Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0448

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fir-rigward tal-inċova

    COM/2022/448 final

    Brussell, 9.9.2022

    COM(2022) 448 final

    2022/0268(NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fir-rigward tal-inċova


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u l-objettivi tal-proposta

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 1 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal stokkijiet tal-ħut għall-2022, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi matul il-perjodu li fih japplikaw biex jitqiesu l-aħħar pariri u żviluppi xjentifiċi.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

    Sussidjarjetà

    Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    Proporzjonalità

    Il-proposta talloka opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri skont l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd 2 . Skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu kif jistgħu jiġu allokati lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, f’konformità ma’ ċerti kriterji għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom il-marġni ta’ diskrezzjoni neċessarju meta jqassmu l-qabdiet totali permissibbli allokati (TACs), relatati mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom.

    Għażla tal-istrument

    Regolament tal-Kunsill.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli.

    Il-Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari permezz tal-Kunsilli Konsultattivi, u mal-Istati Membri dwar l-approċċ tagħha għall-proposti diversi tagħha dwar l-opportunitajiet tas-sajd annwali abbażi tal-Komunikazzjoni annwali tagħha Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2022 (disponibbli bl-Ingliż: Towards more sustainable fishing in the EU: state of play and orientations for 2022).

    It-tweġibiet tal-partijiet ikkonċernati għall-Komunikazzjoni annwali msemmija hawn fuq stabbilew il-fehmiet tagħhom dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-qagħda tar-riżorsi u dwar ir-rispons ta’ ġestjoni xieraq. Il-Kummissjoni qieset it-tweġibiet meta fasslet din il-proposta.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar il-metodoloġija li għandha tintuża. Il-parir xjentifiku tal-ICES huwa bbażat fuq qafas żviluppat mill-gruppi ta’ esperti tiegħu u mill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u maħruġ f’konformità mal-ftehim qafas ta’ sħubija tiegħu mal-Kummissjoni.

    Valutazzjoni tal-impatti

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 huwa ċirkoskritt mill-Artikolu 43(3) tat-TFUE.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Mhux applikabbli.

    Drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-miżuri proposti ma huma se jkollhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.

    5.ELEMENTI OĦRA

    L-inċova (Engraulis encrasicolus) fid-diviżjoni 9a tal-ICES hija speċi b’ħajja qasira, bi fluttwazzjonijiet interannwali kbar fl-istokk u li għaliha s-sajd jiddependi ħafna mill-klassi tas-sena ta’ wara. Għalhekk, l-ICES jipprovdi parir xjentifiku f’Ġunju għall-perjodu ta’ ġestjoni mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Dan jiżgura li l-parir xjentifiku tal-ICES ikun ibbażat fuq l-aħjar valutazzjoni possibbli tar-reklutaġġ annwali ta’ din l-ispeċi b’ħajja qasira.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 3 , jistabbilixxi TAC proviżorja għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) 34.1.1 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022, sakemm jinħareġ il-parir xjentifiku tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, u jippermetti li s-sajd ikompli. It-TAC proviżorja ta’ 10 061 tunnellata hija bbażata fuq il-qabdiet fit-tielet trimestru tal-2021.

    Wara r-rilaxx tal-parir xjentifiku tal-ICES 4 għal dak l-istokk fis-17 ta’ Ġunju 2022, jenħtieġ li tiġi stabbilita t-TAC definittiva għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. Jenħtieġ li t-TAC tiġi stabbilita fil-livell ta’ 15 777 tunnellata, l-ammont indikat f’dak il-parir xjentifiku tal-ICES.

    2022/0268 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fir-rigward tal-inċova

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 5 jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

    (2)Ir-Regolament (UE) 2022/109, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 6 , jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) proviżorja għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) 34.1.1 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022, sakemm jinħareġ il-parir xjentifiku tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, u jippermetti li s-sajd ikompli. Wara l-ħruġ ta’ dak il-parir fis-17 ta’ Ġunju 2022, jenħtieġ li tiġi stabbilita t-TAC definittiva għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. It-TAC għandu jiġi stabbilit fil-livell ta’ 15 777 tunnellata indikat f’dak il-parir.

    (3)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/109 jiġi emendat skont dan.

    (4)Il-limitu tal-qbid għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Lulju 2022. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza ġuridika u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1
    Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109

    Ir-Regolament (UE) 2022/109 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2022.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).
    (2)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
    (3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 176, 1.7.2022, p. 5).
    (4)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.19447751  
    (5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).
    (6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 176, 1.7.2022, p. 5).
    Top

    Brussell, 9.9.2022

    COM(2022) 448 final

    ANNESS

    ta' [...]

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fir-rigward tal-inċova


    ANNESS

    Fil-Parti A tal-Anness IA tar-Regolament (UE) 2022/109, it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Speċi:

    Inċova

     

     

    Żona:

    Id-9 u l-10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

     

    Engraulis encrasicolus

     

     

    (ANE/9/3411)

     

    Spanja

     

    7 546

    (1)

    TAC prekawzjonarja

     

     

    Portugall

    8 231

    (1)

    Unjoni

    15 777

    (1)

    TAC

     

    15 777

    (1)

     

     

     

     

    (1)

    Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.”

    Top