This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10582
Prior notification of a concentration (Case M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 68/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 68/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 68/05
PUB/2022/96
ĠU C 68, 9.2.2022, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/05)
1.
Fl-1 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
GamaLife - Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“GamaLife”, il-Portugall), |
— |
Unità tan-negozju ta’ Zurich Investments Life S.p.A. (Il-“Kumpanija fil-Mira”, l-Italja). |
Gamalife takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Gamalife hija impriża tal-assikurazzjoni tal-ħajja, attiva primarjament fil-Portugall, proprjetà kollha kemm hi ta’ fondi ta’ investiment mogħtija minn Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit). |
— |
Il-Kumpanija fil-Mira hija portafoll prinċipalment magħluq ta’ kuntratti tal-assikurazzjoni tal-ħajja, flimkien mal-assi, l-operazzjonijiet, il-kuntratti, l-impjegati, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet u l-obbligi rilevanti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).