Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0408(02)

    Il-lista tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li tikkonċerna l-Artikoli 15(2), 17(8) u 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda ta’ Fuq li tikkonċerna l-Artikolu 17(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 f’konformità mal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 2022/C 154/06

    PUB/2022/353

    ĠU C 154, 8.4.2022, p. 10–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 154/10


    Il-lista tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li tikkonċerna l-Artikoli 15(2), 17(8) u 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda ta’ Fuq li tikkonċerna l-Artikolu 17(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 f’konformità mal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    (2022/C 154/06)

    Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (1). L-awtoritajiet kompetenti ġew innotifikati f’konformità mal-artikoli li ġejjin ta’ dak ir-Regolament:

    a)

    L-Artikolu 15(1): L-esportazzjoni tal-qabdiet li jkunu saru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom ikunu soġġetti għall-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, kif stabbilit fl-Artikolu 12(4), jekk dan ikun meħtieġ fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20(4).

    L-Artikolu 15(2): L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qabda msemmijin fil-paragrafu 1.

    b)

    L-Artikolu 17(8): L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-iċċekkjar u l-verifiki taċ-ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 16 u l-paragrafi (1) sa (6) ta’ dan l-Artikolu.

    c)

    L-Artikolu 21(3): L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-validazzjoni u l-verifika tat-taqsima “riesportazzjoni” taċ-ċertifikati tal-qabda f’konformità mal-proċedura definita fl-Artikolu 15.

    Stat Membru

    Awtoritajiet kompetenti

    Il-Belġju

    (a), (b), (c):

    Vlaamse Overheid; Dienst Zeevisserij (Il-Gvern Fjamming; l-Aġenzija għall-Agrikoltura u s-Sajd, l-Awtorità għas-Sajd Marittimu)

    Il-Bulgarija

    (a), (b), (c):

    Изпълнителна Aгенция по Pибарство и Aквакултури (L-Aġenzija Nazzjonali għas-Sajd u l-Akkwakultura)

    Iċ-Ċekja

    (a):

    mhux applikabbli

    (b), (c):

    Celní úřad pro Středočeský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun tal-Bohemia Ċentrali)

    Celní úřad pro hlavní město Prahu (L-Uffiċċju Doganali tal-Belt Kapitali Praga)

    Celní úřad Praha Ruzyně (L-Uffiċċju Doganali ta’ Praga Ruzyně)

    Celní úřad pro Jihočeský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Bohemia)

    Celní úřad pro Plzeňský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Pilsen)

    Celní úřad pro Karlovarský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Karlovy Vary)

    Celní úřad pro Ústecký kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Ústí nad Labem)

    Celní úřad pro Liberecký kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Liberec)

    Celní úřad pro Královéhradecký kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Hradec Králové)

    Celní úřad pro Pardubický kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Pardubice)

    Celní úřad pro Kraj Vysočina (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Vysočina)

    Celní úřad pro Jihomoravský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Moravia)

    Celní úřad pro Olomoucký kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Olomouc)

    Celní úřad pro Moravskoslezský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun tas-Silesia Moraviana)

    Celní úřad pro Zlínský kraj (L-Uffiċċju Doganali tar-Reġjun ta’ Zlín)

    Id-Danimarka

    (a):

    Fiskerisktyrelsen (L-Aġenzija Daniża tas-Sajd)

    (b):

    Fiskerisktyrelsen – kun direkte landinger (L-Aġenzija Daniża tas-Sajd — il-ħatt dirett biss)

    Fødevarestyrelsen – anden import (L-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża – importazzjonijiet oħra)

    (c):

    Fødevarestyrelsen (L-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża)

    Il-Ġermanja

    (a), (b), (c):

    Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (L-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel)

    L-Estonja

    (a):

    Veterinaar- ja Toiduamet Kalapüügikorralduse büroo (L-Uffiċċju Regolatorju tas-Sajd tal-Bord Veterinarju u Alimentari)

    (b):

    Maksu-ja Tolliamet; Veterinaar-ja Toiduamet; Keskkonnaministeerium (Il-Bord tat-Taxxa u Doganali Estonjan; il-Bord Veterinarju u Alimentari; il-Ministeru għall-Ambjent)

    (c):

    Maksu-ja Tolliamet (Il-Bord tat-Taxxa u Doganali Estonjan)

    L-Irlanda

    (a), (b), (c):

    The Sea Fisheries Protection Authority (L-Awtorità għall-Protezzjoni tas-Sajd Marittimu)

    Il-Greċja

    (a):

    Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Γενική Διεύθυνση Αλιείας, Διεύθυνση Ελέγχου Αλιευτικών Δραστηριοτήτων και Προϊόντων, Τμήμα Καταπολέμησης Παράνομης, Λαθραίας και Άναρχης Αλιείας (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd, id-Direttorat għall-Kontroll tal-Attivitajiet u l-Prodotti tas-Sajd, id-Dipartiment tas-sajd IUU)

    (b), (c):

    Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Γενική Διεύθυνση Αλιείας, Διεύθυνση Ελέγχου Αλιευτικών Δραστηριοτήτων και Προϊόντων, Τμήμα Καταπολέμησης Παράνομης, Λαθραίας και Άναρχης Αλιείας (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd, id-Direttorat għall-Kontroll tal-Attivitajiet u l-Prodotti tas-Sajd, id-Dipartiment tas-sajd IUU)

    Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Γενική Διεύθυνση Αλιείας, Διεύθυνση Ελέγχου Αλιευτικών Δραστηριοτήτων και Προϊόντων, Τμήμα Καταπολέμησης Παράνομης, Λαθραίας και Άναρχης Αλιείας, Γραφείο Ελέγχου Αλιευτικών Προϊόντων (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd, id-Direttorat għall-Kontroll tal-Attivitajiet u l-Prodotti tas-Sajd, id-Dipartiment tas-sajd IUU, l-Unità tal-Kontroll tal-Prodotti tas-Sajd – li tinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni)

    Spanja

    (a), (b), (c):

    MINISTERIO DE AGRICULTURA, PESCA Y ALIMENTACIÓN SECRETARÍA GENERAL DE PESCA

    Dirección General de Ordenación Pesquera y Acuicultura Subdirección General de Control e Inspección (Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, is-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kontroll u l-Ispezzjoni)

    Franza

    (a):

    Les directions départementales des territoires et de la mer – délégations à la mer et au littoral; direction de la mer Guadeloupe; direction de la mer Martinique; direction de la mer Guyane; direction de la mer Sud Océan Indien (Id-Direttorati Dipartimentali għat-territorji u l-baħar – id-Delegazzjonijiet għall-baħar u l-kosta; id-Direttorat għall-baħar ta’ Guadeloupe; id-Direttorat għall-baħar ta’ Martinique; id-Direttorat għall-baħar tal-Guyana Franċiża; id-Direttorat għall-baħar tan-Nofsinhar tal-Oċean Indjan)

    Le Centre national de surveillance des pêches (Iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Sorveljanza tas-Sajd)

    (b):

    Les bureaux de douane des directions régionales (L-Uffiċċji Doganali tad-Direttorati Reġjonali)

    La Direction des Pêches Maritimes et de l’Aquaculture (Id-Direttorat għas-Sajd Marittimu u l-Akkwakultura)

    (c):

    Les bureaux de douane des directions régionales (L-Uffiċċji Doganali tad-Direttorati Reġjonali)

    Il-Kroazja

    (a):

    Ministarstvo poljoprivrede; Uprava ribarstva (Il-Ministeru għall-Agrikoltura; id-Direttorat għas-Sajd)

    (b), (c):

    Ministarstvo financija; Carinska uprava (Il-Ministeru għall-Finanzi; is-Servizz Doganali)

    L-Italja

    (a), (c):

    Autorità Marittime (Guardia Costiera) (L-Awtorità Marittima (il-Gwardja Kostali))

    (b):

    Agenzia delle Dogane (L-Aġenzija Doganali)

    Ministero della Salute (Il-Ministeru għas-Saħħa)

    Ċipru

    (a), (b), (c):

    Υπουργείο Γεωργίας, Αγροτικής Ανάπτυξης και Περιβάλλοντος; Τμήματος Αλιείας και Θαλασσίων Ερευνών (Il-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent; id-Dipartiment għas-Sajd u r-Riċerka Marina)

    Il-Latvja

    (a):

    Zemkopības ministrijas Zivsaimniecības departaments (Il-Ministeru għall-Agrikoltura; id-Dipartiment għas-Sajd)

    (b):

    Nozvejas sertifikātu pārbaudes un verifikācijas procedūras (għall-proċeduri tal-iċċekkjar u tal-verifika taċ-ċertifikati tal-qabda):

    Valsts vides dienesta Zvejas kontroles departaments (Is-Servizz Ambjentali tal-Istat; id-Dipartiment għall-Kontroll tas-Sajd);

    Muitas kontroles (għall-kontroll doganali):

    Valsts ieņēmumu dienesta Muitas pārvalde (Il-Bord Doganali Nazzjonali; is-Servizz tad-Dħul tal-Istat).

    (c):

    Valsts vides dienesta Zvejas kontroles departaments (Is-Servizz Ambjentali tal-Istat; id-Dipartiment għall-Kontroll tas-Sajd).

    Il-Litwanja

    (a):

    Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos (Is-Servizz għas-Sajd taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-Repubblika tal-Litwanja)

    (b), (c):

    Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Id-Dipartiment Doganali taħt il-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja)

    Il-Lussemburgu

    (a):

    mhux applikabbli

    (b), (c):

    Administration des services vétérinaires (L-Amministrazzjoni għas-Servizzi Veterinarji)

    L-Ungerija

    (a):

    mhux applikabbli

    (b), (c):

    Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal (L-Uffiċċju Nazzjonali għas-Sikurezza tal-Katina Alimentari)

    Malta

    (a), (b), (c):

    Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura; Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u l-bidla fil-klima (Department of Fisheries and Aquaculture; Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change)

    In-Netherlands

    (a), (c):

    Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit (L-Awtorità tan-Netherlands għas-Sikurezza tal-Prodotti tal-Ikel u tal-Konsumatur)

    (b):

    Douane (Id-Dipartiment Doganali)

    Nederlandse Voedsel - en Warenautoriteit (L-Awtorità tan-Netherlands għas-Sikurezza tal-Prodotti tal-Ikel u tal-Konsumatur)

    L-Awstrija

    (a):

    mhux applikabbli

    (b), (c):

    L-Uffiċċju Federali għas-Sikurezza Alimentari (Bundesamt für Ernährungssicherheit).

    Il-Polonja

    (a):

    Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi – Departament Rybołówstwa (Il-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; id-Dipartiment għas-Sajd)

    (b):

     

    w przypadku importu drogą lądową i lotniczą (fil-każ ta’ importazzjonijiet bit-triq jew bl-ajru):

    Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi – Departament Rybołówstwa (Il-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; id-Dipartiment għas-Sajd)

     

    w przypadku importu drogą morską (fil-każ ta’ importazzjonijiet bil-baħar):

    Główny Inspektorat Rybołówstwa Morskiego Ośrodek Zamiejscowy w Gdyni (Iċ-Ċentru Reġjonali Ewlieni tal-Ispettorat tas-Sajd Marittimu fi Gdynia)

    Główny Inspektorat Rybołówstwa Morskiego Ośrodek Zamiejscowy w Szczecinie (Iċ-Ċentru Reġjonali Ewlieni tal-Ispettorat tas-Sajd Marittimu f’Szczecin)

    (c):

    Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi – Departament Rybołówstwa (Il-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; id-Dipartiment għas-Sajd) Główny Inspektorat Rybołówstwa Morskiego Ośrodek Zamiejscowy w Gdyni (Iċ-Ċentru Reġjonali Ewlieni tal-Ispettorat tas-Sajd Marittimu fi Gdynia)

    Główny Inspektorat Rybołówstwa Morskiego Ośrodek Zamiejscowy w Szczecinie (Iċ-Ċentru Reġjonali Ewlieni tal-Ispettorat tas-Sajd Marittimu f’Szczecin)

    Il-Portugall

    (a), (c):

    Continente: Direção-Geral de Recursos Naturais, Segurança e Serviços Marítimos; Autoridade Nacional de Pesca (il-Portugall Kontinentali: id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Naturali, is-Sigurtà u s-Servizzi Marittimi; l-Awtorità Nazzjonali għas-Sajd)

    Açores: Secretaria Regional do Ambiente e do Mar; Gabinete do Subsecrechotário Regional das Pescas (l-Azores: is-Segretarjat Reġjonali għall-Ambjent u l-Baħar; l-Uffiċċju Reġjonali tas-Sottosegretarju għas-Sajd)

    Açores: Inspeção Regional das Pescas (l-Azores: l-Ispettorat għas-Sajd Reġjonali)

    Madeira: Direção Regional de Pescas (Madeira: id-Direttorat Reġjonali għas-Sajd)

    (b):

    Continente: Direção-Geral de Recursos Naturais, Segurança e Serviços Marítimos; Autoridade Nacional de Pesca; Direção de Serviços de inspeção (il-Portugall Kontinentali: id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Naturali, is-Sigurtà u s-Servizzi Marittimi; l-Awtorità Nazzjonali għas-Sajd; id-Direttorat għas-Servizzi ta’ Spezzjoni)

    Açores: Direcção Regional das Pescas (l-Azores: id-Direttorat għas-Sajd)

    Madeira: Direção Regional de Pescas (Madeira: id-Direttorat Reġjonali għas-Sajd)

    Alfândega de Viana do Castelo (L-Uffiċċju Doganali ta’ Viana do Castelo)

    Alfândega de Leixões (L-Uffiċċju Doganali ta’ Leixões)

    Alfândega do Aeroporto do Porto (L-Uffiċċju Doganali tal-Ajruport ta’ Porto)

    Alfândega de Aveiro (L-Uffiċċju Doganali ta’ Aveiro)

    Alfândega de Peniche (L-Uffiċċju Doganali ta’ Peniche)

    Alfândega Marítima de Lisboa (L-Uffiċċju Doganali Marittimu ta’ Lisbona)

    Alfândega do Aeroporto de Lisboa (L-Uffiċċju Doganali tal-Ajruport ta’ Lisbona)

    Alfândega de Setúbal (L-Uffiċċju Doganali ta’ Setúbal)

    Delegação Aduaneira de Sines; Alfândega de Setúbal (Id-Delegazzjoni Doganali ta’ Sines, l-Uffiċċju Doganali ta’ Setúbal)

    Delegação Aduaneira do Aeroporto de Faro (Id-Delegazzjoni Doganali tal-Ajruport ta’ Faro)

    Alfândega de Ponta Delgada (L-Uffiċċju Doganali ta’ Ponta Delgada)

    Delegação Aduaneira da Horta (Id-Delegazzjoni Doganali ta’ Horta)

    Alfândega do Funchal (L-Uffiċċju Doganali ta’ Funchal)

    Delegação Aduaneira do Aeroporto da Madeira (Id-Delegazzjoni Doganali tal-Ajruport ta’ Madeira)

    Ir-Rumanija

    (a), (b), (c):

    Agenția Națională pentru Pescuit și Acvacultură (L-Aġenzija Nazzjonali għas-Sajd u l-Akkwakultura)

    Is-Slovenja

    (a):

    Finančni urad Koper (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Koper)

    (b), (c):

    Finančni urad Celje (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Celje)

    Finančni urad Koper (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Koper)

    Finančni urad Kranj (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Kranj)

    Finančni urad Ljubljana (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Ljubljana)

    Finančni urad Maribor (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Maribor)

    Finančni urad Murska Sobota (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Murska Sobota)

    Finančni urad Nova Gorica (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Nova Gorica)

    Finančni urad Novo mesto (L-Uffiċċju Finanzjarju ta’ Novo Mesto)

    Is-Slovakkja

    (a):

    mhux applikabbli

    (b), (c):

    Štátna veterinárna a potravinová správa Slovenskej republiky (L-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari tal-Istat tar-Repubblika Slovakka)

    Il-Finlandja

    (a), (b), (c):

    Varsinais-Suomen elinkeino-, liikenne- ja ympäristökeskus (Iċ-Ċentru għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent tal-Lbiċ tal-Finlandja)

    L-Iżvezja

    (a), (b), (c):

    Havs- och vattenmyndigheten (L-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Baħar u tal-Ilma)

    Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda ta’ Fuq li tikkonċerna l-Artikolu 17(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u f’konformità mal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    L-awtoritajiet kompetenti għall-iċċekkjar u għall-verifiki taċ-ċertifikati tal-qabda f’konformità mal-Artikolu 16 u l-paragrafi (1) sa (6) tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008

    L-Irlanda ta’ Fuq

    Department for Agriculture, the Environment and Rural Affairs (Id-Dipartiment għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Affarijiet Rurali)

    UK Port Health Authorities (L-Awtoritajiet Portwarji għas-Saħħa tar-Renju Unit): Belfast, Warrenpoint, Larne u Foyle


    (1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


    Top