Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10431

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10431 – ALI GROUP / WELBILT) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 185/10

PUB/2022/422

ĠU C 185, 6.5.2022, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/66


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10431 – ALI GROUP / WELBILT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 185/10)

1.   

Fit-28 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ali Holding S.r.l. (“Ali Group”, l-Italja),

Welbilt, Inc. (“Welbilt”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Ali Group se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Welbilt kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ali Group: il-korporazzjoni Taljana tiddisinja, timmanifattura, tikkummerċjalizza u tipprovdi servizzi ta’ firxa wiesgħa ta’ tagħmir kummerċjali u istituzzjonali għas-servizzi tal-ikel, inklużi magni għall-produzzjoni tas-silġ u fran, użati f’postijiet kummerċjali u pubbliċi ewlenin. Għandha faċilitajiet ta’ manifattura kif ukoll sussidjarji tal-bejgħ u tas-servizzi madwar id-dinja, inkluża l-Ewropa. Ali Group huwa wieħed mill-akbar gruppi fid-dinja f’din l-industrija u jopera bi 80 marka tad-ditta globali bħal Baron, Olis, Lainox, Menumaster, XpressChef u Scotsman,

Welbilt: il-korporazzjoni Amerikana li toffri tagħmir li kapaċi jaħżen, isajru, iżomm, juri, iferrex u jservi prodotti tal-ikel u tax-xorb. Hija tiddisinja, timmanifattura u tforni tagħmir użat minn operaturi ta’ servizzi kummerċjali u istituzzjonali. Welbilt għandha faċilitajiet ta’ manifattura li joperaw madwar l-Ameriki (fejn il-kumpanija hija l-aktar attiva), fl-Ewropa u fl-Asja. Hija toffri prodotti tal-marki tad-ditta bħal Merrychef, Convotherm u Manitowoc.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10431 – ALI GROUP / WELBILT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top