Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0812(02)

    Avviż ta’ informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Georgia 2022/C 307/09

    PUB/2022/1016

    ĠU C 307, 12.8.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 307/15


    AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

    Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Georgia

    (2022/C 307/09)

    Fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, u l-Georgia (1), qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala indikazzjoni ġeografika, tal-ismijiet Georgjani stabbiliti hawn taħt.

    Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.

    Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku:

    AGRI-G4-GI@ec.europa.eu

    Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li:

    (a)

    il-protezzjoni tal-isem propost toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tiżvija lil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

    (b)

    l-isem propost ikun kompletament jew parzjalment omonimu mal-isem ta’ prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2), jew mal-isem ta’ nbid diġà protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (3), jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn pajjiżi mhux tal-UE protetti fl-UE skont ftehimiet bilaterali/multilaterali disponibbli pubblikament fl-indirizz li ġej:

     

    https://www.tmdn.org/giview/

    (c)

    fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, il-protezzjoni tal-isem propost x’aktarx li tiżvija lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

    (d)

    il-protezzjoni tal-isem tipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku, l-eżistenza ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

    (e)

    jew jekk l-opponenti jistgħu jagħtu dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

    Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ din il-proċedura, kif ukoll għall-att legali li jsegwi u li jżid dawn l-ismijiet mal-Ftehim imsemmi hawn fuq.

    Lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Georgia li jridu jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti agrikoli, l-oġġetti tal-ikel u inbejjed (4)

    L-isem tal-prodott li qed jiġi protett f’ittri Georgjani

    Traskrizzjoni fil-karattri Latini

    Tip ta’ prodott

    სალხინოს ოჯალეში

    Salkhino Ojaleshi

    Inbid

    წარაფი

    Tsarapi

    Inbid

    ახმეტა / ახმეტის მწვანე

    Akhmeta / Akhmetis Mtsvane

    Inbid

    ახოები

    Akhoebi

    Inbid

    ბოლნისი

    Bolnisi

    Inbid

    ნინოწმინდის თაფლი

    Ninotsminda Taphli

    Għasel


    (1)  ĠU L 261,30.8.2014, p. 4.

    (2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (4)  Lista pprovduta mill-awtoritajiet tal-Georgia.


    Top