EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11151

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11151 — BDT / LGP / PROMACH) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 224/07

PUB/2023/756

ĠU C 224, 27.6.2023, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11151 — BDT / LGP / PROMACH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 224/07)

1.   

Fis-16 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

BDT Capital Partners, LLC (“BDT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn persuna fiżika, Byron D. Trott,

Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Pro Mach, Inc. (“ProMach”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa fil-kontroll esklużiv ta’ LGP.

BDT u LGP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ProMach.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

BDT huwa bank merkantili Amerikan speċjalizzat f’investimenti f’negozji tal-familja u f’dawk immexxija mill-fundatur tagħhom,

LGP hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata Amerikana ffokata primarjament fuq investiment f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi tal-konsumatur, tan-negozju u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni, kif ukoll l-industrijali.

ProMach hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ makkinarju tal-imballaġġ u prodotti u servizzi relatati tas-suq ta’ wara l-bejgħ (inklużi servizzi ta’ inġinerija u integrazzjoni) li jaqdu lill-manifatturi ta’ kull daqs u ġeografiji fl-industriji tal-ikel, tax-xorb, tal-farmaċewtika, tal-kura personali kif ukoll tal-oġġetti domestiċi u industrijali. In-negozju ta’ ProMach bħalissa huwa ffukat l-aktar fuq l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Kanada, iżda joffri wkoll is-servizzi tiegħu fiż-ŻEE u f’postijiet oħra fid-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Case M.11151 BDT / LGP / PROMACH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top