Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0124(01)

Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3)(b) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra Akkumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi l-oħra tal-Afrika tal-Punent, Stati oħra tal-AKP u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim bejn il-Ghana u l-UE 2022/C 35/02

PUB/2022/17

ĠU C 35, 24.1.2022, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/10


Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3)(b) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

Akkumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi l-oħra tal-Afrika tal-Punent, Stati oħra tal-AKP u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim bejn il-Ghana u l-UE

(2022/C 35/02)

L-Artikolu 7(1) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim (“l-FSE”) bejn il-Ghana u l-Unjoni Ewropea (l-“Unjoni”) (1), jippermetti lill-esportaturi fl-Unjoni jikkunsidraw materjali li joriġinaw minn:

pajjiżi oħra tal-Afrika tal-Punent (2) li jibbenefikaw minn aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq tal-Unjoni;

Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) oħrajn li applikaw FSE mill-inqas fuq bażi proviżorja; jew

il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni (il-“PTEE”);

bħala materjali li joriġinaw fl-Unjoni meta jkunu inkorporati fi prodott manifatturat fl-Unjoni u esportat lejn il-Ghana fil-qafas tal-FSE, soġġett għal kundizzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 7.

L-Artikolu 7(2) tal-Protokoll 1 jippermetti lill-esportaturi fl-Unjoni jikkunsidraw il-ħidma jew l-ipproċessar imwettqa fi Stati oħra tal-AKP li jkunu applikaw FSE tal-inqas b’mod proviżorju jew fil-PTEE, bħala li jkun twettaq fl-Unjoni fuq prodott magħmul fl-Unjoni u esportat lejn il-Ghana fil-qafas tal-FSE, soġġett għal kundizzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 7.

L-Unjoni għandha ftehimiet jew arranġamenti li jipprevedu kooperazzjoni amministrattiva mal-Istati tal-AKP li japplikaw l-FSE, il-PTEE, u l-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent benefiċjarji mill-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-pajjiżi tal-UE, li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa. Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet dettalji ta’ tali ftehimiet jew arranġamenti lill-Ghana. Għalhekk, l-Unjoni ssodisfat ir-rekwiżiti amministrattivi indikati fl-Artikolu 7(3) tal-Protokoll 1.

L-akkumulazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tal-Protokoll 1 tista’ għalhekk tiġi applikata fl-Unjoni mill-1 ta’ Frar 2022, kif ġej:

L-akkumulazzjoni prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll 1 tista’ tiġi applikata mal-pajjiżi li ġejjin:

L-Istati AKP aderenti mal-FSE li japplikaw FSE:

Cariforum: Antigua u Barbuda; il-Commonwealth tal-Bahamas; Barbados; il-Belize; il-Commonwealth ta’ Dominica; ir-Repubblika Dominicana; Grenada; ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana; il-Ġamajka; Saint Kitts u Nevis; Saint Lucia; Saint Vincent u l-Grenadini; ir-Repubblika tas-Suriname u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago;

Ir-Reġjun tal-Afrika Ċentrali: ir-Repubblika tal-Kamerun;

Ir-Reġjun tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika: l-Unjoni ta’ Comoros, ir-Repubblika ta’ Madagascar; ir-Repubblika ta’ Mauritius; ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe;

Il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika: ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Eswatini, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tal-Mozambique, ir-Repubblika tan-Namibja, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel.

Ir-Reġjun tal-Paċifiku: l-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi , Samoa u l-Gżejjer Solomon.

Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Punent: il-Kosta tal-Avorju;

Il-PTEE:

Greenland, New Caledonia u d-Dipendenzi, il-Polineżja Franċiża, Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika; il-Gżejjer Wallis u Futuna, Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, Aruba, Bonaire, Curaçao, Saba, Sint Eustasius, u Sint Maarten.

L-akkumulazzjoni tal-oriġini prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Protokoll 1 tista’ tiġi applikata mal-pajjiżi li ġejjin, kif ukoll ma’ dawk elenkati hawn fuq:

Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Punent (pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP): il-Benin, il-Burkina Faso, Cabo Verde, il-Gambja, ir-Repubblika tal-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Liberja, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone u t-Togo.

L-avviż preżenti huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim bejn il-Ghana u l-UE.


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat tal-FSE stabbilit mill-Ftehim ta’Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, tal-20 ta’ Awwissu 2020 fuq l-adozzjoni tal-Protokoll Nru 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 350, 21.10.2020, p. 1).

(2)  Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Cabo Verde, il-Kosta tal-Avorju, il-Gambja, il-Guinea, il-Guinea Bissau, il-Liberja, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone u t-Togo.


Top