This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10589
Prior notification of a concentration (Case M.10589 – ADT / FORD NEXT / SNTNL) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 68/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 68/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 68/07
PUB/2022/97
ĠU C 68, 9.2.2022, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/07)
1.
Fit-2 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
ADT LLC (“ADT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn Apollo Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Ford Next LLC (“Ford Next”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għal Ford Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
SNTNL LLC (“SNTNL”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Ford Next. |
ADT u Ford Next jakkwistaw, fis-sen tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SNTNL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ titoli f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
ADT tipprovdi sigurtà, awtomatizzazzjoni, soluzzjonijiet ta’ djar intelliġenti u toffri servizzi ta’ monitoraġġ professjonali 24/7. |
— |
Ford Next iżżomm l-operazzjonijiet tan-negozju tal-vetturi awtonomi ta’ Ford Group, inklużi l-integrazzjoni tas-sistemi ta’ sewqan awtonomu, ir-riċerka awtonoma tal-vetturi u l-inġinerija avvanzata, l-iżvilupp tan-network tat-trasport bħala servizz tal-AV, l-esperjenza tal-utent, l-istrateġija tan-negozju u t-timijiet tal-iżvilupp tan-negozju. |
— |
SNTNL għandha l-intenzjoni li tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ sistemi ta’ sigurtà tal-vetturi konnessi u intelliġenti u servizzi relatati bħall-monitoraġġ minn terzi persuni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).