Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11126

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 187/08

    PUB/2023/657

    ĠU C 187, 30.5.2023, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/9


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 187/08)

    1.   

    Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    TowerBrook Capital Partners L.P. (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Lov Group/il-familja Courbit (“LOV Group”, Franza),

    ELOCGA (il-Lussemburgu),

    The Independents u s-sussidjarji tagħha (“The Independents Group”, il-Lussemburgu).

    Towerbrook, LOV u ELOCGA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ The Independents Group.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    TowerBrook hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment li tinvesti f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju Ewropej u tal-Amerka ta’ Fuq,

    LOV Group hija kumpanija azzjonista Franċiża prinċipalment attiva fl-industrija tad-divertiment, permezz ta’ FL Entertainment, kif ukoll fis-setturi tal-lukandi lussużi u tal-ikel. FL Entertainment hija stess attiva fil-produzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv permezz ta’ Banijay u s-settur tal-logħob tal-azzard online permezz ta’ Betclic Everest Group,

    ELOCGA hija l-kumpanija azzjonista tal-fundaturi ta’ The Independents Group, li twettaq ukoll negozju barra minn The Independents Group fis-settur tal-oġġetti tal-konsum, u

    The Independents Group huwa grupp ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni internazzjonali li jopera madwar id-dinja, prinċipalment attiv fis-swieq għar-reklamar, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi ta’ komunikazzjoni.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz Postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top