EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0237

P9_TA(2023)0237 Il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2020)0798 – C9-0400/2020 – 2020/0353(COD)) P9_TC1-COD(2020)0353 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE

ĠU C, C/2024/507, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/507/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/507/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/507

23.1.2024

P9_TA(2023)0237

Il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2020)0798 – C9-0400/2020 – 2020/0353(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/507)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0798),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0400/2020),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2021  (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Jannar 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0031/2022),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C 220, 9.6.2021, p. 128.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta' Marzu 2022 (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 245).


P9_TC1-COD(2020)0353

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1542.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/507/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top