This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10540
Prior notification of a concentration (Case M.10540 – ECDC / HPIL / JV) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 31/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 31/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 31/07
PUB/2022/30
ĠU C 31, 21.1.2022, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 31/07)
1.
Fit-12 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Energy City Development Company (“EDCO”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi tas-Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija), |
— |
Hutchison Port Investments Limited (“HPIL”, il-Gżejjer Kajman) li tappartjeni għal CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, Hong-Kong). |
ECDC u HPIL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Energy City Logistics Company LLC (l-Impriża Bi Sħab (Joint Venture, JV), l-Arabja Sawdija).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
ECDC sid u żviluppatur tal-King Salman Energy Park (SPARK), żona industrijali fl-iżvilupp fir-Renju tal-Arabja Sawdija, |
— |
HPIL: żviluppatur u operatur globali ta’ terminals tal-containers u fornitur ta’ servizzi loġistiċi assoċjati, |
— |
il-Joint Venture: se tiġi stabbilita u se tkun attiva fir-Renju tal-Arabja Sawdija. Se tiżviluppa, tikkummerċjalizza u tħaddem il-port xott u ż-żona tal-loġistika relatata fi SPARK. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10540 — ECDC / HPIL/ JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).