This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XG0708(02)
List of Union acts adopted pursuant to Article 26(1), Article 42 and Articles 43 to 46 of the Treaty on European Union, to be applied to Denmark as from 1 July 2022 2022/C 263/05
Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu applikati għad-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2022 2022/C 263/05
Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu applikati għad-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2022 2022/C 263/05
ST/10844/2022/INIT
ĠU C 263, 8.7.2022, p. 11–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/11 |
Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu applikati għad-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2022
(2022/C 263/05)
AVVIŻ LILL-QARREJ Din il-lista ta’ atti legali tal-Unjoni ġiet stabbilita għal raġunijiet ta’ trasparenza u hija ppubblikata biss għal skopijiet ta’ informazzjoni. Il-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattati jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5, li: “Għal dak li jirrigwarda l-miżuri adottati mill-Kunsill fil-qasam tal-Artikolu 26(1), tal-Artikolu 42 u tal-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka m'għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni tagħhom. Id-Danimarka m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jiżviluppaw iżjed il-kooperazzjoni ta' bejniethom f'dan il-qasam. Id-Danimarka m'għandhiex tkun obbligata tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispiża operattiva li toriġina minn dawk il-miżuri, u lanqas li tpoġġi kapaċitajiet militari għad-dispożizzjoni ta' l-Unjoni”. Dan il-Protokoll jipprevedi fl-Artikolu 7 li: “Id-Danimarka fi kwalunkwe żmien tista', skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinforma lill-Istati Membri l-oħra li hi ma tkunx tixtieq aktar tagħmel użu minn dan il-Protokoll kollu jew parti minnu. F'dak il-każ, id-Danimarka għandha tapplika għal kollox il-miżuri kollha rilevanti li f'dak iż-żmien ikunu fis-seħħ fil-qafas tal-Unjoni Ewropea.” F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Protokoll (22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-20 ta' Ġunju 2022, id-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma tixtieqx tagħmel użu aktar mill-Artikolu 5 tal-Protokoll mill-1 ta' Lulju 2022. Bħala konsegwenza ta’ din l-informazzjoni, mill-1 ta' Lulju 2022 ir-referenzi li ġejjin ma għandhomx jibqgħu japplikaw:
|
Missjonijiet u operazzjonijiet |
|
Missjoni |
Atti legali rilevanti |
EUTM Mozambique |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta' Lulju 2021 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1818 tal-15 ta' Ottubru 2021 li tniedi l-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) |
EUNAVFOR MED IRINI |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta' Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1745 tat-23 ta' Settembru 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/3/2021) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/513 tad-29 ta' Marzu 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2022) |
EUTM RCA |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1137 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar it-tnedija tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1791 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/105 tad-19 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 (EUTM RCA/1/2022) |
EUTM Mali |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/178/PESK tal-25 ta' Frar 2013 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus fir-Repubblika tal-Mali tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/657 tat-12 ta' April 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 (EUTM Mali/1/2022) |
EUTM Somalia |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/197/PESK tal-31 ta' Marzu 2010 dwar il-varar ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/905 tat-3 ta' Diċembru 2020 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tas-Somalja dwar l-istatus tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) fir-Repubblika Federali tas-Somalja Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/170 tat-8 ta' Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (EUTM Somalia/1/2022) |
EUNAVFOR ATALANTA |
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/918/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/29/PESK tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE Atalanta Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/88/PESK tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta' Ġibuti, fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/293/PESK tas-26 ta' Frar 2009 dwar Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta' persuni suspettati li kkommettew atti ta' piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/877/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Iskambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għat-trasferiment ta' pirati suspettati u ħallelin armati mill-EUNAVFOR għar-Repubblika tas-Seychelles u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/916/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Seychelles fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta' pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta' pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/661 tal-20 ta' April 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 (ATALANTA/3/2021) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/217 tal-15 ta' Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/41 (ATALANTA/3/2022) |
EUFOR ALTHEA |
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja u Ħerzegovina Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/803/PESK tal-25 ta' Novembru 2004 dwar il-varar tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1010 tat-2 ta' Lulju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 (BiH/29/2020) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/59 tal-10 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/5 (BiH/32/2022) |
Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta’ Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2360 tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta’ Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka |
PESCO (1) |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti |
Aġenzija Ewropea għad-Difiża (2) |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża |
Faċilità Ewropea għall-Paċi |
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 |
Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea |
Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija |
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) |
(1) Id-Danimarka ser tkun tista’ tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-PESCO, meta n-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża tkun ġiet abolita. L-abolizzjoni tan-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża mhux ser tirriżulta awtomatikament fil-parteċipazzjoni Daniża fil-PESCO.
(2) Id-Danimarka tista’ tipparteċipa fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, meta n-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża tkun ġiet abolita. L-abolizzjoni tan-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża mhux ser tirriżulta awtomatikament fil-parteċipazzjoni Daniża fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.