This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10950
Prior notification of a concentration (Case M.10950 – OTPP / MAHINDRA / MSPL) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 405/13
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10950 – OTPP / MAHINDRA / MSPL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 405/13
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10950 – OTPP / MAHINDRA / MSPL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 405/13
PUB/2022/1325
ĠU C 405, 21.10.2022, p. 71–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 405/71 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.10950 – OTPP / MAHINDRA / MSPL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 405/13)
1.
Fil-11 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan (“OTPP”, il-Kanada), |
— |
Mahindra Holdings Limited (“Mahindra”, l-Indja), |
— |
Mahindra Susten Private Limited (“MSPL”, l-Indja). |
OTPP u Mahindra se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MSPL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
OTPP tamministra l-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjanijiet tal-pensjoni tal-għalliema fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario, |
— |
Mahindra hija attiva f’diversi setturi inklużi iżda mhux limitati għas-settur awtomobilistiku, tas-servizzi finanzjarji, tal-infrastruttura u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-MSPL huma s-sjieda, l-operat u l-iżvilupp ta’ proġetti u assi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija solari primarjament fl-Indja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.10950 – OTPP / MAHINDRA / MSPL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).