Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10658(02)

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10658 — NORSK HYDRO / ALUMETAL) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 346/03

    PUB/2022/1083

    ĠU C 346, 9.9.2022, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/3


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10658 — NORSK HYDRO / ALUMETAL)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 346/03)

    1.   

    Fil-1 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Norsk Hydro ASA (“Hydro”, in-Norveġja),

    Alumetal S.A. (“Alumetal”, il-Polonja).

    Hydro se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Alumetal.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika.

    L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Mejju 2022, iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fis-7 ta’ Ġunju 2022.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Hydro hija kumpanija tal-aluminju kompletament integrata, u għandha attivitajiet tul il-katina tal-valur tal-aluminju mill-bauxite, l-alumina u l-ġenerazzjoni tal-enerġija sal-produzzjoni tal-aluminju primarju, il-prodotti estrużi tal-aluminju u r-riċiklaġġ tal-aluminju. B’mod partikolari, Hydro tipproduċi ligi tal-funderiji bbażati prinċipalment fuq l-aluminju primarju.

    Alumetal hija prinċipalment produttur ta’ ligi tal-funderija tal-aluminju prodotti prinċipalment minn aluminju sekondarju. Alumetal tipproduċi wkoll ligi prinċipali, li hija tuża internament iżda tbigħ ukoll lil klijenti terzi.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10658 — NORSK HYDRO / ALUMETAL

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top