Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0530(03)

    Pubblikazzjoni ta’ estratt ta’ deċiżjoni ta’ stralċ skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE al-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Falliment ta’ Amsterdam Trade Bank N.V. 2022/C 211/08

    PUB/2022/564

    ĠU C 211, 30.5.2022, p. 96–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/96


    Pubblikazzjoni ta’ estratt ta’ deċiżjoni ta’ stralċ skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE al-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Falliment ta’ Amsterdam Trade Bank N.V.

    (2022/C 211/08)

    Il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam iddikjarat lil Amsterdam Trade Bank N.V. (“ATB”), li qed jinnegozja wkoll bl-ismijiet ATBANK, ATBConnect, ATBSavings, FIBR u FIBR Bank, irreġistrat mal-Kamra tal-Kummerċ bin-numru 33260432, bħala fallut fit-22 ta’ April 2022 (F.13/22/77) skont l-Artikolu 212h et seq. tal-Att Olandiż dwar il-Falliment. Amsterdam Trade Bank N.V. għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Strawinskylaan 1939 (1077XX) f’Amsterdam. Il-Qorti ħatret lil C.H. Rombouts bħala mħallef superviżorju. A. van Hees u J.E.P.A. van Hooff, PO Box 75640 (1070 AP) Amsterdam, in-Netherlands, inħatru bħala fiduċjarji tal-falliment tal-Amsterdam Trade Bank N.V. Jekk ma jkunx hemm eċċezzjonijiet, il-liġi Netherlandiża tapplika għall-proċeduri tal-falliment. De Nederlandsche Bank N.V. hija s-superviżur kompetenti. Il-fiduċjarji tal-falliment jikkuntattjaw lill-kredituri magħrufa kollha. Jekk int kreditur ta’ ATB u għandek xi mistoqsijiet speċifiċi oħra fir-rigward tal-falliment, ikkuntattja lill-uffiċċju tal-informazzjoni tal-fiduċjarji tal-falliment permezz tal-email fuq infoatb@stibbe.com.


    Top