Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023HB0001

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Frar 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland (BĊE/2023/1) 2023/C 66/01

    ECB/2023/1

    ĠU C 66, 23.2.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 66/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-15 ta’ Frar 2023

    lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland

    (BĊE/2023/1)

    (2023/C 66/01)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Fl-2016, Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020 (1). Fl-2021, il-mandat ta’ Mazars bħala awdituri esterni għas-Central Bank of Ireland ġie estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022 (2).

    (3)

    Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti ta’ Central Bank of Ireland, Mazars, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

    (4)

    Central Bank of Ireland għażel lil Grant Thornton Ireland bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 u 2029,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    Huwa rrakkomandat li Grant Thornton Ireland għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 u 2029.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, 15 ta’ Frar 2023.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  Rakkomandazzjoni BĊE/2016/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland (ĠU C 413, 10.11.2016, p. 1).

    (2)  Rakkomandazzjoni BĊE/2021/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-29 ta’ Settembru 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland (ĠU C 403, 6.10.2021, p. 1).


    Top