Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0176

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

    COM/2023/176 final

    Brussell, 29.3.2023

    COM(2023) 176 final

    2023/0088(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    L-Unjoni Ewropea (l-UE) u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti) ilhom sħab strateġiċi fil-qasam tar-riċerka sa mill-1998. L-ewwel “Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” 1 , li kien ftehim bilaterali (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997 f’Washington DC u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Ftehim ġie estiż erba’ darbiet, jiġifieri fl-2003 2 , fl-2008 3 , fl-2013 4 u fl-2018 5 , għal perjodu addizzjonali ta’ ħames (5) snin kull darba. It-tieni estensjoni kienet tinkludi emenda, li kienet iż-żieda tar-riċerka dwar is-sigurtà u dwar l-ispazju fil-lista tas-setturi għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni (l-Artikolu 4 tal-Ftehim).

    L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jgħid hekk: “Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames (5) snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ ħames (5) snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet”.

    Il-Ftehim attwali se jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2023.

    Il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti hija element ewlieni tal-Approċċ Globali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 6 . Il-bini ta’ alleanzi tar-riċerka u l-innovazzjoni mal-Istati Uniti, kemm b’mod bilaterali kif ukoll f’fora multilaterali, jikkontribwixxi għall-kapaċità tal-Ewropa li tirnexxi fit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u se jsaħħaħ ir-reżiljenza għat-theddid globali għas-saħħa u sfidi globali oħra. Fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, l-UE u l-Istati Uniti jikkondividu valuri bażiċi ta’ etika, integrità tar-riċerka, ftuħ u trasparenza, u tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, li jagħmilhom sħab naturali. Billi jżidu s-sħubija tagħhom dwar l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fix-xjenza u t-teknoloġija, l-UE u l-Istati Uniti jistgħu jimxu ’l quddiem aktar malajr lejn enerġija nadifa; trasport sostenibbli u sikur; oċeani nodfa u ekonomija blu; bliet intelliġenti; soċjetà reżiljenti u inklużiva; u avvanzi oħra li se jaqdu l-interessi kondiviżi tagħna.

    F’dan l-isfond, is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw kif il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti qed tevolvi u kif din tikkontribwixxi għall-objettivi tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali. Din il-valutazzjoni turi biċ-ċar li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti f’oqsma tax-Xjenza u tat-Teknoloġija (S&T) li huma ta’ prijorità għat-tnejn li huma, u li dan iwassal għal benefiċċji reċiproċi. L-istrument ewlieni għall-kooperazzjoni huwa l-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

    Ir-relazzjoni tal-UE mal-Istati Uniti fix-Xjenza u t-Teknoloġija hija aktar b’saħħitha milli ma’ kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Ewropa. Minn fost il-pajjiżi terzi li ma humiex Assoċjati, l-Istati Uniti kien biċ-ċar l-iktar pajjiż attiv li kien qed jipparteċipa fil-Programm “Orizzont 2020”. Dan jgħodd għall-ammont ta’ investiment reċiproku fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp, għall-flussi tax-xjenzati, għall-għadd ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni u għall-għadd ta’ pubblikazzjonijiet u privattivi b’iktar minn awtur wieħed.

    Skont il-Ftehim attwali, il-kooperazzjoni kienet qed tirnexxi kemm fil-livell bilaterali kif ukoll f’dak multilaterali. Fuq livell multilaterali, eżempju partikolarment siewi ta’ Alleanza Globali, promossa mill-UE u mill-Istati Uniti, hija l-Alleanza għar-Riċerka dwar l-Oċean Atlantiku, li fil-biċċa l-kbira ispirat il-konċepiment sħiħ tal-Alleanzi Globali deskritti fil-qosor fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021. Eżempju ieħor huwa l-Missjoni Innovazzjoni (MI), li hija inizjattiva globali ta’ 22 pajjiż u l-Unjoni Ewropea, bil-għan li jitħaffef l-isforz għall-innovazzjoni fl-enerġija nadifa. L-UE qed taħdem mill-qrib mal-Istati Uniti f’varjetà ta’ inizjattivi multilaterali oħra inkluż fil-qasam tas-saħħa, tal-bijoekonomija u tal-osservazzjoni tad-dinja. Il-kooperazzjoni bilaterali hija dinamika ħafna fl-oqsma tas-saħħa, tat-trasport, tal-materjali avvanzati, tal-infrastrutturi tar-riċerka, tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, tas-sigurtà tal-ikel u tal-agrikoltura sostenibbli, tal-klima u tal-ambjent, oqsma li fihom il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti f’Orizzont 2020 u f’Orizzont Ewropa kienet partikolarment importanti.

    L-aħħar Grupp Konsultattiv Konġunt bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija li sar fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-livell tad-Direttorat Ġenerali kkonferma r-rieda qawwija taż-żewġ Partijiet li jissoktaw u jwessgħu l-kooperazzjoni f’kull qasam skont il-Ftehim.

    Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw ix-xewqa tagħhom li jestendu l-Ftehim permezz ta’ skambju ta’ ittri, jiġifieri l-ittra mid-DĠ Riċerka u Innovazzjoni datata s-7 ta’ Novembru 2022, u l-ittra mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti datata t-13 ta’ Diċembru 2022.

    L-estensjoni tal-Ftehim tirrifletti l-importanza tal-Istati Uniti bħala pajjiż sieħeb ewlieni fix-xjenza u t-teknoloġija u se tippermetti l-bini fuq ir-rabtiet b’saħħithom diġà eżistenti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma tematiċi u li ssostni djalogu u kooperazzjoni sostanzjali fil-perjodu ta’ 5 snin li jmiss.

    Fis-sustanza tiegħu, il-Ftehim estiż se jkun identiku għall-Ftehim attwali.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Din l-inizjattiva hija konformi kompletament mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel (COM(2021) 252 final/2).

    L-Istrateġija ta’ Approċċ Globali tikkonferma r-rwol tal-Istati Uniti bħala pajjiż sieħeb ewlieni għall-UE billi tenfasizza li “Il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti, li magħhom l-UE tikkondividi livelli għoljin ta’ kapaċità ta’ riċerka u innovazzjoni kif ukoll valuri u prinċipji komuni, tiżgura li r-riċerkaturi, l-innovaturi u l-aħjar faċilitajiet ikunu kkombinati fit-tfittxija għal soluzzjonijiet għall-isfidi globali. B’mod partikolari, l-impenn mill-ġdid tal-Istati Uniti għall-għanijiet klimatiċi u għat-tisħiħ tal-ordni multilaterali jipprovdi l-opportunità għal relazzjoni mġedda fir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni Konġunta ‘Aġenda ġdida bejn l-UE u l-Istati Uniti għall-bidla globali’ tistabbilixxi għadd ta’ proposti għal kooperazzjoni mal-Istati Uniti, u b’mod partikolari sejħa biex tiġi ffurmata Alleanza Teknoloġika Ekoloġika u jiġi stabbilit Kunsill Kummerċjali u Teknoloġiku ġdid bejn l-UE u l-Istati Uniti. Filwaqt li tibni fuq dan it-test, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tiżdied ir-reċiproċità fil-kooperazzjoni bilaterali, u li jiżdiedu l-livelli ta’ koordinazzjoni u koerenza bejn l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE u tal-Istati Uniti, l-ewwel fl-isfidi tal-klima, diġitali, tal-enerġija, ambjentali u tas-saħħa.”

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    “L-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà” tal-UE tikkonferma li l-kooperazzjoni fir-riċerka hija aspett importanti tal-politika barranija tal-UE, u tqis li l-kooperazzjoni fir-riċerka hija element essenzjali ta’ rabtiet soċjoekonomiċi aktar b’saħħithom, inkluż mal-Istati Uniti.

    L-aħħar Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti kkonferma l-importanza tal-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu indirizzati sfidi komuni relatati mas-saħħa globali u t-tranżizzjoni ekoloġika u ħeġġeġ aktar kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni b’mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, l-enerġija, l-oċeani u permezz tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija stabbilit reċentement.

    Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-riċerka u l-innovazzjoni skont il-Ftehim tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali tal-politika tal-UE relatati b’mod partikolari ma’: i) it-Tranżizzjoni Ekoloġika, pereżempju b’inizjattivi li jirriżultaw mill-Missjoni ta’ Innovazzjoni, l-Alleanza għar-Riċerka dwar l-Oċean Atlantiku, ir-riċerka dwar l-Artiku, il-Forum Internazzjonali tal-Bijoekonomija (IBF), u l-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO); ii) is-Saħħa Globali permezz ta’ kooperazzjoni multilaterali u bilaterali dwar il-mard infettiv, il-kanċer, is-saħħa mentali, u ħafna oħrajn; iii) it-Tranżizzjoni diġitali, l-innovazzjoni u l-kondiviżjoni tad-data permezz, pereżempju, ta’ ħidma fuq metodoloġija ta’ Speċjalizzazzjoni intelliġenti, Aċċess Miftuħ u Xjenza Miftuħa, u kooperazzjoni bilaterali fl-ICT.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Is-setgħa tal-UE li taġixxi fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku hija bbażata fuq l-Artikolu 186 tat-TFUE. Il-bażi ġuridika proċedurali għall-proposta hija l-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6).

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenza parallela fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE. Għalhekk l-azzjoni tal-UE ma tistax tiġi ssostitwita b’azzjoni tal-Istati Membri.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Din l-inizjattiva ma tifformax parti mill-aġenda tar-REFIT.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Huma meħtieġa biss riżorsi umani u amministrattivi, li huma stabbiliti fid-“Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva”.

    Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill:

    -    japprova, f’isem l-Unjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, l-estensjoni tal-“Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” għal perjodu addizzjonali ta’ 5 snin (jiġifieri mill-14 ta’ Ottubru 2023 sat-13 ta’ Ottubru 2028);

    -    jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni meħtieġa tagħha biex jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim imġedded.

    2023/0088 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE 7 , il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka 8 (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Washington, DC, fil-5 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998.

    (2)Skont l-Artikolu 12(b) tal-Ftehim, il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ 5 snin. Suġġett għar-rieżami mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ 5 snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.

    (3)Permezz tad-Deċiżjonijiet 2004/756/KE 9 , 2009/306/KE 10 , 2014/240/UE 11 u (UE) 2018/1578 12 il-Kunsill approva l-estensjoni tal-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ 5 snin kull darba. Il-Ftehim attwali se jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2023.

    (4)Il-valutazzjoni li wettqu s-servizzi tal-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka f’oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija ta’ prijorità komuni li jwasslu għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ 5 snin.

    (5)L-iskambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, datati s-7 ta’ Novembru 2022 u t-13 ta’ Diċembru 2022, ikkonferma l-interess tagħhom li jestendu l-Ftehim għal 5 snin oħra.

    (6)Jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka, għal perjodu addizzjonali ta’ 5 snin, b'dan hija approvata f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, f’isem l-Unjoni, li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-estensjoni tal-Ftehim skont l-Artikolu 12(b) tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    Kontenut

    1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

    1.1.Title of the proposal/initiative

    1.2.Policy area(s) concerned

    1.3.The proposal/initiative relates to:

    1.4.Objective(s)

    1.4.1.General objective(s)

    1.4.2.Specific objective(s)

    1.4.3.Expected results(s) and impact

    1.4.4.Indicators of performance

    1.5.Grounds for the proposal/initiative

    1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative

    1.5.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.

    1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past

    1.5.4.Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments

    1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment

    1.6.Duration and financial impact

    1.7.Management mode(s) planned

    2.MANAGEMENT MEASURES

    2.1.Monitoring and reporting rules

    2.2.Management and control system

    2.2.1.Justification of the management mode(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed

    2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them

    2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)

    2.3.Measures to prevent fraud and irregularities

    3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

    3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected

    3.2.Estimated impact of the proposal on appropriations

    3.2.1.Summary of estimated impact on operational appropriations

    3.2.2.Estimated output funded with operational appropriations

    3.2.3.Estimated impact on appropriations of an administrative nature

    3.2.4.Compatibility with the current multiannual financial framework

    3.2.5.Third-party contributions

    3.3.Estimated impact on revenue

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

    L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika, b’mod partikolari tad-Direttorati Ġenerali RTD, AGRI, CLIMA, JRC, EAC, ENER, GROW, CNECT, MARE, MOVE u SANTE.

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 13  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

    Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu ulterjorment il-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni.

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 

    Objettiv speċifiku

    Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu l-kooperazzjoni kemm b’mod bilaterali kif ukoll multilaterali u jiżviluppaw sħubija iktar strateġika billi jżidu d-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni eżistenti, billi jindirizzaw l-isfidi dinjin u billi jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi u għall-finanzjament tagħhom.

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    Din id-Deċiżjoni se tippermetti kemm lill-Unjoni kif ukoll lill-Istati Uniti jiksbu benefiċċji reċiproċi mill-progress xjentifiku u tekniku li jinkiseb permezz tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu għaddejjin. Hija se tippermetti li jiġi skambjat għarfien speċifiku u li jiġi ttrasferit l-għarfien espert għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini taż-żewġ Partijiet.

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

    Is-servizzi tal-Kummissjoni se jimmonitorjaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-Ftehim, li se jinkludu evalwazzjoni mill-UE dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Fost l-oħrajn, din l-evalwazzjoni se tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin:

    (a) indikaturi ta’ kooperazzjoni – analiżi tan-numru u t-tip ta’ parteċipazzjoni tal-entitajiet tal-Istati Uniti fil-programmi ffinanzjati mill-UE (eż. l-għadd ta’ proposti, l-għadd ta’ ftehimiet ta’ għotja ffirmati, ir-rabtiet ta’ kollaborazzjoni ewlenin, it-tematika ewlenija; l-output iġġenerat) u viċi versa (kull meta d-data tkun disponibbli);

    (b) indikaturi tal-prestazzjoni – ir-rata ta’ suċċess tal-entitajiet Amerikani li jipparteċipaw fil-programmi qafas tal-UE meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi oħra u mal-Istati Membri/Pajjiżi Assoċjati; analiżi tal-kwalità tal-parteċipazzjoni (pereżempju l-għadd ta’ universitajiet ikklassifikati fl-aqwa postijiet li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm, l-għadd ta’ privattivi u ta’ pubblikazzjonijiet li joħorġu mill-proġetti ta’ kollaborazzjoni);

    (c) ġbir tad-data dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u r-rabtiet lil hinn mill-programmi rispettivi ta’ finanzjament tar-riċerka u l-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn l-attivitajiet, bħall-parteċipazzjoni f’inizjattivi multilaterali u fi gruppi ta’ ħidma.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi għall-benefiċċju reċiproku.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni kompliet tikber b’mod kostanti fis-snin li għaddew. L-involviment tal-UE jippermetti attivitajiet fuq skala u ambitu akbar għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. L-estensjoni ta’ dan il-Ftehim se tippermetti li l-UE jkollha aċċess aktar faċli għall-għarfien xjentifiku li joħroġ mill-Istati Uniti, li tinvolvi ruħha f’aktar attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jwasslu għal skambju addizzjonali ta’ għarfien u teknoloġiji, u tipprovdi aċċess aktar faċli għas-suq tal-Istati Uniti għall-kumpaniji Ewropej.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Abbażi tal-esperjenza miksuba sal-lum fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, jitqies li jkun ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla l-kooperazzjoni fir-riċerka mal-Istati Uniti, bħala sħab strateġiċi tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni.

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    L-estensjoni tal-Ftehim mal-Istati Uniti titqies li hija kompletament koerenti u konformi mal-qafas ta’ politika ġenerali dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jiġifieri l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel (COM (2021)252 final/2) adottata reċentement.

    Se jiġu mfittxija sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, b’mod partikolari permezz ta’ diversi inizjattivi settorjali tal-Kummissjoni, b’mod partikolari dawk tad-DĠ AGRI, CLIMA, JRC, EAC, ENER, GROW, CNECT, MARE, MOVE u SANTE, fost l-oħrajn.

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    Il-ħtiġijiet finanzjarji biex ikopru l-azzjoni proposta huma disponibbli fil-qafas tal-Programm Orizzont Ewropa (approprjazzjonijiet amministrattivi). Il-koordinazzjoni tal-azzjoni proposta u l-implimentazzjoni tagħha se jkunu koperti internament mill-Kummissjoni, u jeħtieġu ammont stmat ta’ 1,5 FTE fis-sena għad-durata tal-azzjoni proposta bit-tqassim li ġej:

    Is-Sena 2023: Tliet (3) xhur salarju ta’ 1,5 uffiċjali

    Is-Snin 2024 – 2027: 12-il xahar salarju ta’ 1,5 uffiċjali

    Is-Sena 2028: Disa’ (9) xhur salarju ta’ 1,5 uffiċjali

    1.6.Durata u impatt finanzjarju 

     durata limitata

       Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-14/10/2023 sat-13/10/2028

       Impatt finanzjarju mill-14/10/2023 sat-13/10/2028

     durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.Mod(i) ta' ġestjoni ppjanat(i) 14   

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lill-korpi tal-liġi pubblika;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

    Kummenti

    […]

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet tal-Istati Uniti fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u attivitajiet oħra ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim se tiġi mmonitorjata fuq bażi regolari permezz ta’ laqgħat tal-Grupp Konsultattiv Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 6(b) tal-Ftehim.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    L-inizjattiva proposta fil-kuntest tal-Programm Qafas Orizzont Ewropa għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se tiġi implimentata permezz ta’ mod ta’ ġestjoni diretta.

    Bħala attività li għandha titwettaq b’mod sħiħ minn uffiċjal tal-politika tal-Kummissjoni, il-ġestjoni diretta hija l-aktar mod xieraq ta’ implimentazzjoni. B’mod partikolari, il-kompiti ewlenin mistennija meħtieġa għal implimentazzjoni xierqa tal-attività proposta, bħad-djalogu ta’ politika, il-valutazzjoni tax-xenarju tal-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, l-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet ta’ kollaborazzjoni konġunta u kompiti simili, huma attivitajiet prinċipali tas-servizz ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni — l-Approċċ Globali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali fid-Direttorat tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tad-DĠ R&I.

    Kompiti ta’ appoġġ addizzjonali ta’ natura organizzattiva, loġistika, amministrattiva u konsultattiva jistgħu jiġu assenjati taħt kuntratt qafas futur għal azzjonijiet ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni. Tali kompiti ta’ appoġġ, imfassla biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-azzjoni proposta, se jiġu ssorveljati mill-Kummissjoni u se jibqgħu taħt il-ġestjoni diretta tagħha.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom 

    Isiru laqgħat u kuntatti bilaterali b’mod regolari u dan jippermetti li jkun hemm kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u kontroll sistematiku. Ma ġie identifikat l-ebda riskju fis-sistema ta’ kontroll.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

    Mhux Applikabbli

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Meta l-implimentazzjoni tal-Programm qafas titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività.

    L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jitwettqu jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha jkun qed isir l-awditu. L-Unjoni għandha l-libertà tagħżel lil dawn l-esperti, filwaqt li tevita kull riskju ta’ kunflitt ta’ interess li tista’ tkun indikatilha l-parti li jkun qed isirilha l-awditu. Barra minn hekk, hija u twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jitwettqu verifiki effettivi u billi jkun hemm miżuri u penali proporzjonati li jservu ta’ deterrent meta jiġu nnutati l-irregolaritajiet.

    Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-penali, b’referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 883/2013, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm qafas.

    B’mod partikolari, il-kuntratti jridu jipprevedu l-punti li ġejjin:

    - l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli relatati max-xogħol imwettaq;

    - it-twettiq ta’ verifiki amministrattivi bħala parti mill-miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 883/2013;

    - l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, f’konformità mar-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu ta’ blacklisting;

    - il-fatt li l-ordnijiet ta’ rkupru li jista’ jkun hemm f’każ ta’ irregolarità jew ta’ frodi jridu jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Barra minn hekk u bħala miżura ta’ rutina, se jitwettaq programm ta’ kontroll fir-rigward tal-aspetti xjentifiċi u baġitarji mill-persunal responsabbli fid-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; se jitwettaq awditu intern mill-Unità tal-Awditjar Intern tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; u se jsiru spezzjonijiet lokali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

    ·Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’  
    nefqa

    Kontribuzzjoni

     
    Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali – Riċerka u Innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    Diff./Mhux diff. 15

    mill-pajjiżi tal-EFTA 16

    mill-pajjiżi kandidati 17

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1

    01 01 01 01

    Mhux diff.

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    1

    01 01 01 03

    Mhux diff.

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’ 
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru [Intestatura………………………………………]

    Diff./Mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    [XX.YY.YY.YY]

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    3.2.Impatt stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju  
    pluriennali

    1

    “Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali – Riċerka u Innovazzjoni – Orizzont Ewropa”

    DĠ: RTD

    Sena 
    2023 18

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    2028

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Linja baġitarja

    Impenji

    (1a)

    Pagamenti

    (2a)

    Linja baġitarja

    Impenji

    (1b)

    Pagamenti

    (2b)

    ·Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 19  

    Linja baġitarja 01 01 01 01

    Impenji u Pagamenti

    (3)

    0,064

    0,262

    0,267

    0,272

    0,278

    0,212

    1,355

    Linja baġitarja 01 01 01 03

    Impenji u Pagamenti

    (3)

    0,003

    0,012

    0,012

    0,012

    0,012

    0,009

    0,060

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    għad-DĠ RTD

    Impenji

    =1a+1b +3

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415



    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

    Impenji

    (4)

    Pagamenti

    (5)

    • TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi

    (6)

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURA 1 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    =4+ 6

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    Pagamenti

    =5+ 6

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

    • TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestatura operazzjonali kollha)

    Impenji

    (4)

    Pagamenti

    (5)

    • TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi

    (6)

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    Total tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 
    (Ammont ta’ referenza)

    Impenji

    =4+ 6

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    Pagamenti

    =5+ 6

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415





    Intestatura tal-qafas finanzjarju  
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 2027

    Sena 2028

    TOTAL

    DĠ: <…….>

    • Riżorsi umani

    • Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL TAD-DĠ <…….>

    Approprjazzjonijiet

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    skont l-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2023

    Sena 2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 2027

    Sena 2028

    TOTAL

    Total tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    Impenji

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    Pagamenti

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    OUTPUTS

    Tip 20

    Kost medju

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 21

    - Output

    - Output

    - Output

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

    - Output

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

    TOTAL

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2023 22

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    2028

    TOTAL

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Barra mill-INTESTATURA 7 23  
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0,064

    0,262

    0,267

    0,272

    0,278

    0,212

    1,355

    Nefqa oħra  
    ta’ natura amministrattiva

    0,003

    0,012

    0,012

    0,012

    0,012

    0,009

    0,060

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    TOTAL

    0,067

    0,274

    0,279

    0,284

    0,290

    0,221

    1,415

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena

    2025

    Sena

    2026

    Sena 2027

    Sena 2028

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

    01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

    0,375

    1,5

    1,5

    1,5

    1,5

    1,125

    01 01 01 11 (Riċerka diretta)

     Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 24

    20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 xx yy zz  25

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

    01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    0,375

    1,5

    1,5

    1,5

    1,5

    1,125

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Preparazzjoni u ġestjoni tal-Laqgħat tal-Kumitat Konġunt previsti skont l-Artikolu 6(b) tal-Ftehim u missjonijiet li jiżguraw il-funzjonament u l-implimentazzjoni korretti tal-Ftehim, kif ukoll ir-rieżami regolari tiegħu.

    Il-kalkoli jsiru b’mod proporzjonat skont id-durata tal-Ftehim.

    Persunal estern

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

    Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

       teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

       teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

    Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

     

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq id-dħul mixxellanju

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 26

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    (1)    ĠU L 284, 22.10.1998, p.37.
    (2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).
    (3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE (ĠU L 90, 02.04.2009, p. 20).
    (4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE (ĠU L 128, 30.04.2014, p. 43).
    (5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 (ĠU L 263/1, 22.10.2018, p. 1).
    (6)    “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel” (COM(2021)252 final/2).
    (7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284/35, 22.10.1998, p. 37).
    (8)    ĠU L 284, 22.10.1998, p.37.
    (9)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).
    (10)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 90, 02.04.2009, p. 20).
    (11)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 128, 30.04.2014, p. 43).
    (12)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka.
    (13)     Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (14)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (15)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (16)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (17)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (18)    Is-Sena 2023 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. L-ammonti għall-2023 ikkalkolati abbażi ta’ 3 xhur salarju ta’ 1,5 FTE; għall-2024–2027 ikkalkolati abbażi ta’ 12-il xahar salarju ta’ 1,5 FTE; u għall-2028 ikkalkolati abbażi ta’ 9 xhur salarju ta’ 1,5 FTE. Il-kostijiet medji li għandhom jintużaw minn Jannar 2023, li magħhom żdied indiċjar annwali ta’ 2 % għall-perjodu 2024 – 2028
    (19)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta.
    (20)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (21)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
    (22)    Is-Sena 2023 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (23)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta.
    (24)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
    (25)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (26)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top