Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11104

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11104 — HUTCHISON PORTS SOKHNA / GOLDEN CHANCE INVESTMENT ENTERPRISE / CMA TERMINALS / JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 220/09

    PUB/2023/754

    ĠU C 220, 22.6.2023, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/29


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11104 — HUTCHISON PORTS SOKHNA / GOLDEN CHANCE INVESTMENT ENTERPRISE / CMA TERMINALS / JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 220/09)

    1.   

    Fil-15 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Hutchison Port Sokhna Limited (“HPSL, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, il-Gżejjer Cayman),

    Golden Chance Investment Enterprise Limited (“Golden Chance”, Hong Kong), ikkontrollata minn China COSCO Shipping Corporation Limited (“COSCO”, Hong Kong),

    CMA Terminals SAS (“CMAT”, Franza), ikkontrollata minn CMA CGM S.A. (“CMA CGM”, Franza),

    Kumpanija ġdida (“Target JV”, ir-Renju Unit).

    HPSL, Golden Chance u CMAT se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett tat-Target JV.

    Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    HPSL hija diviżjoni operattiva ta’ CKHH, żviluppatur globali ewlieni u operatur ta’ terminals tal-containers u fornitur ta’ servizzi loġistiċi assoċjati. CKHH għandu erba’ negozji ċentrali: portijiet u servizzi relatati, il-bejgħ lil konsumaturi, l-infrastruttura u t-telekomunikazzjonijiet,

    Golden Chance hija sussidjarja ta’ COSCO, attiva bħala operatur tal-portijiet. L-attivitajiet ta’ COSCO jinkludu t-tbaħħir tal-merkanzija, il-loġistika, il-bini u t-tiswija tal-bastimenti, is-servizzi tal-ġestjoni tal-bastimenti, l-inġinerija tal-baħar, l-operazzjonijiet tat-terminal, u s-servizzi finanzjarji u tal-IT relatati,

    CMAT hija sussidjarja ta’ CMA CGM, li toffri firxa ta’ servizzi relatati mat-trasport bil-baħar, inklużi t-tbaħħir bil-containers u s-servizzi tat-terminal tal-port. CMA CGM hija attiva wkoll fis-servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija u ta’ loġistika kuntrattwali permezz tas-sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha, CEVA Logistics, u tipprovdi, permezz tas-sussidjarja kollha kemm hi tagħha, CMA CGM Inland Services (CCIS), firxa limitata ta’ servizzi anċillari ta’ ġestjoni tal-katina tal-provvista. Finalment, CMA CGM nediet ukoll dan l-aħħar CMA CGM Air Cargo u bdiet tipprovdi servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bl-ajru,

    3.   

    It-Target JV se tibni, tiżviluppa u tħaddem terminal tal-containers fil-port ta’ Ain Sokhna fl-Eġittu.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11104 — HUTCHISON PORTS SOKHNA / GOLDEN CHANCE INVESTMENT ENTERPRISE / CMA TERMINALS / JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz Postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top