EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10937

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10937 - EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV) Każ kandidat għal proċedura simplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 471/10

PUB/2022/1543

ĠU C 471, 12.12.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10937 - EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV)

Każ kandidat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/10)

1.   

Fit-2 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EDF Deutschland GmbH (“EDF Deutschland”, il-Ġermanja), parti minn EDF Group (“EDF”, Franza),

HAzwei 3. Beteiligungsgesellschaft mbH (“HAzwei”, il-Ġermanja), parti minn E.ON Group (“E.ON”, il-Ġermanja),

Hypion Motion Neumünster GmbH & Co. KG, kumpanija maħluqa ġdida (“il-JV fil-Mira”, il-Ġermanja).

EDF Deutschland u HAzwei se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HAzwei għandha interessi azzjonisti għall-kumpanija prinċipali tagħha HAzwei GmbH, b’din tal-aħħar tkun attiva fl-iżvilupp ta’ proġetti li jikkonċernaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-idroġenu. L-attivitajiet ta’ E.ON huma ġeneralment iffukati fuq żewġ oqsma ewlenin tan-negozju: (i) networks tal-enerġija u (ii) soluzzjonijiet għall-klijenti (inklużi l-provvista tal-elettriċità u tal-gass lill-konsumaturi,

EDF hija prinċipalment attiva fi Franza u barra minnha fis-swieq tal-elettriċità, u, b’mod partikolari, fil-produzzjoni tal-elettriċità u l-provvista bl-ingrossa, il-kummerċ, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista lill-konsumaturi. Sa ċertu punt, EDF Group huwa wkoll attiv fil-provvista bl-ingrossa tal-gass u fil-provvista tas-servizzi tal-enerġija.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JV fil-Mira se jkunu x-xiri tal-idroġenu u l-bejgħ tiegħu permezz ta’ stazzjon tar-riforniment tal-idroġenu li jinsab f’Neumünster, fit-Tramuntana tal-Ġermanja.

4.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart jum wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10937 - EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top