Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11067

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11067 – HG / EFMS / TRUSTQUAY / VIEWPOINT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 136/03

    PUB/2023/416

    ĠU C 136, 19.4.2023, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 136/8


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11067 – HG / EFMS / TRUSTQUAY / VIEWPOINT)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 136/03)

    1.   

    Fil-11 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    HgCapital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit),

    EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu), proprjetà kollha kemm u kkkontrollata minn EQT AB,

    Tanqueray Topco Limited (“TrustQuay”, Jersey), finalment ikkontrollata minn Hg,

    Viewpoint Software Holding Pte Ltd (“Viewpoint”, Singapore), finalment ikkontrollata minn EFMS.

    Hg u EFMS se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TrustQuay u Viewpoint.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    Hg huwa investitur fin-negozji tas-software u tas-servizzi, b’enfasi fuq l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerka.

    EFMS hija l-maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv ta’ BPEA Private Equity AsiaEQT Mid-Market Growth SCSp (“Fond MMG”), fond ta’ investiment privat li jfittex li jagħmel investimenti primarjament fir-reġjun tal-Asja tal-Paċifiku f’diversi setturi.

    TrustQuay, hija fornitur tat-teknoloġija tas-software tal-ġestjoni tal-entitajiet fiduċjarji, il-fornituri ta’ servizzi korporattivi u ta’ fondi.

    Viewpoint hija fornitur ta’ software għall-ġestjoni tal-entitajiet użat minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji, korporattivi u ta’ amministrazzjoni ta’ fondi, ditti legali offshore, u korporattivi biex jaħżnu u jimmaniġġaw data amministrattiva relatata ma’ entitajiet ġuridiċi korporattivi.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11067 – HG / EFMS / TRUSTQUAY / VIEWPOINT

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussels

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top