Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0916(01)

    Avviż tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel li jkopru l-Prattiki tal-Iġjene Tajba u l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, inkluż il-faċilitazzjoni/il-flessibbiltà tal-implimentazzjoni f’ċerti negozji tal-ikel 2022/C 355/01

    C/2022/5307

    ĠU C 355, 16.9.2022, p. 1–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/1


    AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

    dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel li jkopru l-Prattiki tal-Iġjene Tajba u l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, inkluż il-faċilitazzjoni/il-flessibbiltà tal-implimentazzjoni f’ċerti negozji tal-ikel

    (2022/C 355/01)

    WERREJ

    1.

    Introduzzjoni 2

    2.

    Għan u Ambitu 2

    3.

    Definizzjonijiet 3

    4.

    Leġiżlazzjoni 4

    4.1.

    GHP 4

    4.2.

    Proċeduri bbażati fuq l-HACCP 4

    4.3.

    Obbligi legali oħrajn fi ħdan FSMS 5

    5.

    Ir-relazzjoni bejn l-FSMS, il-PRP, il-GHP, l-OPRP u l-HACCP, u ma’ standards internazzjonali 5

    6.

    Flessibilità fl-applikazzjoni ta’ GHP u HACCP 7

    7.

    Gwidi għal prattiki ta’ iġjene tajba u proċeduri bbażati fuq l-HACCP 7

    7.1.

    Gwidi nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 7

    7.2.

    Gwidi tal-UE f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 8

    8.

    Taħriġ 8

    1.   INTRODUZZJONI

    Fl-2016, il-Kummissjoni adottat l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel li jkopru l-programmi prerekwiżiti (PRPs) u l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, inkluż il-faċilitazzjoni/il-flessibbiltà tal-implimentazzjoni f’ċerti negozji tal-ikel (1) (“l-Avviż tal-2016”). L-Avviż tal-2016 ipprovda gwida bħala segwitu għar-“Rapport Ġenerali dwar l-Istat tal-Implimentazzjoni tal-HACCP fl-UE u Oqsma għal Titjib” imħejji mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju preċedenti tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni wara numru ta’ missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti. Qabel l-Avviż tal-2016, twettqet konsultazzjoni komprensiva mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati.

    Mill-2016, saru għadd ta’ reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti (eż. l-introduzzjoni tal-kontroll tal-allerġeni u kultura tas-sikurezza tal-ikel bħala rekwiżiti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 (2) bir-Regolament (UE) 2021/382 (3) u standards internazzjonali (eż. ir-reviżjoni tal-ISO 22000 (4) u tal-prinċipji Ġenerali tal-Codex Alimentarius dwar l-Iġjene tal-Ikel (5), u l-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Codex Alimentarius dwar l-Immaniġġjar tal-Allerġeni tal-Ikel għall-Operaturi tan-Negozju tal-Ikel (6)). Ġew ippubblikati għadd ta’ opinjonijiet xjentifiċi rilevanti mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (7) u nkisbu wkoll esperjenzi ulterjuri mill-implimentazzjoni prattika tar-rakkomandazzjonijiet.

    Għalhekk, reviżjoni tal-Avviż tal-2016 tqieset xierqa.

    Waqt li kienet qiegħda tħejji din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni organizzat serje ta’ laqgħat ma’ esperti mill-Istati Membri sabiex teżamina u tilħaq kunsens dwar dawn il-kwistjonijiet. Barra minn hekk, ġie kkonsultat il-Bord Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari.

    2.   GĦAN U AMBITU

    L-għan ta’ din il-gwida huwa li tiffaċilita u tarmonizza l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE dwar Prattiki ta’ Iġjene Tajba (GHP) u proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-Perikli u Punti Kritiċi ta’ Kontroll (proċeduri bbażati fuq l-HACCP) bħala partijiet mis-Sistemi għall-Immaniġġjar tas-Sikurezza tal-Ikel (FSMS) billi tipprovdi gwida prattika dwar:

    il-leġiżlazzjoni rilevanti, ir-rabta bejn il-GHP, il-programmi prerekwiżiti (PRP), il-PRP operazzjonali (OPRP) u l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP fi ħdan FSMS, ir-relazzjoni mal-istandards u t-taħriġ internazzjonali u l-użu ta’ gwidi għal prattiki ta’ iġjene tajba;

    l-implimentazzjoni tal-GHP, inkluża l-flessibbiltà prevista għal ċerti stabbilimenti tal-ikel mil-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-implimentazzjoni tagħhom (l-Anness I)

    l-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, inkluża l-flessibbiltà prevista għal ċerti stabbilimenti tal-ikel mil-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-implimentazzjoni tagħhom (l-Anness II)

    l-awditjar tal-FSMS (l-Anness III).

    Tingħata attenzjoni kbira lill-flessibbiltà prevista fl-applikazzjoni tal-GHP u lill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-attività u d-daqs tal-istabbiliment.

    Dan l-Avviż tal-Kummissjoni jissostitwixxi l-Avviż tal-2016.

    Din il-gwida ma hijiex legalment vinkolanti, f’kuntrast mar-rekwiżiti legali msemmija fit-Taqsima 4. Din il-gwida tipprovdi għodod jew eżempji għall-operaturi kollha tan-negozji tal-ikel dwar kif għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-UE u tista’ tiġi ssupplimentata bi gwida fil-livell settorjali u nazzjonali, li għandha tkun applikabbli direttament fi stabbilimenti speċifiċi. Hija mmirata lejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex tippromwovi fehim komuni tar-rekwiżiti legali, u lejn l-operaturi tan-negozji tal-ikel sabiex tgħin fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE wara l-istabbiliment ta’ adattamenti speċifiċi għan-negozju, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tagħhom fi kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-ikel.

    3.   DEFINIZZJONIJIET

    Livell aċċettabbli: Livell ta’ periklu f’ikel li fih jew taħtu l-ikel jitqies sikur skont l-użu maħsub tiegħu.

    Miżura ta’ kontroll: Kwalunkwe azzjoni jew attività li tista’ tintuża sabiex tipprevjeni jew telimina periklu, jew tnaqqsu għal livell aċċettabbli (8).

    Azzjoni korrettiva: Kwalunkwe azzjoni meħuda meta sseħħ devjazzjoni sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-kontroll, tiġi ssegregata u ddeterminata d-dispożizzjoni tal-prodott affettwat, jekk ikun hemm, u tiġi evitata jew minimizzata l-okkorrenza mill-ġdid tad-devjazzjoni8.

    Punt(i) kritiku/kritiċi ta’ kontroll (CCP): Pass li fih jista’ jiġi applikat il-kontroll u huwa essenzjali sabiex jipprevjeni jew jelimina periklu għas-sikurezza tal-ikel jew inaqqsu għal livell aċċettabbli. L-aktar CCP tipiku għall-kontroll tal-perikli mikrobijoloġiċi huma r-rekwiżiti tat-temperatura eż. il-kundizzjonijiet tal-ħin/tat-temperatura sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat periklu (eż. il-pastorizzazzjoni). CCPs oħrajn jistgħu jkunu l-verifika ta’ mikroleżjonijiet f’ikel fil-laned, il-verifika tal-preżenza ta’ perikli fiżiċi permezz ta’ tgħarbil jew individwazzjoni tal-metall jew il-verifika tal-ħin/tat-temperatura taż-żejt tal-qali sabiex jiġu evitati kontaminanti li joriġinaw mill-proċess kimiku.

    Limitu kritiku: Kriterju, osservabbli jew li jista’ jitkejjel, relatat ma’ miżura ta’ kontroll f’CCP li jissepara l-aċċettazzjoni minn nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-ikel8. Fl-eżempji tas-CCPs ta’ hawn fuq, dawn jirreferu rispettivament għat-temperatura minima (tnaqqis/eliminazzjoni tal-periklu) u l-preżenza (probabbli) ta’ kontaminazzjoni.

    Sistema għall-Immaniġġjar tas-Sikurezza tal-Ikel (FSMS): Programmi prerekwiżiti, issupplimentati b’miżuri ta’ kontroll f’CCP, kif xieraq, li meta jittieħdu b’mod ġenerali, jiżguraw li l-ikel ikun sikur u xieraq għall-użu maħsub tiegħu8. L-FSMS hija wkoll il-kombinament ta’ miżuri ta’ kontroll u attivitajiet ta’ assigurazzjoni. Din tal-aħħar għandha l-għan li tipprovdi evidenza sabiex jintwera li l-miżuri ta’ kontroll bħall-validazzjoni u l-verifika, id-dokumentazzjoni u ż-żamma ta’ rekords, qegħdin jaħdmu kif suppost.

    Prattiki ta’ Iġjene Tajba (GHP): Miżuri u kundizzjonijiet fundamentali applikati fi kwalunkwe pass fil-katina alimentari sabiex jiġi pprovdut ikel sikur u xieraq8. Il-GHP jinkludu wkoll prattika/i tajba ta’ manifattura (GMP, li tenfasizza/jenfasizzaw metodoloġiji ta’ ħidma korretti eż. id-dożaġġ korrett tal-ingredjenti, it-temperatura xierqa tal-ipproċessar, il-verifika li l-pakketti jkunu nodfa u mhux danneġġati), prattika/i tajba tal-agrikoltura (GAP, eż. l-użu tal-ilma ta’ kwalità xierqa għat-tisqija, sistema all in/all out fit-trobbija tal-annimali fejn dawn jitrabbew fi gruppi u ma jitħalltux ma’ gruppi oħrajn), prattika/i veterinarja/i tajba (GVP), prattika/i tajba ta’ produzzjoni (GPP), prattika/i tajba ta’ distribuzzjoni (GDP) u prattika/i tajba ta’ negozjar (GTP).

    Pjan tal-GHP: Dokumentazzjoni u rekords, li jipprovdu u li jiġġustifikaw il-GHP applikata, kif ukoll rekords dwar l-azzjonijiet ta’ monitoraġġ, verifika u korrettivi, jekk applikabbli, disponibbli fi kwalunkwe format. Il-pjan tal-GHP jista’ jiġi integrat fil-pjan tal-HACCP.

    Perikli: Aġent bijoloġiku (eż. Salmonella), kimiku (eż. id-diossina, l-allerġeni) jew fiżiku (eż. oġġetti estranji ibsin jew li jaqtgħu bħal biċċiet tal-ħġieġ, metall) fl-ikel, li jista’ jikkawża effett avvers fuq is-saħħa8.

    Analiżi tal-perikli: Il-proċess tal-ġbir u tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni dwar il-perikli identifikati fil-materja prima u f’ingredjenti oħrajn, fl-ambjent, fil-proċess jew fl-ikel, u l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-preżenza tagħhom sabiex jiġi deċiż jekk dawn ikunux perikli sinifikanti jew le8.

    Proċeduri bbażati fuq l-HACCP jew “HACCP”: Proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP), jiġifieri sistema ta’ awtoverifika li tidentifika, tevalwa u tikkontrolla perikli li jkunu sinifikanti għas-sikurezza tal-ikel b’konsistenza mal-prinċipji tal-HACCP.

    Pjan tal-HACCP: Dokumentazzjoni jew sett ta’ dokumenti, imħejjija f’konformità mal-prinċipji tal-HACCP sabiex jiġi żgurat il-kontroll ta’ perikli sinifikanti fin-negozji tal-ikel8, disponibbli fi kwalunkwe format. Il-pjan inizjali tal-HACCP għandu jiġi aġġornat jekk ikun hemm tibdil fil-produzzjoni u jrid jiġi ssupplimentat b’rekords minn eżiti tal-monitoraġġ u tal-verifika, u minn azzjonijiet korrettivi meħuda.

    Monitoraġġ: L-att tat-twettiq ta’ sekwenza ppjanata ta’ osservazzjonijiet jew ta’ kejl tal-parametri ta’ kontroll sabiex jiġi vvalutat jekk miżura ta’ kontroll partikolari tkunx taħt kontroll8.

    Programm(i) Prerekwiżit(i) Operazzjonali (OPRP): miżura ta’ kontroll jew taħlita ta’ miżuri ta’ kontroll applikati għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ periklu sinifikanti għas-sikurezza tal-ikel għal livell aċċettabbli, u fejn kriterju u kejl jew osservazzjoni ta’ azzjoni jippermettu kontroll effettiv tal-proċess u/jew tal-prodott. Dawn ikunu marbuta tipikament mal-proċess ta’ produzzjoni u jiġu identifikati mill-analiżi tal-perikli bħala essenzjali, sabiex tiġi kkontrollata l-probabbiltà tal-introduzzjoni, is-sopravivenza u/jew il-proliferazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza tal-ikel fil-prodott(i) jew fl-ambjent tal-ipproċessar.

    Programm(i) prerekwiżit(i) (PRP): Prattiki u kundizzjonijiet preventivi inklużi l-GHP kollha, kif ukoll prattiki u proċeduri oħrajn bħat-taħriġ u t-traċċabbiltà, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ambjentali u operattivi bażiċi li jistabbilixxu l-bażi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP (9). Ara wkoll it-Taqsima 5.

    Riskju: tfisser funzjoni tal-probabbiltà ta’ effett avvers fuq is-saħħa u s-severità ta’ dak l-effett, bil-konsegwenza ta’ periklu (10).

    Periklu sinifikanti: Periklu identifikat minn analiżi tal-perikli, kif raġonevolment probabbli li jseħħ f’livell inaċċettabbli fin-nuqqas ta’ kontroll, u li għalih il-kontroll ikun essenzjali minħabba l-użu maħsub tal-ikel8.

    Validazzjoni: Il-kisba ta’ evidenza li miżura ta’ kontroll jew taħlita ta’ miżuri ta’ kontroll, jekk jiġu implimentati kif xieraq fil-proċeduri bbażati fuq l-HACCP u mill-OPRP, ikunu kapaċi jikkontrollaw il-periklu għal eżitu speċifikat. Tista’ tkun meħtieġa rivalidazzjoni fil-każ ta’ bidliet9. Eżempji dettaljati jistgħu jinsabu f’CAC/GL 69-2008.

    Verifika: L-applikazzjoni ta’ metodi, proċeduri, testijiet u evalwazzjonijiet oħrajn, apparti l-monitoraġġ, sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura ta’ kontroll tkunx jew kinitx qiegħda topera kif maħsub8. Il-verifika titwettaq perjodikament sabiex turi li s-sistema tal-HACCP u l-ġestjoni tal-OPRP ikunu qegħdin jaħdmu kif ippjanat.

    4.   LEĠIŻLAZZJONI

    4.1.   GHP

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jirrikjedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel (FBOs) jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali tal-iġjene dettaljati fl-Anness I tiegħu għall-produzzjoni primarja u għal operazzjonijiet assoċjati u fl-Anness II tiegħu għal stadji oħrajn tal-katina tal-produzzjoni tal-ikel. Dawn huma ssupplimentati mir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (11).

    4.2.   Proċeduri bbażati fuq l-HACCP

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jirrikjedi li l-FBOs jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bbażata/i fuq il-prinċipji tal-HACCP. Il-prinċipji tal-HACCP ġeneralment jitqiesu u huma rikonoxxuti fil-livell internazzjonali bħala sistema utli ta’ awtoverifika għall-operaturi tan-negozju tal-ikel sabiex jiġu kkontrollati perikli li jistgħu jseħħu fl-ikel.

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeskludi b’mod ċar il-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati mir-rekwiżit għall-proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Madankollu, dak ir-Regolament jitlob lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-operaturi fil-livell tal-produzzjoni primarja sabiex kemm jista’ jkun japplikaw dawn il-prinċipji (ara l-aħħar eżempju ta’ GHP li jeħtieġ attenzjoni akbar fit-Taqsima 5).

    Fi stadji oħrajn tal-katina alimentari, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jirrikonoxxi li, f’ċerti negozji tal-ikel, ma huwiex possibbli li jiġu identifikati punti kritiċi ta’ kontroll u li, f’xi każijiet, il-GHP ikunu biżżejjed sabiex jiġu kkontrollati l-perikli. Barra minn hekk, ir-rekwiżit taż-żamma tad-dokumenti jeħtieġ li jkun flessibbli sabiex ikunu evitati piżijiet mhux dovuti għal negozji żgħar ħafna. L-obbligu, stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 li l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, huwa obbligu li titwettaq analiżi tal-perikli u li jiġi kkunsidrat jekk jistgħux jiġu identifikati punti kritiċi ta’ kontroll, li huma l-ewwel żewġ prinċipji tal-HACCP (tal-anqas b’mod simplifikat jew ibbażat fuq gwida). Meta ma jiġi identifikat l-ebda punt kritiku ta’ kontroll jew OPRP, jista’ jiġi konkluż li l-GHP ikunu suffiċjenti. Dan ma jeskludix il-ħtieġa għall-monitoraġġ, il-validazzjoni u l-verifika ta’ ċerti GHP.

    4.3.   Obbligi legali oħrajn fi ħdan FSMS

    Numru ta’ prinċipji u rekwiżiti obbligatorji oħrajn fi ħdan FSMS huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (12): l-approċċ tal-analiżi tar-riskju, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, it-trasparenza/il-komunikazzjoni, ir-responsabbiltà primarja tal-FBOs, it-traċċabbiltà u l-proċeduri ta’ rtirar/sejħa lura. Jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar dettaljati bħal fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 (13) dwar it-traċċabbiltà fl-ikel li joriġina mill-annimali.

    Dawn il-prinċipji u r-rekwiżiti ma humiex indirizzati ulterjorment f’dan l-Avviż tal-Kummissjoni iżda l-gwida tista’ tinstab fuq https://ec.europa.eu/food/horizontal-topics/general-food-law/food-law-general-requirements_en .

    5.   IR-RELAZZJONI BEJN L-FSMS, IL-PRP, IL-GHP, L-OPRP U L-HACCP, U MA’ STANDARDS INTERNAZZJONALI

    B’mod ġenerali, FSMS (14) hija sistema olistika ta’ prevenzjoni, tħejjija (15) u attivitajiet ta’ awtoverifika għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel, inkluż l-iġjene tal-ikel, f’negozju tal-ikel. FSMS għandha titqies bħala għodda prattika għall-kontroll tal-ambjent u tal-proċess tal-produzzjoni tal-ikel u tiżgura li l-ikel prodott ikun sikur. Hija tinkludi:

    Il-GHP (eż. tindif u diżinfezzjoni xierqa, iġjene personali), li huma numru ta’ miżuri u kundizzjonijiet preventivi fundamentali applikati fi kwalunkwe pass fil-katina alimentari sabiex jiġi pprovdut ikel sikur u xieraq. Dawn fihom tliet elementi, jiġifieri mġiba strutturali (eż. faċilitajiet, tagħmir), mġiba operazzjonali (fluss tax-xogħol, immaniġġjar tal-ikel) u mġiba personali (iġjene personali). Il-GHP huma kollha programmi prerekwiżiti (PRP) eż. prattiki u proċeduri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ambjentali u operattivi bażiċi għal ikel sikur. Il-PRP stabbilew il-pedament għall-implimentazzjoni ta’ sistema tal-HACCP. PRP addizzjonali għall-prevenzjoni u t-tħejjija, għajr il-GHP, huma sistemi ta’ traċċabbiltà u ta’ rtirar/sejħa lura effiċjenti.

    Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP peress li huma obbligatorji fl-istabbilimenti kollha tal-ikel għajr l-attivitajiet tal-produtturi primarji u l-operazzjonijiet assoċjati. Huma parti (flimkien mal-GHP) minn sistema sabiex in-negozju nnifsu jevalwa jekk hemmx GHP suffiċjenti u effettivi, u jekk l-analiżi tal-perikli tiżvelax il-preżenza ta’ perikli sinifikanti u konsegwentement, il-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ punti kritiċi ta’ kontroll, li jeħtieġu l-applikazzjoni sħiħa tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

    Il-partijiet ikkonċernati gradwalment indikaw li, fil-prattika, ta’ spiss kien hemm diskrepanza bejn il-GHP u s-CCP sabiex jiġu indirizzati perikli intermedji u ċerti perikli sinifikanti, u ġew introdotti kunċetti bħal punti ta’ attenzjoni, punti ta’ kontroll, eċċ. il-Codex u l-ISO 22000 ħadu żewġ approċċi differenti sabiex jimmaniġġjaw dawn ir-riskji:

    Is-CXC 1-1969 “General Principles of Food Hygiene” tal-Codex Alimentarius jirreferi għal “GHP li jeħtieġu attenzjoni akbar” sabiex jiġu indirizzati perikli sinifikanti identifikati. Għalhekk, għal xi GHP, abbażi ta’ tħassib dwar is-sikurezza dwar l-ikel, tista’ tkun meħtieġa “attenzjoni akbar” sabiex jiġi pprovdut ikel sikur. Attenzjoni akbar tista’ tinkludi frekwenza ogħla ta’ applikazzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ verifika.

    Fl-2005, l-ISO 22000 introduċa programmi prerekwiżiti operazzjonali (OPRP) sabiex jimtela dan in-nuqqas. Dawn huma miżuri ta’ kontroll li jiġu implimentati sabiex jipprevjenu jew inaqqsu periklu sinifikanti għas-sikurezza tal-ikel għal livell aċċettabbli. Matul l-analiżi tal-perikli dawn jiġu identifikati bħala importanti sabiex jiġu kkontrollati ċerti perikli sinifikanti.

    Eżempji tipiċi ta’ GHPa u/jew OPRP huma:

    it-tindif tat-tagħmir u tal-uċuħ li jiġu f’kuntatt ma’ ikel lest sabiex jittiekel għandu jingħata attenzjoni akbar minn żoni oħrajn bħat-tindif tal-ħitan u tas-soqfa, peress li jekk l-uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel ma jitnaddfux kif suppost, dan jista’ jwassal għal kontaminazzjoni diretta tal-ikel bil-Listeria monocytogenes;

    tindif u diżinfezzjoni aktar intensivi u iġjene personali aktar stretta (eż. maskri tal-ħalq u protezzjoni ekstra tal-persunal) f’żoni ta’ riskju għoli, pereżempju f’żoni ta’ imballaġġ ta’ ikel lest sabiex jittiekel;

    il-verifika tal-imballaġġ tal-ikel fil-laned rigward indafa u danni;

    kontrolli aktar stretti mal-wasla ta’ materja prima jekk il-fornitur ma jagħtix garanzija tal-livell mixtieq ta’ kwalità/sikurezza (eż. mikotossini fil-ħwawar);

    tindif effiċjenti intermedju sabiex tiġi kkontrollata l-kontaminazzjoni kroċjata bejn lottijiet ta’ produzzjoni li jkun fihom allerġeni differenti (ġewż, sojja, ħalib, …). Is-severità tal-effett fuq is-saħħa hija għolja u r-riskju ta’ devjazzjoni (preżenza permezz ta’ kontaminazzjoni kroċjata) jista’ jkun sostanzjali, madankollu, il-monitoraġġ f’ħin reali huwa impossibbli. Ara wkoll it-Taqsima 3.7 tal-Anness I;

    il-kunsiderazzjoni tal-kwalità batterjoloġika tal-ilma tat-tisqija bħala punti ta’ kontroll tista’ tkun xierqa b’mod partikolari għall-għelejjel lesti sabiex jittieklu.

    il-kontroll tal-proċess tal-ħasil tal-ħxejjex (eż. permezz tal-frekwenza li biha jinbidel l-ilma tal-ħasil sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni kroċjata mikrobika, azzjoni mekkanika fl-ilma sabiex jitneħħew perikli fiżiċi bħal ġebel, jew biċċiet tal-injam);

    il-kontroll tal-proċess ta’ smit għall-industrija tal-iffriżar f’temperaturi baxxi ħafna (ħin/temperatura); ġeneralment, il-proċessi tal-ħasil u tas-smit jistgħu ma jitqisux bħala CCP billi dan il-proċess la jista’ jilħaq u lanqas ma jimmira li jilħaq l-eliminazzjoni sħiħa tal-perikli mikrobiċi sinifikanti jew it-tnaqqis għal livell aċċettabbli; madankollu, dawn se jkollhom impatt fuq it-tagħbija mikrobika tal-prodotti pproċessati u jikkontribwixxu, meta jkunu assoċjati ma’ miżuri oħrajn ta’ kontroll, għall-eliminazzjoni tal-perikli sinifikanti jew għat-tnaqqis tagħhom għal livell aċċettabbli;

    Fl-UE, jingħata rwol ċentrali lill-analiżi tal-perikli, li hija meqjusa bħala essenzjali sabiex jiġu identifikati l-livelli differenti ta’ riskji, eż. jekk il-GHP jkunux suffiċjenti, jew jekk ir-riskji intermedji u/jew dawk għal perikli sinifikanti jeħtieġ li jiġu indirizzati rispettivament mill-OPRP u/jew mis-CCP. Peress li l-GHP li jeħtieġu attenzjoni akbar ma humiex neċessarjament identifikati mill-analiżi tal-perikli fil-Prinċipji Ġenerali tal-Codex dwar l-Iġjene tal-Ikel, għall-kuntrarju tal-OPRP li jinsabu fl-ISO 22000, f’dan id-dokument issir referenza għall-OPRP.

    Minħabba n-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-Codex u l-ISO 22000, il-gwida pprovduta f’dan id-dokument kellha tagħmel din l-għażla sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mill-operaturi bejn iż-żewġ approċċi differenti, jew mill-qasma mhux meħtieġa bejn żewġ tipi ta’ riskji simili. Madankollu, il-linji gwida f’dan id-dokument huma meqjusa konformi maż-żewġ standards internazzjonali, li barra minn hekk jistgħu jintużaw bħala materjal ta’ sors dwar l-implimentazzjoni ta’ FSMS. Huwa rikonoxxut li l-Codex Alimentarius huwa r-referenza uffiċjali f’kuntest kummerċjali globali.

    Fl-Appendiċi 1 hija pprovduta ħarsa ġenerali viżwali lejn l-approċċ tal-UE dwar l-FSMS.

    Qabel l-applikazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP għal kwalunkwe negozju, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jkun implimenta l-PRP, inklużi l-GHP u l-miżuri l-oħrajn stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dawn huma l-pilastri ta’ prevenzjoni u ta’ tħejjija ta’ kull FSMS u huma meħtieġa sabiex jiġu żviluppati proċeduri bbażati fuq l-HACCP, li jirrappreżentaw kontroll sistematiku mill-FBO ta’ perikli sinifikanti u speċifiċi, li ma jkunux ikkontrollati b’mod suffiċjenti mill-PRP waħdu.

    Approċċ f’żewġ passi (PRP/CCP, ara wkoll “APPROĊĊ ALTERNATTIV” fl-Appendiċi 2) huwa r-rekwiżit legali minimu, iżda jista’ jiġi rrakkomandat li jintuża l-approċċ fi tliet passi li jidentifika l-PRP, l-OPRP u s-CCP. Ħafna negozji jistgħu japplikaw approċċ f’żewġ passi, filwaqt li l-approċċ fi tliet passi jista’ jkun aktar adattat għal negozji akbar u aktar kumplessi.

    6.   FLESSIBILITÀ FL-APPLIKAZZJONI TA’ GHP U HACCP

    Hemm differenzi fir-riskju skont in-natura tal-attività li għandhom jiġu kkunsidrati meta titqies il-flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-GHP. Eżempju partikolari huwa l-bejgħ bl-imnut ta’ ikel ippakkjat minn qabel għall-kuntrarju tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi l-immaniġġjar ulterjuri tal-ikel (eż. ħanut tal-laħam jew tad-delicatessen li jimmaniġġja ikel espost lest sabiex jittiekel). Eżempju ieħor huwa d-differenza bejn attività kumplessa ta’ manifattura/ipproċessar u attività sempliċi bħall-ħżin/trasport.

    Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità fil-piżijiet amministrattivi, numru ta’ rekwiżiti bħad-dokumentazzjoni u ż-żamma tar-rekords, jistgħu jiġu ssimplifikati f’negozji żgħar meta mqabbla ma’ oħrajn akbar li jwettqu l-istess attività.

    Proċeduri bbażati fuq l-HACCP għandhom jipprovdu flessibbiltà suffiċjenti sabiex ikunu applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha (16).

    L-Annessi I u II, rispettivament dwar il-GHP u l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, jinkludu gwida dwar implimentazzjoni simplifikata tal-FSMS għal FBOs xierqa, filwaqt li jqisu n-natura u d-daqs tagħhom u jipprovdu eżempji:

    Sabiex jiġu identifikati dawk in-negozji tal-ikel fejn il-flessibbiltà tkun xierqa abbażi tar-riskju u d-daqs tagħhom,

    Sabiex jiġi spjegat il-kunċett ta’ “proċeduri ssimplifikati bbażati fuq l-HACCP”,

    Sabiex jiġi spjegat ir-rwol tal-gwidi għal prattika tajba u tal-gwidi ġeneriċi tal-HACCP, inkluż il-ħtieġa ta’ dokumentazzjoni, u

    Sabiex tiġi identifikata l-flessibbiltà applikabbli għall-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.

    L-eżitu ta’ awditu privat ivvalidat ta’ skema ta’ kontroll tal-kwalità jista’ jintuża bħala sors ta’ informazzjoni u jitqies fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ FSMS.

    L-evitar ta’ lingwi li l-FBOs żgħar jistgħu jsibu diffiċli sabiex jifhmu, b’mod partikolari fi gwidi nazzjonali jew ġeneriċi, jista’ jnaqqas l-ostakli għall-FBOs li jużaw dawn il-gwidi.

    Il-flessibilità ma hijiex primarjament maħsuba sabiex tnaqqas in-numru ta’ CCP u ma għandhiex tikkomprometti s-sikurezza tal-ikel.

    7.   GWIDI GĦAL PRATTIKI TA’ IĠJENE TAJBA U PROĊEDURI BBAŻATI FUQ L-HACCP

    Il-gwidi nazzjonali u tal-UE jipprovdu rakkomandazzjonijiet utli dwar kif għandhom jiġu implimentati l-GHP u l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Dawn jistgħu jiġu integrati iżda ma għandhomx jissostitwixxu l-analiżi tal-periklu speċifika għall-FBO.

    7.1.   Gwidi nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004

    L-awtoritajiet kompetenti diġà żviluppaw jew ivvalutaw gwidi għal prattika tajba għal bosta setturi tal-ikel (17). Dawn il-gwidi jistgħu jiġu żviluppati wkoll flimkien ma’ organizzazzjonijiet settorjali tal-partijiet ikkonċernati. Il-gwidi jiffokaw l-aktar fuq il-GHP iżda xi drabi jikkombinaw il-GHP ma’ PRP ieħor u ma’ xi wħud mill-proċeduri jew mal-proċeduri kollha bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.

    L-użu ta’ gwidi għal prattika tajba jistgħu jgħinu lill-FBOs sabiex jikkontrollaw il-perikli u juru konformità ma’ rekwiżiti legali. Huma jistgħu jiġu applikati minn kwalunkwe settur tal-ikel, u b’mod partikolari fejn l-immaniġġjar tal-ikel jsir f’konformità mal-proċeduri magħrufa sew u li ħafna drabi jkunu parti mit-taħriġ vokazzjonali tas-soltu.

    Dawn il-gwidi jistgħu jenfasizzaw ukoll il-perikli possibbli marbuta ma’ ċertu ikel (eż. il-preżenza tas-Salmonella fil-bajd nej), u l-metodi użati għall-kontroll tal-kontaminazzjoni tal-ikel (eż. ix-xiri ta’ bajd nej minn sors affidabbli, kombinament ta’ ħin/temperatura għall-ipproċessar, is-separazzjoni ta’ ikel lest u mhux lest sabiex jittiekel, eċċ.).

    L-awtoritajiet kompetenti stess għandhom iqisu l-iżvilupp ta’ gwidi proprji, b’mod partikolari fis-setturi fejn ma jeżistux organizzazzjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati jew għal attivitajiet li tipikament isiru minn negozji żgħar jew żgħar ħafna, li jeħtieġu xi gwida ġenerika sabiex jibdew l-istabbiliment speċifiku tagħhom.

    7.2.   Gwidi tal-UE f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004

    Bosta organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati settorjali Ewropej żviluppaw gwidi tal-UE għall-prattiki ta’ iġjene tajba. Il-lista ta’ dawn il-gwidi tista’ tiġi kkonsultata fuq: https://ec.europa.eu/food/food/biological-safety/food-hygiene/guidance-platform_en. F’xi każijiet, il-Kummissjoni Ewropea nnifisha pprovdiet gwida speċifika għas-settur, b’mod partikolari meta l-FBOs ta’ spiss ikunu negozji żgħar:

    Avviż tal-Kummissjoni li jipprovdi gwida dwar is-sistemi għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel għal attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel, inkluż donazzjonijiet tal-ikel (18) (“Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut”);

    Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba (19).

    8.   TAĦRIĠ

    Il-persunal tal-FBOs għandu jiġi ssorveljat u mogħti struzzjonijiet u/jew imħarreġ fi kwistjonijiet dwar l-iġjene tal-ikel li jkunu adatti għar-rwol tagħhom, u dawk responsabbli għall-iżvilupp u għaż-żamma tas-sistema għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel għandhom jingħataw taħriġ xieraq fl-applikazzjoni tal-GHP, PRP oħrajn u proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

    Il-maniġment għandu jiżgura li l-persunal li jkun qiegħed jieħu sehem fil-proċessi rilevanti juri ħiliet suffiċjenti u jkun konxju tal-perikli identifikati (jekk ikun hemm) u tal-punti kritiċi fil-proċess tal-produzzjoni, tal-ħżin, tat-trasport u/jew tad-distribuzzjoni. Huma jridu juru li huma konxji wkoll tal-miżuri korrettivi, tal-miżuri preventivi u tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ reġistrazzjoni applikabbli fin-negozju, f’konformità mal-Kapitolu XII tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

    Għandha ssir distinzjoni bejn it-taħriġ dwar l-iġjene b’mod ġenerali (għall-impjegati kollha) u t-taħriġ speċifiku għall-HACCP. L-impjegati li jimmonitorjaw/jimmaniġġjaw jew jivverifikaw punti kritiċi ta’ kontroll (CCP) għandhom jitħarrġu dwar il-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP li jkunu adatti għall-kompiti tagħhom (pereżempju, wejter/wejtress ikollu/ikollha bżonn ċertu livell ta’ taħriġ fl-iġjene, filwaqt li kok ikollu bżonn taħriġ addizzjonali relatat mal-preparazzjoni iġjenika tal-ikel). Għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta’ taħriġ ta’ tiġdid u l-frekwenza tiegħu għandha tkun skont il-ħtiġijiet tal-istabbiliment u l-ħiliet murija.

    L-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ta’ setturi differenti tal-industrija tal-ikel għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iħejju informazzjoni dwar taħriġ għall-FBOs.

    It-taħriġ kif imsemmi fil-Kapitolu XII tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 irid jitqies f’kuntest usa’. F’dan il-kuntest, taħriġ xieraq mhux neċessarjament jinvolvi parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ taħriġ formali. Il-ħiliet u l-għarfien jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ aċċess għal informazzjoni teknika kif ukoll pariri minn organizzazzjonijiet professjonali jew mill-awtoritajiet kompetenti, minn taħriġ adegwat fuq il-post tax-xogħol, u gwidi dwar prattika tajba, eċċ.

    It-taħriġ fil-GHP, PRP oħrajn u fil-HACCP tal-persunal fin-negozji tal-ikel għandu jkun proporzjonat għad-daqs u għan-natura tan-negozju u jqis ir-riskji speċifiċi relatati man-natura tal-attività.

    L-importanza tat-taħriġ ġiet imsaħħa minħabba l-introduzzjoni tar-rekwiżit (obbligatorju) għal kultura dwar is-sikurezza tal-ikel fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 f’Marzu tal-2021. It-taħriġ ta’ spiss ikun l-aktar għodda importanti sabiex tinkiseb kultura tajba ta’ sikurezza tal-ikel jew sabiex iservi bħala azzjoni korrettiva f’każ li jinstabu nuqqasijiet meta tiġi evalwata l-firxa tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel (Ara l-Anness I, it-Taqsima 4.14).

    L-awtorità kompetenti tista’, meta jkun hemm bżonn, tgħin fl-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ taħriġ kif imsemmi fil-paragrafi preċedenti, speċjalment f’dawk is-setturi li ma tantx ikunu organizzati tajjeb jew li jidhru li ma humiex informati b’mod suffiċjenti. Din l-għajnuna hija elaborata b’mod komprensiv fl-“FAO/WHO guidance to governments on the application of HACCP in small and/or less-developed food businesses (20)”.


    (1)  ĠU C 278, 30.7.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1)

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/382 tat-3 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-ġestjoni tal-allerġeni tal-ikel, ir-ridistribuzzjoni tal-ikel u l-kultura tas-sikurezza tal-ikel (ĠU L 74, 4.3.2021, p. 3)

    (4)  ISO 22000:2018 Food safety management systems – Requirements for any organization in the food chain (https://www.iso.org/standard/65464.html )

    (5)  CXC 1-1969

    (6)  CXC 80-2020

    (7)  Hazard analysis approaches for certain small retail establishments in view of the application of their food safety management systems (EFSA Journal 2017;15(3):4697) u Hazard analysis approaches for certain small retail establishments and food donations: second scientific opinion (EFSA Journal 2018;16(11):5432)

    (8)  CXC 1-1969, Rev. 2020

    (9)  Kemxejn adattat mid-definizzjoni f’CXC 1-1969, Rev. 2020.

    (10)  L-Artikolu 3(9) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-manwal proċedurali tal-Kummissjoni Codex Alimentarius.

    (11)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

    (12)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

    (13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta’ Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2)

    (14)  Fil-Prinċipji tal-Codex Alimentarius dwar l-Iġjene tal-Ikel, l-FSMS tissejjaħ “Sistema tal-iġjene tal-Ikel”. L-FSMS tista’ tkun parti minn sistema usa’ ta’ mmaniġġjar tal-kwalità (bħall-ISO 9000) li tinkludi wkoll aspetti kwalitattivi tal-ikel (il-kompożizzjoni, il-valuri nutrizzjonali, eċċ.). L-aspetti kwalitattivi huma barra mill-ambitu ta’ din il-gwida.

    (15)  Tħejjija tirreferi għal miżuri fis-seħħ bħal dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà, għodod ta’ komunikazzjoni, sistema ta’ rtirar/sejħa lura, eċċ. li jippermettu li, b’mod dirett u effiċjenti, l-FBO jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi u jgħarraf lill-konsumatur fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

    (16)  Il-Premessa 15 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

    (17)  http://ec.europa.eu/food/safety/docs/biosafety_food-hygiene_legis_guidance_good-practice_reg-nat.pdf

    (18)  ĠU C 199, 12.6.2020, p. 1

    (19)  ĠU C 163, 23.5.2017, p. 1

    (20)  http://www.fao.org/docrep/009/a0799e/a0799e00.HTM


    Werrej

    ANNESS I:

    PRATTIKI TA’ IĠJENE TAJBA 11

    1.

    Leġiżlazzjoni 11

    2.

    Flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-GHP 11

    3.

    Eżempji ta’ GHP 12

    3.1.

    Infrastruttura (bini, tagħmir) 12

    3.2.

    Tindif u diżinfezzjoni 13

    3.3.

    Kontroll tal-pesti: enfasi fuq l-attivitajiet preventivi 14

    3.4.

    Materja prima (l-għażla tal-fornituri, speċifikazzjonijiet) 14

    3.5.

    Manutenzjoni teknika u kalibrar 15

    3.6.

    Kontaminazzjonijiet fiżiċi u kimiċi mill-ambjent tal-produzzjoni (eż. żjut, linka, l-użu ta’ tagħmir tal-injam (danneġġat), eċċ.) 15

    3.7.

    L-Allerġeni 16

    3.8.

    Ridistribuzzjoni u donazzjoni tal-ikel 18

    3.9.

    Immaniġġar tal-iskart 18

    3.10.

    Kontroll tal-ilma u tal-arja 18

    3.11.

    Persunal (iġjene, status tas-saħħa) 19

    3.12.

    Kontroll tat-temperatura tal-ambjent tax-xogħol u tal-ħżin 19

    3.13.

    Metodoloġija ta’ ħidma 19

    3.14.

    Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel (FSC) 20

    4.

    Monitoraġġ, validazzjoni u verifika tal-GHP 21

    5.

    Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords dwar il-GHP 21

    ANNESS II:

    PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-ANALIŻI TAL-PERIKLI U L-PUNTI KRITIĊI TA’ KONTROLL (HACCP) U LINJI GWIDA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAGĦHOM 23

    1.

    Introduzzjoni 23

    2.

    Prinċipji ġenerali 24

    3.

    Flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP 24

    3.1.

    Rekwiżiti legali 25

    3.2.

    Proċeduri simplifikati bbażati fuq l-HACCP 25

    3.3.

    Gwidi ġeneriċi għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP 26

    4.

    Attivitajiet preliminari 26

    4.1.

    Ħolqien ta’ tim multidixxiplinarju tal-HACCP 26

    4.2.

    Deskrizzjoni tal-prodott(i) fit-tmiem tal-proċess (minn hawn ’il quddiem “il-prodott finali”) 27

    4.3.

    Identifikazzjoni tal-użu maħsub 27

    4.4.

    Bini ta’ dijagramma sekwenzjali (deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura) 27

    4.5.

    Konferma fuq il-post tad-dijagramma sekwenzjali 27

    5.

    Analiżi tal-perikli (il-Prinċipju 1) 27

    5.1.

    Identifikazzjoni tal-perikli rilevanti 28

    5.2.

    Miżuri ta’ kontroll 29

    5.3.

    Worksheet għall-analiżi tal-perikli 29

    6.

    L-identifikazzjoni ta’ punti kritiċi ta’ kontroll (CCP) (il-Prinċipju 2) 29

    7.

    Limiti kritiċi fis-CCP (il-Prinċipju 3) 31

    8.

    Proċeduri ta’ monitoraġġ fis-CCP (il-Prinċipju 4) 32

    9.

    Azzjonijiet korrettivi (il-Prinċipju 5) 33

    10.

    Proċeduri ta’ validazzjoni u verifika (il-Prinċipju 6) 33

    11.

    Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords (il-Prinċipju 7) 35

    12.

    Ir-rwol ta’ kriterji mikrobijoloġiċi, il-limiti kimiċi u limiti legali oħra stabbiliti fil-liġi tal-UE jew dik nazzjonali 37

    ANNESS III:

    AWDITJAR TAL-GHP U PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-HACCP 38

    1.

    Leġiżlazzjoni 38

    2.

    Kamp ta’ applikazzjoni u għan 38

    3.

    Prinċipji ġenerali 38

    4.

    Tipi ta’ awditi 39

    5.

    Ippjanar, tħejjija u twettiq ta’ awditu tal-FSMS 39

    6.

    Flessibbiltà 42

    7.

    It-triq ’il quddiem skont ir-riżultat tal-Awditu 44

    8.

    Xi gwida addizzjonali dwar l-awditjar tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel 44

    APPENDIĊI 1:

    Ħarsa ġenerali lejn is-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel għal attivitajiet għajr il-produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati 46

    APPENDIĊI 2:

    Eżempju ta’ analiżi tal-perikli – proċedura (semikwantitattiva) ta’ valutazzjoni tar-riskju 47

    APPENDIĊI 3:

    Eżempju ta’ indikaturi tal-għodda għall-valutazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel 50

    APPENDIĊI 4A:

    Eżempju ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex jiġu identifikati l-punti kritiċi ta’ kontroll (CCP) 52

    APPENDIĊI 4B:

    Eżempju ta’ ġerarkija ssimplifikata tad-deċiżjonijiet 53

    APPENDIĊI 5:

    Paragun ta’ GHP, OPRP U CCP 54

    APPENDIĊI 6:

    Eżempju ta’ ittra ta’ komunikazzjoni 55

    APPENDIĊI 7:

    Eżempju ta’ lista ta’ kontroll tal-HACCP 56

    ANNESS I

    Prattiki ta’ iġjene tajba

    Il-prattiki ta’ iġjene tajba (GHP, good hygiene practices) huma għadd ta’ miżuri u kundizzjonijiet preventivi li jiġu applikati fi kwalunkwe pass fil-katina alimentari biex jiġi pprovdut ikel sikur u xieraq. Dawn għandhom jinftiehmu b’mod wiesa’, eż. inklużi l-GMP, il-GAP, eċċ. Il-biċċa l-kbira tal-GHP ma humiex speċifiċi għal periklu partikolari, iżda huma mfassla biex iżommu l-perikli li jirriżultaw mill-ambjent tal-produzzjoni, li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-sikurezza tal-prodotti, taħt il-livelli aċċettabbli jew biex iġibuhom minn fuq il-livelli aċċettabbli għal taħthom.

    Kull FBO jrid jimplimenta l-GHP li huma prerekwiżiti biex tiġi żgurata FSMS effiċjenti. Flimkien ma’ PRP oħra tal-FSMS, bħad-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà u s-sistemi ta’ rtirar/sejħa lura, dawn jipprovdu l-pedament għal implimentazzjoni effettiva tal-HACCP u għandhom ikunu fis-seħħ qabel ma tiġi stabbilita kwalunkwe proċedura bbażata fuq l-HACCP.

    1.   LEĠIŻLAZZJONI

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tal-iġjene, deskritti bħala GHP f’dan l-Avviż, u b’mod partikolari, li:

    “1.

    L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jwettqu l-produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċjati magħha kif elenkati fl-Anness I għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-iġjene kif stabbiliti fil-parti A tal-Anness I u xi ħtiġiet speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    2.

    L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jwettqu kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel wara dawk l-istadju li dwarhom il-paragrafu 1 huwa applikabbli għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-iġjene kif stabbiliti fl-Anness II u xi ħtiġiet speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

    Għalhekk, l-aktar dispożizzjonijiet importanti għall-GHP huma stabbiliti:

    a)

    Fir-rekwiżiti ġenerali dwar l-iġjene stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 għall-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati. Is-separazzjoni tal-GHP għal dan l-istadju meta mqabbel mal-istadji aktar tard tal-katina alimentari hija meħtieġa minħabba n-natura tal-produzzjoni primarja (annimali ħajjin, pjanti qabel il-ħsad) u minħabba li l-produzzjoni primarja ma tistax isseħħ f’kundizzjonijiet ikkontrollati bis-sħiħ għall-bini, għat-tagħmir, għall-ilma u għal kontroll ambjentali ieħor. Gwida dwar dak li huwa kopert minn “produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati” tista’ tinstab fil-Guidance document on the implementation of certain provisions of Regulation (EC) No 852/2004 on the hygiene of foodstuffs (1).

    b)

    Ir-rekwiżiti ġenerali dwar l-iġjene stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 għal attivitajiet wara l-produzzjoni primarja iktar ’il quddiem fil-katina tal-produzzjoni.

    Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar l-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Uħud minn dawn ir-rekwiżiti huma diretti lejn il-produtturi primarji (eż. għall-bajd, ħalib mhux ipproċessat, molluski bivalvi ħajjin, prodotti tas-sajd): ara t-Taqsima 3.7 tal-Guidance document on the implementation of certain provisions of Regulation (EC) No 853/2004 on the hygiene of food of animal origin (2). Billi dawn il-GHP huma speċifiċi għas-settur/għall-ikel, ma humiex qed jiġu indirizzati aktar f’dan l-Avviż ta’ gwida (ġenerali).

    2.   FLESSIBBILTÀ FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-GHP

    Il-GHP japplikaw għall-FBOs kollha. B’mod ġenerali, ir-rekwiżiti fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 huma deskritti b’mod relattivament ġenerali billi jridu jiġu applikati mis-setturi kollha (u ferm differenti) tal-produzzjoni tal-ikel. Għalhekk, huma awtomatikament jinkludu grad għoli ta’ flessibbiltà dwar kif għandhom jiġu rrispettati fil-prattika.

    Ma għandux jiġi preżunt li l-GHP kollha kif dettaljati fit-Taqsima 4 ta’ dan id-dokument japplikaw għall-istabbilimenti kollha. Għandha ssir valutazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ biex jiġu identifikati l-GHP rilevanti għal kull stabbiliment li għandhom jiġu implimentati b’mod li jkun proporzjonat għan-natura u għad-daqs tal-istabbiliment.

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004 fihom bosta dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà, li huma prinċipalment maħsuba biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-GHP f’negozji żgħar:

    (a)

    Il-GHP stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, li huma maħsuba għall-produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati, huma aktar ġenerali minn dawk fl-Anness II għal FBOs oħra;

    (b)

    fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, hemm stabbiliti rekwiżiti ġenerali u speċifiċi simplifikati għall-bini u l-kmamar għal bini mobbli u/jew temporanju, bini użat primarjament bħala djar abitabbli privati iżda fejn l-ikel ikun regolarment imħejji għat-tqegħid fis-suq u għad-distributuri awtomatiċi (il-Kapitolu III tal-Anness II);

    (c)

    esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, pereżempju l-forniment dirett mill-produttur ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti primarji għall-konsumatur finali jew għal stabbiliment lokali tal-bejgħ bl-imnut li jforni direttament lill-konsumatur finali;

    (d)

    esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, pereżempju l-forniment dirett mill-produttur ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam tat-tjur u lagomorfi maqtula fir-razzett lill-konsumatur finali jew lil stabbiliment lokali tal-bejgħ bl-imnut li jforni direttament dan il-laħam lill-konsumatur finali;

    (e)

    esklużjoni tal-biċċa l-kbira tal-bejjiegħa bl-imnut mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (l-Artikolu 1(5));

    (f)

    il-possibbiltà li l-GHP jiġu adattati skont il-liġi nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

    i.

    sabiex jiġi ffaċilitat l-użu kontinwu ta’ metodi tradizzjonali;

    ii.

    sabiex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tal-FBO li jinsabu f’reġjuni li huma soġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali (eż. żoni remoti, żoni muntanjużi, gżejjer żgħar remoti;

    iii.

    fi kwalunkwe stabbiliment fir-rigward tal-bini, it-tqassim u t-tagħmir.

    Għadd ta’ eżempji ta’ flessibbiltà huma pprovduti fil-GHP speċifiċi ta’ hawn taħt. Id-dettalji dwar il-flessibbiltà jinsabu wkoll fid-dokumenti ta’ gwida ddedikati li ġejjin:

    Commission Staff Working Document on the Understanding of certain provisions on Flexibility provided in the Hygiene Package - Guidelines for the competent authorities: https://ec.europa.eu/food/system/files/2016-11/biosafety-hygiene-faq_all_public_en.pdf

    Commission Staff Working Document on the Understanding of certain provisions on Flexibility provided in the Hygiene Package - Frequently Asked Questions - Guidelines for food business operators: https://ec.europa.eu/food/system/files/2016-11/biosafety-hygiene-faq_all_business_en.pdf

    Gwidi settorjali ġeneriċi dwar il-GHP xi drabi jistgħu jintużaw minn negozji żgħar biex jikkonformaw mal-GHP jew biex jgħinuhom fid-deskrizzjoni tal-GHP tagħhom stess.

    Il-GHP huma għodod biex jinkiseb ikel sikur, peress li huma rekwiżit legali, u għalhekk tista’ tiġi applikata flessibbiltà għad-dokumenti u r-rekords miżmuma, iżda mhux għall-objettivi tal-GHP.

    3.   EŻEMPJI TA’ GHP

    L-FBO għandu jiddokumenta l-miżuri tal-GHP biex jiżgura kundizzjonijiet sikuri għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jqis id-daqs u n-natura tan-negozju, b’indikazzjoni tal-persuna/i responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom.

    Il-GHP elenkati hawn taħt jipprovdu lista mhux eżawrjenti, filwaqt li kull stabbiliment irid jikkonforma mar-rekwiżiti legali fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. Għalhekk, il-GHP ta’ hawn taħt huma eżempji possibbli ta’ kif wieħed jista’ jikkonforma mar-rekwiżiti legali fil-prattika. Dawn l-eżempji għandhom it-tendenza li jiffokaw fuq stabbilimenti li jimmanifatturaw/jipproċessaw l-ikel. Huma jistgħu jipprovdu wkoll sors possibbli ta’ ispirazzjoni għal stadji oħra bħall-produzzjoni primarja, il-forniment tal-ikel u attivitajiet oħra ta’ bejgħ bl-imnut, inkluża d-distribuzzjoni tal-ikel, iżda jistgħu ma jkunux applikabbli f’kull każ.

    L-eżempji ta’ hawn taħt jibqgħu pjuttost ġenerali. Ġiet żviluppata lista estensiva ta’ gwidi speċifiċi għas-settur dwar il-GHP (Ara t-Taqsima 7 tad-dokument prinċipali).

    3.1.   Infrastruttura (bini, tagħmir)

    a)

    Meta jiġi vvalutat ir-riskju mill-post u miż-żoni tal-madwar, għandhom jiġu kkunsidrati l-prossimità ta’ sorsi potenzjali ta’ kontaminazzjoni, il-provvista tal-ilma, it-tneħħija tal-ilma mormi, il-provvista tal-enerġija, l-aċċess għat-trasport, il-klima, il-possibbiltà ta’ għargħar, eċċ.. Dan għandu jitqies ukoll għall-produzzjoni primarja (l-għelieqi).

    b)

    It-tqassim għandu jissepara għalkollox iż-żoni kontaminati (riskju għoli) miż-żoni nodfa (riskju baxx) (jew għandu jkun hemm separazzjoni fil-ħin u tindif adattat bejniethom); għandhom isiru arranġamenti xierqa tal-kmamar għall-fluss ta’ produzzjoni f’direzzjoni waħda u għandhom jiġu iżolati l-kmamar imkessħin jew il-faċilitajiet ta’ tisħin.

    c)

    L-art li ma tiżloqx għandha tinbena b’materjal reżistenti għall-ilma u mhux assorbenti, u għandha tkun tista’ tinħasel u tkun mingħajr xquq. Bl-istess mod, il-ħitan għandhom ikunu mill-inqas sa għoli xieraq. Huwa rrakkomandat ukoll li l-ħitan u l-art ikunu f’kuluri ċari li jiffaċilitaw il-valutazzjoni viżwali tal-iġjene.

    d)

    L-uċuh tal-bibien għandhom ikunu lixxi u mhux assorbenti. Għandu jiġi kkunsidrat ftuħ u għeluq awtomatiku biex tiġi evitata kontaminazzjoni permezz tal-mess.

    e)

    Għandu jkun hemm dawl biżżejjed fiż-żoni kollha, b’attenzjoni speċjali għall-provvista ta’ dawl xieraq fiż-żoni fejn jiġi ppreparat u spezzjonat l-ikel. Id-dwal għandhom ikunu faċli biex jitnaddfu b’kopertura protettiva biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ikel f’każ li jinkisru d-dwal.

    f)

    Għandu jkun hemm disponibbli faċilitajiet ta’ ħżin definiti b’mod ċar għall-materja prima, għar-reċipjenti għall-ikel u għall-materjal għall-imballaġġ. Il-prodotti li jistgħu jiżdiedu mal-ikel (eż. addittivi) biss għandhom jinħażnu fl-istess żona mal-ikel, biex jiġi eskluż il-ħżin komuni ma’ prodotti tossiċi (eż. il-pestiċidi).

    g)

    Il-kamra/kmamar speċifika/speċifiċi fejn isir it-tibdil tal-ħwejjeġ għandha/għandhom tkun/ikunu nadifa/nodfa u miżmuma f’ordni u, fejn possibbli, ma tintużax/jintużawx bħala refettorji jew kamra tat-tipjip. Għandha tiġi ffaċilitata separazzjoni bejn il-ħwejjeġ normali, il-ħwejjeġ tax-xogħol nodfa u l-ħwejjeġ tax-xogħol użati.

    h)

    It-toilets ma għandhomx jinfetħu direttament fuq żoni fejn jiġi mmaniġġat l-ikel. Preferibbilment, għandu jkun hemm flushing tal-ilma bl-użu ta’ pedali tas-sieq/tad-driegħ u sinjali li jfakkru dwar il-ħasil tal-idejn, kif ukoll sinjali mqiegħda b’mod strateġiku li jinfurmaw dwar l-obbligu, fejn applikabbli, li jitneħħa l-ilbies protettiv qabel ma jintużaw it-toilets.

    i)

    Il-faċilitajiet għall-ħasil tal-idejn għandhom jitqiegħdu b’mod konvenjenti bejn it-toilets/il-kmamar fejn isir it-tibdil tal-ħwejjeġ u ż-żona għall-immaniġġar tal-ikel, mingħajr ma tiġi eskluża l-ħtieġa possibbli għal sinkijiet addizzjonali għall-ħasil tal-idejn f’żoni tal-produzzjoni qrib l-istazzjonijiet tax-xogħol; għandu jkun hemm disponibbli diżinfettanti, sapun u xugamani li jintużaw darba biss; installazzjonijiet li jonfħu l-arja sħuna għandhom ikunu preżenti biss fil-kmamar fejn ma jkunx hemm ikel u preferibbilment għandu jkun hemm viti li ma jitħaddmux bl-idejn.

    j)

    Għandu jkun hemm ostakli biex jiġi evitat l-aċċess ta’ annimali li jgħixu fit-triq.

    k)

    It-tagħmir u l-apparat ta’ monitoraġġ/reġistrazzjoni (eż. it-termometri) għandhom ikunu nodfa u t-tagħmir għandu jkun adattat għall-kuntatt ma’ prodotti tal-ikel.

    l)

    Għandha tingħata attenzjoni lill-possibilitajiet differenti li bihom l-użu tat-tagħmir jista’ jwassal għal kontaminazzjoni (kroċjata) tal-ikel:

    i.

    Il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tat-tagħmir mill-ambjent eż. it-taqtir minn kondensazzjoni mis-soqfa;

    ii.

    Il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni fit-tagħmir li jintuża għall-immaniġġar tal-ikel eż. l-akkumulazzjoni ta’ residwi tal-ikel f’apparat għat-tfettit;

    iii.

    Il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni minn materja prima: tagħmir separat (jew tindif u diżinfettar bejn l-użu) għall-prodotti nejjin u l-prodotti msajrin (chopping boards, skieken, dixxijiet, ħwejjeġ tal-persunal, termometri, eċċ.).

    m)

    Għandu jkun hemm għadd xieraq ta’ apparat ta’ monitoraġġ biex ikejjel parametri kritiċi eż. it-temperatura.

    3.2.   Tindif u diżinfezzjoni

    a)

    Għandu jitqies dak li għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat, meta, kif u minn min.

    b)

    Passi tipiċi għandhom ikunu t-tneħħija ta’ ħmieġ viżibbli, segwita mit-tindif, segwita mit-tlaħliħ, segwita mid-diżinfezzjoni u t-tlaħliħ mill-ġdid.

    c)

    It-tindif għandu jibda f’żoni b’riskju għoli u għandu jintemm f’żoni b’riskju baxx. Il-materjali u t-tagħmir għat-tindif għandhom ikunu differenti bejn żoni b’riskju baxx u dawk b’riskju għoli u fi kwalunkwe każ qatt ma għandhom jiċċaqilqu minn żona kontaminata ħafna għal żona b’kontaminazzjoni baxxa. Trid tingħata attenzjoni speċjali għall-kontaminazzjoni tal-uċuħ iddiżinfettati minħabba t-titjir waqt it-tlaħliħ ta’ uċuħ oħra.

    d)

    Ilma tajjeb għax-xorb u/jew aġent tat-tindif jew diżinfettant għandhom jintużaw kemm ikun hemm bżonn sabiex jinkiseb l-effett mixtieq fit-tindif u/jew fid-diżinfezzjoni. L-ilma għandu jkun f’temperatura xierqa u s-sustanzi kimiċi għandhom jintużaw skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

    e)

    L-informazzjoni teknika dwar id-deterġenti, l-aġenti tad-diżinfezzjoni (eż. struzzjonijiet għall-użu, il-komponent attiv, il-ħin ta’ kuntatt, il-konċentrazzjoni, l-użu tal-ilma tajjeb għax-xorb, jekk xieraq) għandha tkun disponibbli fil-lingwa nattiva tiegħek.

    f)

    Għandhom isiru kontrolli viżwali fuq it-tindif u għandhom jittieħdu kampjuni għall-analiżi biex ikun hemm kontroll tal-attivitajiet ta’ diżinfezzjoni.

    g)

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: It-tindif u d-diżinfezzjoni f’ħanut żgħir tal-laħam jistgħu jkunu simili ħafna għal prattiki ta’ iġjene tajba fil-kċina, filwaqt li jista’ jkun hemm bżonn ta’ kumpaniji esterni speċjalizzati f’biċċeriji kbar.

    3.3.   Kontroll tal-pesti: enfasi fuq l-attivitajiet preventivi

    a)

    Il-ħitan esterni għandhom ikunu ħielsa minn xquq jew minn konsenturi, l-inħawi tal-madwar għandhom ikunu nodfa u ħielsa minn residwi li jistgħu jipprovdu kenn għall-pesti, u ż-żoni għat-tindif għandhom ikunu aċċessibbli. L-aċċess mill-annimali domestiċi jew mill-annimali selvaġġi jrid ikun ipprojbit/evitat.

    b)

    Mat-twieqi għandhom jitqiegħdu n-nemusieri. Meta jintuża apparat elettroniku għall-kontroll tal-insetti, l-apparat għandu jintuża skont l-ispeċifikazzjoni tiegħu.

    c)

    Il-bibien għandhom jinżammu magħluqa għajr waqt it-tagħbija u/jew il-ħatt. L-ispazji bejn il-bibien u l-art għandhom jingħalqu biex jiġi evitat aċċess mill-pesti.

    d)

    Il-kmamar u t-tagħmir li ma jkunux qed jintużaw għandhom jinżammu nodfa.

    e)

    Il-preżenza ta’ ġemgħa ta’ ilma fuq ġewwa għandha tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli. Il-preżenza ta’ ġemgħa ta’ ilma trid tiġi evitata.

    f)

    Għandu jkun hemm programm disponibbli għall-kontroll tal-pesti:

    i.

    Għandu jiġi kkunsidrat it-tqegħid ta’ lixki u nases (ġewwa/barra) f’għadd xieraq u f’postijiet strateġiċi;

    ii.

    Il-programm għandu jkopri rodituri, pesti li jitkaxkru, li jimxu u li jtiru;

    iii.

    Pesti u insetti mejtin għandhom jitneħħew b’mod frekwenti sabiex jiġi żgurat li ma jiġux f’kuntatt possibbli mal-ikel;

    iv.

    Fil-każ ta’ problema rikorrenti għandha tiġi ddeterminata l-kawża;

    v.

    Is-sustanzi kimiċi li jintużaw għall-kontroll tal-pesti għandhom jiġu awtorizzati mir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (3). Il-pestiċidi għandhom jinħażnu b’mod sikur u għandhom jintużaw sabiex ma jkun hemm l-ebda kuntatt possibbli ma’, inter alia, ikel, materjal għall-imballaġġ u tagħmir. In-nases tad-dubbien (inklużi nases elettroniċi biex joqtlu d-dubbien) ma għandhomx jitqiegħdu direttament fuq żoni fejn l-ikel jiġi pproċessat jew maħżun.

    vi.

    Is-sustanzi kimiċi (eż. il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-kontroll tar-rodituri) ma għandhomx jintużaw biex tiġi mmonitorjata l-okkorrenza tal-pesti iżda għandhom ikunu ristretti għal attivitajiet ta’ kontroll tal-pesti biss.

    vii.

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: il-kontroll professjonali tal-pesti huwa preferibbli, iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ma huwiex obbligatorju, diment li l-persunal ikun jista’ juri kompetenza. B’mod partikolari, in-negozji ż-żgħar jistgħu japplikaw din il-flessibbiltà.

    3.4.   Materja prima (l-għażla tal-fornituri, speċifikazzjonijiet)

    a)

    Ma għandhiex tingħata biss kunsiderazzjoni lill-provvista ta’ materja prima nnifisha iżda anke lill-provvista ta’ addittivi, aġenti tal-ipproċessar, materjal għall-imballaġġ u materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel.

    b)

    Politika stretta dwar il-provvista, li jkun fiha ftehim dwar l-ispeċifikazzjonijiet (eż. mikrobijoloġiċi) u assigurazzjoni dwar l-iġjene u/jew it-talba għal sistema ċertifikata tal-immaniġġar tal-kwalità tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tad-dettalji dwar il-GHP u l-pjan tal-HACCP tal-istabbiliment innifsu. Huwa rrakkomandat li l-materja prima tiġi ttikkettata meta jkun hemm allerġeni preżenti (ara t-Taqsima 3.7).

    c)

    Minbarra l-possibilità ta’ awditjar tal-fornitur u l-ftehimiet miegħu, hemm għadd ta’ kwistjonijiet li jistgħu jagħtu indikazzjoni tajba dwar l-affidabbiltà tal-fornitur bħall-omoġeneità tal-prodotti fornuti, il-konformità mal-perjodu ta’ konsenja miftiehem, il-preċiżjoni tal-informazzjoni miżjuda, ħajja suffiċjenti fuq l-ixkaffa jew freskezza, l-użu ta’ trasport nadif u mgħammar kif xieraq, l-għarfien dwar l-iġjene tas-sewwieq u ta’ persuni oħra li jkunu qed jimmaniġġaw u jittrasportaw l-ikel, it-temperatura korretta waqt it-trasport, is-sodisfazzjon fit-tul, eċċ. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu parti minn kontrolli mal-wasla. Jista’ jkun meħtieġ li wieħed ikun jaf dwar il-merkanzija preċedenti ta’ vettura tat-trasport sabiex jiġu implimentati proċeduri adegwati ta’ tindif biex titnaqqas il-probabbiltà ta’ kontaminazzjoni kroċjata, b’allerġeni wkoll.

    d)

    Ir-rekwiżiti legali matul it-trasport (eż. il-kundizzjonijiet tat-temperatura) għandhom jiġu vverifikati u miżmuma matul il-ħatt.

    e)

    Il-kundizzjonijiet tal-ħżin fl-istabbiliment innifsu għandhom iqisu kwalunkwe struzzjoni pprovduta mill-fornitur, il-prinċipji ta’ “joħroġ l-ewwel dak li daħal l-ewwel” jew “joħroġ l-ewwel dak li jiskadi l-ewwel”, l-aċċessibbiltà għal spezzjoni minn kull naħa (eż. il-prodotti ma jitqegħdux direttament mal-art, mal-ħitan, eċċ.).

    f)

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: Il-kontrolli mal-wasla tal-ikel ippakkjat minn qabel fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut jistgħu jkunu limitati għall-iċċekkjar ta’ jekk il-pakketti jkunux ġew danneġġati u jekk it-temperaturi matul it-trasport kinux aċċettabbli, mingħajr il-ħtieġa ta’ kampjunar u ttestjar regolari.

    g)

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: f’xi każijiet, il-politika tal-approvazzjoni tal-fornitur tista’ tkun ibbażata fuq proċeduri sempliċi bħal pereżempju li tal-inqas jiġi ċċekkjat in-numru tar-reġistru/tal-approvazzjoni tiegħu li jiggarantixxi li jkunu soġġetti għal attivitajiet ta’ kontroll uffiċjali. F’attivitajiet ta’ riskju ogħla, dan jista’ jiġi ssupplimentat b’talbiet addizzjonali.

    3.5.   Manutenzjoni teknika u kalibrar

    a)

    Il-pjan ta’ manutenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ma’ speċjalista tekniku. Il-pjan għandu jinkludi proċeduri ta’ “emerġenza” meta t-tagħmir ikun difettuż, kif ukoll struzzjonijiet għas-sostituzzjoni preventiva ta’ siġilli, gaskets, eċċ.

    b)

    Għandha tingħata attenzjoni għall-iġjene matul l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni.

    c)

    Il-kalibrar tal-apparat ta’ monitoraġġ (eż. imwieżen, termometri, miters tal-fluss) huwa importanti għall-kontroll tas-sikurezza u tal-iġjene tal-ikel. Għandhom jinżammu rekords tal-kalibrar.

    d)

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: l-ittestjar tal-preċiżjoni tat-termometri jista’ jkun ibbażat fuq tqabbil sempliċi ma’ termometru ikkalibrat ieħor, jekk ikun possibbli. Proċedura sempliċi oħra jekk it-termometru jintuża biex tittieħed it-temperatura tal-ikel kiesaħ, jiġi ttestjat f’tazza bl-ilma bis-silġ, u jekk jintuża biex tittieħed it-temperatura tal-ikel sħun, jiġi ttestjat bl-ilma jagħli.

    3.6.   Kontaminazzjonijiet fiżiċi u kimiċi mill-ambjent tal-produzzjoni (eż. żjut, linka, l-użu ta’ tagħmir tal-injam (danneġġat), eċċ.)

    a)

    Il-frekwenza tal-kontroll ta’ perikli fiżiċi (bħall-ħġieġ, plastik u metall) għandha tiġi stabbilita billi tintuża analiżi bbażata fuq ir-riskju (kemm hija kbira l-probabbiltà li dan iseħħ fi stabbiliment inkwistjoni?).

    b)

    Għandu jkun hemm proċedura disponibbli li tispjega x’għandu jsir fil-każ ta’ ksur ta’ ħġieġ, plastik iebes, skieken, eċċ.

    c)

    Fl-ambjenti fejn jiġi pproċessat l-ikel, fejn ikun hemm xi possibbiltà ta’ kuntatt inċidentali mal-ikel, għandhom jintużaw biss prodotti tat-tindif adattati għal uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel. Prodotti oħra tat-tindif għandhom jintużaw biss barra mill-perjodi ta’ produzzjoni.

    d)

    Il-lubrikanti jridu jkunu ta’ grad tal-ikel meta jintużaw f’ambjenti li fihom jiġi pproċessat l-ikel, u fejn ikun hemm il-possibbiltà ta’ kuntatt aċċidentali mal-ikel.

    e)

    Il-possibbiltà ta’ perikli kimiċi għandha tiġi trattata biss minn persunal speċjalizzat u mħarreġ. L-imwieżen għall-addittivi għandhom ikunu preferebbilment awtomatiċi.

    3.7.   L-Allerġeni

    L-allerġeni jridu jitqiesu bħala parti mis-sistema għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel. Il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata fl-ikel ta’ sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi toħloq periklu għall-konsumaturi li huma allergiċi għall-ikel.

    Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (4) dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jirrikjedi li dejjem tingħata l-informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-preżenza ta’ kwalunkwe ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar li tikkawża allerġiji jew intolleranzi, jew dwar derivat minn sustanza jew minn prodott li jikkawża allerġiji jew intolleranzi li jintuża fil-manifattura jew fil-preparazzjoni ta’ ikel, u li jkun għadu preżenti fil-prodott finali, anki jekk f’forma mibdula. Il-lista ta’ sustanzi jew prodotti regolati li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi tista’ tinstab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u tinkludi dan li ġej: ċereali li jkun fihom il-glutina, il-krustaċji, il-bajd, il-ħut, il-karawett, il-fażola tas-sojja, il-ħalib, il-ġewż, il-karfus, il-mustarda, iż-żerriegħa tal-ġunġlien, id-diossidu tal-kubrit u s-sulfiti, il-lupin u l-molluski. Gwida dwar ir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-allerġeni tista’ tinstab fl-Avviż tal-Kummissjoni 2017/C 428/01 (5).

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġar tal-allerġeni kemm fil-produzzjoni primarja kif ukoll fl-istadji ta’ wara, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ preventiv komprensiv tul il-katina alimentari kollha. Huma meħtieġa prattiki ta’ iġjene tajba biex tiġi evitata jew limitata l-preżenza ta’ sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranza minħabba l-kontaminazzjoni tal-oġġetti tal-ikel (kontaminazzjoni kroċjata). Il-proċess tal-produzzjoni u l-metodi ta’ ħidma jista’ jkollhom jiġu rieżaminati biex jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

    Fil-produzzjoni primarja, fil-ħsad jew fil-qatla, l-immaniġġar tal-allerġeni għandu jikkunsidra dan li ġej sabiex jipprevjeni jew biex jimminimizza r-riskju għall-kontaminazzjoni tal-allerġeni:

    Għarfien mill-produtturi primarji dwar l-użu ta’ prodotti (eż. għelejjel kontaminati b’mod mhux intenzjonat bil-weraq tal-karfus jew tal-mustarda), sottostrati (eż. tiben taċ-ċereali użati għat-tkabbir tal-faqqiegħ) u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi sustanzi bażiċi (eż. sulfiti), li huma rikonoxxuti bħala allerġeni;

    Il-kunsiderazzjoni tan-newba tal-għelejjel, b’mod partikolari jekk il-prodotti (allerġeni) imkabbra minn għelejjel preċedenti jistgħu jikkontaminaw għelejjel ġodda;

    L-evitar u l-iċċekkjar ta’ kontaminazzjoni kroċjata matul il-ħsad, il-qatla (eż. l-isfar tal-bajd f’tiġieġ tal-bajd maqtula, iċ-ċereali f’għelejjel tat-tjur), l-immaniġġar, il-ħżin u t-trasport.

    Fl-istadji li jmiss tal-produzzjoni tal-ikel, dan li ġej għandu jitqies għall-prevenzjoni u għall-minimizzazzjoni tar-riskju għall-kontaminazzjoni tal-allerġeni:

    Tingħata attenzjoni lill-materja prima li tkun dieħla, inklużi talbiet għall-ispeċifikazzjonijiet tal-ingredjenti ta’ din il-materja prima jekk dawn ma jkunux ovvji; f’każ li tissemma’ l-preżenza mhux intenzjonata ta’ allerġeni fil-materja prima, il-fornitur għandu jipprovdi kwantifikazzjoni (mg proteina allerġenika / kg ta’ ikel) biex il-manifattur tal-ikel ikun jista’ japplika valutazzjoni tar-riskju;

    Jekk allerġeni jew prodotti regolati li jkun fihom dawn l-allerġeni jintużaw bħala materja prima jew bħala ingredjenti, għandu jiġi żgurat l-għarfien tal-persunal dwar l-immaniġġar tal-allerġeni u għandha tingħata attenzjoni speċifika għall-ħżin korrett (riskju minimu ta’ kontaminazzjoni kroċjata ta’ prodotti oħra), it-tikkettar tal-allerġeni u l-applikazzjoni tar-riċetta ta’ dawn il-prodotti;

    Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex jiġi evitat l-iskambju ta’ prodotti (materja prima, prodotti intermedjati u prodotti finali lesti) u tikketti;

    Għandhom jiġu applikati miżuri stretti biex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni kroċjata bi prodotti li potenzjalment ikun fihom allerġen(i) regolat(i) għal prodotti oħra mingħajr allerġeni jew li jkun fihom allerġeni differenti. Fejn ikun possibbli, is-segregazzjoni għandha tiġi applikata bl-użu ta’ linji tal-produzzjoni, reċipjenti u faċilitajiet tal-ħżin segregati (eż. pakketti magħluqa, fejn xieraq), jew permezz ta’ metodoloġija ta’ ħidma/produzzjoni tal-ordni speċifika, eż. permezz tal-iskedar (tmiem il-produzzjoni tal-ġurnata ta’ prodotti (bl-ogħla ammont ta’) allerġeni), għarfien (taħriġ speċifiku) tal-ħaddiema u konformità mar-regoli tal-iġjene qabel ma jerġgħu lura għax-xogħol minn pawżi għall-ikel jew għax-xorb;

    Għandha wkoll tingħata attenzjoni għall-potenzjal għal kontaminazzjoni kroċjata fi stadji preparatorji (tneħħija mill-basktijiet, immaniġġar preliminari u teħid tal-piż tal-ingredjenti, eċċ.) u fi stadji ta’ wara l-produzzjoni, eż. trasport bl-ingrossa.

    Fl-istadji kollha fejn l-iċċekkjar ta’ rutina dwar in-nuqqas ta’ residwi viżibbli ma tkunx possibbli, għandha tingħata aktar attenzjoni għall-frekwenza u għar-robustezza tat-tindif tat-tagħmir. Barra minn hekk, il-validazzjoni/il-verifika tal-metodu tat-tindif hija rilevanti. Eżempju: il-produzzjoni taċ-ċikkulata tkun tinsab “magħluqa” u ma jkunx possibbli li wieħed iħares fil-pajpijiet biex jara jekk ikunx fadal xi ħaġa. Barra minn hekk, huwa diffiċli jsir tindif faċli bl-ilma. B’hekk, f’dan l-eżempju, il-validazzjoni/il-verifika tal-metodu tat-tindif permezz ta’ kampjunar u analiżi hija rilevanti. F’każijiet oħra, meta jintuża tindif bl-imxarrab, l-ilma tat-tindif jista’ jiġi analizzat għar-residwi tal-allerġeni. Madankollu trid tittieħed prekawzjoni meta jiġi interpretat ir-riżultat analitiku minħabba d-dilwizzjoni u d-distribuzzjoni tal-allerġen speċifiku.

    Il-firxa tal-miżuri ta’ kontroll għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata tal-allerġeni jeħtieġ li tiġi elaborata skont l-għadd u l-ammont ta’ allerġeni użati, il-kumplessità tal-immaniġġar (eż. l-ipproċessar permezz tat-taħlit meta mqabbel mal-immaniġġar pur ta’ ikel ippakkjat minn qabel), l-għadd ta’ bidliet fil-prodotti (riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata) u l-frekwenza u r-robustezza (faċli biex jiġu applikati jew le) tal-proċeduri tat-tindif.

    Skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, it-tikkettar obbligatorju japplika biss meta prodotti jew sustanzi allerġeniċi jkunu ġew miżjuda intenzjonalment bħala ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar. Informazzjoni dwar il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata fl-ikel ta’ sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi tista’ tiġi pprovduta fuq bażi volontarja (6) (l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, il-paragrafu 3, il-punt a)). L-informazzjoni volontarja pprovduta lill-konsumaturi għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 tar-Regolament. B’mod partikolari, din l-informazzjoni volontarja ma tridx tkun qarrieqa, ambigwa jew toħloq konfużjoni għall-konsumatur; u trid, fejn ikun xieraq, tkun ibbażata fuq id-data xjentifika rilevanti. Sakemm jiġu adottati dawn id-dispożizzjonijiet armonizzati, l-operaturi tan-negozju tal-ikel huma responsabbli biex jiżguraw li din l-informazzjoni, meta tingħata, ma tkunx qarrieqa, ambigwa jew toħloq konfużjoni għall-konsumaturi.

    It-tikkettar ta’ prekawzjoni tal-allerġeni (PAL), għandu jintuża biss fejn strateġija preventiva ma tkunx tista’ tiġi implimentata b’mod effiċjenti u l-prodott jista’ jippreżenta riskju għall-konsumaturi allerġiċi. It-tikkettar ta’ prekawzjoni tal-allerġeni huwa dikjarazzjoni separata maġenb il-lista ta’ ingredjenti u għandu jkun ibbażat fuq is-sejbiet ta’ valutazzjoni tar-riskju xierqa, imwettqa mill-manifattur tal-ikel, biex tiġi evalwata l-preżenza possibbli u mhux intenzjonata tal-allerġeni. L-allerġeni (potenzjalment) preżenti fil-prodott permezz ta’ kontaminazzjoni kroċjata ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti peress li ma humiex miżjuda intenzjonalment u ma humiex parti mill-formula tal-prodott. Dan it-tikkettar qatt ma għandu jintuża bħala alternattiva għall-miżuri preventivi.

    Gwida aktar dettaljata tista’ tinstab fi:

    Codex Alimentarius Code of Practice on Food Allergen Management for Food Business Operators (7)

    Ad hoc Joint FAO/WHO Expert Consultation on Risk Assessment of Food Allergens - Part 3: Review and establish precautionary labelling in foods of the priority allergens (8)

    The Guidance on Food Allergen Management for Food Manufacturers, developed by FoodDrinkEurope (9)

    Precautionary Allergen Labelling (PAL): a science-based approach based on Quantitative Risk Assessment (10)

    3.8.   Ridistribuzzjoni u donazzjoni tal-ikel

    Ir-ridistribuzzjoni u d-donazzjoni tal-ikel jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-katina alimentari meta jkun hemm eċċess ta’ produzzjoni/stokk iżda spiss iseħħ fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. B’mod partikolari fil-bejgħ bl-imnut, dan l-ikel jista’ jkun qed joqrob lejn tmiem il-ħajja tiegħu fuq l-ixkaffa, espressa jew bħala “użu sa” jew bħala “l-aħjar qabel”, u l-preżenza ta’ perikli addizzjonali possibbli trid tiġi evitata minn GHP addizzjonali (ara hawn taħt). Il-faċilitazzjoni tad-donazzjoni tal-ikel hija prijorità skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari bħala mezz ta’ prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u ta’ promozzjoni tas-sigurtà tal-ikel, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Għalhekk, ittieħdu għadd ta’ inizjattivi biex tiġi żgurata r-ridistribuzzjoni sikura tal-ikel, anke jekk huwa ta’ importanza kbira li l-ħela tal-ikel tiġi evitata kemm jista’ jkun kmieni:

    L-introduzzjoni ta’ Kapitolu Va speċifiku “Ridistribuzzjoni tal-ikel” fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, li fih kundizzjonijiet għar-ridistribuzzjoni sikura tal-ikel bħala donazzjonijiet.

    Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jiffriżaw laħam frisk ta’ ungulati domestiċi (frat, ħnieżer, nagħaġ, mogħoż), tjur u lagomorfi, fid-dawl tar-ridistribuzzjoni tiegħu għall-finijiet ta’ donazzjonijiet tal-ikel, skont ċerti kundizzjonijiet f’konformità ma’ emenda riċenti (11) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-vantaġġ ta’ din l-operazzjoni jrid ikun ibbilanċjat kontra ċerti riskji mikrobijoloġiċi li jistgħu jseħħu bl-iffriżar u bit-taħlil.

    Aktar gwida dwar dawn l-aspetti tal-iġjene relatati mar-ridistribuzzjoni u mad-donazzjonijiet tal-ikel tinsab fit-Taqsima 5 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut. Il-gwida fiha rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal GHP addizzjonali dwar:

    kontroll tal-ħajja fuq l-ixkaffa;

    immaniġġar ta’ ikel irritornat;

    evalwazzjoni għad-donazzjoni tal-ikel inkluża valutazzjoni tal-ħajja fuq l-ixkaffa li jkun jifdal;

    Iffriżar tal-ikel maħsub għad-donazzjoni.

    3.9.   Immaniġġar tal-iskart

    L-aħjar mod kif FBO jista’ jikseb u juri konformità mar-rekwiżiti fil-Kapitolu VI tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa bl-implimentazzjoni ta’ proċeduri għal kull tip ta’ skart (prodotti sekondarji mill-annimali, ikel imħassar, skart kimiku, materjal żejjed/użat tal-imballaġġ). Meta applikabbli, għandu jinżamm rekord ta’ min ikun responsabbli għat-tneħħija, kif jinġabar, fejn jinħażen u kif jitneħħa mill-istabbiliment.

    3.10.   Kontroll tal-ilma u tal-arja

    Minbarra r-rekwiżiti pjuttost dettaljati fil-Kapitolu VII tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004:

    a)

    Għandha ssir analiżi mikrobijoloġika u kimika proprja regolari tal-ilma li jiġi f’kuntatt dirett mal-ikel (għajr jekk ikun ilma komunali tajjeb għax-xorb). Fatturi bħas-sors, l-użu maħsub tal-ilma, eċċ. jiddeterminaw il-frekwenza tal-analiżi.

    b)

    Jekk l-ilma tal-komunità jinżamm f’tank qabel l-użu, it-tank irid ikun parti minn skeda regolari tat-tindif.

    c)

    Bħala regola ġenerali, ilma tajjeb għax-xorb biss jista’ jintuża fuq ikel li joriġina mill-annimali. F’każijiet oħra għandu tal-inqas jintuża ilma nadif jew, fejn applikabbli, ilma baħar nadif.

    d)

    Il-kontroll tal-ilma huwa mod importanti kif jiġu kkontrollati l-perikli mikrobijoloġiċi u kimiċi fil-produzzjoni primarja tal-frott u l-ħxejjex (tisqija, ħasil mal-ħsad). Għalhekk ġiet żviluppata gwida speċifika addizzjonali fit-Taqsima 7.3 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba tal-ikel (12). Huwa rrakkomandat ferm li jintuża ilma tajjeb għax-xorb għall-ħasil ta’ frott u ħaxix għal konsum dirett.

    e)

    Is-sistemi ta’ ventilazzjoni għandhom ikunu robusti u affidabbli. Is-sistemi ta’ ventilazzjoni għandhom jinżammu nodfa, sabiex ma jsirux sors ta’ kontaminazzjoni. Fil-każ ta’ żoni b’riskju għoli/li jirrikjedu ħafna attenzjoni, għandha tiġi kkunsidrata l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ pressjoni tal-arja pożittiva u sistemi xierqa għall-filtrazzjoni tal-arja.

    f)

    Il-kondensazzjoni hija prinċipalment ir-riżultat ta’ ventilazzjoni ħażina. Il-kondensazzjoni għandha tiġi evitata f’żoni fejn ikun qed jiġi prodott, immaniġġat jew maħżun l-ikel, speċjalment jekk ikun espost jew ma jkunx ippakkjat.

    g)

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: Il-kontroll tal-ilma jista’ jkun negliġibbli jekk jintuża ilma komunali tajjeb għax-xorb, iżda għandu jiġi inkluż jekk jintuża sors proprju tan-negozju jew isir riċiklaġġ.

    3.11.   Persunal (iġjene, status tas-saħħa)

    a)

    Il-persunal għandu jkun konxju tal-perikli minn infezzjonijiet gastrointestinali, epatite u feriti, u għandu jkun hemm esklużjoni xierqa mill-immaniġġar tal-ikel jew protezzjoni xierqa; problemi rilevanti tas-saħħa għandhom jiġu rrappurtati lill-maniġer. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lil ħaddiema temporanji li jistgħu jkunu inqas familjari ma’ perikli potenzjali.

    b)

    L-idejn għandhom jinħaslu b’mod regolari (u, jekk ikun meħtieġ, iddiżinfettati), bħala minimu, qabel ma jinbeda x-xogħol, wara li jintuża t-toilet, wara l-pawżi, wara r-rimi tal-iskart, wara sogħla jew għatis (f’karta li tintrema wara l-użu jew, jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva, fil-minkeb), wara l-immaniġġar ta’ materja prima, bejn il-kompiti, eċċ. L-ingwanti li jintremew wara l-użu li jintużaw b’mod iġjeniku jistgħu jkunu effettivi fil-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata meta jiġi mmaniġġat ikel lest biex jittiekel. L-idejn iridu jinħaslu bir-reqqa qabel u wara l-użu. L-ingwanti jridu jintużaw darba biss u għandhom jinbidlu bejn il-kompiti biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata.

    c)

    Għandhom jiġu kkunsidrati koperturi tax-xagħar (u tad-daqna) kif ukoll ħwejjeġ adattati bi grad għoli ta’ ndafa, bwiet mill-anqas, bla ġojjellerija u arloġġi. F’żoni ta’ riskju mikrobijoloġiku differenti, huwa rrakkomandat l-użu mill-ħaddiema ta’ ħwejjeġ jew ta’ oġġetti ta’ ħwejjeġ b’kuluri differenti.

    d)

    L-ilbies protettiv preferibbilment ma għandux jintlibes meta jintużaw it-toilets jew meta jinħarġu l-laned tal-iskart fit-triq.

    e)

    Il-kmamar tal-ikel, tax-xorb u/jew tat-tipjip għandhom ikunu separati u nodfa.

    f)

    Il-kaxxi għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu aċċessibbli u disponibbli faċilment għal użu immedjat.

    g)

    L-għadd ta’ viżitaturi għandu jiġi minimizzat u ż-żjarat għandhom isegwu l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-FBO sabiex ma tiġix kompromessa s-sikurezza tal-ikel. Il-viżitaturi għandhom tal-inqas jaħslu jdejhom u jilbsu ilbies protettiv xieraq, ipprovdut mill-FBO.

    3.12.   Kontroll tat-temperatura tal-ambjent tax-xogħol u tal-ħżin

    a)

    It-temperatura u l-umdità għandhom jiġu (awtomatikament) irreġistrati, fejn rilevanti.

    b)

    Preferibbilment l-apparat tal-allarm għandu jkun awtomatiku.

    c)

    Il-fluttwazzjonijiet tat-temperatura għandhom jiġu minimizzati eż. bl-użu ta’ kamra/friża għall-iffriżar ta’ prodotti separata minn dik użata għall-ħżin ta’ prodotti ffriżati.

    d)

    Il-kapaċità ta’ tkessiħ/tisħin għandha tiġi adattata għall-ammonti mmaniġġati.

    e)

    Għandhom jiġu mmonitorjati wkoll it-temperaturi fil-prodott matul il-ħżin u t-trasport.

    f)

    Il-verifika għandha ssir b’mod regolari.

    g)

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: Monitoraġġ viżwali tat-temperatura fuq l-ixkaffa jista’ jsir waqt li l-klijenti jkunu qed jinqdew fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut, filwaqt li f’faċilitajiet akbar ta’ tkessiħ jintużaw reġistrazzjonijiet u allerti awtomatiċi. Għal stabbilimenti iżgħar jista’ jintuża termometru massimu/minimu.

    3.13.   Metodoloġija ta’ ħidma

    Għandhom jingħataw struzzjonijiet ċari dwar it-tħaddim xieraq tat-tagħmir eż. evitar ta’ tagħbija żejda jew li tinqabeż il-kapaċità tat-tagħmir, li twassal għal xquq, ikel sħun (wisq) fis-sistemi ta’ tkessiħ li jipprevjeni tkessiħ ta’ malajr, kapaċità baxxa wisq ta’ tisħin (mill-ġdid) għall-ammont ta’ ikel li jitpoġġa fit-tagħmir tat-tisħin tal-ikel ta’ stabbilimenti li joffru servizzi relatati mal-ikel, eċċ.

    L-istruzzjonijiet tal-ħidma jew il-proċeduri standard ta’ tħaddim għandhom ikunu ċari, akkurati u sempliċi, viżibbli jew aċċessibbli faċilment. Dawn jistgħu jinkludu struzzjonijiet għat-tindif u t-tneħħija fil-pront ta’ ħġieġ miksur u r-rapportar tiegħu, li l-postijiet ta’ spezzjoni ma jitħallewx mingħajr persunal, li l-prodotti lesti jitpoġġew f’kamra mkessħa malajr kemm jista’ jkun jekk ikun hemm il-bżonn ta’ ħżin imkessaħ, li r-rekords jimtlew sewwa kemm jista’ jkun malajr, eċċ.

    Posters jew sinjali mqiegħda b’mod strateġiku jistgħu jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-għarfien u għall-applikazzjoni ta’ metodoloġiji ta’ ħidma korretti.

    3.14.   Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel (FSC)

    Fil-ħarifa tal-2020, ir-reviżjoni tal-Prinċipji Ġenerali dwar l-Iġjene tal-Ikel (CXC 1-1969) introduċiet l-istabbiliment u ż-żamma tal-FSC bħala fundamentali għall-funzjonament b’suċċess ta’ kwalunkwe sistema tal-iġjene tal-ikel. F’Marzu 2021, ġie introdott Kapitolu XIa speċifiku dwar l-FSC fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/382, li jiddefinixxi l-komponenti tal-FSC. Għalhekk, l-operaturi tan-negozju tal-ikel, li jwettqu attivitajiet għajr il-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, iridu jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

    Il-Kapitolu XIa tal-Anness II tar-Regolament (UE) 852/2004 jirreferi għall-komponenti li ġejjin ta’ FSC:

    a)

    l-impenn tal-maniġment u tal-impjegati kollha għall-produzzjoni u għad-distribuzzjoni sikura tal-ikel; ir-rekwiżiti dwar l-impenn tal-maniġment huma elaborati u stabbiliti ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 852/2004; l-impenn tal-impjegati huwa l-perċezzjoni tal-firxa tal-involviment fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel tal-impjegati kollha fl-FBO.

    b)

    tmexxija lejn il-produzzjoni ta’ ikel sikur u l-involviment tal-impjegati kollha fil-prattiki tas-sikurezza tal-ikel; it-tmexxija tista’ tiġi ddefinita bħala l-perċezzjoni tal-punt sa fejn il-mexxej/mexxejja tal-FBO jkunu jistgħu jinvolvu lill-persunal fil-prestazzjoni u fil-konformità tas-sikurezza tal-ikel biex jissodisfa r-rekwiżiti dwar is-sikurezza tal-ikel u biex tiġi żgurata r-reazzjoni adegwata għar-riskji, id-devjazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jinbidlu;

    c)

    għarfien dwar il-perikli għas-sikurezza tal-ikel u l-importanza tas-sikurezza tal-ikel mill-impjegati kollha fin-negozju; l-għarfien huwa l-perċezzjoni tal-punt sa fejn il-persunal kollu f’FBO ikun konxju tar-riskji li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ikel rilevanti fil-kompiti tiegħu, u li jkollu dawn taħt kontroll;

    d)

    komunikazzjoni miftuħa u ċara bejn l-impjegati kollha fin-negozju, f’attività u bejn attivitajiet konsekuttivi, f’sit tal-produzzjoni wieħed jew f’postijiet differenti ta’ FBO, inkluż il-komunikazzjoni ta’ devjazzjonijiet u aspettattivi; il-komunikazzjoni tirreferi għall-perċezzjoni tal-firxa tat-trasferiment jew tad-diffużjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-ikel fi ħdan l-organizzazzjoni;

    e)

    id-disponibbiltà ta’ riżorsi suffiċjenti biex ikun żgurat l-immaniġġar sikur u iġjeniku tal-ikel; riżorsi suffiċjenti hija definita bħala l-perċezzjoni tal-punt sa fejn il-mezzi fiżiċi u dawk mhux fiżiċi, li huma meħtieġa għall-operazzjoni b’mod sikur għall-ikel, ikunu preżenti fl-FBO (eż. il-ħin, il-persunal, l-infrastruttura, l-edukazzjoni/it-taħriġ u l-proċeduri).

    Għalkemm il-komponenti huma suġġettivi (perċezzjoni), ġew żviluppati għodod biex titkejjel b’mod oġġettiv l-FSC f’FBO, ara l-eżempju fl-Appendiċi 3. Dawn jippermettu li jitqabbel il-punt sa fejn jiġu ssodisfati l-FSC u l-komponenti tagħha bejn l-FBOs, bejn gruppi differenti ta’ impjegati fi ħdan FBO (eż. operaturi versus il-maniġment, siti differenti, f’kuntatt dirett mal-ikel jew le) jew li jiġu evalwati x-xejriet fil-ħin (billi tiġi ripetuta l-għodda). Dan jista’ jwassal għal azzjoni korrettiva bħal taħriġ addizzjonali ta’ ċertu persunal fuq xi wħud mill-komponenti jew fuq il-komponenti kollha tal-FSC, titjib tal-kanali ta’ komunikazzjoni, investiment fir-riżorsi, eċċ.

    Eżempju ta’ din l-għodda li tista’ tintuża bħala bażi għall-iżvilupp u għall-valutazzjoni tal-FSC jista’ jkun stħarriġ b’għadd ta’ indikaturi/dikjarazzjonijiet għal kull wieħed mill-komponenti tal-FSC. Ir-rispondenti jistgħu jesprimu l-punt sa fejn jaqblu jew ma jaqblux (eż. fuq skala minn 1 sa 5). Din l-għodda tista’ tintuża wkoll bħala bażi għall-verifika tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel f’FBO matul awditu (ara l-Anness III). Għodod oħra jistgħu jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea meta jsiru disponibbli.

    Approċċi kemxejn alternattivi u għodod ta’ valutazzjoni (mistoqsijiet ta’ gwida) huma żviluppati mill-Inizjattiva Globali dwar is-Sikurezza tal-Ikel (GFSI) (13).

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 irrikonoxxa b’mod espliċitu li “L-implimentazzjoni tal-ASF għandha tqis in-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel”. Huwa ovvju li n-natura tal-prodott, eż. il-vulnerabbiltà tiegħu għall-kontaminazzjoni u t-tkabbir tal-perikli u l-immaniġġar fl-FBO, tinfluwenza l-ħtieġa għall-firxa ta’ kultura tas-sikurezza tal-ikel, iżda l-impenn li jiġi prodott ikel sikur irid ikun preżenti fin-negozji kollha. Fi stabbilimenti żgħar ħafna, pereżempju stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut li jkun proprjetà ta’ familja mingħajr persunal estern jew b’għadd limitat ħafna tiegħu, il-kultura tas-sikurezza tal-ikel, eż. l-impenn u l-għarfien tal-importanza li wieħed jaħdem b’mod sikur għall-ikel probabbilment diġà jistgħu jiġu osservati mill-konsumatur innifsu u jistgħu jsiru evidenti minn spezzjoni u awditjar normali mill-awtoritajiet kompetenti. F’negozji kbar b’impjanti differenti, il-valutazzjoni regolari tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel, possibbilment minn kumpaniji esterni, bl-użu ta’ dawn l-għodod, għandha tirriżulta fl-identifikazzjoni ta’ dgħufijiet f’(ċerti impjanti) u tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għal sikurezza mtejba tal-ikel.

    4.   MONITORAĠĠ, VALIDAZZJONI U VERIFIKA TAL-GHP

    Bosta GHP, b’mod partikolari l-GHP li jeħtieġu attenzjoni akbar, jeħtieġu monitoraġġ, validazzjoni, sa fejn ikun possibbli, u verifika, simili għas-CCP. Il-frekwenza tal-monitoraġġ u l-firxa tal-validazzjoni u l-verifika għandhom iqisu n-natura tal-attività u d-daqs tan-negozju. Il-monitoraġġ huwa tipikament meħtieġ għal:

    Il-passi b’kundizzjonijiet ta’ temperatura jew temperatura/ħin (eż. tkessiħ, smit)

    Speċifikazzjonijiet oħra li huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sikurezza bħall-pH u l-attività tal-ilma (aw) (f’każ li ma jitqisux bħala CCP);

    Spezzjoni viżwali biex tiġi ċċekkjata l-effiċjenza tat-tindif (filwaqt li l-verifika għandha sseħħ eż. permezz ta’ ttestjar mikrobijoloġiku regolari tal-uċuħ);

    L-immaniġġar tal-allerġeni meta dawn ir-riskji jiġu vvalutati bħala għoljin, jew meta miżuri ta’ kontroll ikunu anqas faċli biex jiġu applikati (eż. monitoraġġ/iċċekkjar tan-nuqqas ta’ residwi viżibbli, ara t-Taqsima 4.7);

    Spezzjoni viżwali tal-pakketti biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ gassijiet, dannu jew tikkettar mhux akkurat;

    Il-kwalità tal-ilma f’każ ta’ riċiklaġġ jew ta’ nuqqas ta’ użu tal-ilma tal-komunità.

    Il-validazzjoni u l-verifika, f’għadd ta’ każijiet, se jeħtieġu kampjunar u ttestjar għal perikli mikrobijoloġiċi jew kimiċi.

    Għandhom jinżammu rekords dwar ir-riżultati tal-proċeduri ta’ monitoraġġ, ta’ validazzjoni u ta’ verifika.

    Azzjoni korrettiva f’każ ta’ devjazzjoni mill-istandards stabbiliti tas-sikurezza tal-ikel għandha tal-inqas tirriżulta f’reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-GHP. Il-ħtieġa għall-irtirar u għas-sejħa lura għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta’ każ b’każ, b’mod partikolari fil-każ ta’ devjazzjoni mill-GHP li tkun teħtieġ attenzjoni akbar.

    F’każ li n-nuqqasijiet ta’ konformità u d-devjazzjonijiet jiġu osservati ta’ spiss, ir-riskju għandu jiġi vvalutat mill-ġdid u l-miżuri ta’ kontroll għandhom possibbilment jiġu rieżaminati.

    Aktar dettalji dwar x’inhu mifhum bil-monitoraġġ, bil-validazzjoni u bil-verifika jistgħu jinsabu fit-Taqsima 9 tal-Anness II.

    5.   DOKUMENTAZZJONI U ŻAMMA TA’ REKORDS DWAR IL-GHP

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 ma jirrikjedix b’mod espliċitu d-dokumentazzjoni tal-GHP. Madankollu, jidher diffiċli li titwettaq analiżi tal-perikli u li tintwera l-konformità mal-GHP, jekk dawn ma jkunux dokumentati u jinżammu xi rekords. Il-GHP għandhom jiġu ddokumentati fil-pjan tal-GHP, u jista’ jkun hemm bżonn li jiġu ssupplimentati kontinwament b’rekords meta jkunu ġew identifikati GHP li jkunu jeħtieġu attenzjoni akbar. Dan il-pjan tal-GHP għandu jkun parti mill-pjan tal-HACCP (integrat fih) (ara l-Anness II, it-Taqsima 11). Japplikaw il-proċeduri dwar id-dokumentazzjoni u ż-żamma ta’ rekords rakkomandati fil-pjan tal-HACCP: adatti għan-natura u d-daqs tan-negozju, l-użu ta’ gwida ġenerika, persuna responsabbli nnominata, il-perjodu miżmum, eċċ.

    Dokumentazzjoni rakkomandata għall-GHP tinkludi:

    GHP applikata,

    struzzjonijiet ta’ ħidma, proċeduri operazzjonali standard, struzzjonijiet ta’ kontroll;

    Attivitajiet ta’ verifika;

    Azzjonijiet korrettivi antiċipati;

    Dokumenti ta’ sostenn (gwidi ġeneriċi, evidenza xjentifika, eċċ.).

    EŻEMPJI TA’ FLESSIBBILTÀ:

    F’ċerti negozji żgħar ħafna jista’ ma jkunx meħtieġ li jkun hemm proċeduri dokumentati għall-attivitajiet ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni jew għall-kontrolli viżwali billi ftit nies huma involuti fl-attivitajiet kollha. Il-persunal irid li dejjem ikun jista’ jispjega l-attivitajiet ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni irrispettivament mill-preżenza ta’ proċeduri dokumentati.

    Li l-monitoraġġ jitwettaq b’mod effettiv huwa ġeneralment aktar importanti mir-reġistrazzjoni tiegħu. Għalhekk, il-flessibbiltà fir-rigward tar-reġistrazzjoni tista’ tiġi aċċettata b’mod aktar faċli minn flessibbiltà li tikkonċerna l-monitoraġġ innifsu (eż. il-frekwenza tiegħu). B’mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, il-fatt li jżommu t-temperatura t-tajba huwa ferm aktar importanti milli fil-fatt jirreġistrawha, u r-rekords jistgħu jiġu prodotti biss f’każ ta’ devjazzjonijiet jew meta jkun tkejjel in-nuqqas ta’ konformità (eż. in-nuqqas li tagħmir iżomm it-temperatura t-tajba).

    Eżempji ta’ rekords huma:

    L-eżitu tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ fuq il-miżuri ta’ kontroll;

    Id-devjazzjonijiet osservati u l-azzjonijiet korrettivi eżegwiti;

    L-eżitu tal-attivitajiet ta’ verifika.

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: ir-rekords jistgħu jinżammu b’mod elettroniku dment li jkunu jistgħu jsiru disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom, eż. matul awditu, biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti.


    (1)  https://ec.europa.eu/food/system/files/2018-10/biosafety_fh_legis_guidance_reg-2004-852_en.pdf

    (2)  https://ec.europa.eu/food/system/files/2020-05/biosafety_fh_legis_guidance_reg-2004-853_en.pdf

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18)

    (5)  L-AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Lulju 2017 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 1)

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipali u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi dwar l-ikel. Fl-Artikolu 14(3) huwa jiddikjara li “Biex jiġi stabbilit jekk l-ikel ikunx tajjeb, għandu jingħata kont tat-tagħrif ipprovdut lill-konsumatur, inkluż it-tagħrif fuq it-tikketta, jew xi tagħrif ieħor ġeneralment disponibbli għall-konsumatur dwar l-iskartar ta’ effetti speċifiċi kuntrarji għas-saħħa minn xi ikel partikolari jew kategorija ta’ ikel”.

    (7)  CXC 80-2020; http://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FStandards%252FCXC%2B80-2020%252FCXC_080e.pdf

    (8)  https://www.who.int/news-room/events/detail/2021/10/18/default-calendar/ad-hoc-joint-fao-who-expert-consultation-on-risk-assessment-of-food-allergens-part-3-review-and-establish-precautionary-labelling-in-foods-of-the-priority-allergens

    (9)  https://www.fooddrinkeurope.eu/uploads/press-releases_documents/temp_file_FINAL_Allergen_A4_web1.pdf

    (10)  https://www.fooddrinkeurope.eu/wp-content/uploads/2021/05/Precautionary-Allergen-Labelling.pdf

    (11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1374 tat-12 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 1-15)

    (12)  Il-Ġurnal Uffiċjali C 163, 23 ta’ Mejju 2017, p. 1.

    (13)  https://mygfsi.com/wp-content/uploads/2019/09/GFSI-Food-Safety-Culture-Full.pdf


    ANNESS II

    Proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) u linji gwida għall-applikazzjoni tagħhom

    1.   INTRODUZZJONI

    Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP huma obbligatorji għall-operaturi kollha tan-negozju tal-ikel għajr għall-produtturi primarji f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP jirrappreżentaw approċċ sistematiku għall-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-perikli għas-sikurezza tal-ikel, eż. il-perikli bijoloġiċi, kimiċi (inklużi l-allerġeni) u fiżiċi.

    Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP jipprovdu għodda għall-FBO

    biex jidentifika perikli potenzjali,

    biex jidentifika fejn dawn il-perikli huma raġonevolment probabbli li jseħħu f’kull pass

    biex jidentifika liema minn dawn il-perikli li huma raġonevolment probabbli li jseħħu huma tali li l-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tagħhom għal livelli aċċettabbli huwa essenzjali għall-produzzjoni ta’ ikel sikur (perikli sinifikanti)

    biex jikkunsidra jekk humiex meħtieġa miżuri ta’ kontroll addizzjonali, b’mod partikolari l-OPRP jew is-CCP, jekk xi perikli sinifikanti ma jkunux ikkontrollati mill-miżuri preventivi.

    Dan l-Anness II jiddeskrivi b’mod sempliċi rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu applikati l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Dan huwa konformi mal-Kapitolu II tad-dokument CXC 1-1969 (1) tal-Codex Alimentarius.

    Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP jitqiesu bħala għodda utli għall-operaturi tan-negozju tal-ikel sabiex jidentifikaw u jikkontrollaw perikli li jistgħu jseħħu fl-ikel u waqt l-ipproċessar tal-ikel fl-istabbiliment tagħhom. Fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ negozji tal-ikel li għalihom huwa indirizzat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, u fid-dawl tad-diversità kbira ta’ prodotti tal-ikel u ta’ proċeduri ta’ manifattura li jiġu applikati għall-ikel, huwa xieraq li tinħareġ gwida ġenerali dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

    2.   PRINĊIPJI ĠENERALI

    Qabel l-applikazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP għal kwalunkwe negozju, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jkun implimenta GHP (ara l-Anness I) u PRP rilevanti oħra (ara t-Taqsima 5 tad-dokument prinċipali).

    Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP għandhom ikunu sistematiċi u bbażati fuq ix-xjenza/ir-riskju, għandhom jidentifikaw perikli speċifiċi f’kull pass tal-katina tal-produzzjoni, u miżuri għall-kontroll ta’ dawk il-perikli, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel. Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP huma għodod għall-identifikazzjoni u għall-valutazzjoni tal-perikli u għall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kontroll li jiffokaw fuq il-prevenzjoni, għall-kuntrarju tas-sistemi preċedenti li kienu jiddependu prinċipalment fuq l-ittestjar tal-prodott finali. Il-proċeduri kollha bbażati fuq l-HACCP għandhom ikunu kapaċi jakkomodaw tibdil, bħal avvanzi fid-disinn tat-tagħmir, fil-proċeduri tal-ipproċessar jew żviluppi teknoloġiċi billi jinkludu rekwiżit għar-rieżami tal-proċeduri sabiex jiġi żgurat li ma jkunux ġew introdotti perikli ġodda meta jsir dan it-tibdil.

    Minbarra li ssaħħaħ is-sikurezza tal-ikel, l-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP tista’ tipprovdi benefiċċji sinifikanti oħra, eż. għal spezzjoni/awditjar mill-awtoritajiet regolatorji u tippromwovi l-kummerċ internazzjonali billi tiżdied il-fiduċja fis-sikurezza tal-ikel.

    L-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP hija bbażata fuq is-seba’ prinċipji li ġejjin, stabbiliti fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004:

    (1)

    Il-punt (a): l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe periklu li jrid jiġi evitat, eliminat jew imnaqqas għal livelli aċċettabbli (analiżi tal-perikli) u l-identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll, ara t-Taqsima 5;

    (2)

    Il-punt (b): l-identifikazzjoni tal-punti kritiċi ta’ kontroll fil-pass jew fil-passi li fih(om) il-kontroll huwa essenzjali sabiex jiġu evitati jew eliminati l-perikli rilevanti kollha jew biex dawn jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli, ara t-Taqsima 6;

    (3)

    Il-punt (c): l-istabbiliment ta’ limiti kritiċi f’punti kritiċi ta’ kontroll (CCP), li jisseparaw dak li hu aċċettabbli minn dak li ma huwiex aċċettabbli għall-prevenzjoni, għall-eliminazzjoni jew għat-tnaqqis ta’ perikli identifikati, ara t-Taqsima 7;

    (4)

    Il-punt (d): l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri effettivi ta’ monitoraġġ fil-punti kritiċi ta’ kontroll, ara t-Taqsima 8;

    (5)

    Il-punt (e): l-istabbiliment ta’ azzjonijiet korrettivi meta l-monitoraġġ jindika devjazzjoni f’punt kritiku ta’ kontroll, ara t-Taqsima 9;

    (6)

    Il-punt (f): il-validazzjoni tal-pjan tal-HACCP u l-istabbiliment ta’ proċeduri, li għandhom isiru regolarment, biex jiġi vverifikat li l-miżuri deskritti fil-prinċipji 1 sa 5 ikunu qed jaħdmu b’mod effettiv, ara t-Taqsima 10;

    (7)

    Il-punt (g): l-istabbiliment ta’ dokumenti u rekords proporzjonati man-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel sabiex tintwera l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri deskritti fil-prinċipji 1 sa 6, ara t-Taqsima 11.

    Matul l-iżvilupp u l-applikazzjoni, tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, stabbiliti fi pjan tal-HACCP, l-FBO għandu jqis l-użu maħsub probabbli tal-prodott (eż. imsajjar jew le), il-kategoriji ta’ konsumaturi vulnerabbli u l-evidenza epidemjoloġika relatata mas-sikurezza tal-ikel.

    L-intenzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP hija li jiffokaw fuq il-kontroll fis-CCP. Huma għandhom jiġu applikati għal kull operazzjoni/pass speċifika/u separatament. L-applikazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP għandha tiġi rieżaminata u għandu jsir it-tibdil meħtieġ meta ssir kwalunkwe modifika fil-prodott, fil-proċess, jew fi kwalunkwe pass. Il-flessibilità hija importanti waqt l-applikazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, fejn din tkun xierqa, meta jitqies il-kuntest tal-applikazzjoni u b’kont meħud tan-natura u d-daqs tal-operazzjoni.

    3.   FLESSIBBILTÀ FUQ L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROĊEDURI BBAŻATI FUQ L-HACCP

    3.1.   Rekwiżiti legali

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeżiġi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bbażata/i fuq il-prinċipji tal-HACCP.

    Il-kunċett jippermetti li l-prinċipji tal-HACCP jiġu implimentati bil-flessibilità meħtieġa.

    Fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-kwistjonijiet ewlenin għall-flessibbiltà huma:

    (a)

    il-Premessa 15 tal-istess Regolament li tiddikjara li:

    “Il-ħtiġiet HACCP għandhom iqisu l-prinċipji li jinsabu fil-Codex Alimentarius. Dawn għandhom jipprovdu flessibbiltà suffiċjenti li tkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha, inklużi n-negozji ż-żgħar. Partikolarment, huwa meħtieġ li jkun rikonoxxut li, f’ċerti negozji tal-ikel, ma jkunx possibbli li jkunu identifikati l-punti kritiċi tal-kontroll u li, f’ċerti każi, prattiċi ta’ iġjene tajba jistgħu jieħdu post il-monitoraġġ tal-punti kritiċi tal-kontroll. L-istess, il-ħtieġa li jkunu stabbiliti ‘limiti kritiċi’ m’għandhiex timplika li huwa meħtieġ li jkun stabbilit limitu numeriku fi kwalunkwe każ. B’żieda, il-ħtieġa taż-żamma tad-dokumenti teħtieġ li tkun flessibbli sabiex ikunu evitati kumplikazzjonijiet żejda fuq kwalunkwe negozju żgħir.”

    (b)

    Id-dikjarazzjoni ċara fl-Artikolu 5(1) li l-proċedura trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-HACCP.

    (c)

    Id-dikjarazzjoni fl-Artikolu 5(2)(g) li l-bżonn li jiġu stabbiliti dokumentazzjoni u rekords irid ikun proporzjonat man-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel.

    (d)

    L-Artikolu 5(5) tar-Regolament, li jippermetti l-adozzjoni ta’ arranġamenti biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-HACCP minn ċerti FBOs. Dawn jinkludu l-użu ta’ gwidi għall-applikazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

    L-Artikolu 5(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jidentifika żewġ kriterji prinċipali li jagħmlu FBO eliġibbli għal flessibbiltà fir-rigward ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP: in-natura u d-daqs tiegħu.

    a)

    In-natura hija l-bażi għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju u tiddependi fuq l-attività tal-FBO, pereżempju:

    Ikel lest jew mhux lest biex jittiekel

    It-tul tal-katina tal-provvista

    L-ipproċessar, it-tqartis, eċċ. jew sempliċiment il-ħżin ta’ ikel ippakkjat minn qabel

    Il-preżenza jew nuqqas tagħha tal-pass tat-tnaqqis/tal-eliminazzjoni tal-perikli (eż. il-pasturizzazzjoni) fi tmiem il-proċess

    Ikel li joriġina mill-annimali (li għadu ferm aktar assoċjat ma’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel minn ikel ieħor) jew le

    Perikli assoċjati mal-materja prima/mal-ingredjenti

    Il-preżenza jew in-nuqqas tagħha tar-rekwiżiti tat-temperatura waqt l-immaniġġar/il-ħżin

    L-użu maħsub u l-kwistjoni speċifika tal-konsumaturi fil-mira

    L-analiżi tal-perikli għandha rwol kruċjali fil-valutazzjoni tar-riskji.

    b)

    Id-daqs (il-volum tal-produzzjoni, it-throughput, eċċ…) huwa marbut mal-proporzjonalità għall-operaturi tan-negozji ż-żgħar u huwa prinċipalment rifless fi tnaqqis tal-piż amministrattiv (l-użu ta’ gwidi ġeneriċi, il-firxa tad-dokumentazzjoni, ir-rekords, eċċ.).

    Għalkemm iż-żewġ kriterji ta’ flessibbiltà jistgħu jkunu rilevanti għal ċerti FBOs (eż. għall-bejjiegħa bl-imnut), dawn il-kriterji għandhom jitqiesu separatament.

    3.2.   Proċeduri simplifikati bbażati fuq l-HACCP

    Is-seba’ prinċipji tal-HACCP huma mudell prattiku għall-identifikazzjoni u għall-kontroll ta’ perikli sinifikanti fuq bażi permanenti. Dan jimplika li fejn dak l-objettiv jista’ jintlaħaq b’mezzi ekwivalenti li jissostitwixxu b’mod simplifikat iżda effettiv uħud mis-seba’ prinċipji, irid jitqies li l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa ssodisfat.

    Il-Premessa 15 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tirrikonoxxi b’mod ċar li s-CCP jistgħu ma jiġux identifikati fil-każijiet kollha. F’każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP tkun limitata għall-ewwel prinċipju, jiġifieri analiżi tal-perikli meħtieġa biex tiġġustifika, b’mod ibbażat fuq ir-riskju, għala ma jrid jitqies l-ebda CCP, u li jintwera li l-GHP, possibbilment bl-inklużjoni ta’ GHP li jeħtieġu attenzjoni akbar, huma biżżejjed biex jikkontrollaw il-perikli.

    Meta s-CCPs jiġu identifikati f’negozji żgħar, il-proporzjonalità fil-piż amministrattiv tiġġustifika addizzjonalment approċċ simplifikat biex ikun hemm konformità mal-prinċipji l-oħra tal-HACCP.

    Il-perikli jistgħu jiġu raggruppati flimkien għall-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, jekk jiġu kkontrollati bl-istess mod. Barra minn hekk prodotti simili jistgħu jiġu raggruppati flimkien jekk jiġu prodotti bl-istess mod u jkollhom perikli komuni.

    Kull meta jkun hemm ħtiġijiet relatati mal-esportazzjoni jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti, l-FBOs kollha huma liberi li jużaw u li jimplimentaw bis-sħiħ il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP u jiksbu ċertifikazzjoni dwarhom, anki jekk dawn jistgħu jkunu eliġibbli għal approċċ aktar flessibbli kif deskritt f’dan id-dokument.

    Eżempji ta’ proċeduri ssimplifikati bħal dawn ibbażati fuq l-HACCP għal attivitajiet bl-imnut, ibbażati fuq żewġ opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2), jistgħu jinstabu fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut.

    3.3.   Gwidi ġeneriċi għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP

    Ġew żviluppati gwidi ġeneriċi tal-HACCP li jindirizzaw il-prinċipji kollha tal-HACCP li għandhom jiġu osservati meta jiġu identifikati perikli sinifikanti.

    Il-gwidi ġeneriċi jistgħu jissuġġerixxu perikli u miżuri ta’ kontroll komuni lil ċerti negozji tal-ikel u jgħinu lill-FBO jew lit-tim tal-HACCP fil-proċess ta’ produzzjoni tal-proċeduri dwar is-sikurezza tal-ikel jew il-metodi bbażati fuq analiżi ġenerika tal-perikli, u ż-żamma ta’ rekords xierqa.

    L-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom, madankollu, ikunu konxji li jista’ jkun hemm perikli oħra, eż. dawk marbuta ma’ kif inhu mqassam l-istabbiliment tagħhom jew mal-proċess li jiġi applikat, u li dawn il-perikli ma jistgħux jiġu mbassra fi gwida ġenerika tal-HACCP. Meta jintużaw gwidi ġeneriċi tal-HACCP, l-FBO għandu jiċċekkja biex jiżgura li l-attivitajiet kollha fin-negozju jkunu koperti fil-gwida. Jekk le, allura l-FBO għandu jiżviluppa l-proċeduri tiegħu stess ibbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP għall-attivitajiet addizzjonali.

    F’dawk is-setturi fejn ikun hemm ħafna similarità bejn in-negozji jew il-proċess tal-manifattura jkun lineari u qasir, u fejn il-prevalenza tal-perikli tkun magħrufa sew, jistgħu jkunu xierqa gwidi ġeneriċi tal-HACCP, eż.:

    Għal biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġġaw prodotti tas-sajd, stabbilimenti tal-ħalib, eċċ.;

    Għal negozji li japplikaw proċeduri standard għall-ipproċessar tal-ikel bħall-mili tal-ikel f’laned, il-pastorizzazzjoni tal-ikel f’forma likwida, l-iffriżar/l-iffriżar ta’ malajr tal-ikel, eċċ.

    L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut jipprovdi gwida ġenerika dwar l-analiżi tal-perikli għal ċerti bejjiegħa bl-imnut. Il-kontenut tal-gwidi ġeneriċi tal-HACCP fejn tista’ titqies il-flessibbiltà għandu jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet fit-Taqsima 4.4.

    4.   ATTIVITAJIET PRELIMINARI

    L-attivitajiet preliminari ta’ hawn taħt ma humiex stabbiliti b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni tal-UE, madankollu huma meqjusa essenzjali meta jiġu żviluppati u implimentati proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Dawn l-attivitajiet preliminari tradizzjonalment jikkonsistu minn 5 passi u meta jingħaqdu mas-7 prinċipji tal-HACCP, jirriżultaw f’approċċ ta’ 12-il pass.

    4.1.   Ħolqien ta’ tim multidixxiplinarju tal-HACCP

    Dan it-tim, li jinvolvi l-partijiet kollha tan-negozju tal-ikel li għandhom x’jaqsmu mal-prodott, għandu jinkludi l-firxa sħiħa ta’ għarfien espert u kompetenzi speċifiċi xierqa għall-prodott li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat, il-produzzjoni tiegħu (il-manifattura, il-ħżin u d-distribuzzjoni), il-konsum tiegħu u l-perikli potenzjali assoċjati, u kemm jista’ jkun għandu jinvolvi wkoll il-livelli ta’ maniġment superjuri. It-tim għandu jkollu l-appoġġ sħiħ tal-maniġment li għandu jqis lilu nnifsu bħala s-sid tal-pjan tal-HACCP u tal-FSMS globali.

    Fejn ikun meħtieġ, it-tim għandu jiġi assistit minn speċjalisti li jgħinuh isolvi d-diffikultajiet fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

    It-tim jista’ jinkludi speċjalisti u persunal tekniku:

    li jifhmu l-perikli bijoloġiċi, kimiċi jew fiżiċi marbuta ma’ grupp ta’ prodotti partikolari;

    li jkollhom responsabbiltà għall-proċess tekniku tal-manifattura tal-prodott taħt studju, jew li jkunu involuti mill-qrib miegħu;

    li jkollhom għarfien tajjeb tal-iġjene u t-tħaddim tal-impjant u t-tagħmir tal-proċess;

    kwalunkwe persuna oħra b’għarfien speċjalizzat tal-mikrobijoloġija tal-ikel, rekwiżiti leġiżlattivi, makkinarju użat għall-manifattura tal-ikel, il-manutenzjoni u t-tindif tiegħu.

    Persuna waħda tista’ twettaq għadd minn dawn ir-rwoli jew dawn ir-rwoli kollha, dment li t-tim ikollu l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli u din tintuża biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tas-sistema żviluppata. Meta fl-istabbiliment ma jkunx hemm għarfien espert disponibbli f’oqsma speċifiċi, għandhom jinkisbu pariri minn sorsi oħra (konsulenza, gwidi dwar prattiki ta’ iġjene tajba, eċċ. mingħajr ma jiġu esklużi kumpaniji oħra tal-istess grupp (fil-livell settorjali jew ta’ assoċjazzjoni) fejn ikun hemm għarfien espert disponibbli).

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: F’intrapriżi żgħar, l-attivitajiet tal-HACCP/FSMS jistgħu jsiru minn persuna waħda li tkun (temporanjament jew regolarment) assistita minn esperti esterni. Meta jintużaw esperti esterni, huwa essenzjali li jkun hemm sjieda suffiċjenti tal-FSMS min-negozju tal-ikel innifsu. L-FBOs li jużaw dan il-metodu għandhom ikunu ċerti li jkunu jafu kif taħdem is-sistema u kif din tkun qiegħda tiġi applikata għan-negozju tagħhom u li l-persunal tagħhom ikun imħarreġ kif xieraq biex jiżgura implimentazzjoni effettiva.

    4.2.   Deskrizzjoni tal-prodott(i) fit-tmiem tal-proċess (minn hawn ’il quddiem “il-prodott finali”)

    Għandha titfassal deskrizzjoni sħiħa tal-prodott finali, inkluża informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza:

    bħall-Oriġini tal-ingredjenti/materja prima, li tista’ tgħin fl-identifikazzjoni ta’ ċerti perikli;

    bħall-kompożizzjoni (eż. materja prima, ingredjenti, addittivi, allerġeni potenzjali eċċ.);

    bħall-istruttura u l-karatteristiċi fiżikokimiċi (eż. solidu, likwidu, ġell, emulsjoni, kontenut ta’ ndewwa, pH, attività tal-ilma, eċċ.);

    bħall-ipproċessar (eż. sħana, iffriżar, tnixxif, tmellieħ, affumikazzjoni, eċċ. u sa liema punt);

    bħall-imballaġġ (eż. ermetiku, vakwu, atmosfera modifikata) u tikkettar;

    bħall-kundizzjonijiet tal-ħżin u tad-distribuzzjoni, inkluż it-trasport u l-immaniġġar;

    bħaż-żmien tal-ħajja fuq l-ixkaffa (eż. “ikkonsma sad-data” jew “aħjar qabel id-data”);

    bħall-istruzzjonijiet għall-użu;

    bħal kwalunkwe kriterju mikrobijoloġiku jew kimiku applikabbli.

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: Meta ma jkunx hemm ipproċessar jew manifattura oħra (eż. it-tqattigħ, it-tqartis), id-deskrizzjoni tal-prodott tista’ tkun limitata għall-informazzjoni disponibbli fuq it-tikketta (ikel ippakkjat minn qabel) jew informazzjoni oħra dwar l-ikel li tiġi estratta minn sorsi affidabbli.

    4.3.   Identifikazzjoni tal-użu maħsub

    It-tim tal-HACCP għandu jiddefinixxi wkoll l-użu previst b’mod raġonevoli tal-prodott mill-konsumatur u mill-gruppi ta’ konsumaturi fil-mira li għalihom ikun maħsub il-prodott. F’każijiet speċifiċi, jista’ jkun hemm bżonn li titqies l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi partikolari ta’ konsumaturi, bħal fornituri tal-ikel f’istituzzjonijiet, vjaġġaturi, eċċ. u għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni.

    4.4.   Bini ta’ dijagramma sekwenzjali (deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura)

    Il-passi kollha involuti fil-proċess għandhom jiġu studjati f’sekwenza u jiġu ppreżentati f’dijagramma sekwenzjali dettaljata.

    Il-proċessi kollha (mill-wasla tal-materja prima sat-tqegħid tal-prodott finali fis-suq) inkluż id-dewmien matul jew bejn kull pass, għandhom jissemmew flimkien ma’ data teknika suffiċjenti li tkun rilevanti għas-sikurezza tal-ikel, bħat-temperatura u d-durata tat-tisħin.

    Tipi ta’ data jistgħu jinkludu, iżda ma humiex limitati:

    għall-pjan tal-post tax-xogħol u postijiet anċillari;

    għat-tqassim u għall-karatteristiċi tal-apparat;

    għas-sekwenza tal-passi kollha tal-proċess (inkluż l-inkorporazzjoni tal-materja prima, l-ingredjenti jew l-addittivi u d-dewmien matul jew bejn il-passi) u r-rimi tal-iskart/prodotti sekondarji;

    għall-parametri tekniċi tat-tħaddim (b’mod partikolari l-ħin u t-temperatura, inkluż id-dewmien);

    għall-fluss tal-prodotti (inkluż il-kontaminazzjoni kroċjata potenzjali);

    għas-segregazzjoni ta’ żoni nodfa u dawk maħmuġin (jew żoni b’riskju għoli/baxx).

    In-natura tan-negozju se tiddefinixxi l-kumplessità tad-dijagramma sekwenzjali meħtieġa, li tista’ tkun sempliċi ħafna f’ċerti negozji (Ara l-eżempji għal bejjiegħa bl-imnut differenti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut).

    4.5.   Konferma fuq il-post tad-dijagramma sekwenzjali

    Wara li titfassal id-dijagramma sekwenzjali, it-tim tal-HACCP għandu jikkonfermaha fuq il-post waqt il-ħinijiet tal-operat. Kull devjazzjoni osservata trid tirriżulta f’emenda fid-dijagramma sekwenzjali oriġinali biex issir akkurata.

    5.   ANALIŻI TAL-PERIKLI (IL-PRINĊIPJU 1)

    5.1.   Identifikazzjoni tal-perikli rilevanti

    Periklu huwa aġent bijoloġiku, kimiku (inklużi allerġeni) jew fiżiku fl-ikel jew fl-għalf bil-potenzjal li joħloq effett avvers fuq is-saħħa (3). Filwaqt li l-allerġeni jitqiesu bħala periklu kimiku, xi FBOs isibuha aktar faċli li jittrattaw l-allerġeni bħala raba’ periklu matul l-analiżi tal-periklu (ara l-worksheet fit-taqsima 5.3).

    Il-perikli bijoloġiċi, kimiċi jew fiżiċi potenzjali kbar kollha li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jseħħu fi prodott għandhom jiġu identifikati u elenkati. Jista’ jkun utli li jiġi kkonsultat sors estern ta’ informazzjoni (eż. is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf).

    Imbagħad, it-tim tal-HACCP għandu jidentifika fejn dawn il-perikli potenzjali huma raġonevolment probabbli li jseħħu f’kull pass tal-proċess (inkluż il-produzzjoni, l-akkwist, il-ħżin, it-trasport u l-immaniġġar tal-materja prima u tal-ingredjenti u d-dewmien waqt il-manifattura).

    Wara dan, it-tim tal-HACCP għandu jwettaq analiżi tal-perikli biex jiġu identifikati liema perikli huma ta’ natura tali li l-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tagħhom għal livelli aċċettabbli huma essenzjali għall-produzzjoni ta’ ikel sikur (il-prodott finali).

    Fit-twettiq tal-analiżi tal-periklu biex jiġi ddeterminat jekk hemmx perikli sinifikanti, kull fejn ikun possibbli għandu jiġi kkunsidrat dan li ġej:

    perikli assoċjati mal-produzzjoni jew mal-ipproċessar tat-tip ta’ ikel, inklużi l-ingredjenti tiegħu u l-passi tal-proċess (eż. minn stħarriġ jew kampjunar u ttestjar ta’ perikli fil-katina alimentari, minn ġbir lura, minn informazzjoni fil-letteratura xjentifika jew minn data epidemjoloġika);

    il-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ perikli, filwaqt li jitqiesu l-programmi ta’ prerekwiżit, fin-nuqqas ta’ kontroll addizzjonali;

    il-probabbiltà u s-severità tal-effetti avversi fuq is-saħħa assoċjati mal-perikli fl-ikel fin-nuqqas ta’ kontroll;

    il-livelli aċċettabbli identifikati tal-perikli fl-ikel, eż. abbażi tar-regolamentazzjoni, l-użu maħsub, u l-informazzjoni xjentifika;

    in-natura tal-faċilità u t-tagħmir użat biex isir il-prodott tal-ikel;

    is-sopravvivenza jew il-multiplikazzjoni ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi;

    il-produzzjoni jew il-persistenza fl-ikel ta’ tossini (eż. mikotossini), sustanzi kimiċi (eż. pestiċidi, residwi ta’ prodotti mediċinali, allerġeni) jew aġenti fiżiċi (eż. ħġieġ, metall);

    in-natura tal-prodott bħala prodott intermedju li jiġi pproċessat ulterjorment minn FBO ieħor

    l-użu maħsub u/jew il-probabbiltà tal-immaniġġar ħażin tal-prodott minn konsumaturi potenzjali li jistgħu jagħmlu l-ikel mhux sikur; u,

    l-kundizzjonijiet li jwasslu għal dawn ta’ hawn fuq.

    5.2.   Miżuri ta’ kontroll

    L-FBO għandu jqis u jiddeskrivi liema miżuri ta’ kontroll, jekk ikun hemm, jistgħu jiġu applikati għal kull periklu f’kull pass tal-proċess.

    Il-miżuri ta’ kontroll huma dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jistgħu jintużaw biex jipprevjenu l-perikli, jeliminawhom jew inaqqsuhom għal livelli aċċettabbli. Ħafna miżuri ta’ kontroll għall-prevenzjoni tal-perikli huma parti minn GHP u huma maħsuba biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ambjent tal-produzzjoni (eż. il-persunal, il-pesti, l-ilma, il-manutenzjoni li huma elenkati bħala eżempji fl-Anness I). Miżuri oħra ta’ kontroll li għandhom l-għan li jnaqqsu jew li jeliminaw il-perikli huma marbuta b’mod aktar speċifiku ma’ proċess ta’ produzzjoni partikolari eż. il-pastorizzazzjoni, fermentazzjoni bir-reqqa jew li huma maħsuba biex jevitaw il-multiplikazzjoni tal-periklu (eż. it-tkessiħ), u jistgħu jirriżultaw fl-istabbiliment ta’ CCP jew OPRP.

    F’xi każijiet jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ miżura ta’ kontroll biex jiġi mmonitorjat aktar minn parametru wieħed eż. il-pastorizzazzjoni kkontrollata bil-ħin, it-temperatura u r-rata tal-fluss tal-fluwidu, u aktar minn periklu wieħed jista’ jiġi kkontrollat minn miżura ta’ kontroll waħda, eż. il-pastorizzazzjoni jew it-tisħin ikkontrollat jistgħu jipprovdu assigurazzjoni suffiċjenti tat-tnaqqis tal-livell ta’ bosta mikroorganiżmi patoġeniċi bħas-Salmonella u l-Listeria monocytogenes.

    Il-miżuri ta’ kontroll iridu jiġu vvalidati.

    Il-miżuri ta’ kontroll għandhom ikunu appoġġati minn proċeduri u minn speċifikazzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

    5.3.   Worksheet għall-analiżi tal-perikli

    Mod kif tiġi ddokumentata l-analiżi tal-perikli huwa bl-użu ta’ worksheet għall-analiżi tal-perikli.

    Pass

    Jiġu identifikati l-perikli potenzjali introdotti, ikkontrollati jew imtejba f’dan il-pass

    B = bijoloġiku

    C = kimiku

    P = fiżiku

    A = allerġen (*1)

    Dan il-periklu potenzjali huwa raġonevolment probabbli li jseħħ?

    Iġġustifika d-deċiżjoni tiegħek għall-kolonna 3

    Liema miżura/i tista’/jistgħu tiġi/jiġu applikata/i għall-prevenzjoni jew għall-eliminazzjoni tal-periklu jew għat-tnaqqis tiegħu għal livell aċċettabbli?

    Iva

    Le

     

    B

     

     

     

     

     

    C

     

     

     

     

     

    P

     

     

     

     

     

    A

     

     

     

     

     

     

    B

     

     

     

     

     

    C

     

     

     

     

     

    P

     

     

     

     

     

    A

     

     

     

     

     

     

    B

     

     

     

     

     

    C

     

     

     

     

     

    F

     

     

     

     

     

    A

     

     

     

     

     

    Il-perikli jistgħu jiġu raggruppati flimkien meta jkunu derivati mill-istess sors possibbli u l-miżuri ta’ kontroll ikunu simili mingħajr il-ħtieġa ta’ analiżi komprensiva tal-perikli fuq kull wieħed mill-perikli speċifiċi. Pereżempju, il-perikli mikrobijoloġiċi jistgħu jiġu raggruppati f’batterji veġetattivi (Salmonella, Campylobacter, STEC, eċċ.) u jifformaw l-ispori (Clostridium, Bacillus) peress li l-oriġini u l-kontrolli jistgħu jkunu simili għal kull kategorija.

    Eżempji elaborati bis-sħiħ ta’ analiżijiet tal-perikli għall-bejjiegħa bl-imnut, li jirraggruppaw flimkien il-perikli bijoloġiċi, kimiċi u fiżiċi, jistgħu jinstabu fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut.

    F’negozji żgħar jista’ jkun biżżejjed li l-analiżi tal-perikli fil-pjan tal-HACCP tiddeskrivi b’mod prattiku u sempliċi l-metodi biex jiġu kkontrollati r-riskji mingħajr ma neċessarjament tidħol fid-dettall dwar in-natura tal-perikli. Madankollu din l-analiżi għandha tkopri r-riskji sinifikanti kollha f’negozju u għandha tiddefinixxi b’mod ċar il-proċeduri għall-kontroll ta’ dawn il-perikli u l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed f’każ ta’ problemi.

    Gwidi speċifiċi tal-HACCP jistgħu jissuġġerixxu l-perikli sinifikanti marbuta ma’ prodotti u proċessi speċifiċi.

    6.   L-IDENTIFIKAZZJONI TA’ PUNTI KRITIĊI TA’ KONTROLL (CCP) (IL-PRINĊIPJU 2)

    L-identifikazzjoni ta’ CCP teħtieġ approċċ loġiku. Dan l-approċċ jista’ jiġi ffaċilitat bl-użu ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet jew b’metodi oħra, skont l-għarfien u l-esperjenza tat-tim tal-HACCP.

    L-identifikazzjoni ta’ CCP għandha żewġ konsegwenzi għat-tim tal-HACCP li mbagħad għandu:

     

    jiżgura li miżuri ta’ kontroll adatti jiġu effettivament imfassla u implimentati. B’mod partikolari, jekk ikun ġie identifikat periklu sinifikanti f’pass fejn ma tkun teżisti l-ebda miżura ta’ kontroll, jew f’xi pass ieħor aktar ’il quddiem fil-proċess tal-produzzjoni, allura l-prodott jew il-proċess għandhom jiġu mmodifikati f’dak il-pass jew f’pass aktar bikri jew tard, biex tiġi inkluża miżura ta’ kontroll;

     

    jistabbilixxi u jimplimenta l-prinċipji 3 sa 7 tal-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP f’kull CCP.

    Is-CCP huma maħsuba biex jindirizzaw biss perikli sinifikanti fi stabbiliment.

    Barra minn hekk, għal kull miżura ta’ kontroll, l-approċċ sistematiku għandu jinkludi valutazzjoni tal-fattibbiltà:

    li tistabbilixxi limiti kritiċi li jistgħu jitkejlu/osservabbli u/jew kriterji ta’ azzjoni li jistgħu jitkejlu/osservabbli;

    tal-monitoraġġ biex jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas li wieħed jibqa’ fil-limitu kritiku u/jew kriterji ta’ azzjoni li jistgħu jitkejlu/osservabbli;

    tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet f’waqthom f’każ ta’ nuqqas.

    Meta titwettaq l-analiżi tal-perikli minn evalwazzjoni semikwantitattiva tar-riskji bħal fl-Appendiċi 2, is-CCP jiġu implimentati biex jikkontrollaw perikli sinifikanti identifikati mill-analiżi tal-perikli. Eżempji oħra ta’ għodod huma l-ġerarkiji tad-deċiżjonijiet li jidhru fl-Appendiċi 4A u B. L-għodod fl-Appendiċijiet 2 u 4 jistgħu jintużaw separatament jew flimkien, bl-użu tal-evalwazzjoni tar-riskju għall-identifikazzjoni tal-perikli rilevanti u għall-iskrinjar inizjali tal-miżuri ta’ kontroll meħtieġa u l-ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex il-miżuri ta’ kontroll jiġu rfinuti aktar. Għal livell għoli ta’ riskji, li ma humiex ikkontrollati minn GHP, għandu jiġi stabbilit CCP jew OPRP. Ġerarkiji tad-deċiżjonijiet ideali, applikabbli f’kull tip ta’ sitwazzjoni/pass, ma jeżistux. Għalhekk, il-ġerarkiji tad-deċiżjonijiet jistgħu minflok jitqiesu bħala għodod għall-fehim ta’ kif għandu jiġi deċiż jekk GHP ikunux suffiċjenti jew jekk għandhomx jiġu kkunsidrati OPRP jew CCP, minflok ma jirrappreżentaw il-mod inkontestabbli biex issir evalwazzjoni bħal din.

    CCP jew OPRP?

    Kemm is-CCP kif ukoll l-OPRP jirrappreżentaw pass li fih tapplika miżura ta’ kontroll sabiex jiġi kkontrollat periklu sinifikanti. Is-CCP huma maħsuba biex jikkontrollaw l-ogħla riskji, filwaqt li l-OPRP jistgħu jintużaw għall-kontroll ta’ riskji intermedji jew għal kwalunkwe periklu sinifikanti meta

    ma jkun jista’ jiġi ssettjat l-ebda limitu kritiku, pereżempju: nuqqas ta’ kontaminazzjoni viżwali, integrità tal-imballaġġ,.. jew

    ma tkun possibbli l-ebda detezzjoni f’ħin reali ta’ devjazzjoni/nuqqas ta’ konformità, pereżempju: kontaminazzjoni kroċjata tal-allerġeni.

    Il-prinċipji applikabbli għas-CCP japplikaw ukoll għall-OPRP, eż.

    iridu jiġu stabbiliti kriterji ta’ azzjoni biex jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni li l-livell aċċettabbli tal-periklu ma jinqabiżx;

    il-ħtieġa għall-monitoraġġ, il-validazzjoni u l-verifika

    Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords.

    Għalhekk, il-gwida prevista f’din it-Taqsima, kif ukoll fit-Taqsimiet 7 sa 11 huma rilevanti wkoll għall-OPRP.

    Fl-Appendiċi 5 jingħata tqabbil bejn il-GHP, l-OPRP u s-CCP.

    Kull pass tal-proċess identifikat fid-dijagramma sekwenzjali (ara t-Taqsima 4.4 ta’ dan l-Anness) għandu jiġi kkunsidrat f’sekwenza. F’kull pass, il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet u/jew l-evalwazzjoni tar-riskju għandhom jiġu applikati għal kull periklu sinifikanti. L-applikazzjoni għandha tkun flessibbli, meta jitqies il-proċess kollu tal-manifattura.

    Huwa rrakkomandat li jsir taħriġ fl-applikazzjoni ta’ metodu għall-identifikazzjoni ta’ CCP.

    Is-CCP u l-OPRP jiddependu fuq ir-riżultat tal-analiżi tal-perikli f’kull stabbiliment u jeħtieġu li jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ:

    jekk il-miżura ta’ kontroll ma tkunx tista’ tintuża fil-pass tal-proċess, dan il-pass ma għandux jitqies bħala CCP/OPRP għall-periklu sinifikanti.

    Jekk il-miżura ta’ kontroll tista’ tintuża fil-pass li jkun qiegħed jiġi analizzat, iżda tista’ tintuża wkoll aktar tard fil-proċess, jew ikun hemm miżura ta’ kontroll effettiva oħra għall-periklu fi stadju aktar tard, il-pass li jkun qed jiġi analizzat ma għandux jitqies bħala CCP/OPRP.

    Jiġi ddeterminat jekk miżura ta’ kontroll f’pass tintużax flimkien ma’ miżura ta’ kontroll f’pass ieħor biex tikkontrolla l-istess periklu; jekk iva, iż-żewġ passi għandhom jitqiesu bħala CCP/OPRP.

    EŻEMPJI TA’ FLESSIBBILTÀ:

    F’ċerti każijiet, minħabba n-natura tan-negozju tal-ikel u l-ikel li jiġi mmaniġġat minnu, analiżi (ġenerika) tal-perikli tista’ turi li ma jkun ġie identifikat l-ebda periklu sinifikanti u għalhekk ma jkunx hemm bżonn ta’ CCP jew OPRP. F’dan il-każ, il-perikli kollha tal-ikel jistgħu jiġu kkontrollati bl-implimentazzjoni tal-GHP biss. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-flessibbiltà fl-identifikazzjoni ta’ periklu bħala sinifkanti jew le fl-analiżi tal-perikli ma hijiex direttament marbuta mad-daqs tal-istabbiliment u mhux dejjem tkun xierqa, anki meta n-negozju jkun żgħir eż.

    meta jkun hemm probabbiltà kbira ta’ nuqqas fil-metodu tal-ipproċessar bħall-mili tal-ikel f’laned;

    il-produzzjoni tal-ikel għal gruppi ta’ konsumaturi vulnerabbli;

    il-kontrolli tal-allerġeni fi prodotti ddikjarati bħala ħielsa minn allerġeni.

    Għal ċerti kategoriji ta’ negozji tal-ikel b’immaniġġar identiku, standardizzat u limitat ħafna tal-ikel (eż. ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, ara l-Avviż tal-Kummissjoni li jipprovdi gwida dwar is-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel għall-attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel, inklużi donazzjonijiet tal-ikel (ĠU C 199, 12.6.2020, p. 1), jista’ jkun possibbli li jiġu ddeterminati minn qabel il-perikli li jeħtieġ li jiġu kkontrollati. Gwida dwar dawn il-perikli u dwar il-kontroll tagħhom tista’ tiġi indirizzata fi gwida ġenerika tal-HACCP jew f’analiżi ġenerika tal-perikli biss.

    Il-qali jew ix-xiwi f’ristorant biex tiġi kkontrollata s-sopravvivenza tal-patoġeni jistgħu ma jkunux CCP peress li t-temperatura għolja taż-żejt/tax-xaħam hija faċilment osservabbli u twassal b’mod sistematiku għall-eliminazzjoni ta’ periklu sinifikanti possibbli

    7.   LIMITI KRITIĊI FIS-CCP (IL-PRINĊIPJU 3)

    Kull miżura ta’ kontroll assoċjata ma’ punt kritiku ta’ kontroll għandha twassal għall-ispeċifikazzjoni ta’ limiti kritiċi.

    Il-limiti kritiċi jikkorrispondu għall-valuri estremi aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-prodott. Huma jisseparaw dak li huwa aċċettabbli minn dak li ma huwiex. Huma ssettjati għal parametri osservabbli jew li jistgħu jitkejlu, li jistgħu juru li l-punt kritiku jkun fil-limiti kritiċi. Huma għandhom ikunu bbażati fuq evidenza sostanzjata li l-valuri magħżula jirriżultaw fl-applikazzjoni korretta ta’ miżura ta’ kontroll.

    Eżempji ta’ parametri bħal dawn jinkludu t-temperatura, il-ħin, il-pH, il-kontenut ta’ ndewwa, l-ammont ta’ addittivi jew melħ, il-parametri sensorjali bħad-dehra jew is-sawra, eċċ.

    F’ċerti każijiet, sabiex titnaqqas il-probabbiltà li jinqabeż limitu kritiku minħabba varjazzjonijiet fil-proċess, jista’ jkun neċessarju li jiġu speċifikati livelli aktar stretti (jiġifieri livelli fil-mira) biex jiġi żgurat li ma jinqabżux il-limiti kritiċi.

    Il-limiti kritiċi għandhom jiġu vvalidati u għandu jkollhom valuri speċifiċi u ċari.

    Il-limiti kritiċi jistgħu jittieħdu minn varjetà ta’ sorsi. Meta ma jittiħdux minn standards regolatorji jew minn gwidi ta’ prattika ta’ iġjene tajba, it-tim tal-HACCP għandu jiżgura l-validità tagħhom fir-rigward tal-kontroll ta’ perikli identifikati fis-CCP.

    Limiti kritiċi fis-CCP jistgħu jiġu stabbiliti abbażi ta’:

    esperjenza (l-aħjar prattika);

    dokumentazzjoni internazzjonali għal għadd ta’ operazzjonijiet, eż. il-mili tal-ikel f’laned, il-pastorizzazzjoni ta’ likwidi eċċ. li għalihom jeżistu standards aċċettati internazzjonalment (Codex Alimentarius); jistgħu anke jiġu stabbiliti limiti kritiċi;

    pariri dwar passi speċifiċi fil-gwidi għal prattika tajba;

    pubblikazzjonijiet xjentifiċi;

    leġiżlazzjoni tal-UE, opinjonijiet tal-EFSA.

    Ir-rekwiżit biex jiġi stabbilit limitu kritiku f’CCP mhux dejjem jimplika li jrid jiġi stabbilit valur numeriku. Dan huwa speċjalment il-każ fejn il-proċeduri ta’ monitoraġġ ikunu bbażati fuq osservazzjoni viżwali eż.

    Il-kontaminazzjoni tar-rawt tal-karkassi wara t-tlestija f’biċċerija;

    Il-punt tat-togħlija tal-ikel likwidu;

    It-tibdil fil-karatteristiċi fiżiċi tal-ikel waqt l-ipproċessar (eż. it-tisjir bir-reqqa tal-ikel).

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ

    Il-limiti kritiċi jrid ikollhom bażi xjentifika, madankollu, f’xi każijiet dawn jistgħu jkunu bbażati fuq l-esperjenza. Għal ħafna xenarji tal-produzzjoni u tal-ipproċessar tal-ikel, hemm storja estensiva li l-miżuri speċifiċi użati għall-kontroll tal-perikli mġarrba mill-ikel huma effettivi.

    8.   PROĊEDURI TA’ MONITORAĠĠ FIS-CCP (IL-PRINĊIPJU 4)

    Parti essenzjali mill-proċeduri bbażati fuq l-HACCP hija programm ta’ osservazzjonijiet jew kejl li jsir f’kull CCP biex tiġi żgurata konformità mal-limiti kritiċi speċifikati.

    L-osservazzjonijiet jew il-kejl iridu jkunu jistgħu jidentifikaw devjazzjoni fis-CCP u jipprovdu informazzjoni fil-ħin biex tittieħed azzjoni korrettiva b’tali mod li ikel mhux sikur ma jitpoġġiex fuq is-suq.

    Fejn ikun possibbli, għandhom isiru aġġustamenti fil-proċess meta r-riżultati tal-monitoraġġ jindikaw xejra lejn devjazzjoni f’CCP. L-aġġustamenti għandhom isiru qabel ma sseħħ devjazzjoni (ma jintlaħaqx il-limitu kritiku). Data li tkun ġejja mill-monitoraġġ trid tiġi evalwata minn persuna maħtura u ta’ esperjenza bl-għarfien u bl-awtorità li twettaq azzjonijiet korrettivi meta jkun indikat.

    Osservazzjonijiet jew miżuri jistgħu jsiru kontinwament jew perjodikament. Meta l-osservazzjonijiet jew il-kejl ma jkunux kontinwi, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-frekwenza tal-osservazzjonijiet jew tal-kejl li jidentifikaw id-devjazzjonijiet fil-ħin biex jitteħdu azzjonijiet korrettivi. Il-proċeduri ta’ monitoraġġ għas-CCP għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw fil-ħin devjazzjoni mil-limitu kritiku biex jippermettu l-iżolament tal-prodotti affettwati. Il-metodu u l-frekwenza tal-monitoraġġ għandhom iqisu n-natura tad-devjazzjoni (eż. għarbiel miksur, devjazzjoni mill-kundizzjonijiet ta’ pastorizzazzjoni, jew żieda gradwali fit-temperatura fil-ħżin kiesaħ). Fejn ikun possibbli, il-monitoraġġ tas-CCP għandu jkun kontinwu.

    Il-pjan tal-HACCP għandu jiddeskrivi l-metodi, il-frekwenza tal-osservazzjonijiet jew tal-kejl u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni għall-monitoraġġ fis-CCP:

    min għandu jwettaq il-monitoraġġ u l-iċċekkjar;

    meta jitwettqu l-monitoraġġ u l-iċċekkjar;

    kif jitwettqu l-monitoraġġ u l-iċċekkjar.

    Ir-rekords marbuta mal-monitoraġġ tas-CCP iridu jiġu ffirmati mill-persuna/i li tkun/ikunu qed twettaq/iwettqu l-monitoraġġ u meta r-rekords jiġu verifikati mill-persunal tal-kumpanija responsabbli mir-rieżami.

    EŻEMPJI TA’ FLESSIBBILTÀ:

    Il-monitoraġġ ma jinkisibx biss bil-kejl. F’ħafna każijiet il-monitoraġġ jista’ jkun proċedura sempliċi, eż.

    kontrolli viżwali regolari tat-temperatura tal-faċilitajiet tat-tkessiħ/iffriżar/tisħin;

    osservazzjoni viżwali (ta’ wiċċ maqtugħ) biex jiġi vverifikat jekk il-preparazzjoni tal-ikel sottomessa għal trattament partikolari bis-sħana jkollhiex il-karatteristiċi fiżiċi korretti li jirriflettu l-livell ta’ trattament bis-sħana (eż. togħlija jew li jiġi aċċertat li l-ikel ikun jikwi kollu hemm hu).

    Il-monitoraġġ għandu jkun frekwenti kemm hemm bżonn biex jiġi żgurat li l-limiti kritiċi jintlaħqu b’mod permanenti. Għandu jikkonferma li l-limitu kritiku jew il-mira ma jinqabżux. It-tip ta’ CCP jiddetermina l-frekwenza tal-monitoraġġ. Frekwenza mnaqqsa ta’ monitoraġġ xi drabi tista’ tiġi kkunsidrata wara perjodu twil ta’ riżultati tajbin.

    Meta jinqabeż il-limitu kritiku, il-produzzjoni kollha mill-aħħar monitoraġġ sodisfaċenti trid tiġi ċċekkjata għall-konformità.

    Xi kultant ċertu ikel jista’ jiġi pproċessat b’mod standard bl-użu ta’ tagħmir standard kalibrat, eż. ċerti operazzjonijiet tat-tisjir, ix-xiwi tat-tiġieġ eċċ. Dan it-tagħmir jiżgura li l-kombinazzjoni korretta ta’ ħin/temperatura tiġi rispettata bħala operazzjoni standard. F’dak il-każ, it-temperatura tat-tisjir tal-prodott ma għandhiex għalfejn titkejjel b’mod sistematiku jekk jiġi żgurat li t-tagħmir ikun qed jaħdem sewwa, li tkun qed tiġi rispettata l-kombinazzjoni meħtieġa ta’ ħin/temperatura u li jkunu qed isiru l-kontrolli meħtieġa għal dak l-għan (u tittieħed azzjoni korrettiva meta jkun hemm bżonn).

    9.   AZZJONIJIET KORRETTIVI (IL-PRINĊIPJU 5)

    Għal kull CCP, it-tim tal-HACCP għandu jippjana minn qabel l-azzjonijiet korrettivi sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru mingħajr dewmien meta l-monitoraġġ jindika devjazzjoni mil-limitu kritiku.

    Dawn l-azzjonijiet korrettivi għandhom jinkludu:

    l-identifikazzjoni tal-persuna/i responsabbli mill-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva;

    il-mezzi u l-azzjoni meħtieġa biex tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata fil-proċess;

    l-azzjoni(jiet) li għandha/għandhom tittieħed/jittieħdu fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ġew manifatturati matul id-devjazzjoni;

    ir-rekord bil-miktub tal-miżuri li ttieħdu, fejn tiġi indikata l-informazzjoni kollha rilevanti (pereżempju: id-data, il-ħin, it-tip ta’ azzjoni, l-attur u l-kontroll ta’ verifika sussegwenti);

    il-kunsiderazzjoni ta’ azzjonijiet (fit-tul) biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tad-devjazzjoni.

    Il-monitoraġġ jista’ jindika li l-miżuri preventivi (GHP jew ir-robustezza tagħhom) jew il-proċess u s-CCP tiegħu jkollhom jiġu rieżaminati jekk ikollhom bżonn jittieħdu ripetutament azzjonijiet korrettivi għall-istess proċedura.

    L-analiżi tal-kawżi ewlenin għandha tkun azzjoni korrettiva ġenerika peress li ħafna drabi jkun impossibbli li wieħed ikun jaf il-kawża tad-devjazzjoni minn qabel.

    Jekk jinqabeż il-limitu kritiku, ikun hemm analiżi tas-sitwazzjoni biex jiġu identifikati l-kawżi u jiġu implimentati l-aktar azzjonijiet korrettivi xierqa. Madankollu, fil-każ ta’ inċident ta’ darba, jista’ jiġri li l-analiżi tas-sitwazzjoni ma tippermettix l-identifikazzjoni preċiża tal-kawża; imbagħad jistgħu jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi ġeneriċi biex ikopru bosta kawżi suspettati. Jekk l-inċident jirrepeti ruħu, l-informazzjoni miġbura tista’ tkun kontroreferenzjata u dan jista’ jgħin biex tinftiehem aħjar is-sitwazzjoni u biex tiġi identifikata l-aktar kawża probabbli.

    10.   PROĊEDURI TA’ VALIDAZZJONI U VERIFIKA (IL-PRINĊIPJU 6)

    Fil-bidu ta’ proċess ġdid jew f’każ ta’ bidla għal proċess eżistenti li x’aktarx jaffettwa s-sikurezza tal-ikel, it-tim tal-HACCP għandu jwettaq attivitajiet ta’ validazzjoni, b’mod partikolari għandu jiġbor evidenza biex jikkonferma l-kapaċità tal-elementi kollha tal-pjan tal-HACCP, anke jekk ma jkunx imsemmi b’mod espliċitu fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Din l-evidenza tinkludi pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ittestjar intern (kampjunar u ttestjar biex jiġi vverifikat jekk il-perikli bijoloġiċi u kimiċi jkunux taħt kontroll), mikrobijoloġija predittiva, gwida żviluppata minn awtoritajiet kompetenti, … turi li l-limiti kritiċi stabbiliti jkunu se jirriżultaw fl-effett maħsub fuq il-periklu (l-ebda tkabbir, tnaqqis, …).

    Gwida addizzjonali u eżempji tal-attivitajiet ta’ validazzjoni jinsabu f’CXG 69-2008.

    Eżempji ta’ tibdil li jista’ jeħtieġ validazzjoni mill-ġdid jinkludu:

     

    bidla fil-materja prima jew fil-prodott, kundizzjonijiet tal-ipproċessar (tqassim u ambjent tal-fabbrika, tagħmir tal-ipproċessar, programm ta’ tindif u diżinfettar);

     

    bidla fl-imballaġġ, kundizzjonijiet tal-ħżin jew tad-distribuzzjoni;

     

    bidla fl-użu tal-konsumatur;

     

    riċevuta ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar periklu ġdid assoċjat mal-prodott.

    Fejn ikun hemm bżonn, dan ir-rieżami jrid iwassal għal emenda tal-proċeduri stabbiliti. It-tibdil għandu jiddaħħal għalkollox fis-sistema ta’ dokumentazzjoni u ta’ żamma ta’ rekords sabiex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli informazzjoni akkurata u aġġornata.

    Wara li jkunu ġew implimentati l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, it-tim tal-HACCP għandu jistabbilixxi proċeduri ta’ verifika biex jikkonferma li l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP ikunu qed jaħdmu b’mod korrett. Il-metodi għall-verifika jistgħu jinkludu:

    kampjunar u analiżi aleatorji, analiżijiet jew testijiet imsaħħa f’punti kritiċi magħżula:

    analiżi intensifikata ta’ prodotti intermedji jew finali eż. dwar il-konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi (ara t-Taqsima 12);

    kriterji dwar l-iġjene tal-proċess għal batterji li jagħmlu l-ħsara bħall-għadd tal-kolonji aerobiċi;

    tnaqqis/eliminazzjoni tal-periklu permezz tal-Ħin/tat-Temperatura: segwitu ta’ patoġeni rilevanti fil-prodotti tal-ikel trattati bis-sħana eż. in-nuqqas ta’ Listeria monocytogenes, Salmonella eċċ.;

    Imballaġġi danneġġati: ittestjar għall-aktar kontaminazzjoni batterika jew kimika probabbli li għaliha jista’ jkun espost prodott f’każ li l-imballaġġ ikun danneġġat;

    stħarriġ dwar il-kundizzjoni reali (eż. it-temperatura) matul il-ħżin, id-distribuzzjoni u l-bejgħ u dwar l-użu reali tal-prodott;

    awditjar intern tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP u r-rekords tagħhom;

    spezzjoni tal-operazzjonijiet (konformità tal-persuni);

    konferma tal-implimentazzjoni u ż-żamma tal-monitoraġġ tas-CCP:

    mill-kontroll tal-proċeduri/tal-istruzzjonijiet;

    minn spezzjoni fiżika fuq il-proċess li jkun qed jiġi mmonitorjat;

    mill-verifika tal-kalibrazzjoni tal-istrumenti użati għall-monitoraġġ;

    mill-verifika tar-rekords (il-frekwenza, l-eżitu tar-riżultati tal-kejl fuq perjodu ta’ żmien);

    mir-rieżami tad-devjazzjonijiet u tad-dispożizzjonijiet tal-prodotti; minn azzjonijiet korrettivi meħuda fir-rigward tal-prodott;

    minn spezzjoni fuq il-persuna li tkun qed timmonitorja l-attivitajiet tal-ipproċessar, tal-ħżin u/jew tat-trasport.

    Il-frekwenza tal-verifika għandha tkun suffiċjenti biex jiġi kkonfermat li l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP ikunu qed jaħdmu b’mod effettiv. Il-frekwenza tal-verifika għandha tiddependi fuq il-karatteristiċi tan-negozju (output, għadd ta’ impjegati, natura tal-ikel trattat), il-frekwenza tal-monitoraġġ, il-preċiżjoni tal-impjegati, l-għadd ta’ devjazzjonijiet identifikati maż-żmien u l-perikli involuti.

    Meta l-verifika tidentifika nuqqasijiet fis-sistema tal-HACCP, trid titwettaq rieżami tas-sistema

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: L-użu ta’ metodi analitiċi alternattivi minflok il-metodu ta’ referenza u l-eżenzjonijiet tal-frekwenzi tal-kampjunar huma awtorizzati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tal-kriterji mikrobijoloġiċi possibbli li huma applikati għal finijiet ta’ verifika.

    Il-verifika għandha titwettaq minn persuna għajr il-persuna li tkun responsabbli biex tagħmel il-monitoraġġ u l-azzjonijiet korrettivi. Meta ċerti attivitajiet ta’ verifika ma jkunux jistgħu jsiru internament min-negozju stess, il-verifika għandha ssir għan-nom tan-negozju minn esperti esterni jew partijiet terzi kwalifikati.

    EŻEMPJU TA’ FLESSIBBILTÀ: F’ħafna każijiet, il-verifika tista’ tkun proċedura sempliċi li permezz tagħha jkun possibbli li jiġi ċċekkjat li l-monitoraġġ bħal dak deskritt fit-Taqsima 8 ikun qed isir b’mod xieraq sabiex jintlaħaq livell meħtieġ ta’ sikurezza tal-ikel.

    Proċeduri ta’ verifika sempliċi jistgħu jinkludu:

    awditjar jew verifika fiżika tal-monitoraġġ;

    awditjar jew verifika fiżika tar-rekords tal-monitoraġġ, inkluża l-verifika ta’ azzjonijiet korrettivi kull meta jkun ġie rreġistrat rappurtar ta’ nuqqas ta’ konformità jew eċċezzjoni;

    F’FBOs żgħar ħafna fejn ikunu involuti ftit persuni fl-implimentazzjoni tal-FSMS, is-sid/il-maniġers normalment jużaw spezzjoni viżwali għal konferma kontinwa li s-sistema tkun qed taħdem skont il-pjan. Għalhekk, verifika dokumentata tista’ titqies bħala eżerċizzju ta’ ċċekkjar doppju bla skop. Dan huwa partikolarment minnu għall-mikrointrapriżi fejn is-sid ikun il-maniġer li jaħdem għal rasu.

    Tista’ tintuża assistenza esterna għal awditi simplifikati.

    Il-gwidi ġeneriċi tal-HACCP għandhom jinkludu eżempji ta’ proċeduri meħtieġa ta’ verifika, u fir-rigward ta’ proċessi standard għandu jkunu hemm ukoll validazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll ikkunsidrati fuq il-perikli fil-mira.

    Validazzjoni, verifika jew monitoraġġ?

    Eżempju 1: il-pastorizzazzjoni tal-ħalib

    VALIDAZZJONI: qabel l-attivitajiet tal-produzzjoni: Evidenza sperimentali li l-proċess użat se jsaħħan il-ħalib sa 72 °C għal 15-il sekonda u se jeqred il-Coxiella burnetti. Jistgħu jintużaw sondi kalibrati, mikrobijoloġija predittiva u testijiet mikrobijoloġiċi.

    MONITORAĠĠ: matul l-attivitajiet tal-produzzjoni: Sistema (ħin – temperatura – pressjoni – volum tat-throughput) li se tippermetti li l-kumpaniji jaraw li l-limitu kritiku (72 °C għal 15s) jintlaħaq waqt il-proċess.

    VERIFIKA: frekwenza fissa fis-sena: Testijiet mikrobijoloġiċi perjodiċi fuq il-prodott finali, kontroll regolari tat-temperatura tal-pastorizzatur permezz ta’ sondi kalibrati.

    Eżempju 2: Fermentazzjoni ta’ zalzett imnixxef u ppreservat

    VALIDAZZJONI: il-pH, l-attività tal-ilma, il-kombinazzjoni tal-ħin/tat-temperatura, u l-prevenzjoni tat-tkabbir tal-Listeria monocytogenes permezz ta’ mudellar ta’ previżjoni jew permezz ta’ ttestjar tal-konfront;

    MONITORAĠĠ waqt il-fermentazzjoni: il-kejl tal-pH, it-telf fil-piż, il-perjodu ta’ żmien, it-temperatura, l-umdità tal-kompartiment ta’ fermentazzjoni, il-kampjunar tal-L. monocytogenes f’ambjent ta’ fermentazzjoni;

    VERIFIKA: il-pjan għall-kampjunar tal-L. monocytogenes fil-prodott finali.

    Ara wkoll CXG 69-2008

    11.   DOKUMENTAZZJONI U ŻAMMA TA’ REKORDS (IL-PRINĊIPJU 7)

    Iż-żamma effiċjenti u akkurata ta’ rekords hija essenzjali għall-applikazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP għandhom jiġu ddokumentati fil-pjan tal-HACCP u għandhom jiġu ssupplimentati kontinwament b’rekords dwar is-sejbiet. Id-dokumentazzjoni u ż-żamma ta’ rekords għandhom ikunu adatti għan-natura u d-daqs tal-operazzjoni u suffiċjenti biex jgħinu lin-negozju jivverifika li jkun hemm fis-seħħ proċeduri bbażati fuq l-HACCP u li dawn ikunu qed jinżammu. Bħala parti mid-dokumentazzjoni jistgħu jintużaw materjali ta’ gwida tal-HACCP li jkunu ġew żviluppati minn esperti (eż. gwidi tal-HACCP speċifiċi għas-settur), dment li dawk il-materjali jirriflettu l-operazzjonijiet tal-ikel speċifiċi tan-negozju. Id-dokumenti għandhom jiġu rieżaminati u ffirmati u kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi rreġistrata u segwita mill-persuna responsabbli għall-HACCP fin-negozju.

    Dokumentazzjoni rrakkomandata tinkludi:

    dokumentazzjoni tal-GHP, ara l-Anness I, it-Taqsima 6.

    Deskrizzjoni tal-passi preparatorji (qabel is-seba’ prinċipji);

    Analiżi tal-perikli, inkluża l-identifikazzjoni tal-perikli;

    Identifikazzjoni tas-CCP (u tal-OPRP);

    Determinazzjoni tal-limitu kritiku (kriterji ta’ azzjoni);

    Attivitajiet ta’ validazzjoni;

    Azzjonijiet korrettivi antiċipati;

    Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ppjanati (xiex, min, meta);

    Formoli tar-rekords;

    Modifiki għall-proċeduri bbażati fuq l-HACCP;

    Dokumenti ta’ sostenn (gwidi ġeneriċi, evidenza xjentifika, eċċ.).

    Jista’ jiġi adottat approċċ sistematiku u integrat billi jintużaw worksheets biex jiġi żviluppat il-pjan tal-HACCP kif stabbilit fl-Anness ta’ CXC 1-1969, id-Dijagramma 3. Mid-dijagramma sekwenzjali, f’kull pass tal-ipproċessar hemm deskrizzjoni tal-perikli potenzjali, il-miżuri ta’ kontroll rilevanti (GHP) elenkati, is-CCP identifikati (jekk xieraq, abbażi tal-analiżi tal-perikli) flimkien mal-limiti kritiċi tagħhom, il-proċeduri ta’ monitoraġġ, l-azzjonijiet korrettivi u r-rekords disponibbli.

    Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm disponibbli b’mod permanenti fi kwalunkwe format għat-tim tal-HACCP u fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, eż. għal finijiet ta’ awditjar.

    Eżempji ta’ rekords huma:

    L-eżitu tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ fuq il-miżuri ta’ kontroll;

    Id-devjazzjonijiet osservati u l-azzjonijiet korrettivi eżegwiti;

    L-eżitu tal-attivitajiet ta’ verifika.

    Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ żmien xieraq fi kwalunkwe format. Dak il-perjodu għandu jkun twil biżżejjed biex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni disponibbli fil-każ ta’ twissija li tista’ tiġi intraċċata lura għall-ikel inkwistjoni. Għal ċertu ikel, id-data tal-konsum hija ċerta. Pereżempju, fil-catering tal-ikel, il-konsum iseħħ ftit wara l-ħin tal-produzzjoni. Għall-ikel li għalih id-data tal-konsum ma tkunx ċerta, għandhom jinżammu rekords għal perjodu raġonevolment qasir wara d-data tal-iskadenza tal-ikel. Ir-rekords huma għodda importanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jippermettu l-verifika tal-funzjonament xieraq tal-FSMS tan-negozji tal-ikel, u għalhekk għandhom jinżammu biżżejjed żmien għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

    EŻEMPJI TA’ FLESSIBBILTÀ:

     

    Sistema sempliċi għad-dokumentazzjoni u għaż-żamma ta’ rekords tista’ tkun effettiva u mgħoddija faċilment lill-impjegati. Tista’ tkun integrata fl-operazzjonijiet eżistenti u tista’ tuża karti eżistenti, bħal fatturi ta’ konsenja u listi ta’ kontroll biex jiġu rreġistrati, pereżempju, it-temperaturi tal-prodott.

     

    L-eżempji msemmija hawn taħt iridu jitqiesu fid-dawl tal-Artikolu 5, il-paragrafu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fejn huwa ddikjarat li skont il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, id-dokumenti u r-rekords iridu jkunu jaqblu man-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel.

    Bħala regola ġenerali, il-ħtieġa għaż-żamma ta’ rekords relatati mal-HACCP għandha tkun ibbilanċjata tajjeb u tista’ tkun limitata għal dak li huwa essenzjali fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel. Huwa importanti li wieħed iqis li r-reġistrazzjoni hija meħtieġa, iżda ma hijiex l-għan fiha nnifisha.

    B’kunsiderazzjoni ta’ dan ta’ hawn fuq, jistgħu jintużaw il-linji gwida ġenerali li ġejjin:

    Fejn jeżistu gwidi ġeneriċi tal-HACCP, id-dokumentazzjoni dwar l-analiżi tal-perikli, id-determinazzjoni tas-CCP, id-determinazzjoni tal-limitu kritiku, il-modifika possibbli tal-FSMS u l-attivitajiet ta’ validazzjoni jistgħu jiġu ssostitwiti għal dokumentazzjoni individwali dwar il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Barra minn hekk dawn il-gwidi jistgħu wkoll jindikaw b’mod ċar fejn ikun hemm bżonn ta’ rekords u l-perjodu ta’ żmien li matulu jridu jinżammu r-rekords.

    Ir-rekords ta’ nuqqas ta’ konformità għandhom jinkludu l-azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet. L-użu ta’ djarju jew ta’ lista ta’ kontroll jista’ jkun mod adattat ta’ żamma ta’ rekords f’dawk il-każijiet. L-FBOs jistgħu sempliċiment jimmarkaw il-kaxxi biex juru kif jaġixxu jew jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata billi jiktbu fil-kaxxi kif jikkonformaw ma’ punt ta’ kontroll. Iż-żamma ta’ rekords ta’ kuljum hija bbażata fuq il-konferma tal-bidu u t-tmiem tal-kontrolli permezz ta’ marka u firma biex jiġi kkonfermat li jkunu ġew segwiti l-metodi sikuri. Meta jintuża approċċ fejn jiġu mmarkati l-kaxxi, jiġu rreġistrati biss il-problemi jew it-tibdil fil-proċeduri permezz ta’ kitba addizzjonali aktar dettaljata (jiġifieri, ir-rappurtar dwar l-eċċezzjonijiet).

    Il-mudelli (ġeneriċi) dwar id-dokumenti ta’ awtokontroll għandhom jiġu pprovduti mill-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati jew mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn għandhom ikunu faċli biex jintużaw, għandhom ikunu jinftiehmu u sempliċi biex jiġu implimentati.

    Rieżami tal-metodi li jsir kull x ġimgħat jeħtieġ biss li timtela lista ta’ kontroll tal-attivitajiet u tal-impatt possibbli fuq il-metodi sikuri.

    12.   IR-RWOL TA’ KRITERJI MIKROBIJOLOĠIĊI, IL-LIMITI KIMIĊI U LIMITI LEGALI OĦRA STABBILITI FIL-LIĠI TAL-UE JEW DIK NAZZJONALI

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprevedi kriterji mikrobijoloġiċi (4), limiti kimiċi (5) u parametri oħra bħall-kundizzjonijiet tat-temperatura/taż-żmien. Dawn il-kriterji, il-limiti jew il-kundizzjonijiet spiss jitqiesu importanti ħafna għas-sikurezza tal-prodotti u għalhekk spiss ikunu assoċjati ma’ CCP. Pereżempju, it-trattament bis-sħana tal-prodotti tal-ħalib huwa maħsub biex jinqatlu l-batterji u l-iffriżar tal-ħut huwa essenzjali għall-kontroll tal-parassiti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-kriterji mikrobijoloġiċi u l-limiti kimiċi normalment ma jistgħux jintużaw bħala limiti kritiċi għal CCP minħabba li ma jippermettux kejl f’ħin reali. Dawn jintużaw bħala parametri għall-validazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP u tal-GHP, kif ukoll għall-verifika tal-funzjonament korrett ta’ dawn il-miżuri ta’ kontroll. Jistgħu jintużaw l-iġjene tal-proċess kif ukoll il-kriterji tas-sikurezza tal-ikel, u l-monitoraġġ ambjentali eż. għal-Listeria monocytogenes. Aktar gwida dwar l-użu ta’ kriterji mikrobijoloġiċi għal finijiet ta’ verifika tista’ tinstab fid-dokument tad-WHO “Statistical Aspects of Microbiological Criteria Related to Foods” (6).

    Għal operazzjoni partikolari jew għal tip ta’ ikel partikolari, il-gwidi għal prattika tajba jistgħu jinkludu wkoll dawn il-limiti.


    (1)  http://www.codexalimentarius.org/standards/list-of standards/en/?provide=standards&orderField=fullReference&sort=asc&num1=CAC/RCP

    (2)  Hazard analysis approaches for certain small retail establishments in view of the application of their food safety management systems (EFSA Journal 2017;15(3):4697) u Hazard analysis approaches for certain small retail establishments and food donations: it-tieni opinjoni xjentifika (EFSA Journal 2018;16(11):5432)

    (3)  L-Artikolu 3(14) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

    (*1)  L-allerġeni huma perikli kimiċi, madankollu jista’ jkun aktar prattiku li jiġu vvalutati separatament għall-fini tal-analiżi tal-perikli peress li l-miżuri ta’ kontroll jistgħu jkunu pjuttost speċifiċi.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5)

    (6)  https://www.who.int/foodsafety/publications/mra_24/en/


    ANNESS III

    Awditjar tal-ghp u proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP

    1.   LEĠIŻLAZZJONI

    L-Operaturi tan-Negozju tal-Ikel (FBOs) għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bbażati fuq il-prinċipji ta’ punti kritiċi ta’ kontroll tal-analiżi tal-perikli (proċeduri bbażati fuq l-HACCP). Sabiex jivverifikaw li dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat, l-awtoritajiet kompetenti jridu jwettqu kontrolli uffiċjali.

    L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625 (1) jistabbilixxi li l-metodi u t-tekniki ta’ kontroll uffiċjali għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-proċeduri dwar prattiki ta’ manifattura tajba, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki ta’ biedja tajba, u tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP. Uħud mill-metodi użati fl-attivitajiet ta’ kontroll uffiċjali jinkludu awditi, eżaminazzjoni ta’ dokumenti u rekords, intervisti u eżaminazzjoni tal-kontrolli li l-operaturi daħħlu fis-seħħ u tar-riżultati miksuba.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 18(2)(d)(iii) jistabbilixxi li l-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-manifattura ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jinkludu awditi ta’ prattiki ta’ iġjene tajba u proċeduri bbażati fuq l-HACCP. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (2) jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-awditi fi stabbilimenti li jimmaniġġaw prodotti li joriġinaw mill-annimali, inkluż in-natura u l-frekwenza ta’ dawn l-awditi u b’kont meħud tas-sistemi integrati implimentati, tas-sistemi ta’ kontroll privat jew taċ-ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi. L-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali għall-awditi fi stabbilimenti li jipproduċu laħam frisk, inkluża r-rilevanza tar-riżultati tal-awditjar meta jitwettqu l-kontrolli uffiċjali.

    Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi wkoll definizzjoni ta’ “awditjar” bħala eżaminazzjoni sistematika u indipendenti biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati ta’ dawn l-attivitajiet ikunux konformi mal-arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jkunux qed jiġu applikati b’mod effettiv u jkunux adatti biex jintlaħqu l-objettivi.

    2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U GĦAN

    Dan l-Anness huwa maħsub għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti, kif xieraq. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi gwida għall-iżvilupp tal-awditi tas-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel (FSMS), inklużi prattiki ta’ iġjene tajba (GHP) u proċeduri bbażati fuq l-HACCP fl-istabbilimenti tan-negozju tal-ikel mill-awtoritajiet kompetenti, li jgħinu biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fl-obbligi legali u n-nuqqas ta’ konformità teknika.

    Din il-gwida hija ta’ natura ġenerali u ma hijiex maħsuba biex tindirizza r-rekwiżiti speċifiċi għas-settur.

    3.   PRINĊIPJI ĠENERALI

    L-awditi mwettqa matul il-kontrolli uffiċjali jridu jkunu bbażati fuq prinċipji xierqa biex isiru għodda effiċjenti u affidabbli u jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni utli kemm lill-FBO kif ukoll lill-awtorità kompetenti għall-għanijiet tat-titjib tal-konformità.

    Il-konformità ma’ dawn il-prinċipji hija prerekwiżit biex jiġu pprovduti konklużjonijiet rilevanti u robusti u, fl-istess ħin, biex jiġi żgurat li awdituri differenti, li jaħdmu indipendentement minn xulxin, iwasslu għal konklużjonijiet simili f’ċirkostanzi simili.

    Bħala awdituri, l-awtoritajiet kompetenti jintalbu jirrispettaw il-prinċipji ġenerali bħal:

    Approċċ sistematiku u professjonali: Iridu jitqiesu l-aspetti kollha tal-proċess ta’ kontroll uffiċjali (l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet meta jitqiesu r-riskji, id-dokumentazzjoni tal-proċeduri, l-ippjanar tal-attività, l-eżaminazzjoni tal-konklużjonijiet, u l-evalwazzjoni tal-effettività tal-proċess).

    Trasparenza: Il-proċessi tal-ippjanar, il-kriterji ta’ kontroll uffiċjali, il-proċeduri għall-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tar-rapporti jridu jiġu ddefiniti u applikati b’mod trasparenti.

    Indipendenza: Il-korpi ta’ kontroll uffiċjali jridu jkunu ħielsa minn kwalunkwe pressjoni fil-livell kummerċjali, finanzjarju, ġerarkiku, politiku jew kwalunkwe ħaġa oħra li tista’ taffettwa l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali.

    Kunfidenzjalità: biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni.

    Deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza: metodu razzjonali biex wieħed jasal għal sejbiet tal-awditjar affidabbli u riproduċibbli minn proċess sistematiku tal-awditjar.

    4.   TIPI TA’ AWDITI

    Awditu sħiħ: Dan jirreferi għall-awditu mwettaq f’FBO biex jiġi vverifikat li jkun hemm FSMS fis-seħħ, li tkun qed tiġi implimentata u li tkun effettiva. L-ewwel awditu għandu dejjem ikun tat-tip sħiħ, u dawk sussegwenti jistgħu jkunu tat-tip parzjali jew tat-tip sħiħ, meta jkun hemm bżonn li jerġa’ jsir kollox

    Awditu Parzjali: sakemm is-sistemi ta’ awtokontroll ikunu diġà ġew awditjati b’mod komprensiv u sħiħ, jista’ jsir awditu parzjali sabiex ikun hemm impatt aktar dettaljat fuq xi aspetti bħal:

    Awditu speċifiku, rieżami ta’ aspett partikolari tal-FSMS, pereżempju, programmi prerekwiżiti, HACCP jew is-sistema ta’ traċċabbiltà u ta’ rtirar tiegħu, u/jew

    Awditjar ta’ segwitu, meta awditu preċedenti jidentifika nuqqasijiet kbar ta’ konformità.

    5.   IPPJANAR, TĦEJJIJA U TWETTIQ TA’ AWDITU TAL-FSMS

    5.1   Notifika tal-pjan tal-awditu

    L-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi li l-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mingħajr avviż minn qabel, ħlief fejn dan l-avviż ikun meħtieġ u debitament ġustifikat biex jitwettaq il-kontroll uffiċjali. L-awditjar tal-GHP, u b’mod partikolari tal-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, jista’ jitqies bħala eċċezzjoni bħal din, peress li l-awditjar effiċjenti huwa possibbli biss b’avviż minn qabel biex jiġi żgurat li l-persuna jew id-dokumentazzjoni t-tajba tkun disponibbli. L-awditur għandu jikkomunika lill-FBOs il-pjan tal-awditu, inkluż l-iskeda taż-żmien, l-objettivi tal-awditjar, l-ambitu tal-awditjar (proċessi, unitajiet, dokumenti u proċeduri li għandhom jiġu awditjati), ir-riżorsi meħtieġa għall-awditu u l-kriterji tal-awditu, fost l-oħrajn. Jista’ jiġi kkunsidrat kwestjonarju ta’ qabel l-awditu.

    Eżempju ta’ ittra ta’ komunikazzjoni jinsab fl-Appendiċi 6.

    5.2   Awditu dokumentarju

    Meta jkun possibbli u meta l-FBO jaqbel, l-awditur jista’ jitlob li jirċievi d-dokumentazzjoni tal-FSMS minn qabel. Il-funzjoni tal-awditu dokumentarju hija li jiġi żgurat li l-FBO jkun żviluppa l-GHP u proċeduri xierqa bbażati fuq l-HACCP u dawn ikun fihom l-elementi mistennija kollha meħtieġa, biex isir rieżami konċiż u biex titħejja l-bażi għat-twettiq tal-attivitajiet tal-awditu fuq il-post.

    Il-vantaġġi prinċipali ta’ awditu dokumentarju jinkludu l-użu aktar effettiv tal-ħin tal-awditu fuq il-post, il-possibbiltà li jkun hemm fehim aħjar tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP tal-FBO, li ssir enfasi fuq aspetti partikolari, kif ukoll li l-awditur ikun jista’ jħejji listi ta’ kontroll rilevanti.

    L-awditu dokumentarju jista’ jitwettaq fil-bini tal-FBO jekk id-dokumentazzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta minn qabel.

    Id-dokumenti għandhom ikopru l-ambitu tal-awditu u għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti biex jiġu appoġġati l-objettivi tal-awditjar.

    5.3   Awditu fuq il-post

    It-twettiq ta’ attivitajiet ta’ awditjar fuq il-post huwa l-parti prinċipali ta’ awditu tal-FSMS. Dan irid ikun ibbażat fuq il-verifika tal-GHP u s-seba’ prinċipji tal-HACCP. Il-passi għat-twettiq ta’ attivitajiet fuq il-post huma:

    1)

    Laqgħa tal-ftuħ,

    Il-parteċipanti ta’ din il-laqgħa għandhom ikunu tal-anqas:

    FBO u/jew ir-rappreżentanti tagħhom

    Awditur(i) (It-tim tal-awditjar)

    Kwalunkwe membru ieħor tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fil-bini (jekk ikun differenti mill-awditur)

    Xi punti li għandhom jiġu koperti fil-laqgħa huma:

    Ir-raġunijiet u l-ambitu għall-awditu.

    Programm għall-jum/awditjar, inklużi l-pawżi possibbli u l-ħin ta’ tlestija probabbli. Dan għandu jinkludi wkoll ftehim dwar kif u meta jkunu se jsiru l-partijiet differenti tal-awditu (rieżami tad-dokumenti, kontrolli tar-realtà), laqgħat ta’ rkupru, jekk ikunu meħtieġa.

    Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar kif ikun se jitwettaq l-awditu u dwar il-metodi li għandhom jintużaw (il-metodoloġija u l-proċeduri).

    Referenza għal awditi u sejbiet preċedenti, u għal kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju pendenti, jekk applikabbli.

    Konferma tal-laqgħa ta’ għeluq, l-iskop u min se jkun mistenni li jattendi

    Opportunità għall-FBO jew għar-rappreżentanti tagħhom biex jistaqsu mistoqsijiet dwar it-tmexxija tal-jum

    2)

    Ġbir u verifika tal-informazzjoni

    Id-dokumentazzjoni rilevanti tal-entità awditjata u l-implimentazzjoni tal-proċeduri relatati (GHP u HACCP) iridu jiġu vvalutati biex tiġi ddeterminata l-konformità tas-sistema mar-rekwiżiti legali.

    Matul l-awditu, għandha tinġabar informazzjoni rilevanti għall-objettivi, għall-ambitu u għall-kriterji tal-awditjar, u din għandha tiġi vverifikata fuq il-post, sa fejn ikun prattikabbli.

    Matul l-awditu, għandu jkun hemm komunikazzjoni effettiva dwar il-progress u għandu jkun hemm kondiviżjoni diretta ta’ kwalunkwe sejba sinifikanti. Is-sejbiet għandhom jiġu spjegati lill-entità awditjata.

    Xi linji gwida għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-FSMS huma:

    Id-dokumentazzjoni tal-GHP u r-rieżami tar-rekords (ara l-Anness I), jekk dan ma jkunx sar matul l-awditu dokumentarju. Is-sistema ta’ mmaniġġar tad-dokumentazzjoni hija għażla tal-FBO, madankollu għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-verifika fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kumplessità u l-importanza tas-sistemi ta’ dokumentazzjoni jiddependu fuq il-karatteristiċi tal-istabbiliment u tal-produzzjoni. F’dan l-istadju, huwa importanti li jiġi vverifikat li jkunu fis-seħħ GHP maħsuba biex jeliminaw jew jimminimizzaw kwalunkwe periklu li jinħoloq mill-ambjent tal-produzzjoni li jista’ jaffettwa b’mod negattiv is-sikurezza tal-prodotti.

    Aspetti prinċipali li għandhom jiġu vverifikati:

    Iċċekkjar tal-għarfien tal-persunal responsabbli fir-rigward tal-perikli identifikati fil-Pjan tal-HACCP. L-awditur jista’ jistaqsi mistoqsijiet dwar dawn il-perikli.

    L-iċċekkjar ta' jekk il-GHP rilevanti applikabbli għall-FBO ġewx żviluppati u implimentati.

    Iċċekkjar tar-riżultat tal-monitoraġġ. L-aspetti kollha li jistgħu jitkejlu għandhom jiġu ċċekkjati f’awditu fuq il-post. Pereżempju, l-iċċekkjar tal-livelli tal-kloru fl-ilma.

    Iċċekkjar tal-azzjonijiet korrettivi applikati f’każ ta’ devjazzjoni. Pereżempju, jekk l-awditur isib fir-rekords devjazzjoni waħda minħabba nuqqas ta’ kloru, huwa meħtieġ li jiġu riveduti r-rekords tal-programm ta’ manutenzjoni u li wieħed jara x’sar fl-istess jum biex tiġi solvuta l-problema.

    Iċċekkjar tal-affidabbiltà tal-verifika mwettqa, pereżempju, ir-rieżami tal-eżitu tal-awditi interni.

    Iċċekkjar tat-taħriġ u tal-għarfien adegwat tal-persunal dwar il-GHP. Dan it-taħriġ għandu jkun rilevanti u proporzjonat għall-kompiti u għar-responsabbiltajiet assenjati lill-membru tal-persunal.

    Verifika tal-applikazzjoni korretta tal-linji gwida ġeneriċi, jekk jintużaw.

    Id-dokumentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP u r-rieżami tar-rekords (ara l-Anness II), jekk dan ma jkunx sar matul l-awditu dokumentarju, abbażi tal-applikazzjoni akkurata tas-seba’ prinċipji tal-HACCP stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. B’mod partikolari, jekk tkun ibbażata fuq ix-xjenza/ir-riskju, tkun sistematika u tidentifika l-perikli sinifikanti f’kull pass tal-katina tal-produzzjoni u l-miżuri għall-kontroll ta’ dawk il-perikli, biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel. Barra minn hekk, l-awditur għandu jivverifika jekk il-proċeduri kollha bbażati fuq l-HACCP jistgħux jakkomodaw tibdil, bħal adattamenti fid-disinn tat-tagħmir, fil-proċeduri tal-ipproċessar jew approċċi teknoloġiċi billi jinkludu rekwiżit għar-rieżami tal-proċeduri sabiex jiġi żgurat li ma jkunux ġew introdotti perikli ġodda meta jsir dan it-tibdil.

    Aspetti prinċipali li għandhom jiġu vverifikati:

    Verifika permezz ta’ rieżami tal-analiżijiet li jkunu saru, il-kontroll korrett tal-perikli bijoloġiċi, kimiċi jew fiżiċi.

    Verifika tal-applikazzjoni korretta tal-linji gwida ġeneriċi, jekk jintużaw.

    Meta l-FBOs jużaw ċerti OPRP bħala miżuri ta’ kontroll minflok CCP, dawn jeħtiġilhom jiġġustifikaw din l-għażla magħmula minn valutazzjoni tar-riskju. L-OPRPs kollha jridu jiġu mmonitorjati u f’każ ta’ devjazzjonijiet, iridu jittieħdu azzjonijiet korrettivi lejn il-proċess; il-ħtieġa għal azzjonijiet korrettivi lejn il-prodott trid tiġi vvalutata kull meta jseħħu devjazzjonijiet.

    Għal kull CCP indikata, l-FBOs għandhom jiġġustifikaw din l-għażla. L-awditur għandu jivverifika jekk ikunux qed jiġu applikati l-prinċipji tal-HACCP fil-prattika. Huwa utli li l-persunal responsabbli għall-monitoraġġ ta’ din is-CCP jiġi intervistat.

    Matul l-awditi, l-awtorità kompetenti tista’ tevalwa jekk l-evalwazzjoni tal-livell ta’ riskju tkunx ġiet indirizzata kif xieraq mill-FBO. Il-kontroll uffiċjali jrid jivvaluta jekk il-miżuri ta’ kontroll implimentati jkunux jistgħu jikkontrollaw il-perikli identifikati u jekk ikunx hemm fis-seħħ attivitajiet xierqa u proporzjonati ta’ monitoraġġ u ta’ verifika/validazzjoni, kif ukoll azzjoni korrettiva ddefinita u meħuda meta jkun hemm devjazzjonijiet.

    Verifika fuq il-post tad-dijagramma sekwenzjali u tal-proċeduri deskritti fid-dokumentazzjoni. L-awditur irid jikkonferma l-proċess deskritt fil-pjan tal-HACCP billi jiċċekkja l-installazzjonijiet, idealment mid-dħul tal-materja prima sal-post tal-konsenja tal-prodott finali. B’dan il-mod, l-awditur jista’ jieħu noti, jara u jistaqsi mistoqsijiet dwar l-aspetti differenti tal-proċess tal-manifattura. B’mod ġenerali, biex jiġi vverifikat jekk l-arranġamenti kollha skoperti matul l-awditu dokumentarju jkunux implimentati b’mod korrett.

    Eżempju ta’ lista ta’ kontroll jista’ jinstab fl-Appendiċi 7. Madankollu, huwa biss eżempju ġenerali u jista’ jkollhom jiġu adattati għat-tip ta’ stabbilimenti.

    3)

    Ħolqien tas-sejbiet tal-awditu

    L-informazzjoni miġbura ssir is-sejbiet tal-awditu tal-konformità jew tan-nuqqas ta’ konformità meta jiġu evalwati skont il-kriterji tal-awditjar. Il-kriterji tal-awditjar fil-qafas tal-FSMS huma l-leġiżlazzjoni applikabbli u l-proċeduri relatati tal-FBO stess. Is-sejbiet għandhom jiġu appoġġati minn osservazzjonijiet, dikjarazzjonijiet, tweġibiet u rekords.

    4)

    Laqgħa ta’ għeluq

    L-għan tal-laqgħa ta’ għeluq huwa li jiġu spjegati fil-qosor is-sejbiet, li jiġu solvuti d-dubji jew il-mistoqsijiet, li jiġu pprovduti konklużjonijiet provviżorji u li tingħata stima ta’ meta r-rapport tal-awditjar ikun disponibbli. Is-sejbiet rilevanti kollha għandhom jissemmew, peress li r-rapport finali ma għandux ikollu “sorpriżi” għall-FBO. Barra minn hekk, matul il-laqgħa ta’ għeluq, l-awdituri u l-FBO jistgħu jaqblu dwar il-perjodu ta’ żmien biex jippreżentaw il-pjan ta’ azzjoni korrettiva, jekk applikabbli. Dan il-perjodu għandu jkun marbut mal-importanza tas-sejbiet.

    5.4   Rapport tal-awditjar

    Ir-rapporti tal-awditjar għandhom jipprovdu evidenza dettaljata tas-sejbiet tal-valutazzjoni, primarjament liema nuqqasijiet ta’ konformità jkunu nstabu fl-FSMS u l-iskeda ta’ żmien biex jiġu kkoreġuti.

    L-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal xi grad ta’ verifika biss għandha tiġi aċċettata bħala evidenza għall-awditjar. Pereżempju, rekords jew tweġibiet għal mistoqsijiet f’intervista.

    Ir-rapport tal-awditjar għandu jkun komprensiv, akkurat, konċiż u ċar. Huwa għandu jintbagħat lill-FBO awditjat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara l-awditu.

    Għalkemm hemm modi oħra ta’ kif jiġu kkategorizzati n-nuqqasijiet ta’ konformità u kull awtorità kompetenti jkollha s-sistema tagħha stess, dan huwa eżempju ta’ sistema ta’ kategorizzazzjoni:

    Nuqqas ta’ konformità minuri: nuqqas ta’ konformità iżolat fi ħdan is-sottoelement tal-FSMS li jkun qed jiġi awditjat; ma jikkompromettix is-sikurezza tal-ikel. Pereżempju, xi nuqqas ta’ konformità dwar l-applikazzjoni tas-sistema nnifisha fir-rigward tal-mili ta’ xi rekords.

    Nuqqas ta’ konformità maġġuri: nuqqas ta’ konformità li jikkomprometti s-sikurezza tal-ikel. Xi eżempji huma n-nuqqas jew l-azzjoni korrettiva mhux xierqa meħuda mill-kumpanija fil-każ ta’ riskju għas-sikurezza tal-ikel jew in-nuqqas għalkollox ta’ azzjoni korrettiva. Dan jinkludi nuqqasijiet ta’ konformità minuri kumulattivi jew ripetittivi, falsifikazzjoni tar-rekords, dokument mhux ippreżentat lill-awtoritajiet kompetenti, FSMS mhux valida jew mhux implimentata, eċċ.

    Jista’ jkun xieraq ukoll li tiġi inkluża kategorija oħra bħala nuqqas ta’ konformità kritiku, meta r-rekwiżiti tas-sistema ma jiġux issodisfati b’mod ċar jew ikun hemm nuqqasijiet sistematiċi fl-applikazzjoni ta’ rekwiżiti li jistgħu joħolqu riskju imminenti għas-saħħa pubblika u jkun hemm evidenza li s-sikurezza tal-prodott tista’ tiġi mxekkla.

    5.5   Segwitu.

    Wara li jirċievu l-pjan ta’ azzjoni mill-FBO, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi meħuda, sabiex jagħlqu l-fajl ta’ dan l-awditu sħiħ, fil-perjodu miftiehem mal-FBO.

    6   FLESSIBBILTÀ

    Il-flessibbiltà tista’ tiġi kkunsidrata meta jitwettqu awditi tal-FSMS. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkunsidraw in-natura u d-daqs tan-negozju u l-istorja tal-konformità mal-kontrolli uffiċjali mwettqa. Għalhekk, wara l-ewwel awditu sħiħ fi stabbiliment tan-negozju tal-ikel, jekk l-FSMS tkun sodisfaċenti, implimentata bis-sħiħ u l-FBO ikun qed jopera b’mod sikur, tista’ tkun applikabbli xi flessibbiltà fl-awditu ta’ segwitu li jkun imiss, pereżempju billi titnaqqas il-frekwenza, il-ħin iddedikat u r-rieżami tad-dokumenti.

    Barra minn hekk, f’xi bejjiegħa bl-imnut u FBOs żgħar ħafna, jista’ jkun suffiċjenti li jiġi vverifikat il-kontroll tal-perikli fil-qafas tal-ispezzjonijiet minflok f’awditu. Din hija kunsiderazzjoni bbażata fuq ir-riskju li għandha ssir mill-awtorità kompetenti. Pereżempju, FBO żgħir ħafna b’żewġ ħaddiema biss li jimmanifatturaw prodott wieħed li ma huwiex meqjus bħala riskju jew, bejjiegħa żgħar bl-imnut li japplikaw gwidi li jibbażaw l-FSMS fuq il-PRPs biss.

    Barra minn hekk, il-preżenza kontinwa tal-awtoritajiet kompetenti f’ċerti negozji (eż. biċċeriji) tista’ titqies fit-tħejjija u fit-twettiq ta’ awditu.

    Xi eżempji tal-applikazzjoni tal-flessibbiltà jistgħu jkunu:

    a)

    Fir-rigward tal-awditjar meta l-FBO japplika flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni tal-FSMS (kif indikat fl-Anness I u fl-Anness II):

    Meta FBO jippreferi li jżomm ir-rekords f’format elettroniku, l-awditur jista’ jaċċettahom, jekk ikunu disponibbli fiż-żmien tal-awditu.

    Meta FBO japplika flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni tal-GHP, l-awditur għandu jivverifika l-valutazzjoni magħmula biex jidentifika jekk l-implimentazzjoni tkunx saret kif xieraq u jekk tkunx korretta, filwaqt li jwettaq l-awditu fi ħdan din il-flessibbiltà. Pereżempju, f’xi FBOs żgħar l-awditur jista’ jaċċetta meta:

    il-persuna/persunal responsabbli għall-monitoraġġ ikun l-istess għall-GHP kollha, jew

    il-monitoraġġ isir viżwalment mingħajr rekords stampati u jiġu rreġistrati biss id-devjazzjonijiet,

    il-kontroll tal-konsenja ta’ ikel ippakkjat minn qabel fil-bejgħ bl-imnut huwa limitat għall-iċċekkjar jekk il-pakketti jkunux f’kundizzjonijiet u f’temperaturi tajbin waqt it-trasport,

    il-kontroll tal-ilma ma jkunx meħtieġ jekk jintuża biss ilma komunali tajjeb għax-xorb,

    il-kultura tas-sikurezza tal-ikel, eż., l-involviment u l-għarfien biex wieħed jaħdem b’mod sikur għall-ikel jistgħu jsiru evidenti permezz ta’ spezzjoni u awditjar normali.

    Meta FBO japplika flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP, l-awditu għandu jitwettaq billi titqies din il-flessibbiltà.

    Hemm approċċi differenti għall-flessibbiltà fl-Istati Membri (SM) u dawn iridu jitqiesu meta jitwettqu attivitajiet ta' kontroll uffiċjali. Pereżempju, hemm Stati Membri li ma jirrikjedux l-applikazzjoni tas-seba’ prinċipji tal-HACCP għal xi tip ta’ FBO minħabba li jqisu li għal xi attivitajiet tal-ikel ta’ riskju baxx, l-applikazzjoni tal-GHP inklużi fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 hija suffiċjenti biex jiġu kkontrollati l-perikli sinifikanti.

    Il-kontenut ta’ dan l-Avviż tal-Kummissjoni u ta’ oħrajn relatati mal-flessibbiltà (l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ bl-imnut jew l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel (3)) jista’ jiġi applikat mill-FBOs u għalhekk l-FSMS skont il-linji gwida tagħhom tista’ titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-UE. Pereżempju, FBO li japplika analiżi sempliċi tal-perikli li fiha l-perikli kollha jkunu ġew identifikati b’mod sempliċi billi jiġu raggruppati flimkien perikli mikrobijoloġiċi, kimiċi u fiżiċi, u jkun stabbilixxa miżuri effettivi ta’ kontroll, irid jitqies li l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 ikun ssodisfat (it-Taqsima 3.2 tal-Avviż tal-Kummissjoni).

    Il-gwidi għal prattika tajba huma approċċ komuni għall-flessibbiltà. Hemm gwidi tal-UE, nazzjonali u reġjonali. FBO jista’ jagħżel li japplika kwalunkwe waħda mill-gwidi applikabbli fit-territorju tiegħu. Meta jwettqu kontroll uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti jridu jqisu din iċ-ċirkostanza u jridu jkunu konxji li tista’ tintuża aktar minn gwida waħda mill-FBO bħala bażi għall-FSMS tiegħu.

    Meta FBO japplika gwida, il-gwida tista’ titqies bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-HACCP tiegħu. Pereżempju, jekk il-gwida applikata tinkludi analiżi tal-perikli u CCP għall-attività tagħha, ir-rekwiżit għall-prinċipji 1 u 2 irid jitqies issodisfat. Meta jiġi awditjat FBO skont gwida, huwa meħtieġ li jiġi ċċekkjat jekk perikli addizzjonali għal dawk koperti fil-gwida jistgħux ikunu preżenti, u għalhekk jekk l-FBO ikunx żviluppa l-proċeduri tal-HACCP tiegħu stess.

    Il-gwidi jistgħu jiġu adatti mill-FBO għall-partikolaritajiet speċifiċi tiegħu. Dan ifisser li wħud mill-proċeduri jew mil-linji gwida inklużi fil-gwidi jistgħu jiġu ssimplifikati jew miżjuda abbażi ta’ applikazzjoni proprja tal-prinċipji tal-HACCP. Meta jiġu adattati l-gwidi, ir-rekwiżiti legali jridu jiġu ssodisfati u dan l-Avviż tal-Kummissjoni jista’ jitqies bħala referenza għall-flessibbiltà. Pereżempju, meta fil-każ ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ viżwali, FBO jista’ jikkunsidra li jirreġistra biss f’każ ta’ devjazzjonijiet u għalhekk jirreġistra biss azzjonijiet korrettivi, irrakkomandati f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti (rappurtar ta’ eċċezzjoni). F’dawn il-każijiet, l-FBO jrid jiddokumenta l-proċeduri tiegħu tal-HACCP jekk dawn ikunu differenti mill-gwida.

    Xi miżuri ta’ kontroll li f’kumpanija kbira normalment jiġu kklassifikati bħala CCP jistgħu jiġu sostitwiti f’xi każijiet, b’OPRP. Pereżempju, it-tisjir f’fabbrika kbira ta’ ikliet lesti biex jittieklu normalment ikun CCP, u l-kontroll tat-temperatura jkun mod komuni kif dan jiġi mmonitorjat. F’ristorant żgħir, jista’ ma jkunx possibbli li jiġu mmonitorjati t-temperaturi kull darba li jitwettaq proċess tat-tisjir u l-osservazzjoni diretta tal-proprjetajiet fiżiċi tal-ikel tista’ tkun mod effettiv u prattiku biex jiġi kkontrollat il-proċess tat-tisjir.

    b)

    Fir-rigward tal-flessibbiltà li tista’ tiġi applikata għall-awditi ta’ segwitu (ibbażati fuq ir-riskju):

    Għal FBO żgħir fejn ir-riskji huma baxxi u (suppost li jkunu) taħt kontroll minħabba li l-FSMS tkun effettiva, introdotta sew u implimentata sew, mingħajr nuqqas ta’ konformità jew dgħufija, jista’ jkun possibbli li jiġi estiż iż-żmien għall-iskedar tal-awditu li jkun imiss (ibbażat fuq ir-riskju). Pereżempju, fil-ħżin ta’ prodotti imballati stabbli fuq l-ixkaffa, meta l-aħħar eżitu tal-awditu jkun aċċettabbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-ħin ta’ skedar tal-awditu ta’ segwitu li jkun imiss meta jitqies li jkun akkurat fir-riskju.

    Għal FBO mingħajr tibdil fil-proċess tal-manifattura u b’riżultat aċċettabbli tal-aktar awditu reċenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskedaw awditu ta’ segwitu tal-istabbiliment li jiffoka biss fuq il-verifika tal-FSMS.

    Għal FBO b’riżultat aċċettabbli tal-aktar awditu reċenti, bl-introduzzjoni ta’ bidla fl-FSMS jew ta’ proċedura ġdida tal-manifattura, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskedaw awditu ta’ segwitu li jiffoka fuq din il-bidla.

    7.   IT-TRIQ ’IL QUDDIEM SKONT IR-RIŻULTAT TAL-AWDITU

    F’każ li jiġu identifikati nuqqasijiet ta’ konformità, l-awdituri għandhom jieħdu miżuri.

    It-tim tal-awditjar se jħejji rapport li jirrifletti r-riżultat tal-evalwazzjoni tal-FSMS u l-konformità mal-liġi dwar l-ikel, li jindika n-nuqqasijiet ta’ konformità kollha identifikati u l-klassifikazzjoni tagħhom. Ir-rapport se jħeġġeġ il-korrezzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità u d-deċiżjoni dwar l-azzjoni jew il-miżura li għandha tittieħed se tiġi rreġistrata.

    Filwaqt li titqies in-natura tan-nuqqasijiet ta’ konformità:

    Jekk jiġi identifikat biss nuqqas ta’ konformità minuri, jista’ jingħata perjodu, li jivverifika l-korrezzjoni tagħhom fl-awditu skedat li jmiss jew wara l-perjodu mogħti.

    Fil-każ li jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità maġġuri, tista’ tintalab korrezzjoni immedjata jew jista’ jingħata perjodu għall-korrezzjoni tiegħu. Ladarba jkun għadda l-perjodu massimu stabbilit għall-korrezzjoni tagħhom, jitwettaq awditu ta’ segwitu biex jiġi vverifikat li n-nuqqasijiet ta’ konformità jkunu ġew ikkoreġuti.

    Jekk in-nuqqasijiet ta’ konformità ma jkunux ġew ikkoreġuti, l-awtorità kompetenti se tivvaluta jekk għandhiex tibda sanzjonijiet jew jekk tkunx xierqa xi azzjoni oħra ta’ infurzar. Ma jingħatax perjodu ta’ korrezzjoni ġdid ħlief għal raġuni ġġustifikata kif xieraq.

    Meta matul l-awditi jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità kritiku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu passi immedjati biex jindirizzaw il-kwistjoni, inkluż is-sospensjoni tal-attività tal-istabbiliment fejn ikun hemm riskju għas-saħħa pubblika, u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-FBO mar-rekwiżiti legali kollha u s-sikurezza tal-ikel li jkun diġà tqiegħed fis-suq.

    Fejn applikabbli, jekk, wara perjodu mogħti mis-sospensjoni, l-operatur ma jkunx irrettifika n-nuqqasijiet ta’ konformità, li jkunu ġġenerawha, jinbdew proċeduri biex jitneħħa mil-listi tal-UE.

    L-awtorità kompetenti tipproċedi wkoll għall-bidu ta’ proċedimenti dixxiplinari.

    B’mod ġenerali, il-verifika li n-nuqqasijiet ta’ konformità jkunu ġew ikkoreġuti tista’ tkun permezz ta’ ġustifikazzjoni dokumentarja jew wara żjara ta’ awditu ta’ segwitu.

    Fi ħdan il-flessibbiltà, taħt valutazzjoni tar-riskju, u f’każijiet fejn l-awditur ikun l-istess bħal dak li jwettaq l-ispezzjonijiet fl-FBO, jista’ jkun possibbli li titwettaq verifika tal-korrezzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ konformità minuri fl-ispezzjoni skedata li jkun imiss għall-FBO ikkonċernat. Ma hemmx bżonn li jingħata avviż minn qabel, ikun meħtieġ biss li fir-rapport tal-awditjar jiġi infurmat u rifless li l-korrezzjoni ta’ dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità minuri se tiġi ċċekkjata fl-ispezzjoni li jmiss.

    Sommarju tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti:

    Eżitu tal-awditu tal-FSMS

    Traċċar

    Aċċettabbli

    L-awditu li Jmiss

    Aċċettabbli b’nuqqas ta’ konformità minuri

    Awditu li Jmiss (Sħiħ jew Parzjali)

    Jew

    Kontroll uffiċjali ieħor: Spezzjonijiet.

    Nuqqas ta’ konformità minuri mhux ikkoreġut

    Azzjonijiet, jekk meħtieġa (immobilizzazzjoni, sospensjoni ta’ prekawzjoni, penali)

    +

    Awditu ta’ segwitu parzjali (fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti)

    Jew

    Awditu sħiħ ġdid

    Nuqqas ta’ konformità maġġuri b’riskju

    8.   XI GWIDA ADDIZZJONALI DWAR L-AWDITJAR TAL-KULTURA TAS-SIKUREZZA TAL-IKEL

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi l-obbligu legali li l-FBO jimplimenta l-kultura tas-sikurezza tal-ikel, li għandu jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti.

    Matul l-awditu, l-FBOs iridu juru li l-persunal kollu huwa konxju ta’ kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-ikel rilevanti għall-kompiti tagħhom u li hija implimentata FSC xierqa. L-awditur jista’ jivverifika l-FSC billi:

    Jiċċekkja l-istħarriġiet tal-FSC (pereżempju, permezz ta’ kwestjonarji) imwettqa fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti bl-istess attività.

    Jintervista (ara l-kwestjonarju imqassar hawn taħt) u josserva:

    Jiċċekkja l-għarfien tal-persunal intervistat dwar l-importanza li jiġi pprovdut ikel sikur u xieraq.

    Jiċċekkja l-imġiba u l-attitudni tal-impjegati fir-rigward tal-iġjene tal-ikel.

    Jiċċekkja l-impenn tal-maniġment u l-komunikazzjoni ma’ dipartimenti oħra.

    Jiċċekkja t-tmexxija biex il-persunal kollu jiġi involut fil-prattiki tas-sikurezza tal-ikel.

    Jiċċekkja r-riżorsi. L-implimentazzjoni tal-FSC titlob il-ħin u r-riżorsi. Il-pressjoni għolja tal-ħin għall-produzzjoni tista’ tindika n-nuqqas ta’ FSC. L-organizzazzjoni ta’ stħarriġ bl-użu ta’ kwestjonarju. Dan l-awditu estiż, speċifiku għall-FSC huwa rrakkomandat f’negozji kbar jew fi gruppi ta’ stabbilimenti li jwettqu l-istess attivitajiet fi ħdan settur jew fi ħdan l-istess grupp ta’ negozji.

    B’mod partikolari, f’FBOs żgħar l-awditur jista’ jivvaluta l-għarfien tal-persunal biss permezz ta’ osservazzjoni u intervisti mal-persunal rilevanti.

    Sabiex tiġi evitata perċezzjoni soġġettiva, il-verifika tal-FSC għandha titwettaq billi tiġi vverifikata data oġġettiva, pereżempju, prattiki tal-iġjene tal-ikel, taħriġ segwit mill-persunal, dokumentazzjoni ta’ verifika dwar il-fluss ta’ informazzjoni u feedback bejn l-impjegati u l-maniġers, jew verifika tal-prestazzjoni bħala riżultati tal-awditjar intern, analiżi mikrobijoloġika, segwitu tan-nuqqasijiet ta’ konformità, eċċ.

    L-awditur għandu wkoll il-possibbiltà li jorganizza stħarriġ bl-użu ta’ kwestjonarju.

    Tabella 1

    Eżempju ta’ lista ta’ kontroll dwar il-Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel għall-awtoritajiet kompetenti.

    PERĊEZZJONI TAL-KULTURA TAS-SIKUREZZA TAL-IKEL

    IVA

    LE

    KUMMENTI

    L-impenn u l-involviment fir-rigward tal-iġjene u s-sikurezza tal-ikel ġew estiżi għall-organizzazzjoni kollha?

    Impenn tal-maniġment.

    Impenn tal-impjegati.

     

     

     

    Hemm riżorsi suffiċjenti meħtieġa biex l-organizzazzjoni topera b’mod iġjeniku u sikur għall-ikel?

     

     

     

    Il-persunal kollu fl-organizzazzjoni huwa konxju tar-riskji li jikkonċernaw l-iġjene u s-sikurezza tal-ikel u għandu dawn taħt kontroll?

     

     

     

    It-trasferiment tal-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ iġjene u sikurezza tal-ikel ġie żgurat fi ħdan l-organizzazzjoni?

     

     

     

    It-tmexxija tista’ tinvolvi lill-persunal fil-prestazzjoni u fil-konformità tal-iġjene/tas-sikurezza?

     

     

     

    Hemm data oġġettiva suffiċjenti disponibbli biex jiġu vverifikati l-prinċipji tal-FSC?

     

     

     

    Għodod oħra jistgħu jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea meta jsiru disponibbli.

    (Eżempju żviluppat mill-Aġenzija tal-Istandards tal-Ikel tar-Renju Unit: https://www.food.gov.uk/sites/default/files/media/document/803-1-1431_FS245020_Tool.pdf)

    Appendiċi 1

    Ħarsa ġenerali lejn is-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel għal attivitajiet għajr il-produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati

    Fl-ewwel pass, il-GHP kollha (u PRP oħra) għandhom jiġu identifikati u implimentati (pass 1) fi kwalunkwe FSMS.

    Bħala t-tieni pass, l-analiżi tal-perikli f’kull pass tal-proċess (ara l-Anness II, it-Taqsimiet 5 u 6) għandha tidentifika l-perikli raġonevolment probabbli li jseħħu u fit-tielet pass għandha tidentifika livelli differenti ta’ riskji (ara l-Appendiċijiet 2, 4A u 4B):

    Għal livelli ta’ riskju aktar baxxi jista’ jiġi konkluż li, jekk ikun hemm fis-seħħ GHP robusti, il-GHP ikunu biżżejjed biex jiżguraw is-sikurezza tal-prodott;

    Għal-livelli intermedji ta’ riskji identifikati, jistgħu jiġu proposti miżuri “intermedji” eż. OPRP;

    Għal riskji għoljin, għandhom jiġu stabbiliti punti kritiċi ta’ kontroll fejn possibbli, u jistgħu jirriżultaw fl-assigurazzjoni tas-sikurezza tal-ikel b’taħlita ta’ GHP, u, jekk jiġu identifikati wkoll, OPRP

    Image 1C3552022MT110120220901MT0001.000191102WerrejPaġnaANNESS I:PRATTIKI TA’ IĠJENE TAJBA111.Leġiżlazzjoni112.Flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-GHP113.Eżempji ta’ GHP123.1.Infrastruttura (bini, tagħmir)123.2.Tindif u diżinfezzjoni133.3.Kontroll tal-pesti: enfasi fuq l-attivitajiet preventivi143.4.Materja prima (l-għażla tal-fornituri, speċifikazzjonijiet)143.5.Manutenzjoni teknika u kalibrar153.6.Kontaminazzjonijiet fiżiċi u kimiċi mill-ambjent tal-produzzjoni (eż. żjut, linka, l-użu ta’ tagħmir tal-injam (danneġġat), eċċ.)153.7.L-Allerġeni163.8.Ridistribuzzjoni u donazzjoni tal-ikel183.9.Immaniġġar tal-iskart183.10.Kontroll tal-ilma u tal-arja183.11.Persunal (iġjene, status tas-saħħa)193.12.Kontroll tat-temperatura tal-ambjent tax-xogħol u tal-ħżin193.13.Metodoloġija ta’ ħidma193.14.Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel (FSC)204.Monitoraġġ, validazzjoni u verifika tal-GHP215.Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords dwar il-GHP21ANNESS II:PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-ANALIŻI TAL-PERIKLI U L-PUNTI KRITIĊI TA’ KONTROLL (HACCP) U LINJI GWIDA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAGĦHOM231.Introduzzjoni232.Prinċipji ġenerali243.Flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP243.1.Rekwiżiti legali253.2.Proċeduri simplifikati bbażati fuq l-HACCP253.3.Gwidi ġeneriċi għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP264.Attivitajiet preliminari264.1.Ħolqien ta’ tim multidixxiplinarju tal-HACCP264.2.Deskrizzjoni tal-prodott(i) fit-tmiem tal-proċess (minn hawn ’il quddiem il-prodott finali)274.3.Identifikazzjoni tal-użu maħsub274.4.Bini ta’ dijagramma sekwenzjali (deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura)274.5.Konferma fuq il-post tad-dijagramma sekwenzjali275.Analiżi tal-perikli (il-Prinċipju 1)275.1.Identifikazzjoni tal-perikli rilevanti285.2.Miżuri ta’ kontroll295.3.Worksheet għall-analiżi tal-perikli296.L-identifikazzjoni ta’ punti kritiċi ta’ kontroll (CCP) (il-Prinċipju 2)297.Limiti kritiċi fis-CCP (il-Prinċipju 3)318.Proċeduri ta’ monitoraġġ fis-CCP (il-Prinċipju 4)329.Azzjonijiet korrettivi (il-Prinċipju 5)3310.Proċeduri ta’ validazzjoni u verifika (il-Prinċipju 6)3311.Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords (il-Prinċipju 7)3512.Ir-rwol ta’ kriterji mikrobijoloġiċi, il-limiti kimiċi u limiti legali oħra stabbiliti fil-liġi tal-UE jew dik nazzjonali37ANNESS III:AWDITJAR TAL-GHP U PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-HACCP381.Leġiżlazzjoni382.Kamp ta’ applikazzjoni u għan383.Prinċipji ġenerali384.Tipi ta’ awditi395.Ippjanar, tħejjija u twettiq ta’ awditu tal-FSMS396.Flessibbiltà427.It-triq ’il quddiem skont ir-riżultat tal-Awditu448.Xi gwida addizzjonali dwar l-awditjar tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel44APPENDIĊI 1:Ħarsa ġenerali lejn is-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel għal attivitajiet għajr il-produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati46APPENDIĊI 2:Eżempju ta’ analiżi tal-perikli – proċedura (semikwantitattiva) ta’ valutazzjoni tar-riskju47APPENDIĊI 3:Eżempju ta’ indikaturi tal-għodda għall-valutazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel50APPENDIĊI 4A:Eżempju ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex jiġu identifikati l-punti kritiċi ta’ kontroll (CCP)52APPENDIĊI 4B:Eżempju ta’ ġerarkija ssimplifikata tad-deċiżjonijiet53APPENDIĊI 5:Paragun ta’ GHP, OPRP U CCP54APPENDIĊI 6:Eżempju ta’ ittra ta’ komunikazzjoni55APPENDIĊI 7:Eżempju ta’ lista ta’ kontroll tal-HACCP56

    Appendiċi 2

    Eżempju ta’ analiżi tal-perikli – proċedura (semikwantitattiva) ta’ valutazzjoni tar-riskju

    (Ibbażata fuq: Linji Gwida tal-FAO/WHO dwar il-“Risk characterisation of microbiological hazards in food (4)”).

    Il-livell ta’ riskju huwa ddefinit f’kull pass tal-proċess skont is-severità jew l-effett tal-periklu fir-rigward tal-probabbiltà li fiha jista’ jseħħ il-periklu, biex jiġi identifikat jekk ikunx sinifikanti jew le, u għalhekk jekk miżura ta’ kontroll tkunx meħtieġa f’dan il-pass jew f’pass sussegwenti:

    P

    =

    Probabbiltà = il-probabbiltà li l-periklu jkun qed iseħħ f’pass partikolari tal-proċess (materja prima, prodott (finali),…), filwaqt li jitqiesu miżuri preventivi applikati b’mod korrett (GHP) u ta’ kontroll f’passi preċedenti tal-proċess

    S

    =

    Severità = l-effett jew is-severità tal-periklu fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem.

    LIVELL TA’ RISKJU (R = P x S): SKALA 1 SA 7 Ir-riskju jista’ jiġi ddefinit bħala l-għadd ta’ inċidenti (probabbiltà) mistennija fir-rigward tad-dannu (severità) mistenni għal kull inċident

    PROBABBILTÀ

    Għolja

    4

    4

    5

    6

    7

    Medja

    3

    3

    4

    5

    6

    Żgħira

    2

    2

    3

    4

    5

    Żgħira ħafna

    1

    1

    2

    3

    4

     

     

    1

    2

    3

    4

     

     

    Limitata

    Moderata

    Serja

    Serja ħafna

     

     

     

    SEVERITÀ

     

    PROBABBILTÀ

    1

    =

    żgħira ħafna

    Probabbiltà teoretika – il-periklu qatt ma seħħ qabel;

    Il-miżura ta’ kontroll jew il-periklu huma ta’ natura li meta l-miżura ta’ kontroll tkun qed tfalli, il-produzzjoni ma tibqax possibbli jew il-prodotti finali mmanifatturati ma jkunux utli (eż. konċentrazzjoni għolja wisq ta’ koloranti bħala addittivi);

    Hija kontaminazzjoni limitata ħafna u/jew lokali.

    2

    =

    żgħira

    Il-miżuri ta’ kontroll għall-periklu huma ta’ natura ġenerali (GHP) u dawn huma implimentati sew fil-prattika;

    3

    =

    medja

    Il-falliment jew in-nuqqas tal-miżura (speċifika) ta’ kontroll ma twassalx għall-preżenza sistematika tal-periklu f’dan il-pass iżda l-periklu jista’ jkun preżenti f’ċertu perċentwal tal-prodott fil-lott assoċjat.

    4

    =

    għolja

    Il-falliment jew in-nuqqas tal-miżura (speċifika) ta’ kontroll jirriżulta fi żball sistematiku, hemm probabbiltà kbira li l-periklu jkun preżenti f’dan il-pass.

    SEVERITÀ

    1

    =

    limitata

    Ma hemm l-ebda problema għall-konsumatur marbuta mas-sikurezza tal-ikel (in-natura tal-periklu eż. il-karta, il-plastik artab, il-materjali estranji ta’ daqs kbir);

    Il-periklu qatt ma jista’ jilħaq konċentrazzjoni perikoluża (eż. koloranti, S. aureus f’ikel iffriżat fejn il-multiplikazzjoni għal għadd ogħla hija improbabbli ħafna jew ma tkunx tista’ sseħħ minħabba l-kundizzjonijiet ta’ ħżin u t-tisjir).

    2

    =

    moderata

    L-ebda korriment serju u/jew sintomu jew meta espost biss għal konċentrazzjoni estremament għolja tul perjodu twil ta’ żmien;

    Effett temporanju iżda ċar fuq is-saħħa (eż. biċċiet żgħar).

    3

    =

    serja

    Effett ċar fuq is-saħħa b’sintomi fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul li rarament jirriżulta f’mewt (eż. gastroenterite, perikli mikrobijoloġiċi bħal Campylobacter jew Bacillus cereus);

    Il-periklu għandu effett fit-tul; id-doża massima ma hijiex magħrufa (eż. residwi ta’ pestiċidi, ...).

    4

    =

    serja ħafna

    Il-grupp ta’ konsumaturi jappartjeni għal kategorija ta’ riskju u l-periklu jista’ jwassal għall-mewt;

    Il-periklu jirriżulta f’sintomi serji li minnhom tista’ tirriżulta mewt, inkluż fit-tul (eż. Salmonella, Listeria monocytogenes, diossini, aflatossini…);

    Korrimenti permanenti.

    EŻEMPJU TA’ DETERMINAZZJONI TA’ GHP, OPRP u CCP

    Livelli tar-riskju 1 u 2: l-ebda azzjoni speċifika, il-kontroll huwa kopert mill-GHP ta’ “rutina”.

    Livelli tar-riskju 3 u 4: OPRP possibbli. Mistoqsija addizzjonali trid tiġi mwieġba mit-tim tal-HACCP: Il-miżuri preventivi ġenerali kif deskritti fil-GHP huma biżżejjed biex jikkontrollaw il-periklu identifikat?

    Jekk IVA: GHP

    Jekk LE: OPRP.

    Livelli tar-riskju 5, 6 u 7: osservazzjoni għal determinazzjoni ta’ CCP.

    Meta tittieħed deċiżjoni finali dwar CCP/OPRP f’ċertu pass, għandha titqies:

    il-preżenza ta’ pass sussegwenti li jelimina r-riskju jew li jnaqqas l-okkorrenza tiegħu għal livell aċċettabbli: ARA L-ĠERARKIJI TAD-DEĊIŻJONIJIET FL-APPENDIĊI 4

    is-severità u l-probabbiltà ta’ devjazzjoni u l-kapaċità biex jiġu identifikati d-devjazzjonijiet.

    SEVERITÀ U PROBABBILTÀ TA’ DEVJAZZJONI U L-KAPAĊITÀ LI JIĠU IDENTIFIKATI D-DEVJAZZJONIJIET

    F’każ ta’ effetti serji u varji, jista’ jkun utli li tiġi vvalutata wkoll il-probabbiltà ta’ devjazzjoni u l-kapaċità li tiġi identifikata u kkoreġuta d-devjazzjoni fil-ħin. L-ISO 22000 jiddikjara li, meta l-probabbiltà ta’ devjazzjoni tkun għolja iżda l-monitoraġġ jirriżulta f’kapaċità għolja li tiġi identifikata din id-devjazzjoni (detezzjoni immedjata u azzjoni korrettiva rapida), din hija CCP tipika.

    F’każijiet fejn il-fattibbiltà tkun baxxa mill-istabbiliment ta’ limiti kritiċi, il-monitoraġġ biex jiġu identifikati d-devjazzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi ta’ implimentazzjoni kollha, l-OPRP jiġu identifikati jew il-proċess għandu jiġi mmodifikat. Hemm sfida partikolari għall-miżuri ta’ kontroll li għalihom is-severità mmultiplikata bil-probabbiltà ta’ devjazzjoni hija għolja filwaqt li l-kapaċità li tiġi identifikata u kkoreġuta d-devjazzjoni hija baxxa. L-FBO għandu jieħu azzjoni biex jew iżid il-kapaċità ta’ identifikazzjoni u korrezzjoni tad-devjazzjonijiet jew biex inaqqas il-probabbiltà u/jew is-severità tad-devjazzjonijiet. It-tikkettar ta’ prekawzjoni (struzzjonijiet tat-tisjir, kontroll tal-allerġeni), għandu jintuża biss fejn strateġija preventiva ma tkunx tista’ tiġi implimentata b’mod effiċjenti u l-prodott jista’ jippreżenta riskju għall-konsumaturi.

    F’każijiet oħra fejn il-probabbiltà ta’ devjazzjoni tkun għolja u l-kapaċità ta’ detezzjoni tkun baxxa, l-FBO irid joqgħod attent ferm u jrid jiċċekkja r-robustezza tal-FSMS kollha.

     

     

    Severità u probabbiltà ta’ devjazzjoni

     

     

    Baxxa

    Moderata

    Għolja

    Kapaċità ta’ detezzjoni u korrezzjoni tad-devjazzjoni

    Għolja

    GHP

    OPRP

    CCP

    Baxxa

    GHP

    OPRP

    Irrieżamina l-proċess jew l-OPRP jekk ikun possibbli

    APPROĊĊ ALTERNATTIV

    F’għadd ta’ każijiet (pereżempju, iżda mhux esklussivament, FBOs żgħar jew proċessi sempliċi u mhux kumplessi) l-istess approċċ jista’ jintuża b’mod aktar sempliċi, pereżempju:

    Il-livelli tar-riskju 1 sa 5 minflok 1 sa 7 billi jintużaw 3 sottodivizjonijiet minflok 4 tal-probabbiltà u tal-effett (is-sottodiviżjonijiet 3 u 4 jingħaqdu flimkien).

    Meta titqies il-probabbiltà tal-periklu fuq il-prodott finali billi jitqies l-effett ta’ passi aktar tard (u mhux billi jintużaw il-ġerarkiji tad-deċiżjonijiet fl-Appendiċi 4.

    L-OPRP ma humiex inklużi meta jiġi identifikat riskju “intermedju”, iżda ssir biss differenzazzjoni bejn il-perikli li jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta’ PRP biss u dawk li jeħtieġu CCP.

    Appendiċi 3

    Eżempju ta’ indikaturi tal-għodda għall-valutazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel (5)

    Il-kwestjonarju ta’ hawn taħt għandu jintbagħat lil għadd kbir ta’ persunal u għandu jimtela minnhom. Ir-rispondenti jistgħu jwieġbu permezz ta’ skala ta Likert b’ħames punti (1-> 5: ma naqbel xejn, ma naqbilx, newtrali, naqbel jew naqbel kompletament).

    Billi jitqabblu r-riżultati, jistgħu jiġu identifikati dgħufijiet f’ċerti prinċipji tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel (eż. komunikazzjoni). Barra minn hekk, tista’ ssir valutazzjoni ġenerali tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel billi jitqabblu r-riżultati:

    f’diviżjonijiet differenti ta’ stabbiliment (kbir)

    f’fergħat differenti tal-istess grupp, eż. supermarkets jew ħwienet tal-laħam li jappartjenu għall-istess grupp

    fi stabbilimenti differenti fl-istess settur (eż. l-awtoritajiet tas-sikurezza tal-ikel li jużaw l-istess kwestjonarju meta jawditjaw il-kultura tas-sikurezza tal-ikel f’ċertu settur).

     

    Ma naqbel xejn

    Ma naqbilx

    Newtrali

    Naqbel

    Naqbel kompletament

    TMEXXIJA

    L.1

    Il-maniġers jistabbilixxu objettivi ċari dwar is-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    L.2

    Il-maniġers huma ċari mal-impjegati dwar l-aspettattivi li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    L.3

    Il-maniġers jistgħu jimmotivaw lill-impjegati tagħhom biex jaħdmu b’mod sikur għall-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    L.4

    Il-maniġers taw eżempju tajjeb dwar l-iġjene u s-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    L.5

    Il-kwistjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel jiġu indirizzati malajr b’mod kostruttiv mill-maniġers

    1

    2

    3

    4

    5

    L.6

    Il-maniġers jagħmlu ħilithom għal titjib kontinwu tas-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    KOMUNIKAZZJONI

    C.1

    Il-maniġers jikkomunikaw regolarment mal-impjegati dwar is-sikurezza tal-ikel

    1

    2

    3

    4

    5

    C.2

    Il-maniġers jikkomunikaw b’mod ċar mal-impjegati dwar is-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    C.3

    Huwa possibbli għall-impjegati li jikkomunikaw dwar is-sikurezza tal-ikel mal-maniġers.

    1

    2

    3

    4

    5

    C.4

    L-importanza tas-sikurezza tal-ikel hija preżenti b’mod permanenti permezz ta’, pereżempju, posters, sinjali u/jew stampi relatati mas-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    C.5

    Nista’ niddiskuti problemi dwar is-sikurezza tal-ikel mal-kollegi fl-organizzazzjoni tiegħi

    1

    2

    3

    4

    5

    IMPENN u INVOLVIMENT

    E.1

    Jien konvint(a) mill-importanza tas-sikurezza tal-ikel għall-organizzazzjoni

    1

    2

    3

    4

    5

    E.2

    Il-kollegi tiegħi huma konvinti mill-importanza tas-sikurezza tal-ikel għall-organizzazzjoni.

    1

    2

    3

    4

    5

    E.3

    Il-ħidma b’mod sikur għall-ikel hija rikonoxxuta u ppremjata

    1

    2

    3

    4

    5

    E.4

    Inħossni li nista’ nikkontribwixxi għas-sikurezza tal-prodotti tagħna.

    1

    2

    3

    4

    5

    E.5

    Jien motivat(a) li dejjem nipprova nilħaq l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    E.6

    Inħoss li għandi responsabbiltà għas-sikurezza tal-prodotti tagħna.

    1

    2

    3

    4

    5

    SENSIBILIZZAZZJONI

    A.1

    Naf ir-riskji relatati mas-sikurezza tal-ikel rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħi.

    1

    2

    3

    4

    5

    A.2

    Il-kollegi tiegħi jafu bir-riskji relatati mas-sikurezza tal-ikel rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħi.

    1

    2

    3

    4

    5

    A.3

    Il-kollegi tiegħi huma konxji u attenti għal problemi u għal riskji potenzjali relatati mas-sikurezza tal-ikel

    1

    2

    3

    4

    5

    A.4

    Il-maniġers għandhom stampa realistika tal-problemi u r-riskji potenzjali relatati mas-sikurezza tal-ikel

    1

    2

    3

    4

    5

    A.5

    Ir-riskji relatati mas-sikurezza tal-ikel jinsabu taħt kontroll fl-organizzazzjoni tiegħi.

    1

    2

    3

    4

    5

    RIŻORSI

    R.1

    L-impjegati jingħataw biżżejjed ħin biex jaħdmu b’mod sikur għall-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    R.2

    Hemm persunal suffiċjenti disponibbli biex isegwi s-sikurezza tal-ikel

    1

    2

    3

    4

    5

    R.3

    Hemm l-infrastruttura meħtieġa (eż. spazju tajjeb tal-ħidma, tagħmir tajjeb, eċċ.) disponibbli biex persuna tkun tista’ taħdem b’mod sikur għall-ikel

    1

    2

    3

    4

    5

    R.4

    Jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jappoġġaw is-sikurezza tal-ikel (eż. analiżijiet tal-laboratorju, konsulenti esterni, tindif addizzjonali, xiri ta’ tagħmir, eċċ.).

    1

    2

    3

    4

    5

    R.5

    Jingħataw edukazzjoni u taħriġ suffiċjenti relatati mas-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    R.6

    Hemm fis-seħħ proċeduri u struzzjonijiet tajba dwar is-sikurezza tal-ikel.

    1

    2

    3

    4

    5

    Appendiċi 4A

    Eżempju ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex jiġu identifikati l-punti kritiċi ta’ kontroll (CCP)

    Image 2C3552022MT110120220901MT0001.000191102WerrejPaġnaANNESS I:PRATTIKI TA’ IĠJENE TAJBA111.Leġiżlazzjoni112.Flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-GHP113.Eżempji ta’ GHP123.1.Infrastruttura (bini, tagħmir)123.2.Tindif u diżinfezzjoni133.3.Kontroll tal-pesti: enfasi fuq l-attivitajiet preventivi143.4.Materja prima (l-għażla tal-fornituri, speċifikazzjonijiet)143.5.Manutenzjoni teknika u kalibrar153.6.Kontaminazzjonijiet fiżiċi u kimiċi mill-ambjent tal-produzzjoni (eż. żjut, linka, l-użu ta’ tagħmir tal-injam (danneġġat), eċċ.)153.7.L-Allerġeni163.8.Ridistribuzzjoni u donazzjoni tal-ikel183.9.Immaniġġar tal-iskart183.10.Kontroll tal-ilma u tal-arja183.11.Persunal (iġjene, status tas-saħħa)193.12.Kontroll tat-temperatura tal-ambjent tax-xogħol u tal-ħżin193.13.Metodoloġija ta’ ħidma193.14.Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel (FSC)204.Monitoraġġ, validazzjoni u verifika tal-GHP215.Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords dwar il-GHP21ANNESS II:PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-ANALIŻI TAL-PERIKLI U L-PUNTI KRITIĊI TA’ KONTROLL (HACCP) U LINJI GWIDA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAGĦHOM231.Introduzzjoni232.Prinċipji ġenerali243.Flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP243.1.Rekwiżiti legali253.2.Proċeduri simplifikati bbażati fuq l-HACCP253.3.Gwidi ġeneriċi għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP264.Attivitajiet preliminari264.1.Ħolqien ta’ tim multidixxiplinarju tal-HACCP264.2.Deskrizzjoni tal-prodott(i) fit-tmiem tal-proċess (minn hawn ’il quddiem il-prodott finali)274.3.Identifikazzjoni tal-użu maħsub274.4.Bini ta’ dijagramma sekwenzjali (deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura)274.5.Konferma fuq il-post tad-dijagramma sekwenzjali275.Analiżi tal-perikli (il-Prinċipju 1)275.1.Identifikazzjoni tal-perikli rilevanti285.2.Miżuri ta’ kontroll295.3.Worksheet għall-analiżi tal-perikli296.L-identifikazzjoni ta’ punti kritiċi ta’ kontroll (CCP) (il-Prinċipju 2)297.Limiti kritiċi fis-CCP (il-Prinċipju 3)318.Proċeduri ta’ monitoraġġ fis-CCP (il-Prinċipju 4)329.Azzjonijiet korrettivi (il-Prinċipju 5)3310.Proċeduri ta’ validazzjoni u verifika (il-Prinċipju 6)3311.Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords (il-Prinċipju 7)3512.Ir-rwol ta’ kriterji mikrobijoloġiċi, il-limiti kimiċi u limiti legali oħra stabbiliti fil-liġi tal-UE jew dik nazzjonali37ANNESS III:AWDITJAR TAL-GHP U PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-HACCP381.Leġiżlazzjoni382.Kamp ta’ applikazzjoni u għan383.Prinċipji ġenerali384.Tipi ta’ awditi395.Ippjanar, tħejjija u twettiq ta’ awditu tal-FSMS396.Flessibbiltà427.It-triq ’il quddiem skont ir-riżultat tal-Awditu448.Xi gwida addizzjonali dwar l-awditjar tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel44APPENDIĊI 1:Ħarsa ġenerali lejn is-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel għal attivitajiet għajr il-produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati46APPENDIĊI 2:Eżempju ta’ analiżi tal-perikli – proċedura (semikwantitattiva) ta’ valutazzjoni tar-riskju47APPENDIĊI 3:Eżempju ta’ indikaturi tal-għodda għall-valutazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel50APPENDIĊI 4A:Eżempju ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex jiġu identifikati l-punti kritiċi ta’ kontroll (CCP)52APPENDIĊI 4B:Eżempju ta’ ġerarkija ssimplifikata tad-deċiżjonijiet53APPENDIĊI 5:Paragun ta’ GHP, OPRP U CCP54APPENDIĊI 6:Eżempju ta’ ittra ta’ komunikazzjoni55APPENDIĊI 7:Eżempju ta’ lista ta’ kontroll tal-HACCP56

    *

    Ikkunsidra s-sinifikat tal-periklu (jiġifieri, il-probabbiltà ta’ okkorrenza fin-nuqqas ta’ kontroll u s-severità tal-impatt tal-periklu) u jekk jistax ikun ikkontrollat b’mod suffiċjenti minn programmi prerekwiżiti bħall-GHPs. Il-GHPs jistgħu jkunu GHPs ta’ rutina jew GHPs li jeħtieġu attenzjoni akbar għall-kontroll tal-periklu (eż. il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni).

    **

    Jekk CCP ma tiġix identifikata fil-mistoqsijiet 2-4, il-proċess jew il-prodott għandu jiġi mmodifikat biex tiġi implimentata miżura ta’ kontroll u għandha titwettaq analiżi ġdida tal-perikli.

    ***

    Ikkunsidra jekk il-miżura ta’ kontroll f’dan il-pass taħdimx flimkien ma’ miżura ta’ kontroll f’pass ieħor għall-kontroll tal-istess periklu, f’liema każ iż-żewġ passi għandhom jiġu kkunsidrati bħala CCPs.

    ****

    Mur lura għall-bidu tal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet wara analiżi ġdida tal-perikli.

    Appendiċi 4B

    Eżempju ta’ ġerarkija ssimplifikata tad-deċiżjonijiet

    Image 3C3552022MT110120220901MT0001.000191102WerrejPaġnaANNESS I:PRATTIKI TA’ IĠJENE TAJBA111.Leġiżlazzjoni112.Flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-GHP113.Eżempji ta’ GHP123.1.Infrastruttura (bini, tagħmir)123.2.Tindif u diżinfezzjoni133.3.Kontroll tal-pesti: enfasi fuq l-attivitajiet preventivi143.4.Materja prima (l-għażla tal-fornituri, speċifikazzjonijiet)143.5.Manutenzjoni teknika u kalibrar153.6.Kontaminazzjonijiet fiżiċi u kimiċi mill-ambjent tal-produzzjoni (eż. żjut, linka, l-użu ta’ tagħmir tal-injam (danneġġat), eċċ.)153.7.L-Allerġeni163.8.Ridistribuzzjoni u donazzjoni tal-ikel183.9.Immaniġġar tal-iskart183.10.Kontroll tal-ilma u tal-arja183.11.Persunal (iġjene, status tas-saħħa)193.12.Kontroll tat-temperatura tal-ambjent tax-xogħol u tal-ħżin193.13.Metodoloġija ta’ ħidma193.14.Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel (FSC)204.Monitoraġġ, validazzjoni u verifika tal-GHP215.Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords dwar il-GHP21ANNESS II:PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-ANALIŻI TAL-PERIKLI U L-PUNTI KRITIĊI TA’ KONTROLL (HACCP) U LINJI GWIDA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAGĦHOM231.Introduzzjoni232.Prinċipji ġenerali243.Flessibbiltà fuq l-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP243.1.Rekwiżiti legali253.2.Proċeduri simplifikati bbażati fuq l-HACCP253.3.Gwidi ġeneriċi għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq l-HACCP264.Attivitajiet preliminari264.1.Ħolqien ta’ tim multidixxiplinarju tal-HACCP264.2.Deskrizzjoni tal-prodott(i) fit-tmiem tal-proċess (minn hawn ’il quddiem il-prodott finali)274.3.Identifikazzjoni tal-użu maħsub274.4.Bini ta’ dijagramma sekwenzjali (deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura)274.5.Konferma fuq il-post tad-dijagramma sekwenzjali275.Analiżi tal-perikli (il-Prinċipju 1)275.1.Identifikazzjoni tal-perikli rilevanti285.2.Miżuri ta’ kontroll295.3.Worksheet għall-analiżi tal-perikli296.L-identifikazzjoni ta’ punti kritiċi ta’ kontroll (CCP) (il-Prinċipju 2)297.Limiti kritiċi fis-CCP (il-Prinċipju 3)318.Proċeduri ta’ monitoraġġ fis-CCP (il-Prinċipju 4)329.Azzjonijiet korrettivi (il-Prinċipju 5)3310.Proċeduri ta’ validazzjoni u verifika (il-Prinċipju 6)3311.Dokumentazzjoni u żamma ta’ rekords (il-Prinċipju 7)3512.Ir-rwol ta’ kriterji mikrobijoloġiċi, il-limiti kimiċi u limiti legali oħra stabbiliti fil-liġi tal-UE jew dik nazzjonali37ANNESS III:AWDITJAR TAL-GHP U PROĊEDURI BBAŻATI FUQ IL-PRINĊIPJI TAL-HACCP381.Leġiżlazzjoni382.Kamp ta’ applikazzjoni u għan383.Prinċipji ġenerali384.Tipi ta’ awditi395.Ippjanar, tħejjija u twettiq ta’ awditu tal-FSMS396.Flessibbiltà427.It-triq ’il quddiem skont ir-riżultat tal-Awditu448.Xi gwida addizzjonali dwar l-awditjar tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel44APPENDIĊI 1:Ħarsa ġenerali lejn is-sistemi għall-immaniġġar tas-sikurezza tal-ikel għal attivitajiet għajr il-produzzjoni primarja u attivitajiet assoċjati46APPENDIĊI 2:Eżempju ta’ analiżi tal-perikli – proċedura (semikwantitattiva) ta’ valutazzjoni tar-riskju47APPENDIĊI 3:Eżempju ta’ indikaturi tal-għodda għall-valutazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel50APPENDIĊI 4A:Eżempju ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex jiġu identifikati l-punti kritiċi ta’ kontroll (CCP)52APPENDIĊI 4B:Eżempju ta’ ġerarkija ssimplifikata tad-deċiżjonijiet53APPENDIĊI 5:Paragun ta’ GHP, OPRP U CCP54APPENDIĊI 6:Eżempju ta’ ittra ta’ komunikazzjoni55APPENDIĊI 7:Eżempju ta’ lista ta’ kontroll tal-HACCP56

    Appendiċi 5

    Paragun ta’ GHP, OPRP u CCP

    Tip ta’ Miżura ta’ kontroll

    GHP

    OPRP

    CCP

    Ambitu

    Miżuri relatati mal-ħolqien tal-ambjent għal ikel sikur: miżuri li għandhom impatt fuq l-adegwatezza u fuq is-sikurezza tal-ikel

    Miżuri relatati mal-ambjent u/jew mal-prodott (jew taħlita ta’ miżuri) għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni, jew għall-prevenzjoni, għall-eliminazzjoni jew għat-tnaqqis tal-perikli għal limitu aċċettabbli fil-prodott finali.

    Dawn il-miżuri jiġu implimentati wara l-implimentazzjoni tal-GHP.

    Relazzjoni mal-perikli

    Mhux speċifiċi għal xi periklu

    Speċifiċi għal kull periklu jew grupp ta’ perikli

    Determinazzjoni

    Żvilupp ibbażat fuq:

    Esperjenza,

    Dokumenti ta’ referenza (gwidi, pubblikazzjonijiet xjentifiċi),

    Ikkonfermat mill-analiżi tal-perikli.

    Abbażi tal-analiżi tal-perikli li tqis il-GHP.

    Is-CCP u l-OPRP huma speċifiċi għall-prodott u/jew għall-proċess

    Validazzjoni

    Mhux neċessarjament issir minn FBO.

    (jiġifieri: il-manifattur tal-prodotti tat-tindif ivvalida l-effiċjenza tal-prodott u ddetermina l-ispettru u l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-prodott – l-FBO għandu jsegwi l-istruzzjonijiet u jżomm l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodott)

    Għandha titwettaq validazzjoni

    (f’xi każijiet, il-gwidi għal prattika tajba jipprovdu gwida dwar metodoloġija ta’ validazzjoni jew jagħtu limiti kritiċi vvalidati)

    Kriterji

    /

    Kriterji li jistgħu jitkejlu jew jiġu osservati

    Kriterji li jistgħu jitkejlu jew jiġu osservati

    Monitoraġġ

    Fejn rilevanti u fattibbli

    Frekwenza ddeterminata mill-probabbiltà u mis-severità tal-falliment

    Il-frekwenza tippermetti l-identifikazzjoni f’ħin reali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità tal-limiti kritiċi

    Devjazzjoni: azzjonijiet korrettivi

    Azzjonijiet korrettivi dwar il-proċess

    L-azzjonijiet korrettivi dwar il-prodott fil-biċċa l-kbira ma humiex meħtieġa iżda għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ

    Azzjonijiet korrettivi dwar il-proċess

    Azzjonijiet possibbli ta’ korrezzjoni dwar il-prodott (fuq bażi ta’ każ b’każ)

    Rekords miżmuma

    Azzjonijiet korrettivi ddeterminati minn qabel dwar il-prodott

    L-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex jerġa’ jsir il-kontroll u biex tiġi evitata l-okkorrenza mill-ġdid fuq il-proċess

    Rekords miżmuma

    Verifika

    Verifika skedata tal-implimentazzjoni fejn xieraq

    Verifika skedata tal-implimentazzjoni, verifika tal-kisba tal-kontroll tal-periklu ppjanat

    Appendiċi 6

    Eżempju ta’ ittra ta’ komunikazzjoni

    [Isem l-Operatur ta’ Negozju tal-Ikel]

    [Data]

    [Indirizz]

    [Kodiċi postali]

    [Attività tal-istabbiliment li għandu jiġi awditjat]

    Pjan tal-Awditu

    Għażiż(a) [Isem il-kuntatt tal-FBO]

    Bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta’ [isem l-Awtorità Kompetenti] biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Operatur tan-Negozju tal-Ikel mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, speċjalment ir-Regolamenti (KE) 852/2004, 853/2004 u 178/2002, qed nikteb biex nikkonferma li tim tal-awditjar se jwettaq awditu tal-FSMS fuq il-post tal-istabbiliment tiegħek fi [jum, xahar, sena].

    L-awditu jibda fi [ħin]. Għandek tkun taf li t-tul tal-awditu jista’ jvarja skont is-sejbiet. Madankollu, tista’ ssib l-iskeda mistennija hawn taħt.

    Ikun utli jekk tkun tista’ tiżgura li l-membri rilevanti tat-tim tiegħek ikunu disponibbli matul iż-żjara tal-awditjar. Se jkollok bżonn ukoll tagħmel disponibbli dokumentazzjoni relatata mal-proċeduri tiegħek ibbażati fuq l-HACCP.

    OBJETTIVI TAL-AWDITJAR

    Biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati jikkonformawx mal-FSMS tiegħek u mar-regoli relatati,

    Biex tiġi evalwata l-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli

    Biex jiġi vverifikat jekk dawn l-FSMS humiex qed joperaw b’mod effettiv.

    AMBITU TAL-AWDITJAR

    L-awditu tal-awditjar se jinkludi valutazzjonijiet skont il-kategoriji li ġejjin:

    Perikli potenzjali (mikrobijoloġiċi, kimiċi u fiżiċi).

    Kundizzjonijiet iġjeniċi u t-tip ta’ proċess imwettaq.

    Prattiki ta’ iġjene tajba u PRP oħra, inklużi: tindif u sanità, manutenzjoni, kontroll tal-pesti, kontroll tal-fornituri, taħriġ tal-persunal, traċċabbiltà u rtirar, kontrolli tat-temperatura, eċċ.

    Proċeduri bbażati fuq l-HACCP fis-seħħ.

    AWDITUR

    [isem l-awditur]

    [isem l-awditur]

    SKEDA TA’ ŻMIEN

    Ħin totali mistenni: X sigħat.

    Laqgħa tal-ftuħ

    X min

    Rieżami tad-dokumenti

    X- h

    Żjarat fuq il-post

    X- h

    Laqgħa ta’ għeluq

    X- min

    Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-awditu ppjanat, jekk jogħġbok ikkuntattjani fuq [indirizz u telefown tal-Awtorità Kompetenti]

    Dejjem tiegħek

    [Isem u firma tal-awditur prinċipali]

    Appendiċi 7

    Eżempju ta’ lista ta’ kontroll tal-HACCP

    DOKUMENT

    IVA

    LE

    KUMMENTI

    PREREKWIŻITI

     

     

     

    Hemm pjan effettiv tal-GHP li jirfed il-Pjan tal-HACCP?

     

     

     

    TIM TAL-HACCP

     

     

     

    Inħatar Koordinatur tal-HACCP?

     

     

     

    Intgħażel Tim tal-HACCP?

     

     

     

    L-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-esperjenza tat-tim hija disponibbli u hija xierqa?

     

     

     

    Qed jintużaw riżorsi esterni biex jiżdied l-għarfien tal-ħiliet u/jew biex jiżdiedu l-ħiliet?)

     

     

     

    PRODOTT

     

     

     

    Ġiet ippreparata deskrizzjoni tal-prodott/speċifikazzjoni tal-prodott għal kull prodott?

     

     

     

    Ġie speċifikat l-użu maħsub?

     

     

     

    L-FBO jista’ jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-passi differenti f’din il-produzzjoni (pereżempju permezz ta’ dijagramma sekwenzjali)?

     

     

     

    Id-dijagramma sekwenzjali (jew il-ħarsa ġenerali msemmija hawn fuq) hija sħiħa u tikkorrispondi għas-sitwazzjoni fuq il-post tax-xogħol?

     

     

     

    PRINĊIPJU 1 - ANALIŻI TAL-PERIKLI

     

     

     

    Il-perikli bijoloġiċi, kimiċi jew fiżiċi kollha li huma raġonevolment probabbli li jseħħu ġew identifikati u deskritti b’mod korrett f’kull pass?

     

     

     

    Dawn il-perikli ġew ivvalutati għas-sinifikanza?

     

     

     

    Ġew żviluppati u implimentati miżuri ta’ kontroll ivvalidati għall-kontroll ta’ dawk il-perikli f’kull pass fejn jiġu identifikati jew f’passi sussegwenti? Huma stabbiliti fuq il-kawża tal-perikli?

     

     

     

    Fejn l-analiżi tal-perikli tindika li l-GHP huma suffiċjenti biex jikkontrollaw il-perikli, din titqies bħala sodisfaċenti?

     

     

     

    Ġew identifikati programmi prerekwiżiti operazzjonali?

     

     

     

    PRINĊIPJU 2 – DETERMINAZZJONI TAL-PUNTI KRITIĊI TA’ KONTROLL

     

     

     

    Il-Punti Kritiċi ta’ Kontroll (u potenzjalment l-OPRPs) għal kull periklu sinifikanti ġew identifikati b’mod ċar?

     

     

     

    Il-Punti Kritiċi ta’ Kontroll (u potenzjalment l-OPRPs) huma raġonevoli u ġustifikabbli, abbażi ta’ analiżi tar-riskju?

     

     

     

    L-istruzzjonijiet ta’ ħidma tlestew għal kull Punt Kritiku ta’ Kontroll (u potenzjalment l-OPRPs)?

     

     

     

    L-eżitu tal-analiżi tal-perikli u d-determinazzjoni tas-CCP huwa sodisfaċenti (GHP, OPRP u CCP xierqa, jekk applikabbli)?

     

     

     

    PRINĊIPJU 3 - LIMITI KRITIĊI

     

     

     

    Ġew stabbiliti limiti kritiċi/kriterji ta’ azzjoni għal kull Punt ta’ Kontroll Kritiku/OPRPs? Ġew stabbiliti livelli fil-mira?

     

     

     

    Ir-relazzjoni bejn il-miżura ta’ kontroll u l-kriterji kritiċi ta’ limitu / azzjoni hija korretta?

     

     

     

    Huma appoġġati minn evidenza dokumentata? (Leġiżlazzjoni, evidenza sperimentali, riżultati ppubblikati jew referenzi oħra)

     

     

     

    PRINĊIPJU 4 - PROĊEDURI TA’ MONITORAĠĠ

     

     

     

    Hemm fis-seħħ proċeduri ta’ monitoraġġ għall-Punti Kritiċi ta’ Kontroll/OPRPs kollha?

     

     

     

    Il-proċeduri ta’ monitoraġġ jispeċifikaw xiex, meta, kif, fejn u min hija l-persuna/persunal responsabbli?

     

     

     

    Il-frekwenza tal-monitoraġġ hija suffiċjenti? Jippermettu li jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi f’ħin reali?

     

     

     

    Ir-rekords ta’ monitoraġġ jinżammu u jiġu rieżaminati mill-persuna/persunal responsabbli?

     

     

     

    Il-membri tal-persunal juru taħriġ suffiċjenti biex iwettqu l-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ?

     

     

     

    PRINĊIPJU 5 - AZZJONIJIET KORRETTIVI

     

     

     

    Ġew żviluppati azzjonijiet korrettivi għal kull punt kritiku ta’ kontroll?

     

     

     

    L-azzjonijiet korrettivi jiżguraw li s-CCP/ OPRPs jiġu kkontrollati?

     

     

     

    L-azzjonijiet korrettivi ġew applikati b’mod effettiv?

     

     

     

    L-azzjonijiet korrettivi jkopru l-prodott, il-proċess u l-miżuri korrettivi jipprevjenu r-rikorrenza?

     

     

     

    L-azzjonijiet korrettivi jiġu implimentati jekk ikun meħtieġ?

     

     

     

    PRINĊIPJU 6 - PROĊEDURI TA’ VERIFIKA

     

     

     

    Ġew stabbiliti proċeduri ta’ verifika biex jintwera li l-programm tal-HACCP huwa effettiv?

    Rieżami tar-rekords

    Osservazzjoni diretta

    Analiżi mikrobijoloġika, fiżika u/jew kimika

    Awditi interni u esterni

    Maniġment tal-ilmenti

    Oħrajn

     

     

     

    Ġew ivvalidati l-limiti kritiċi? Kif?

     

     

     

    L-attivitajiet ta’ verifika juru li s-CCP huma taħt kontroll?

     

     

     

    L-attivitajiet ta’ verifika juru li l-programm tal-HACCP huwa effettiv?

     

     

     

    Il-Pjan tal-HACCP ġie evalwat mill-ġdid u mmodifikat meta ntwera li ma kienx suffiċjenti?

     

     

     

    Il-Pjan tal-HACCP ġie evalwat mill-ġdid kull meta nbidlet il-materja prima, il-metodi u/jew il-formuli tal-prodott?

     

     

     

    PRINĊIPJU 7 - ŻAMMA TA’ REKORDS

     

     

     

    Inżammu rekords għall-validazzjoni tal-limiti kritiċi kollha?

     

     

     

    Inżammu rekords għall-proċeduri kollha ta’ monitoraġġ?

     

     

     

    Inżammu rekords għall-azzjonijiet korrettivi kollha?

     

     

     

    Inżammu rekords tal-attivitajiet kollha ta’ verifika tal-HACCP?

     

     

     

    Ir-rekords jinżammu sakemm ikun meħtieġ?

     

     

     

    Ir-rekords ġew iffirmati u vverifikati?

     

     

     

    Ir-rekords huma konsistenti mal-valuri reali osservati mill-awditur matul l-awditu?

     

     

     

    PJAN TAL-HACCP

     

     

     

    Hemm pjan jew pjanijiet tal-HACCP għal kull tip jew għal kull grupp ta’ prodotti?

     

     

     

    Il-pjan(ijiet) tal-HACCP bil-miktub huwa/huma implimentat(i) b’mod effettiv?

     

     

     

    Il-pjan huwa datat u ffirmat?

     

     

     


    (1)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1)

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51)

    (3)  ĠU C 361, 25.10.2017, p. 1.

    (4)  http://www.who.int/foodsafety/publications/micro/MRA17.pdf

    (5)  Wara “De Boeck E., Jacxsens L., Bollaerts M. u Vlerick P. (2015). Food safety climate in food processing organizations: Development and validation of a self-assessment tool.” Trends in Food Science and Technology, 46, 242-251.


    Top