This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10644
Prior notification of a concentration (Case M.10644 – TOWERBROOK CAPITAL PARTNERS / NEW MOUNTAIN CAPITAL / CLOUDMED SOLUTIONS / R1 RCM) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 120/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10644 — TOWERBROOK CAPITAL PARTNERS / NEW MOUNTAIN CAPITAL / CLOUDMED SOLUTIONS / R1 RCM) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 120/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10644 — TOWERBROOK CAPITAL PARTNERS / NEW MOUNTAIN CAPITAL / CLOUDMED SOLUTIONS / R1 RCM) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 120/06
PUB/2022/199
ĠU C 120, 15.3.2022, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/26 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10644 — TOWERBROOK CAPITAL PARTNERS / NEW MOUNTAIN CAPITAL / CLOUDMED SOLUTIONS / R1 RCM)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 120/06)
1.
Fl-4 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
TowerBrook Capital Partners L.P. (“TCP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
New Mountain Capital, LLC (“NMC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
R1 RCM, Inc. (“R1”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li bħalissa finalment hija kkontrollata minn TCP, |
— |
Cloudmed Solutions LLC (“Cloudmed”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa kkontrollata minn NMC. |
TCP u NMC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ R1 u Cloudmed.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
TCP: tipprovdi ta’ opportunitajiet ta’ investiment lill-klijenti f’kumpaniji Ewropej u tal-Amerka ta’ Fuq b’suq kbir u medju f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-prodotti u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-bejgħ bl-imnut, il-lussu, il-prodotti tal-konsumatur tas-servizzi finanzjarji, it-telekomunikazzjonijiet, il-media, is-sustanzi kimiċi, is-servizzi tal-għarfien u segmenti industrijali magħżula, |
— |
NMC: il-ġestjoni globali tal-kapital tal-ekwità privata, tal-kreditu u tal-lokazzjoni netta f’varjetà ta’ industriji inklużi l-kura tas-saħħa, is-software, is-servizzi tan-negozju, l-informazzjoni u d-data, il-loġistika, is-servizzi finanzjarji u s-servizzi ambjentali, |
— |
R1: tipprovdi soluzzjonijiet immexxija mit-teknoloġija biex itejbu l-esperjenza tal-pazjenti u l-prestazzjoni finanzjarja tal-isptarijiet, is-sistemi tas-saħħa u l-gruppi mediċi fl-Amerka ta’ Fuq, |
— |
Cloudmed: tipprovdi soluzzjonijiet ta’ intelligence dwar id-dħul għall-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-Amerka ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
Il-Każ M.10644 — TOWERBROOK CAPITAL PARTNERS / NEW MOUNTAIN CAPITAL / CLOUDMED SOLUTIONS / R1 RCM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email. Permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).