EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10758

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10758 – EIM / BROOKFIELD / NIELSEN) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 243/11

PUB/2022/708

ĠU C 243, 27.6.2022, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/61


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10758 – EIM / BROOKFIELD / NIELSEN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 243/11)

1.   

Fl-20 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Elliott Investment Management L.P. (“EIM”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Brookfield Private Equity Holdings LLC (“BPEH”), ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, it-tnejn li huma l-Kanada),

Nielsen Holdings Plc (“Nielsen”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

EIM u BPEH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Nielsen kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BPEH: sussidjarja ta’ Brookfield, li tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-assi, iffukati fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli, u l-ekwità privata,

EIM: ditta ta’ investiment iffukata fuq attivitajiet ta’ ġestjoni tal-investimenti u tar-riskji

Nielsen: kumpanija tal-għarfien tal-udjenza globali, tad-data, u tal-analitika, li tipprovdi kejl tal-udjenza, ippjanar tal-media, ottimizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, u soluzzjonijiet ta’ metadata tal-kontenut.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10758 – EIM / BROOKFIELD / NIELSEN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top