

Punt (17)

Punt (14)

Punt (15)

Punt (18)

Punti (15) u (16)

Punti (17) u (18)

Punti (20) u (21)

Punt (17)

Punt (16)

Punt (19)

Punti (18) u (19)

Punti (19) u (20)

Punti (22) u (23)

Punt (20)

Punt (21)

Punt (24)

Punt (21)

-

Punt (25)

Punt (22)

Punt (22)

Punt (26)

Punti (23) u (24)

-

Punti (27) u (28)

-

-

Punt (29)

Punt (25)

Punt (23)

Punt (30)

Punti (26) – (30)

-

Punti (31) – (35)

Punt (24)

Punt (36)

Punt (31)

-

Punt (37)

Punt (32)

Punt (25)

Punt (38)

Punti (33) – (36)

-

Punti (39) – (42)

Punt (37)

Punt (26)

Punt (43)

Punt (27)

Punti (38) – (40)

Punti (28) – (30)

Punti (44) – (46)

Punti (41) u (42)

-

-

Punt (43)

-

Punt (47)

Punti (44) u (45)

Punti (31) u (32)

Punti (48) u (49)

Punt (46)

Punt (33)

-

Punt (47)

-

Punt (48)

-

Punt (1)

Punt (39)

Punt (55)

Punt (2)

Punt (34)

Punt (50)

Punt (3)

-

-

Punt (4)

Punt (35)

-

Punti (36) – (38)

Punti (52) – (54)

Punt (55)

Artikolu 3(1), (2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 9(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 36(4)

Artikolu 5(4) u (5)

-

Artikolu 5(6)

Artikolu 3(5), (6)

Artikolu 5(7)

-

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(4)

Artikolu 20(1), (2), (3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 5(6)

Artikolu 6(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 5(7)

Artikolu 6(3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 7(1), Artikolu 7(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 7(3)

-

Artikolu 7(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 7(5)

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 8(2), Artikolu 8(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 8(5)

Artikolu 5(5)

Artikolu 8(6)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 9(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 9(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 13(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 13(7)

Artikolu 11(8)

Artikolu 13(8)

Artikolu 11(9)

Artikolu 13(9)

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 14(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 17(4)

Artikolu 15(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 18(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 18(5)

Artikolu 18(6)

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 17(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 17(4)

Artikolu 11(4)

Artikolu 18(1)

Artikolu 6(1), l-ittra (a)

Artikolu 10(1)

Ittra (a)

Ittra (c)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (c)

Ittra (c)

Artikolu 18(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 10(2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 10(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 6(1) ittra (b)

Artikolu 10(4)

Artikolu 18(5)

Artikolu 6(2); Artikolu 6(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 6(3)

Artikolu 10(6)

Artikolu 18(6)

Artikolu 10(7)

Artikolu 19(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 19(3)

Artikolu 19(4)

Artikolu 19(4)

Artikolu 19(5)

Artikolu 19(5)

Artikolu 19(6)

Artikolu 22(1)

Artikolu 19(7)

Artikolu 19(6), Artikolu 21(2)

Artikolu 19(8)

Artikolu 19(7), Artikolu 22(2)

Artikolu 20(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 21

Artikolu 12

Artikolu 22(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 24(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 24(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 24(4)

Artikolu 22(5)

Artikolu 24(5)

Artikolu 23(1)

Artikolu 25(1)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (c)

Ittra (c)

Ittra (d)

-

Artikolu 25(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 25(4)

Artikolu 24(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 26(2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 26(3)

Artikolu 25(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 26(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 26(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 27(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 27(2)

Artikolu 29(2)

Artikolu 28(1)

Artikolu 30(1)

Artikolu 28(2)

Artikolu 30(2)

Artikolu 28(3)

Artikolu 30(3)

Artikolu 28(4)

Artikolu 30(4)

Artikolu 28(5)

Artikolu 30(5)

Artikolu 29(1)

Artikolu 31(1)

Artikolu 29(2)

Artikolu 31(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 31(3)

Artikolu 29(4)

Artikolu 31(4)

Artikolu 29(5)

Artikolu 31(5)

Artikolu 29(6)

-

Artikolu 31(6)

Artikolu 30(1)

Artikolu 32(1)

Artikolu 30(2)

Artikolu 32(2)

Artikolu 30(3)

Artikolu 32(3)

Artikolu 30(4)

Artikolu 32(4)

Artikolu 31(1)

Artikolu 33(1)

Artikolu 31(2)

Artikolu 33(2)

Artikolu 8(1) (2), (3)

Artikolu 32(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 34(1)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (c)

Artikolu 32(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 32(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 34(3)

Artikolu 32(4)

Artikolu 9(4)

Artikolu 34(4)

Artikolu 32(5)

Artikolu 9(5), Artikolu 9(6), Artikolu 9(7)

Artikolu 34(5)

Artikolu 32(6)

Artikolu 9(8)

Artikolu 34(6)

Artikolu 33(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 36(2)

Artikolu 47(2)

Artikolu 34

Artikolu 9(9)

Artikolu 35

Artikolu 37(1),(2),(3)

Artikolu 38(1), (2)

Artikolu 10

Artikolu 45(2), (4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 30(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 30(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 30(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 30(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 30(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 30(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 30(7)

Artikolu 12

Artikolu 30(8)

Artikolu 13

Kapitolu 8 tat-Titolu IV

Artikolu 35(1)

Artikolu 31(1), Artikolu 31(5)

Artikolu 31(2)

Artikolu 35(2)

Artikolu 31(3), Artikolu 31(4), Artikolu 31(6)

Artikolu 31(7)

Artikolu 36

Artikolu 32(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7)

Artikolu 37(1)

-

Artikolu 37(2)

Artikolu 39(1)

Artikolu 37(3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 37(4)

Artikolu 39(3)

Artikolu 37(5)

Artikolu 39(4)

Artikolu 38(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 38(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 38(3)

-

Artikolu 39

-

Artikolu 7

Artikolu 40(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 40(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 40(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 41

Artikolu 9

Artikolu 42(1)

Artikolu 10

Artikolu 42(2)

-

Artikolu 43(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 43(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 44(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 44(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 44(3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 45

Artikolu 13

Punt (1)

Punt (1)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (c)

Ittra (c)

Ittra (d)

Ittra (d)

Ittra (e)

Ittri (f), (g)

Punt (2)

Punt (2)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Artikolu 45(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 46

Artikolu 14

Artikolu 47

Artikolu 15

Artikolu 48

Artikolu 16

Artikolu 49

Artikolu 17

Artikolu 50

Artikolu 18

Artikolu 51(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 51(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 51(3)

Artikolu 19(3)

l-Artikolu 52,

Artikolu 20

punt (1)

ittra (a)

ittra (a)

Punt (i)

ittra (b)

Punt (ii)

Punt (2)

Ittra (b)

ittra (a)

Punt (i)

ittra (b)

Punt (ii)

ittra (c)

Punt (iii)

ittra (d)

Punt (iv)

ittra (e)

Punt (v)

Punt (vi)

ittra (f)

Punt (vii)

ittra (g)

Punt (viii)

punt (3)

Ittra (c)

ittra (a)

Punt (i)

Punt (ii)(1), (2), (3), (4)

ittra (b)

Punt (iii)

ittra (c)

Punt (iv)

Punt (v)

punt (4)

Ittra (d)

ittra (a)

Punt (i)

ittra (b)

Punt (ii)

ittra (c)

Punt (iii)

ittra (d)

Punt (iv)

Punt (5)

Ittra (e)

ittra (a)

Punt (i)

ittra (b)

Punt (ii)

ittra (c)

Punt (iii)

ittra (d)

Punt (iv)

ittra (e)

Punt (v), Punt (vi)

ittra (f)

Punt (vii)

ittra (g)

Punt (viii)

Punt (6)

Ittra (f)

ittra (a)

Punt (i)

ittra (b)

Punt (ii)

ittra (c)

Punt (iii)

Punt (7)

Ittra (g)

ittra (a)

Punt (i)

ittra (b)

Punt (ii)

Artikolu 53

Artikolu 21

Artikolu 54(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 54(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 54(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 55(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 55(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 55(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 55(4)

Artikolu 23(4)

Artikolu 55(5)

Artikolu 23(5)

Artikolu 55(6)

Artikolu 23(6)

Artikolu 56

Artikolu 24

Artikolu 57(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 57(2)

Artikolu 25(2)

Artikolu 57(3)

Artikolu 25(3)

Artikolu 58(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 58(2)

Artikolu 26(2)

Artikolu 58(3)

Artikolu 26(3)

Artikolu 59(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 59(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 60(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 60(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 60(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 61(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 61(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 61(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 61(4)

-

Artikolu 62(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 62(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 62(3)

Artikolu 28(5)

Artikolu 62(4)

Artikolu 28(3)

Artikolu 62(5)

Artikolu 28(4)

Artikolu 63(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 63(2)

-

Artikolu 63(3)

Artikolu 29(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 64(1)

Artikolu 49(1)

Artikolu 49(2)

Artikolu 64(2)

Artikolu 49(3), Artikolu 49(5)

Artikolu 49(4)

Artikolu 64(3)

Artikolu 49(7)

Artikolu 64(4)

Artikolu 49(6)

Artikolu 65(1)

-

Artikolu 65(2)

-

Artikolu 65(3)

-

Artikolu 65(4)

-

Artikolu 65(5)

-

Artikolu 65(6)

-

Artikolu 66(1)

Artikolu 33(1)

Artikolu 66(2) u Artikolu 66(4)

Artikolu 40

Artikolu 66(3)

Artikolu 46(2)

Artikolu 66(5)

Artikolu 34(1), Artikolu 34(2)

Artikolu 67(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 67(2)

Artikolu 47(1)

Artikolu 67(3)

Artikolu 41(1)

Artikolu 67(4)

Artikolu 34(1), Artikolu 34(2)

Artikoli 35 - 39

Artikolu 68(1)

Artikolu 51(1)

Artikolu 68(2)

Artikolu 51(2)

Artikolu 68(3)

Artikolu 51(3)

Artikolu 68(4)

Artikolu 51(4)

Artikolu 68(5)

Artikolu 42(1)

Artikolu 68(6)

Artikolu 42(2)

Artikolu 43(1), (2), (3), (4)

Artikolu 44(1), (2)

Artikolu 45(1), (2)

Artikolu 46(1)

Artikolu 47(2)

Artikolu 48(1), (2), (3), (4), (5)

Artikolu 50(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9)

Artikolu 69(1), Artikolu 69(2)

Artikolu 52

Artikolu 70(1)

Artikolu 53(1)

Artikolu 70(2)

Artikolu 53(2)

Artikolu 71(1)

Artikolu 54(1)

Artikolu 71(2)

Artikolu 54(2)

Artikolu 72(1)

Artikolu 55(1)

Artikolu 72(2)

Artikolu 55(2)

Artikolu 73(1)

Artikolu 56(1), Artikolu 56(3)

Artikolu 56(2)

Artikolu 73(2)

Artikolu 56(4)

Artikolu 73(3)

Artikolu 56(5)

Artikolu 57(1), (2), (3), (4), (5), (6)

Artikolu 58

Artikolu 59(1), (2), (3), (4), (5)

Artikolu 74(1)

Artikolu 60(1)

Artikolu 74(2)

Artikolu 60(2)

Artikolu 60(3)

Artikolu 74(3)

Artikolu 60(4)

Artikolu 75(1)

Artikolu 61(1)

Artikolu 61(2)

Artikolu 75(2)

Artikolu 61(3)

Artikolu 61(4)

Artikolu 76(1)

Artikolu 62(1)

Artikolu 76(2)

Artikolu 62(2)

Artikolu 76(3)

Artikolu 62(3)

Artikolu 76(4)

Artikolu 62(4)

Artikolu 77(1)

Artikolu 63(1)

Artikolu 77(2)

Artikolu 63(2)

Artikolu 78(1)

Artikolu 64(1)

Artikolu 78(2)

Artikolu 64(2)

Artikolu 66(3)

Artikolu 79(1)

Artikolu 65(1)

Artikolu 79(2)

Artikolu 65(2)

Artikolu 79(3)

Artikolu 65(3)

Artikolu 80(1)

Artikolu 66(1)

Artikolu 80(2)

Artikolu 66(2)

Artikolu 80(3)

Artikolu 66(3)

Artikolu 80(4)

Artikolu 66(4)

Artikolu 80(5)

Artikolu 66(5)

Artikolu 81(1)

Artikolu 67(1)

Artikolu 81(2)

Artikolu 67(2)

Artikolu 81(3)

Artikolu 67(3)

Artikolu 82(1)

Artikolu 68(1)

Artikolu 82(2)

Artikolu 68(2)

Artikolu 83(1)

Artikolu 69(1)

Artikolu 83(2)

Artikolu 69(2)

Artikolu 83(3)

Artikolu 69(3)

Artikolu 84

Artikolu 70

Artikolu 85

Artikolu 71

Artikolu 86

Artikolu 72

Artikolu 87(1)

Artikolu 73(1)

Artikolu 87(2)

Artikolu 73(2)

Artikolu 87(3)

Artikolu 73(3)

Artikolu 88(1)

Artikolu 74(1)

Artikolu 88(2)

Artikolu 74(2)

Artikolu 88(3)

Artikolu 74(3)

Artikolu 88(4)

Artikolu 74(4)

Artikolu 88(5)

Artikolu 74(5)

Artikolu 74(6)

Artikolu 89(1)

Artikolu 75(1)

Artikolu 89(2)

Artikolu 75(2)

Artikolu 89(3)

Artikolu 75(3)

Artikolu 90(1)

Artikolu 76(1)

Artikolu 90(2)

Artikolu 76(2)

Artikolu 91

Artikolu 77

Artikolu 92(1)

Artikolu 78(1)

Artikolu 92(2)

Artikolu 78(2)

Artikolu 93

Artikolu 79

Artikolu 94

Artikolu 80

Artikolu 95(1)

Artikolu 81(1)

Artikolu 95(2)

-

Artikolu 95(3)

-

Artikolu 95(4)

-

Artikolu 95(5)

Artikolu 81(2)

Artikolu 96(1)

-

Artikolu 96(2)

-

Artikolu 96(3)

-

Artikolu 96(4)

-

Artikolu 96(5)

-

Artikolu 96(6)

Artikolu 82

Artikolu 83(1), (2), (3), (4), (5), (6)

Artikolu 84(1), (2), (3)

Artikolu 97(1)

Artikolu 85(1)

Artikoli 85(2)-(7)

Artikolu 97(2)

Artikolu 85(8), Artikolu 85(9)

Artikolu 97(3)

Artikolu 85(10)

Artikolu 97(4)

Artikolu 86(1)

Artikolu 97(5)

Artikolu 86(2)

Artikolu 86(3), (4)

Artikolu 87

Artikolu 88(1), (2), (3)

Artikolu 98(1)

Artikolu 89(1)

Ittra (a)

Ittra (a)

Ittra (b)

Ittra (b)

Ittra (c)

Ittra (c)

Ittra (d)

Ittra (d)

Ittra (e)

Ittra (f)

Ittra (g)

Artikolu 98(2), (4)

Artikolu 89(2)

Artikolu 98(3)

Artikolu 85(11)

Artikolu 98(5)

Artikolu 89(3)

Artikolu 99(1)

Artikolu 90(1)

Artikolu 99(2)

Artikolu 90(2)

Artikolu 100(1)

Artikolu 91(2)

Artikolu 100(2)

Artikolu 91(3)

Artikolu 100(3)

Artikolu 91(1)

Artikolu 100(4), (5)

Artikolu 91(4), (5)

Artikolu 100(6)

Artikolu 91(6)

Artikolu 92

Artikolu 93(1), (2), (3), (4)

Artikolu 101(1)

Artikolu 94(1)

Artikolu 101(2)

Artikolu 94(2)

Artikolu 101(3)

Artikolu 94(3)

Artikolu 101(4)

Artikolu 94(4)

Artikolu 102(1)

Artikolu 95(1)

Artikolu 102(2)

Artikolu 95(2)

Artikolu 103(1)

Artikolu 96(1)

Artikolu 96(2), (3), (4)

Artikolu 103(2)

Artikolu 101(1), (2), (3), (4)

Artikolu 97(1), (2), (3), (4)

Artikolu 98(1), (2)

Artikolu 99(1), (2)

Artikolu 100(1), (2)

Artikoli 102-104

Artikolu 104

Artikolu 40

Artikolu 105

Artikolu 105(1)

Artikolu 41(1)

Artikolu 106(1)

Artikolu 105(2)

Artikolu 41(2)

Artikolu 106(2)

Artikolu 105(3)

Artikolu 41(3)

Artikolu 106(3)

Artikolu 106(4)

Artikolu 105(4)

Artikolu 41(4)

Artikolu 106(5)

Artikolu 105(5)

Artikolu 41(5)

Artikolu 106(6)

Artikolu 106

-

Artikolu 14(1).(2)

Artikolu 15(1).(2)

Artikolu 107(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 42(1)

Artikolu 107(2)

Artikolu 42(2)

Artikolu 107(3)

Artikolu 16(2)

Artikolu 42(3)

Artikolu 107

Artikolu 108

Artikolu 17

Artikolu 43

Artikolu 108

Artikolu 109(1)

Artikolu 44(1)

Artikolu 109(2)

Artikolu 44(2)

Artikolu 109(3)

Artikolu 44(3)

Artikolu 109(4)

Artikolu 44(4)

Artikolu 109(5)

-

Artikolu 18(1)

Artikolu 45(1), Artikolu 45(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 45(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 45(4)

Artikolu 18(4)

-

Artikolu 114

Artikolu 21

Artikolu 48

Artikolu 115(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 49(1)

Artikolu 115(2)

Artikolu 49(2)

Artikolu 115(3)

Artikolu 22(2)

Artikolu 49(3)

Artikolu 115(4)

-

Artikolu 115(5)

-

Artikolu 115(6)

-

Artikolu 116

Artikolu 23

Artikolu 50

Artikolu 112

Artikolu 117

Artikolu 24

Artikolu 51

-

Anness I

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Top