This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022IR3942
Opinion of the European Committee of the Regions on legal migration: Attracting skills and talent to the EU
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Migrazzjoni legali. Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE”
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Migrazzjoni legali. Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE”
COR 2022/03942
ĠU C 79, 2.3.2023, p. 59–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Migrazzjoni legali. Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE”
(2023/C 79/10)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil
(COM(2022) 650)
Emenda 1
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ abbuż biex jinkiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat għall-kategoriji kollha taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan ir-riskju huwa partikolarment rilevanti għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru, billi l-għoti ta’ dawn il-permessi ta’ residenza mhux dejjem ikun soġġett għar-rekwiżit ta’ preżenza fiżika kontinwa fl-Istat Membru jew huwa sempliċiment soġġett għar-rekwiżit tal-preżenza tal-investituri fl-Istat Membru għal żmien limitat. Sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-kontrolli fuq ir-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjonijiet għal status ta’ resident għal żmien twil tal-UE ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu fi Stat Membru bi skambju għal xi tip ta’ investiment, bħal trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Istat. |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ abbuż biex jinkiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat għall-kategoriji kollha taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan ir-riskju huwa partikolarment rilevanti għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru, billi l-għoti ta’ dawn il-permessi ta’ residenza mhux dejjem ikun soġġett għar-rekwiżit ta’ preżenza fiżika kontinwa fl-Istat Membru jew huwa sempliċiment soġġett għar-rekwiżit tal-preżenza tal-investituri fl-Istat Membru għal żmien limitat. Sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri , f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali jew reġjonali kompetenti, isaħħu l-kontrolli fuq ir-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjonijiet għal status ta’ resident għal żmien twil tal-UE ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu fi Stat Membru bi skambju għal xi tip ta’ investiment, bħal trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Istat. |
Raġuni
Peress li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa huwa komponent li jeħtieġ li jiġi kkontrollat u mmonitorjat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali (eż. permezz tar-reġistrazzjoni tal-post ta’ residenza), kwalunkwe bidla fil-proċedura jew “tisħiħ” tal-kontrolli għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni ma’ dawn l-awtoritajiet. Dan jevita piż amministrattiv sproporzjonat u jipprovdi esperjenza “fil-prattika”.
Emenda 2
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Jenħtieġ li l-kwalifiki professjonali miksubin minn ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti bl-istess mod kif isir għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-kwalifiki miksubin f’pajjiż terz jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b’konformità mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-prattika ta’ professjonijiet regolati. |
Jenħtieġ li l-kwalifiki professjonali miksubin minn ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti bl-istess mod kif isir għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-kwalifiki miksubin f’pajjiż terz jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b’konformità mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) , filwaqt li dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jippermettu kunsiderazzjoni flessibbli fil-każ ta’ refuġjati, li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jipprovdu evidenza dokumentarja rilevanti u prova tal-kwalifiki . Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-prattika ta’ professjonijiet regolati. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għall-obbligu li joffru aċċess lill-ulied minuri ta’ migranti, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, għas-sistema edukattiva b’kundizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti għaċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-bniet migranti, li hemm aktar probabbiltà li jitħallew lura fis-sistema edukattiva. |
Raġuni
F’konformità mad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għas-sistema edukattiva lill-ulied minuri tal-applikanti u lill-applikanti minuri b’kundizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti għaċ-ċittadini tagħhom. Għalhekk, huwa propost li jinżamm dan il-paragrafu peress li ġie ripetut f’diversi okkażjonijiet li, għall-finijiet ta’ integrazzjoni kif suppost, l-ewwel punt huwa d-drittijiet li, jekk għandhom jiġu (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96) assimilati ma’ dawk ta’ ċittadini tal-Istat Membru, dawn id-drittijiet għandhom neċessarjament jinkludu d-dritt għall-edukazzjoni. Huwa importanti li jitfakkru l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bniet speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ prekarjetà u iżolament li jistgħu jkunu riżultat ta’ esperjenzi trawmatiċi ta’ migrazzjoni.
Emenda 3
Premessa 28
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
L-armonizzazzjoni tat-termini biex jinkiseb status ta’ resident għal-żmien twil tal-UE tippromwovi fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu minbarra l-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE. Jenħtieġ li tali permessi nazzjonali ta’ residenza ma jagħtux id-dritt tar-residenza fi Stati Membri oħra. |
L-armonizzazzjoni tat-termini biex jinkiseb status ta’ resident għal-żmien twil tal-UE tippromwovi fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu minbarra l-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE. Jenħtieġ li tali permessi nazzjonali ta’ residenza ma jagħtux id-dritt tar-residenza fi Stati Membri oħra. Ċittadini ta’ pajjiż terz jista’ jkollhom kemm l-istatus ta’ resident għal żmien twil tal-UE kif ukoll permess ta’ residenza nazzjonali jew permess ieħor ta’ residenza permanenti tal-UE. |
Raġuni
Għandu jiġi ċċarat li ċittadini ta’ pajjiż terz li diġà għandhom status ta’ resident għal żmien twil tal-UE huma intitolati għal permess ta’ stabbiliment nazzjonali, peress li dan jagħtihom drittijiet addizzjonali. La d- Id-Direttiva tal-Kunsill attwali 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44) u lanqas ir-riformulazzjoni ma jipprevedu li applikanti għal status tal-UE għandhom jirrinunzjaw il-permess ta’ residenza permanenti nazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, skont id-dritt tal-Unjoni, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jista’ jkollhom żewġ status ta’ residenza differenti.
Emenda 4
Artikolu 4(2)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa biex jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom u/jew kellhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru. |
L-Istati Membri , f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa biex jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom u/jew kellhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru. |
Raġuni
Peress li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa huwa komponent li jeħtieġ li jiġi kkontrollat u mmonitorjat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali (eż. permezz tar-reġistrazzjoni tal-post ta’ residenza), kwalunkwe bidla fil-proċedura jew “tisħiħ” tal-kontrolli għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni ma’ dawn l-awtoritajiet. Dan jevita piż amministrattiv sproporzjonat u jipprovdi esperjenza “fil-prattika”.
Emenda 5
Artikolu 4(5)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Kwalunkwe perjodu ta’ residenza li wieħed jgħaddi bħala detentur ta’ viża għal żmien twil jew permess ta’ residenza maħruġ skont il-liġi tal-Unjoni dik nazzjonali, inklużi l-każijiet koperti fl-Artikolu 3(2)(a), (b), (c) u (e), għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun kiseb titolu ta’ residenza li jippermettilu li jingħata status ta’ resident għal żmien twil tal-UE. Fir-rigward ta’ persuni li jkun ingħatalhom l-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali, mill-anqas nofs il-perjodu bejn, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali, u, id-data li fiha jkun ingħata l-permess ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2011/95/UE, jew dak il-perjodu kollu, jekk dan ikun ta’ aktar minn 18-il xahar, għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. |
Kwalunkwe perjodu ta’ residenza li wieħed jgħaddi bħala detentur ta’ viża għal żmien twil jew permess ta’ residenza maħruġ skont il-liġi tal-Unjoni dik nazzjonali, inklużi l-każijiet koperti fl-Artikolu 3(2)(a), (b), (c) , (d) u (e), għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun kiseb titolu ta’ residenza li jippermettilu li jingħata status ta’ resident għal żmien twil tal-UE. |
Raġuni
Billi teskludi l-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2)(d), id-dispożizzjoni proposta, kif inhi, tipprovdi reġim inkonsistenti għal dawk li jfittxu l-ażil. Biex ikun hemm trattament konsistenti ta’ dawk li jfittxu l-ażil, it-tieni paragrafu għandu jitħassar.
Emenda 6
Artikolu 5(3)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
L-Istati m embri jistgħu jeżiġu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw ma’ kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
L-Istati M embri jistgħu jeżiġu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw ma’ kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Għal dan il-għan, għandha tissaħħaħ governanza ta’ diversi atturi tal-migrazzjoni. L-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali, in-networks lokali u reġjonali, il-korpi kummerċjali u l-individwi privati akkreditati li jorganizzaw kwalunkwe programm ta’ integrazzjoni għandhom jirċievu appoġġ operattiv u finanzjarju suffiċjenti mill-Istat Membru, imfassal b’mod adattat għas-servizz ipprovdut. Dawn il-programmi ta’ integrazzjoni għandhom jiġu integrati fil-politiki kollha tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-parteċipazzjoni. |
Raġuni
Peress li ħafna drabi huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali, in-networks lokali u reġjonali, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u t-trade unions, li jimplimentaw korsijiet tal-lingwa u taċ-ċittadinanza – fl-ambitu tal-programm ta’ integrazzjoni – u/jew taħriġ vokazzjonali, huwa essenzjali li dawn jirċievu appoġġ adegwat mill-Istat għal dan il-għan. L-inklużjoni tal-integrazzjoni fil-politiki rilevanti taċċellera l-proċess ta’ integrazzjoni u tirrispetta l-valuri għad-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà u l-ugwaljanza, kif ukoll tibni approċċ komprensiv għall-migrazzjoni li jisfrutta l-benefiċċji tad-diversità.
Emenda 7
Artikolu 7
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
1. Biex jinkiseb status ta’ resident għal żmien twil tal-UE, iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jirrisjedi. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata li tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 5 kif ukoll, jekk meħtieġ, b’dokument validu tal-ivvjaġġar jew kopja tiegħu ċertifikata. |
1. Biex jinkiseb status ta’ resident għal żmien twil tal-UE, iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jirrisjedi. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata li tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 5 kif ukoll, jekk meħtieġ, b’dokument validu tal-ivvjaġġar jew kopja tiegħu ċertifikata. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw liċ-ċittadin tal-pajjiż terz dwar il-proċess tal-applikazzjoni fi żmien tliet xhur wara li jkun lesta l-perjodu mitlub ta’ residenza legali u kontinwa fit-territorju tal-Istat Membru. |
2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant notifikazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni kompleta. Kull deċiżjoni bħal din għandha tiġi notifikata liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat f’konformità mal-proċeduri ta’ notifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali. |
2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant notifikazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni kompleta. Kull deċiżjoni bħal din għandha tiġi notifikata liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat f’konformità mal-proċeduri ta’ notifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali. |
Meta d-dokumenti ppreżentati jew l-informazzjoni pprovduta b’sostenn għall-applikazzjoni jkunu inadegwati jew mhux kompleti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-dokumenti jew bl-informazzjoni addizzjonali li huma meħtieġa u għandhom jistabbilixxu skadenza raġonevoli biex dan jippreżentahom jew jipprovdihom. Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa ma jkunux ġew ipprovduti fi żmien dik l-iskadenza, l-applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda. |
Meta d-dokumenti ppreżentati jew l-informazzjoni pprovduta b’sostenn għall-applikazzjoni jkunu inadegwati jew mhux kompleti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-dokumenti jew bl-informazzjoni addizzjonali li huma meħtieġa u għandhom jistabbilixxu skadenza raġonevoli biex dan jippreżentahom jew jipprovdihom. Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa ma jkunux ġew ipprovduti fi żmien dik l-iskadenza, l-applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda. |
Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata bid-drittijiet tagħha u l-obbligi skont din id-Direttiva. |
Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata bid-drittijiet tagħha u l-obbligi skont din id-Direttiva. |
Kull konsegwenza minħabba li ma titteħidx deċiżjoni sat-tmiem tal-perjodu previst f’din id-dispożizzjoni għandha tkun stabbilita bil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti. |
Kull konsegwenza minħabba li ma titteħidx deċiżjoni sat-tmiem tal-perjodu previst f’din id-dispożizzjoni għandha tkun stabbilita bil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti. |
3. Meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 5 jkunu ssodisfati, u l-persuna ma tkunx tippreżenta theddida fis-sens tal-Artikolu 6, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat status ta' resident għal żmien twil tal-UE. |
3. Meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 5 jkunu ssodisfati, u l-persuna ma tkunx tippreżenta theddida fis-sens tal-Artikolu 6, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat status ta' resident għal żmien twil tal-UE. |
4. Meta applikazzjoni għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu permess ta’ residenza nazzjonali maħruġ mill-istess Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 14, dan l-Istat Membru ma għandux jirrikjedi li l-applikant jagħti evidenza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) u (2), jekk il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet kienet diġà vverifikata fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-permess ta’ residenza nazzjonali. |
4. Meta applikazzjoni għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu permess ta’ residenza nazzjonali maħruġ mill-istess Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 14, dan l-Istat Membru ma għandux jirrikjedi li l-applikant jagħti evidenza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) u (2), jekk il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet kienet diġà vverifikata fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-permess ta’ residenza nazzjonali. |
|
5. Id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għal residenza għal żmien twil għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. |
Raġuni
Huwa importanti li l-individwi eliġibbli biex japplikaw għall-permess ta’ residenza fit-tul jiġu infurmati kif dovut mill-awtoritajiet kompetenti dwar din il-possibbiltà, peress li hemm nuqqas serju ta’ informazzjoni pprovduta lill-applikanti għal residenza, li mhux biss jikkawża konfużjoni, nuqqas ta’ fehim u tamiet foloz għall-applikant, iżda wkoll piżijiet żejda u dewmien fil-proċess amministrattiv. Huwa propost li jiżdied ukoll paragrafu ġdid 5 mal-Artikolu 7 – imfassal fuq l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva dwar il-Karta Blu riformulata – sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jaġixxu b’mod proporzjonat u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.
Emenda 8
Artikolu 9(1)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
Ir-residenti għal żmien twil tal-UE ma għandux ikollhom id-dritt li jżommu status ta’ resident għal żmien twil tal-UE fil-każijiet li ġejjin: |
Ir-residenti għal żmien twil tal-UE ma għandux ikollhom id-dritt li jżommu status ta’ resident għal żmien twil tal-UE fil-każijiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Qed jiġi propost li tiżdied il-kelma “aktar minn” sabiex ikun hemm allinjament ma’ dak li jingħad aktar ’il quddiem fid-Direttiva.
Emenda 9
Artikolu 14
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Permessi ta’ residenza nazzjonali ta’ validità permanenti jew bla limitu |
Permessi ta’ residenza nazzjonali ta’ validità permanenti jew bla limitu |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-L-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu għajr il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE maħruġ skont din id-Direttiva. Tali permessi ta’ residenza ma għandhomx jikkonferixxu d-dritt ta’ residenza fl-Istati Membri l-oħra kif previst mill-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva. |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-L-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu għajr il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE maħruġ skont din id-Direttiva. Tali permessi ta’ residenza ma għandhomx jikkonferixxu d-dritt ta’ residenza fl-Istati Membri l-oħra kif previst mill-Kapitolu III ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza permanenti nazzjonali għandhom jagħtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li lilhom ikunu taw status ta’ residenti għal żmien twil tal-UE l-istess drittijiet u benefiċċji bħal dawk previsti mis-sistemi nazzjonali tagħhom jekk id-drittijiet u l-benefiċċji taħt dawk l-iskemi nazzjonali jkunu aktar favorevoli. |
Raġuni
Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti bejn il-permess ta’ resident għal żmien twil tal-UE u l-permess ta’ residenza permanenti nazzjonali, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom status ta’ residenti għal żmien twil l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus nazzjonali tagħhom. L-emenda proposta tirrifletti l-klawżola fl-Artikolu 11(6) tad-Direttiva riformulata dwar il-Karta Blu (UE) 2021/1883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE (ĠU L 382, 28.10.2021, p. 1).
Emenda 10
Artikolu 21(3)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
It-tieni Stat Membru għandu joħroġ lill-membri tal-familja tar-resident għal żmien twil tal-UE permessi ta’ residenza rinnovabbli li jkunu validi għall-istess perjodu bħall-permess maħruġ lir-resident għal żmien twil tal-UE. |
It-tieni Stat Membru għandu joħroġ lill-membri tal-familja tar-resident għal żmien twil tal-UE permessi ta’ residenza rinnovabbli li jkunu validi għall-istess perjodu bħall-permess maħruġ lir-resident għal żmien twil tal-UE. Il-permess ta’ residenza għandu jinħareġ skont ir-regoli u l-format standard stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002. Taħt it-taqsima “Rimarki”, l-Istati Membri għandhom iżidu “id-detentur għandu jkollu l-istess drittijiet bħal resident għal żmien twil tal-UE skont il-Kapitolu III” . |
Raġuni
Il-permess ta’ residenza għandu jsemmi b’mod espliċitu li dan jinħareġ lil resident għal żmien twil fi Stat Membru ieħor, inkella l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet privati u persuni oħra ma jkunux konxji li ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom status ta’ residenti għal żmien twil tal-UE u jgawdu drittijiet relatati, bħat-trattament ugwali.
Emenda 11
Artikolu 24
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Trattament mogħti fit-tieni Stat Membru |
Trattament mogħti fit-tieni Stat Membru |
1. Malli jkunu rċevew il-permess ta’ residenza previst fl-Artikolu 21 fit-tieni Stat Membru, ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom għandhom f’dak l-Istat Membru jgawdu trattament ugwali fl-oqsma u bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12. |
1. Malli jkunu rċevew il-permess ta’ residenza previst fl-Artikolu 21 fit-tieni Stat Membru, ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom għandhom f’dak l-Istat Membru jgawdu trattament ugwali fl-oqsma u bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12. |
2. Ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal- familji tagħhom għandu jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1. |
2. Ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal- familji tagħhom għandu jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1. |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jwettqu attività ekonomika f’kapaċità ta’ impjegati jew li jaħdmu għal rashom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jinbidel min iħaddimhom jew tinbidel l-attività ekonomika tagħhom. Tali rekwiżit ma għandux jaffettwa d-dritt tal-persuni kkonċernati li jibdew u jwettqu l-attività l-ġdida. |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jwettqu attività ekonomika f’kapaċità ta’ impjegati jew li jaħdmu għal rashom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jinbidel min iħaddimhom jew tinbidel l-attività ekonomika tagħhom. Tali rekwiżit ma għandux jaffettwa d-dritt tal-persuni kkonċernati li jibdew u jwettqu l-attività l-ġdida. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu f’konformità mal-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet li bihom il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(2) , il-punti (b) jew (c), u l-membri tal-familji tagħhom jista' jkollhom aċċess għal attività ta' impieg jew impieg għal rashom. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu f’konformità mal-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet li bihom il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(2)(c), u l-membri tal-familji tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal attività ta’ impieg jew impieg għal rashom. |
|
3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(2)(b), barra mill-ħin ta’ studju tagħhom u soġġetti għar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-attività inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat, għandu jkollhom id-dritt li jwettqu attività bħala persuni impjegati u jistgħu jkunu awtorizzati jwettqu attività ekonomika b’impjieg indipendenti. Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-għadd massimu ta’ sigħat fil-ġimgħa jew jiem jew xhur fis-sena permessi għal din l-attività, li ma għandhiex tkun inqas minn 15-il siegħa fil-ġimgħa, jew l-ekwivalenti f'jiem jew xhur fis-sena. |
Raġuni
Skont il-qari propost tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 24(2), l-aċċess għall-impjieg ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun residenti għal żmien twil li jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor bħala student skont it-tifsira tal-Artikolu 16(2)(b) ikun jiddependi kompletament mir-regoli nazzjonali rilevanti. Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għaliex tali ċittadin ta’ pajjiż terz b’mill-inqas ħames snin ta’ residenza legali fl-UE għandu jkollu inqas aċċess għall-impjieg minn student ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21), dwar l-Istudenti u r-Riċerkaturi. Il-paragrafu miżjud jirrifletti l-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 12
Artikolu 27
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
Aċċess għall-informazzjoni |
Aċċess għall-informazzjoni |
||||
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu faċilment aċċessibbli lill-applikanti għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE informazzjoni |
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu faċilment aċċessibbli lill-applikanti għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE informazzjoni |
||||
|
|
||||
|
|
||||
2. Meta l-Istati Membri joħorġu permessi ta’ residenza nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 14, għandhom jiggarantixxu l-istess aċċess għall-informazzjoni dwar il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE bħal dak ipprovdut fir-rigward ta’ tali permessi ta’ residenza nazzjonali. |
2. Meta l-Istati Membri joħorġu permessi ta’ residenza nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 14, għandhom jiggarantixxu l-istess aċċess għall-informazzjoni dwar il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE bħal dak ipprovdut fir-rigward ta’ tali permessi ta’ residenza nazzjonali. |
||||
|
3. Ladarba ċittadini ta’ pajjiż terz ikunu akkumulaw ħames snin ta’ residenza legali u kontinwa fit-territorju ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru jinforma liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz dwar it-tlestija ta’ dak il-perjodu u dwar il-possibbiltà li japplikaw għall-istatus imsemmi fl-Artikolu 7 meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5 jew l-Artikolu 26 jiġu ssodisfati. |
Raġuni
S’issa, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil fl-UE mhux qed jintuża biżżejjed, parzjalment minħabba nuqqas ta’ għarfien u informazzjoni dwar id-drittijiet u l-benefiċċji assoċjati mal-istatus. Għal dan il-għan, huwa rrakkomandat li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għexu legalment fl-Istat Membru jiġu infurmati li jistgħu jkunu intitolati għall-istatus u kif japplikaw għal dan l-istatus.
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru
COM(2022) 655
Emenda 13
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni għal permess uniku. Dik il-proċedura għandha tkun effettiva u maneġġabbli, filwaqt li għandu jitqies il-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istat Membru , kif ukoll trasparenti u ġusti, biex tiġi offruta ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati. |
Għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni għal permess uniku. Dik il-proċedura għandha tkun effettiva u maneġġabbli, kif ukoll trasparenti u ġusta, biex tiġi offruta ċertezza legali u rispons rapidu xierqa lil dawk ikkonċernati. |
Raġuni
Speċjalment meta għaddejjin minn żmien fejn il-migrazzjoni dejjem qed tiżdied, ma nqisux li huwa xieraq li l-proċedura għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal permess uniku, li għaliha jkunu meħtieġa uffiċċji ddedikati, tkun dipendenti fuq tipi oħra ta’ xogħol amministrattiv.
Emenda 14
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-ammissjoni, inklużi l-volumi ta’ ammissjoni, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal fini ta’ xogħol. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-ammissjoni, inklużi l-volumi ta’ ammissjoni, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal fini ta’ xogħol. Meta jistabbilixxu l-volumi ta’ ammissjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom u lill-atturi lokali rilevanti. |
Raġuni
Għalkemm il-kwoti ta’ ammissjoni huma kompetenza nazzjonali, is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fi Stat Membru wieħed tista’ tvarja b’mod konsiderevoli minn reġjun għal ieħor u d-data medja nazzjonali tista’ ma tipprovdix stampa ċara tal-ħtiġijiet tax-xogħol. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li l-ħtiġijiet tagħhom jitqiesu fil-volumi nazzjonali ta’ ammissjoni. Il-partijiet interessati lokali bħall-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali, l-NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-inklużjoni tal-migranti u l-ilqugħ tar-refuġjati, il-kunsilli tar-refuġjati, eċċ. jistgħu jipprovdu wkoll stima preċiża tal-volum ta’ ammissjonijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Emenda 15
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
In-nomina tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabilitajiet ta’ awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha. |
In-nomina tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabilitajiet ta’ awtoritajiet oħra , inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha. |
Raġuni
Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżommu r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
Emenda 16
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
L-iskadenza għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni madanakollu m’għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi. |
L-iskadenza għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni madanakollu m’għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u akkademiċi, u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali jew reġjonali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi. |
Raġuni
Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki jitwettaq minn awtoritajiet differenti u jista’ jdewwem l-ipproċessar tal-applikazzjoni għal permess uniku. F’xi Stati Membri ħafna impjiegi huma rregolati fil-livell reġjonali. Sabiex dawn il-kwalifiki jiġu rikonoxxuti, ir-reġjuni jeħtieġ li jimplimentaw regolamenti legali.
Emenda 17
Premessa 32
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta’ min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorji rispettivi tagħhom. L-għażla ta’ min iħaddem li jiġu spezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b’kont meħud ta’ fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat. |
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw , f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u r-reġjuni, li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta’ min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorji rispettivi tagħhom. L-għażla ta’ min iħaddem li jiġu spezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b’kont meħud ta’ fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat. |
Raġuni
Il-possibbiltà li l-kontrolli jiġu estiżi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tfisser li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiġu involuti wkoll fil-protezzjoni tal-ħaddiema u b’hekk fil-kontrolli fuq il-postijiet tax-xogħol.
Emenda 18
Artikolu 5
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Awtorità kompetenti |
Awtorità kompetenti |
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess uniku. |
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess uniku. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni. |
Il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-verifika tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-ħruġ tal-viża meħtieġa msemmija fl-Artikolu 4(3). Il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż f’ċirkostanzi eċċezzjonali, marbuta mal-komplessità tal-eżami tal-applikazzjoni. |
Il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-verifika tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-ħruġ tal-viża meħtieġa msemmija fl-Artikolu 4(3). F’ċirkostanzi eċċezzjonali, marbuta mal-komplessità tal-eżami tal-applikazzjoni, il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż , jew antiċipat f’ċirkostanzi ta’ sitwazzjonijiet politiċi/soċjali severi jew diżastri naturali, soġġett għal verifika sussegwenti tar-rekwiżiti . |
Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien previst f’dan il-paragrafu, kwalunkwe konsegwenza legali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali. |
Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien previst f’dan il-paragrafu, kwalunkwe konsegwenza legali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika mniżżla fil-liġi nazzjonali rilevanti. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika mniżżla fil-liġi nazzjonali rilevanti. |
4. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni addizzjonali jew dokumenti meħtieġa, tistabbilixxi skadenza raġonevoli biex dawn jiġu provduti. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtorità kompetenti jew awtoritajiet oħra relevanti jkunu irċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni addizzjonali jew id-dokumenti ma tkunx ġiet ipprovduta sal-iskadenza mogħtija, l-awtorità kompetenti tista’ tiċħad l-applikazzjoni. |
4. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni addizzjonali jew dokumenti meħtieġa, tistabbilixxi skadenza raġonevoli biex dawn jiġu provduti. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtorità kompetenti jew awtoritajiet oħra relevanti jkunu irċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni addizzjonali jew id-dokumenti ma tkunx ġiet ipprovduta sal-iskadenza mogħtija, l-awtorità kompetenti tista’ tiċħad l-applikazzjoni. |
|
5. Il-verifika tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tista’ titħalla barra jew tiġi aċċelerata jekk l-indirizz tal-impjegatur ikun jinsab f’reġjun jew belt li jkun indika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li għandu nuqqas ta’ ħaddiema li ma jistax jiġi kopert mill-forza tax-xogħol nazzjonali. |
Raġuni
L-emenda proposta tippermetti l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet għall-ħaddiema li jidħlu f’reġjuni li jfittxu b’mod attiv li jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħaddiema barranin.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jilqa’ l-approċċ strateġiku għall-migrazzjoni legali; |
2. |
jirrikonoxxi li l-migranti legali għandhom rwol kruċjali fl-ekonomija u s-soċjetajiet Ewropej u jistgħu jsiru wkoll aġenti tal-iżvilupp meta jiġu stabbiliti politiki adegwati; jenfasizza li l-migrazzjoni legali hija mutur ewlieni tat-tkabbir tal-bliet u tikkontribwixxi biex il-bliet isiru ħafna aktar diversi u ekonomikament aktar dinamiċi; jenfasizza l-kontribut tal-perċentwal għoli ta’ ħaddiema migranti ewlenin matul il-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ it-trattament ugwali tal-ħaddiema li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ affiljazzjoni, u l-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll il-ħtieġa li jitħarsu aktar id-drittijiet tan-nisa u l-perspettiva tal-ġeneru, speċjalment f’setturi fejn hemm perċentwal għoli ta’ nisa migranti, kif ukoll li jitħarsu l-persuni b’diżabbiltà, billi jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tagħhom u l-aċċess għall-kura; |
3. |
jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ikollhom ħarsa ġenerali koerenti tan-nuqqasijiet u l-opportunitajiet attwali u aktar strutturali fis-suq tax-xogħol lokali u għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-governanza f’diversi livelli li għandha l-għan li tattira u żżomm it-talent internazzjonali biex twieġeb għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu estiżi l-ispazji għal djalogu f’diversi livelli fl-istruttura ta’ governanza fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE; |
4. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat l-impjieg ta’ ħaddiema migranti b’mod olistiku, sabiex jiġu koperti l-aspetti kollha tal-proċess ta’ migrazzjoni: mir-reklutaġġ sal-integrazzjoni effettiva u l-libertà eventwali tal-moviment fis-suq tax-xogħol tal-UE. Jenfasizza bl-istess mod l-importanza li l-livelli tal-migrazzjoni ekonomika legali jitqabblu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri; f’dan il-proċess, għandhom jiġu inklużi wkoll l-imsieħba u l-impjegaturi tas-settur privat u għandhom jitqiesu l-ħaddiema migranti bil-livelli kollha tal-ħiliet; |
5. |
jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ekoloġika u diġitali teħtieġ ħiliet speċifiċi u r-ristrutturar tal-ekonomiji u tas-swieq tax-xogħol li, min-naħa tagħhom, jirrikjedu aktar xogħol u ħiliet ġodda permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ tekniċi u vokazzjonali (TVET); jappella sabiex f’dan il-proċess jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li għandhom l-aħjar għarfien tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali u reġjonali; |
6. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol vitali biex jiffaċilitaw l-inklużjoni taċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi, indipendentement mill-istatus legali tagħhom. Ta’ spiss jippromovu d-diversità u l-koeżjoni soċjali permezz ta’ firxa ta’ politiki progressivi li jrawmu l-fiduċja fl-amministrazzjonijiet lokali, l-aċċess ġust għal servizzi kondiviżi, u l-inklużjoni soċjoekonomika. Huma jinsabu fil-qalba tal-akkoljenza u l-assistenza tar-refuġjati u għandhom rwol ewlieni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kif ukoll fid-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet li jeħtieġu t-twettiq ta’ proċeduri ta’ salvagwardja (testijiet tas-suq tax-xogħol) u fl-iżgurar tar-rikonoxximent u r-rispett tad-diversità fis-suq tax-xogħol, kif ukoll tal-għoti ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd; |
7. |
jappella sabiex jiġi stabbilit metodu komprensiv fil-livell tal-UE għall-ġbir tad-data dwar id-domanda għal ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet f’diversi okkupazzjonijiet u swieq tax-xogħol, li jkun jeħtieġ żvilupp ulterjuri ta’ inizjattivi bħall-portal EURES, il-EuroPass u l-azzjonijiet li bħalissa huma previsti fl-ambitu tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet. Pjattaformi ta’ kooperazzjoni bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tas-suq, li ġew identifikati wkoll mill-imsieħba soċjali nazzjonali, jistgħu jiġu stabbiliti b’mod aktar semplifikat; |
8. |
jilqa’ l-appoġġ tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol fl-iżgurar li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv, inkluż permezz tal-għoti ta’ informazzjoni, spezzjonijiet miftiehma u konġunti, kooperazzjoni amministrattiva msaħħa, kif ukoll il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema, b’mod partikolari permezz tal-EURES; |
9. |
iqis li r-riformulazzjoni taż-żewġ Direttivi hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
10. |
jilqa’ l-miżuri ulterjuri stabbiliti fil-Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti, inkluż il-ħolqien ta’ proġett pilota tal-UE dwar it-talent immirat speċifikament lejn in-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u r-Riżerva ta’ Talent tal-UE proposta; |
11. |
jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni Ewropea biex testendi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE għar-refuġjati li jgħixu fl-UE u f’pajjiżi mhux tal-UE, li qed twitti t-triq lejn approċċ aktar sostenibbli u inklużiv għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u soluzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi; ifakkar li meta jitfasslu dawn l-għodod, jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu żviluppati skemi ġusti ta’ migrazzjoni tal-ħaddiema li jiżguraw xogħol deċenti għall-ħaddiema kollha, u li jkunu aċċessibbli għar-refuġjati, irrispettivament min-nazzjonalità u l-post ta’ soġġorn tagħhom fuq l-istess livell u bis-salvagwardji ta’ protezzjoni meħtieġa. L-oqfsa legali u amministrattivi eżistenti għadhom kumplessi wisq u għandhom it-tendenza li jxekklu l-kisba tal-effetti tal-iskala. Proċeduri burokratiċi żżejjed jistgħu jaffettwaw l-aċċess tar-refuġjati għas-suq tax-xogħol, u b’hekk matul iż-żmien ikunu dejjem aktar f’riskju li jkollhom jirrikorru għal xogħol mhux iddikjarat u jkunu esposti għal abbuż u sfruttament; |
12. |
jenfasizza li, fil-futur, it-twettiq ta’ proġetti ta’ mobilità u sħubijiet ta’ talent għandu jinkludi: l-awtoritajiet lokali u l-gvernijiet reġjonali, bil-kompitu li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti futuri; id-dijaspori, li l-kompitu tagħhom huwa li jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-migranti u li jgħinu fit-tfassil ta’ proġetti fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom; il-korpi kummerċjali u l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, li l-kompitu tagħhom huwa li jiġbru l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fil-livell nazzjonali u lokali u li jgħinu fit-tfassil ta’ interventi effettivi; |
13. |
jenfasizza li għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet tad-diversi atturi involuti (il-migranti, id-dijaspori, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-impjegaturi u l-korpi kummerċjali) sabiex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà ta’ proġetti futuri bħala għodda għall-ġestjoni fit-tul tal-migrazzjoni legali; jitlob, għalhekk, li titnieda diskussjoni madwar mejda bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew, li l-iskambji tagħha għandhom ikunu bbażati fuq il-konsultazzjonijiet u d-djalogi preċedenti ma’ partijiet ikkonċernati prinċipali dwar l-integrazzjoni tal-migranti; fl-istess ħin, jappella għal sinerġiji mal-pjattaforma tal-UE dwar il-migrazzjoni tal-ħaddiema prevista mill-Kummissjoni Ewropea u jfakkar li għandha titqies is-sitwazzjoni vulnerabbli partikolari tar-refuġjati għal proġetti futuri biex jiġi żgurat aċċess ugwali għar-refuġjati biex jaċċessaw l-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u jkun hemm fis-seħħ salvagwardji legali meħtieġa; |
14. |
jappoġġja l-istabbiliment ta’ programm ta’ xogħol u vjaġġar fl-UE għaż-żgħażagħ minn pajjiżi terzi, kif previst mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni “Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE”, kif ukoll l-estensjoni tal-programm DiscoverEU lil hinn mill-pajjiżi terzi assoċjati ma’ Erasmus+, u jappella li jittieħed approċċ simili fir-rigward tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex jiġu inklużi aktar pajjiżi terzi fil-programm minn dawk previsti bħalissa, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tal-migrazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-migrazzjoni; |
15. |
iqis li COM(2022) 657, li l-objettiv u l-fokus ewlieni tagħha huwa li tattira l-ħiliet u t-talenti lejn l-UE, mhijiex meqjusa b’mod adegwat fil-proposti għal Direttivi COM(2022) 650 u 655, għalkemm hija xprun importanti għal bidla fundamentali fl-analiżi tal-fenomenu tal-migrazzjoni; |
16. |
jindika li fost iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għas-suq tax-xogħol tal-UE, hemm gruppi speċifiċi li għandhom jingħataw attenzjoni speċjali mil-leġiżlazzjoni, hekk kif isiru dejjem aktar rilevanti fis-setturi essenzjali fis-swieq tax-xogħol Ewropej, bħal fil-kuntest tal-inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu s-setturi tas-saħħa u l-kura, bħall-Garanzija tal-UE għat-Tfal jew il-Green Paper dwar it-Tixjiħ; jappella sabiex ikun hemm aktar appoġġ immirat għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jiġu ffaċilitati l-istatus tagħhom ta’ residenti fit-tul, il-mobbilità intra-UE u l-integrazzjoni, b’enfasi partikolari fuq il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li, skont id-Direttiva proposta dwar residenti għal żmien twil, huma soġġetti għall-istess regoli bħaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, li ma tqisx is-sitwazzjoni speċjali tar-refuġjati u tal-vulnerabbiltajiet tagħhom; |
17. |
jindika li l-mobbiltà tax-xogħol tista’ tkun mezz legali komplementari li permezz tiegħu r-refuġjati jkunu jistgħu jaslu l-Ewropa jew destinazzjonijiet oħra mingħajr ma jkollhom jirrikorru għal rotot irregolari peress li tista’ tiftaħ perkors sikur għar-refuġjati biex japplikaw il-ħiliet tagħhom u jilħqu l-potenzjal tagħhom f’reġjuni li qed ifittxu li jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi ta’ ħiliet; jipproponi li r-refuġjati li jgħixu f’pajjiżi mhux tal-UE għandhom jitqiesu bħala kategorija addizzjonali ta’ ħaddiema kwalifikati, filwaqt li d-disponibbiltà ta’ mezz legali addizzjonali bħal dan ibbażat fuq il-migrazzjoni tal-ħaddiema tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-pressjonijiet li qed isiru fuq is-sistemi Ewropej tal-ażil; |
18. |
iwissi li, għalkemm il-migrazzjoni irregolari hija biss perċentwal żgħir tal-migrazzjoni ġenerali lejn l-UE, xorta titfa’ pressjoni sinifikanti fuq ir-reġjuni u l-bliet li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE; jappella, għalhekk, li jkun hemm infurzar adegwat tal-prinċipju tal-kondiviżjoni tal-piżijiet fost l-Istati Membri tal-UE u li tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari, inkluż permezz tal-ġlieda kontra t-traffikanti li jisfruttaw lil dawk li jfittxu l-ażil u lill-migranti ekonomiċi biex jagħmlu vjaġġi perikolużi; |
19. |
ta’ min ifakkar li, għal ċerti professjonisti ta’ eċċellenza (saħħa, inġinerija, eċċ.), id-dħul jeħtieġ li jiġi ffaċilitat sew billi titnaqqas il-burokrazija, filwaqt li fir-rigward tal-eluf ta’ postijiet tax-xogħol vakanti f’oqsma fejn huwa meħtieġ taħriġ tekniku aktar milli akkademiku – pereżempju, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, it-trasport, l-inġinerija mekkanika, eċċ. – mhuwiex biżżejjed li wieħed jimmira li jqabbel il-provvista tas-suq mad-domanda għall-impjieg, iżda huwa meħtieġ li jiġi previst tip differenti ta’ kooperazzjoni, inkluż it-tqabbil tal-provvista tas-suq mad-domanda, kif ukoll ħidma aktar mill-qrib mal-imsieħba soċjali u ċ-ċentri ta’ taħriġ rilevanti. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi wkoll lill-muniċipalitajiet u lir-reġjuni; |
20. |
jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jivvalutaw, bil-għan li jiġu attirati l-ħiliet u t-talenti, il-possibbiltà li jiffaċilitaw il-kisba tal-istatus ta’ residenti għal żmien twil lill-migranti legali kollha bi kwalifiki u b’impjiegi b’ħiliet għolja, kif ukoll għal kategoriji speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’livell medju ta’ kwalifiki li, ċertament, jitlob li tiġi stabbilita skala ta’ prijorità. Dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk f’setturi li huma kkaratterizzati minn nuqqas ta’ ħaddiema, bħas-setturi tal-IT u tas-saħħa. Għaldaqstant, ikun meħtieġ li jinħolqu listi ta’ impjiegi li hemm nuqqas ta’ ħaddiema għalihom, iżda li jiġi diżakkoppjat l-aċċess għal ħaddiema kwalifikati mill-valutazzjoni tas-suq tax-xogħol; |
21. |
jipproponi li tiġi attivata sistema lokali (reġjonali jew metropolitana) ta’ rikonoxximent tal-ħiliet sabiex jitħaffef il-proċess tal-inklużjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kemm jekk ikunu għadhom kif waslu kif ukoll jekk ikunu diġà residenti, li jkollhom wieħed mill-istati garantiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali attwali. Din is-sistema ta’ rikonoxximent tal-ħiliet ma tissostitwixxix dik nazzjonali, iżda tkun addizzjonali għaliha, u tiggarantixxi integrazzjoni aktar mgħaġġla fis-suq tax-xogħol reġjonali jew metropolitan; |
22. |
jirrimarka li l-fluss reċenti ta’ refuġjati b’ħiliet għolja mill-Ukrajna qed jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffef il-proċess ta’ rikonoxximent tal-ħiliet għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi, kif diġà rregolat mid-Direttiva l-ġdida dwar il-Karta Blu Ewropea. Politika tal-UE li tirregola d-dħul u t-trattament tal-ħaddiema migranti hija essenzjali biex jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn il-provvista u d-domanda tal-ħaddiema, li huwa partikolarment żbilanċjat f’dan l-istadju, speċjalment f’ċerti funzjonijiet soċjalment rilevanti bħal dawk relatati mas-settur tal-kura u s-settur tas-saħħa; |
23. |
jirrimarka li għandhom jitqiesu wkoll dawk li t-talenti tagħhom huma fl-arti u għalhekk ma jagħmlux parti mill-profili professjonali mfittxija, iżda li għandhom il-kapaċità li jarrikkixxu l-kultura tal-pajjiż ospitanti, u b’hekk jinħoloq l-iskambju kulturali li jagħmel parti mill-istorja kburija tal-Ewropa; |
24. |
jirrakkomanda li jiġu implimentati politiki fit-tul li jmorru lil hinn mill-miżuri xprunati mis-sigurtà billi jippromovu inklużjoni mtejba, filwaqt li jindirizzaw ukoll il-kawżi sottostanti tal-migrazzjoni; |
25. |
jitlob li titrawwem l-intraprenditorija billi jitwessgħu t-toroq għall-migrazzjoni lejn l-UE biex jinħolqu intrapriżi u negozji ġodda u billi jiġu ffaċilitati l-permessi sabiex jiġu stabbiliti intrapriżi minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi; jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu gwida u jgħaqqdu parteċipanti ġodda man-negozji lokali u għall-ħtieġa li dawn l-inizjattivi jiġu appoġġjati permezz ta’ appoġġ sostnut mill-finanzjament tal-UE; |
26. |
jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi promossa kultura ta’ tolleranza billi titqajjem kuxjenza interkulturali u jinbena sens komuni ta’ appartenenza; |
27. |
jissuġġerixxi li tissaħħaħ il-governanza b’diversi atturi tal-migrazzjoni, li jingħata appoġġ għal kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet reġjonali u s-soċjetà ċivili fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, id-diversità u l-inklużjoni, li jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, u jinbena approċċ verament komprensiv biex il-kwistjoni tiġi indirizzata fid-dimensjonijiet kollha tagħha, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni