EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XG1109(07)

Avviż maħruġ tal-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi 2022/C 426/11

PUB/2022/1431

ĠU C 426, 9.11.2022, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 426/48


Avviż maħruġ tal-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2022/C 426/11)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, il-Ministeru għall-Ambjent b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal kunsens minn qabel għal proposta biex jiġi stabbilit is-sit ta’ estrazzjoni Stonava I għat-tħaddim tad-depożitu tal-gass naturali assoċjat mas-saff tal-faħam Důl 9.květen (numru ta’ reġistrazzjoni tad-depożitu 070200). L-applikazzjoni tirrigwarda żona poligonali ta’ madwar 11,507524 km2. Iż-żona tinsab fiż-żona katastali tal-muniċipalitajiet ta’ Karviná-Doly, Stonava, Albrechtice u Českého Těšína u Horní Suchá fir-Reġjun ta’ Moravia-Silesia (il-Grigal tar-Repubblika Ċeka).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fit-titolu u għat-Taqsima 24 tal-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi minerali (l-Att dwar l-Estrazzjoni), kif emendat, il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka jistieden lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi awtorizzati li jwettqu attivitajiet ta’ estrazzjoni (entitajiet kontraenti) biex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal kunsens minn qabel biex jiġi stabbilit sit ta’ estrazzjoni fiż-żona delinjata hawn fuq.

L-awtorità kompetenti biex tieħu d-deċiżjoni hija l-Ministeru għall-Ambjent. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva huma stabbiliti bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni Ċeka fl-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi minerali (l-Att dwar l-Estrazzjoni), kif emendat.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul id-90-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lill-Ministeru għall-Ambjent fl-indirizz li ġej:

RNDr. Martin Holý

ředitel odboru geologie

Ministerstvo životního prostředí

Vršovická 65

100 10 Praha 10

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati. Se tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq talba mid-dipartiment tal-ġeoloġija tal-Ministeru permezz tal-indirizz elettroniku martin.holy@mzp.cz.


ANNESS

Image 1


Top