EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M10992

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10992 – KAUFLAND / SCP REAL ASSETS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 51/05

PUB/2023/153

ĠU C 51, 10.2.2023, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10992 – KAUFLAND / SCP REAL ASSETS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 51/05)

1.   

Fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kaufland Immobilien GmbH & Co. KG (“Kaufland”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn SB Kaufland KG (“Kaufland-gruppe”, il-Ġermanja), li jagħmel parti minn Schwarz Gruppe,

Proprjetajiet immobbli f’Cologne, Staßfurt u Waiblingen (flimkien “SCP Real Assets”, il-Ġermanja), kull waħda kkontrollat minn SCP Retail Properties A XII S.à r.l., SCP Retail Properties C XII S.à r.l. u SCP Retail Properties C XXII S.à r.l., li kull waħda minnhom tappartjeni għall-SCP Gruppe ikkontrollat minn Marjorie Brabet-Friel.

Kaufland se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SCP Real Assets kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Schwarz Gruppe jopera prinċipalment fis-settur tal-bejgħ tal-ikel bl-imnut permezz ta’ Kaufland u Lidl. Schwarz Gruppe huwa attiv ukoll fil-produzzjoni ta’ soft drinks, prodotti tal-forn, ġelat, għaġin u kafè, kif ukoll fil-ġbir, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjali tar-riċiklaġġ. Dan l-aħħar, Schwarze Gruppe kien qed jipprovdi wkoll servizzi ta’ cloud.

SCP Real Assets huma proprjetajiet immobbli f’Cologne, Staßfurt u Waiblingen fil-Ġermanja, li fihom is-supermarkets Real. SCP Gruppe jinvesti u/jew jagħti pariri primarjament fis-settur tal-proprjetà immobbli, inkluż il-kiri u l-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10992 – KAUFLAND / SCP REAL ASSETS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU. L 24 tad-29 ta’ Jannar 2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top