This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023IP0246
European Parliament resolution of 15 June 2023 on supporting the accession of Ukraine to the Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters (2023/2689(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2023 dwar l-appoġġ għall-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali (2023/2689(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2023 dwar l-appoġġ għall-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali (2023/2689(RSP))
ĠU C, C/2024/489, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/489/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/489 |
23.1.2024 |
P9_TA(2023)0246
L-adeżjoni tal-Ukrajna għall-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2023 dwar l-appoġġ għall-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali (2023/2689(RSP))
(C/2024/489)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 29 tal-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali (“Konvenzjoni dwar is-Sentenzi”), |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023 dwar sena wara l-invażjoni u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2), |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-appoġġ għall-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali (O-00000024/2023 – B9-0025/2023), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 136(5) u l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali; |
A. |
billi l-għan statutorju tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (“il-Konferenza tal-Aja”) huwa li taħdem għall-unifikazzjoni progressiva tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat; |
B. |
billi l-Unjoni Ewropea saret parti għall-Konferenza tal-Aja fit-3 ta’ April 2007; |
C. |
billi l-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali effettiva ta’ sentenzi f’materji ċivili jew kummerċjali billi tipprovdi ċertezza legali u prevedibbiltà lill-partijiet involuti fi tranżazzjonijiet transfruntiera u ċarezza dwar jekk u sa liema punt sentenza se tiġi rikonoxxuta u eżegwita f’ġuriżdizzjoni oħra; billi sabiex tiżgura r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin, il-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi għandha ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja billi tnaqqas l-iskedi ta’ żmien, l-ispejjeż u r-riskji legali f’ċirkostanzi transfruntiera; |
D. |
billi skont l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi, kwalunkwe stat terz jista’ jaderixxi mal-Konvenzjoni; billi tali adeżjoni toħloq relazzjonijiet konvenzjonali bejn żewġ partijiet kontraenti biss jekk l-ebda wieħed minnhom ma jkun innotifika lid-depożitarju li l-adeżjoni m’għandhiex ikollha l-effett li tistabbilixxi relazzjonijiet konvenzjonali mal-ieħor; billi tali notifika trid tiġi sottomessa fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data li fiha tkun ġiet notifikata l-adeżjoni; |
E. |
billi skont il-prattika attwali, il-Kummissjoni ma tagħtix bidu għal proċedura formali skont l-Artikolu 218(6) tat-TFUE għall-konvenzjonijiet li fihom mekkaniżmu ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni, iżda tinforma biss lill-Kunsill u lill-Parlament dwar it-talba ta’ kwalunkwe pajjiż terz biex jaderixxi ma’ strument partikolari tal-Aja; |
F. |
billi, skont ġurisprudenza stabbilita sew, ftehim internazzjonali ma jistax jaffettwa l-allokazzjoni tas-setgħat stabbiliti mit-Trattati, għalhekk il-fatt li fil-livell internazzjonali tkun ġiet adottata proċedura ta’ silenzju biex tiġi ffaċilitata l-adeżjoni minn stati terzi ma għandha tkun tal-ebda konsegwenza għall-proċess intern tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; |
G. |
billi l-Unjoni Ewropea saret parti għall-Konferenza tal-Aja fid-29 ta’ Awwissu 2022; |
H. |
billi l-Ukrajna ffirmat u rratifikat il-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi; |
I. |
billi fl-24 ta’ April 2023, il-Kunsill qabel li jistabbilixxi relazzjonijiet konvenzjonali mal-Ukrajna fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi; |
J. |
billi jekk l-Unjoni taċċetta l-adeżjoni tal-Ukrajna għall-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi, din tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2023 u tkun applikabbli bejn iż-żewġ partijiet; |
1. |
Itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu u l-mexxejja tal-Ukrajna u l-appoġġ tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment; |
2. |
Jilqa’ l-valutazzjonijiet pożittivi li saru mill-Kummissjoni u mill-Kunsill bl-għan li jiġu stabbiliti relazzjonijiet konvenzjonali mal-Ukrajna fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi; |
3. |
Jappoġġa l-adeżjoni tal-Ukrajna għall-Konvenzjoni dwar is-Sentenzi; |
4. |
Jinnota li din ir-riżoluzzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(6) tat-TFUE, li għandha tiġi segwita fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-UE rigward l-adeżjoni ta’ stati terzi mal-Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2023)0056.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/489/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)