Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10700

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10700 – HY24 / ENAGAS / ENAGAS RENOVABLE) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 201/11

    PUB/2022/517

    ĠU C 201, 18.5.2022, p. 94–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/94


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10700 – HY24 / ENAGAS / ENAGAS RENOVABLE)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 201/11)

    1.   

    Fil-11 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    HY24 SAS (“HY24”, Franza), ikkontrollata bi sħab minn Ardian SAS (“Ardian”, Franza) u minn FiveT Group AG (“FiveT Group”, l-Iżvizzera),

    Enagás, S.A. (“Enagás”, Spanja),

    Enagás Renovable, S.L.U. (“Enagás Renovable”, Spanja), bħalissa fil-kontroll esklużiv ta’ Enagás.

    HY24 SAS u Enagás se jakkwistaw il-kontroll bi sħab ta’ Enagás Renovable fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Ardian huwa grupp ta’ ekwità privata magħmul minn diversi kumpaniji maniġerjali u fondi ta’ investiment li jinvestu f’kumpaniji involuti f’firxa wiesgħa ta’ negozji madwar id-dinja (bħas-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-infrastruttura, tal-enerġija, tal-prodotti tal-konsumatur jew tat-teknoloġiji l-ġodda),

    FiveT Group huwa l-kumpanija azzjonista ta’ grupp ta’ fondi bbażati fl-Iżvizzera, fejn FiveT Hydrogen huwa fond ta’ infrastruttura privata nadifa ddedikat għall-finanzjament ta’ proġetti fil-produzzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-idroġenu nadif,

    Enagás hija kumpanija Spanjola tat-trażmissjoni tal-gass naturali u Maniġer Tekniku tas-sistema tal-gass Spanjola,

    Enagás Renovable hija attiva fl-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam tal-gassijiet rinnovabbli u d-dekarbonizzazzjoni.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

    M.10700 – HY24 / ENAGAS / ENAGAS RENOVABLE

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top