Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0516

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-Funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2021 skont l-Artikoli 10(5) u 21(2) tad-Direttiva 2003/87/EC (kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE u bid-Direttiva (UE) 2018/410)

    COM/2022/516 final

    Brussell, 14.12.2022

    COM(2022) 516 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar il-Funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2021 skont l-Artikoli 10(5) u 21(2) tad-Direttiva 2003/87/EC (kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE u bid-Direttiva (UE) 2018/410)

    {SWD(2022) 407 final}


    Lista ta’ abbrevjazzjonijiet

    AVR

    Ir-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika

    CEF DI

    L-Istrument ta’ Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

    CEMS

    Is-Sistemi ta’ Kejl tal-Emissjonijiet Kontinwu

    Ekwivalenti ta’ CO2

    L-Ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju

    CORSIA

    L-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali

    ŻEE

    Iż-Żona Ekonomika Ewropea

    EEX

    L-Iskambju tal-Enerġija Ewropea

    EFTA

    L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

    BEI

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    ESMA

    L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

    UE

    L-Unjoni Ewropea

    EU ETS

    Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

    EU27

    L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

    EUTL

    Ir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

    ICAO

    L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

    InnovFin EDP

    Il-Proġetti ta’ Dimostrazzjoni tal-Enerġija InnovFin

    IPCC

    Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

    MRR

    Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar

    MSR

    Ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq

    N2O

    L-Ossidu nitruż

    NER

    Ir-Riżerva għal Entranti Ġodda

    PFCs

    Il-Perfluworokarburi

    TNAC

    L-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni

    UK

    Ir-Renju Unit



    Werrej

    Lista ta’ abbrevjazzjonijiet    

    1.    Introduzzjoni    

    2.    Kopertura tal-ETS    

    3.    Qafas tas-suq tal-karbonju    

    3.1.    Limitu massimu fuq l-emissjonijiet    

    3.2.    Irkantar ta’ kwoti    

    3.3.    Allokazzjoni bla ħlas    

    3.3.1.    Deroga minn irkantar sħiħ għall-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana    

    3.4.    Dħul mill-irkant    

    3.4.1.    NER 300    

    3.4.2.    Fond għall-Innovazzjoni    

    3.4.3.    Fond għall-Modernizzazzjoni    

    3.4.4.    Kumpens għall-kostijiet indiretti tal-karbonju    

    3.5.    Tnaqqis tal-emissjonijiet fl-EU ETS    

    3.6.    Bilanċjar tal-provvista u tad-domanda    

    4.    Avjazzjoni    

    5.    Sorveljanza tas-suq    

    5.1.    Sejbiet tar-rapport tal-ESMA    

    5.1.1.    Rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-ESMA    

    6.    Monitoraġġ, rapportar u verifika tal-emissjonijiet    

    6.1.    Monitoraġġ tal-emissjonijiet    

    6.2.    Akkreditament u verifika    

    6.3.    Awtoritajiet kompetenti    

    6.4.    Konformità u infurzar    

    7.    Kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera    

    8.    EU ETS fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija    

    9.    Konklużjonijiet u prospettiva    



    1.Introduzzjoni

    Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) hija pedament tal-politika tal-UE dwar il-klima. F’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, din tpoġġi prezz tal-karbonju fuq l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, mill-industrija li tuża ħafna enerġija u mill-avjazzjoni fl-Ewropa. Bl-użu tal-forzi tas-suq, l-EU ETS toħloq inċentiv sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fejn jiswa l-anqas li jsir dan. B’mod parallel, din tiġġenera dħul għall-investiment fl-azzjoni klimatika u fit-trasformazzjoni tal-enerġija.

    Mit-tnedija tagħha fl-2005, l-EU ETS għenet sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u mill-produzzjoni industrijali b’34,6 % 1 . Iġġenerat aktar minn EUR 100 biljun fi dħul mill-irkanti għad-distribuzzjoni lill-Istati Membri fl-2013-21. Madankollu, huwa meħtieġ aktar tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq l-ambizzjoni klimatika ogħla stabbilita fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima 2 . Sabiex tintlaħaq in-newtralità klimatika sa nofs is-seklu, l-UE impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet b’mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. L-EU ETS hija essenzjali sabiex jinkiseb dan.

    F’Lulju 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta’ riformi ta’ politika sabiex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 , inkluża reviżjoni tal-EU ETS 4 . Il-Kummissjoni pproponiet li s-setturi koperti mis-sistema jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 61 % meta mqabbla mal-2005 5 . Għal dan il-għan, il-proposta ssaħħaħ il-limitu massimu fuq l-emissjonijiet u tgħolli aktar it-tnaqqis annwali tagħha. Hija tirriforma wkoll ir-regoli dwar l-għoti ta’ kwoti bla ħlas lill-industrija u tneħħi gradwalment l-allokazzjoni bla ħlas għall-avjazzjoni. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-EU ETS sabiex tkopri l-emissjonijiet mit-trasport marittimu u sabiex tistabbilixxi sistema ġdida għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport bit-triq u mill-bini. B’kollox, il-proposta tfittex li tidderieġi aktar riżorsi lejn it-tranżizzjoni ekoloġika - billi timpenja lill-Istati Membri jinvestu d-dħul kollu mill-irkant fi proġetti relatati mal-klima u mal-enerġija u billi żżid ir-riżorsi tal-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni.

    Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qiesu l-proposta tal-Kummissjoni. Sa nofs l-2022, it-tnejn li huma adottaw pożizzjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-EU ETS, filwaqt li ressqu diversi emendi. Dan wassal għal negozjati interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li bdew f’Lulju 2022.

    Sadanittant, l-EU ETS tkompli tiffunzjona kif inhi lleġiżlata bħalissa. Fl-2021, is-sistema daħlet fir-raba’ fażi tagħha (2021-30). B’dan, saru effettivi diversi bidliet fil-qafas tas-sistema. Il-limitu massimu fuq l-emissjonijiet jonqos kull sena b’rata ogħla ta’ 2,2 %. Il-volum tal-kwoti allokati bla ħlas lill-industrija ġie aġġustat sabiex jirrifletti l-progress teknoloġiku u l-bidliet fil-produzzjoni. L-ewwel sejħiet għal proġetti taħt il-Fond għall-Innovazzjoni tlestew u ġew approvati l-ewwel deċiżjonijiet ta’ żborż għall-investimenti fil-qafas tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Il-kopertura tas-sistema ġiet aġġustata wkoll fl-2021 sabiex tirrifletti t-tluq tar-Renju Unit (UK) mill-UE.

    Fl-2021, l-operazzjonijiet tal-installazzjonijiet koperti mill-EU ETS kienu għadhom qegħdin jirkupraw mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19. Minħabba l-ixprunar tal-irkupru, l-emissjonijiet żdiedu bi ftit mill-2020, iżda baqgħu taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija. Dan kien rifless f’żieda fid-domanda għall-kwoti fl-EU ETS u fi prezz ogħla tal-karbonju fl-2021.

    Iż-żieda fil-prezzijiet tal-karbonju wasslet biex xi partijiet ikkonċernati jiddubitaw jekk kienx hemm spekulazzjoni eċċessiva fl-EU ETS. Xi wħud esprimew ukoll dubji dwar jekk il-prezzijiet ogħla kinux qegħdin ikollhom effett fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni indirizzat dan it-tħassib fil-Komunikazzjoni dwar l-indirizzar tal-prezzijiet tal-enerġija 6 . Hija kkonkludiet li l-effett ta’ prezzijiet ogħla tal-gass fuq il-prezz tal-enerġija kien disa’ darbiet akbar mill-effett ta’ prezzijiet ogħla tal-karbonju. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tanalizza l-imġiba fis-suq tal-karbonju. Ir-rapport finali tal-ESMA ppubblikat fl-2022 jiċħad pretensjonijiet ta’ spekulazzjoni eċċessiva. L-ESMA kkonkludiet li s-suq tal-karbonju tal-UE kien qiegħed jiffunzjona tajjeb u li s-sinjal tal-prezz tal-karbonju kien konformi mal-prinċipji fundamentali tas-suq.

    Dan ir-rapport iqis il-funzjonament tal-EU ETS fl-2021 u fl-ewwel nofs tal-2022. Jippreżenta ħarsa ġenerali aġġornata tal-kopertura u tal-infrastruttura tas-sistema u jipprovdi għarfien dwar l-elementi ewlenin tal-qafas tas-sistema. Ir-rapport huwa konformi mal-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva dwar l-EU ETS 7 . Huwa bbażat l-aktar fuq data mir-Reġistru tal-UE, mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL), kif ukoll fuq rapporti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar l-EU ETS.

    2.Kopertura tal-ETS

    Sa mill-bidu tal-fażi 4 (2021-30), l-EU ETS kopriet 27 Stat Membru tal-UE u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) - l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja (il-pajjiżi tal-EU ETS), kif ukoll impjanti tal-enerġija fl-Irlanda ta’ Fuq 8 . Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EU ETS hija marbuta mal-ETS tal-Iżvizzera.

    B’kollox, l-EU ETS tirregola l-emissjonijiet minn aktar minn 8 757 impjant tal-enerġija u tas-sħana u installazzjonijiet tal-manifattura, kif ukoll madwar 371 operatur tal-inġenji tal-ajru li jtiru bejn l-ajruporti taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit. Dan jirrappreżenta madwar 36 % tal-emissjonijiet kollha tal-UE.

    Bħal fis-snin preċedenti, il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet koperti mill-EU ETS jarmu anqas minn 50 000 tunnellata ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (ekwivalenti ta’ CO2) fis-sena 9 (70,5 %). Minn dawn, 4 725 huma kklassifikati bħala installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi 10 (54 % tat-total). 22 % tal-installazzjonijiet kollha jarmu bejn 50 000 u 500 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena 11 , u 7,5 % tal-installazzjonijiet jarmu l-ogħla livell ta’ emissjonijiet, aktar minn 500 000 ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena 12 . Il-pajjiżi tal-ETS irrapportaw li 199 installazzjoni ngħalqu fl-2021, l-aktar minħabba waqfien sħiħ tal-attivitajiet jew minħabba kapaċità mnaqqsa, u b’hekk l-installazzjoni kienet taħt il-limitu għall-kopertura fil-qafas tas-sistema 13 .

    L-Illustrazzjoni 1.1 fl-Appendiċi 1 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport turi d-diżaggregazzjoni tal-installazzjonijiet skont il-kategorija tal-emissjonijiet fl-2021.

    F’xi setturi, l-installazzjonijiet li jaqbżu ċertu daqs u livell ta’ produzzjoni biss huma inklużi fl-EU ETS. Il-pajjiżi jistgħu jeskludu installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi mis-sistema jekk jiġu stabbiliti miżuri alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet 14 . Mill-2021, huwa possibbli wkoll li jiġu esklużi installazzjonijiet mill-EU ETS li jarmu anqas minn 2 500 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 15 kif ukoll unitajiet ta’ riżerva jew ta’ sostenn, li ma jaħdmux aktar minn 300 siegħa fis-sena 16 .

    Fl-2021, 14-il pajjiż għażlu li jeskludu installazzjonijiet mis-sistema, li jammontaw għal total ta’ 4,9 Mt ekwivalenti ta’ CO2. Dan kien jirrappreżenta 0,37 % tal-emissjonijiet mill-installazzjonijiet inklużi fl-EU ETS.

    Sitt Stati Membri 17 komplew jippermettu lill-installazzjonijiet stazzjonarji jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ simplifikati f’każijiet ta’ riskju baxx fl-2021 18 . Għall-avjazzjoni, il-Belġju biss irrapporta li uża din id-dispożizzjoni għal installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi.

    Minbarra s-CO2 mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, mill-produzzjoni industrijali u mill-avjazzjoni, l-EU ETS tkopri l-ossidu nitruż (N2O) mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-aċidu adipiku, l-aċidu gliossiliku u mill-produzzjoni gliossali, u l-perfluworokarburi (PFCs) mill-produzzjoni tal-aluminju. Fl-2021, 22 pajjiż irrapportaw permessi għal attivitajiet tal-ETS li jirrilaxxaw emissjonijiet mhux tas-CO2. In-Norveġja biss iddikjarat attivitajiet għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju.

    It-Tabella 1.1 fl-Appendiċi 1 tad-dokument ta’ ħidma ta’ akkumpanjament tal-persunal telenka l-pajjiżi li rrapportaw emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-attivitajiet tal-EU ETS fl-2021.

    Fl-avjazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-operaturi regolati fl-2021 kienu operaturi kummerċjali (71 %, jew 262 operatur) 19 . Total ta’ 160 operatur (43 %) ikkwalifikaw bħala emittenti żgħar.

    3.Qafas tas-suq tal-karbonju

    3.1.Limitu massimu fuq l-emissjonijiet

    Il-limitu massimu fl-EU ETS jistabbilixxi l-kwantità assoluta massima ta’ emissjonijiet li l-entitajiet regolati jistgħu jarmu. Dan jikkorrispondi għall-għadd ta’ kwoti maħruġa matul fażi ta’ negozjar. Il-limitu massimu jonqos kull sena sabiex jiġi żgurat li l-UE tilħaq il-mira ġenerali tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

    Jiġu applikati limiti separati għall-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji u minn operaturi tal-inġenji tal-ajru. Il-limitu massimu tal-2021 għall-emissjonijiet mill-installazzjonijiet stazzjonarji kien ta’ 1 571 583 007 kwota. Għall-avjazzjoni, inħarġu 28 306 545 kwota fl-2021. Mill-2021, iż-żewġ limiti massimi naqsu b’rata ta’ 2,2 % fis-sena 20 . Għal-limitu massimu fuq l-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji, dan huwa ekwivalenti għal 43 003 515-il kwota.

    F’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva dwar l-EU ETS, l-installazzjonijiet stazzjonarji jistgħu jużaw ukoll kwoti tal-avjazzjoni għall-konformità mill-1 ta’ Jannar 2021.

    It-Tabella 1 turi ċifri annwali tal-limitu massimu tal-EU ETS mill-2013. Meta titqabbel din id-data, għandu jiġi nnotat li mill-2021, l-EU ETS ma għadhiex tkopri l-installazzjonijiet fir-Renju Unit. F’konformità mal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit 21 u mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit 22 , il-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq jibqgħu fl-EU ETS bid-drittijiet u l-obbligi korrispondenti. L-EU ETS tkompli tkopri wkoll l-emissjonijiet minn titjiriet li jitilqu lejn ir-Renju Unit. Il-limiti fuq l-emissjonijiet inbidlu sabiex jirriflettu dan 23 .

    Tabella 1. Limitu massimu annwali fuq l-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji u għadd annwali ta’ kwoti tal-avjazzjoni mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni (2013-21).

    Sena

    Il-limitu massimu annwali (installazzjonijiet stazzjonarji)

    Il-volum annwali tal-kwoti tal-avjazzjoni mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni

    2013

    2 084 301 856

    32 455 296

    2014

    2 046 037 610

    41 866 834

    2015

    2 007 773 364

    50 669 024

    2016

    1 969 509 118

    38 879 316

    2017

    1 931 244 873

    38 711 651

    2018

    1 892 980 627

    38 909 585

    2019

    1 854 716 381

    38 830 950

    2020

    1 816 452 135

    42 803 537

    2021

    1 571 583 007

    28 306 545

    L-Illustrazzjoni 1 turi l-bidliet fil-limitu massimu matul il-fażijiet kollha tal-EU ETS, inkluż it-tnaqqis ipproġettat sal-2030 24 .



    Illustrazzjoni 1. Limitu massimu tal-emissjonijiet stabbilit fl-EU ETS, meta mqabbel mal-emissjonijiet ivverifikati. Didaskalija: kolonni (limitu), kolonni ċari fl-2014-16 (kwoti kkonċentrati fl-aħħar tal-perjodu fil-fażi 3), kolonni ċari mill-2019 (għotjiet tal-kwoti għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq), linja miksura (emissjonijiet ivverifikati).



    3.2.Irkantar ta’ kwoti

    L-irkantar jibqa’ l-metodu primarju tad-distribuzzjoni tal-kwoti fil-fażi 4 tal-EU ETS, li jammonta għal 57 % tal-limitu massimu. Ir-Regolament dwar l-Irkantar 25 jistabbilixxi regoli sabiex jiġi żgurat li l-irkantijiet isiru b’mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Dan jispeċifika t-twaqqit, l-amministrazzjoni u aspetti oħrajn tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet.

    Fl-2021, l-irkantijiet komplew isiru permezz tal-European Energy Exchange AG (EEX):

    ·bħala l-pjattaforma komuni tal-irkant għall-25 Stat Membru li jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist konġunt,

    ·għall-Polonja, li għażlet li toħroġ mill-proċedura ta’ akkwist konġunt iżda li għadha ma ħatritx il-pjattaforma tal-irkant tagħha stess,

    ·għall-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja wara li l-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat fl-2019 sabiex jippermettilhom jipparteċipaw fil-Ftehim Konġunt tal-Akkwist għall-pjattaforma komuni tal-irkant,

    ·għar-Renju Unit sabiex jirkanta kwoti għall-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq.

    L-EEX wettqet irkantar għall-Ġermanja wkoll bħala l-pjattaforma tal-irkant ta’ “nonparteċipazzjoni”.

    L-EEX inħatret mill-ġdid bħala l-pjattaforma komuni tal-irkant mill-2021, mingħajr bidliet kbar fil-parteċipazzjoni fl-irkantijiet. B’kollox, fl-2021 saru 230 irkant u 109 saru fl-ewwel nofs tal-2022. It-Tabella 2 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-volumi annwali ta’ kwoti rkantati mill-EEX mill-fażi 3.

    Tabella 2. Volumi totali tal-kwoti irkantati (2013-21).

    Sena

    Kwoti ġenerali

    Kwoti tal-avjazzjoni

    2013

    808 146 500

    0

    2014

    528 399 500

    9 278 000

    2015

    632 725 500

    16 390 500

    2016

    715 289 500

    5 997 500

    2017

    951 195 500

    4 730 500

    2018

    915 750 000

    5 601 500

    2019

    588 540 000

    5 502 500

    2020

    778 505 000

    7 505 000

    2021

    582 952 500

    3 785 500

    Fl-2021, ma ġew ikkanċellat l-ebda rkantijiet. Madankollu, fil-bidu tal-2022, ġew ikkanċellati żewġ irkantijiet. Fl-1 ta’ Frar, l-irkant għall-pjattaforma komuni tal-irkant ġie kkanċellat minħabba problema teknika. F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Irkantar, il-volum korrispondenti tal-kwoti mbagħad tqassam matul l-erba’ irkantijiet sussegwenti. Fit-2 ta’ Marzu, l-irkant għall-Polonja ġie kkanċellat peress li l-volum totali tal-offerta ma laħaqx il-volum tal-kwoti rkantati. L-irkant ġie kkanċellat f’konformità mal-Artikolu 7(5) tar-Regolament dwar l-Irkantar, u għal darb’oħra l-volum tqassam matul l-erba’ irkantijiet li kien imiss.

    L-Illustrazzjoni 2 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-prezzijiet mill-ikklerjar f’irkant fis-suq tal-karbonju tal-UE mill-2013 sa Settembru 2022.

    Illustrazzjoni 2. Prezzijiet mill-ikklerjar f’irkantijiet tal-kwoti ġenerali (l-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Settembru 2022).

    Il-pjattaformi tal-irkant jippubblikaw regolarment riżultati dettaljati ta’ kull irkant fuq is-siti web tagħhom. Aktar informazzjoni dwar it-twettiq tal-irkantijiet, inkluż dwar il-parteċipazzjoni, il-proporzjon ta’ kopertura u l-prezzijiet, tista’ tinstab fir-Rapporti tal-Irkanti tal-pajjiżi tal-ETS 26 .

    3.3.Allokazzjoni bla ħlas

    Għalkemm l-irkantar huwa l-metodu primarju għad-distribuzzjoni tal-kwoti fl-EU ETS, volum sinifikanti ta’ kwoti huwa allokat bla ħlas sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju 27 . Din hija miżura tranżizzjonali.

    Lista speċifika tar-Rilokazzjoni tal-Emissjonijiet tal-Karbonju tidentifika setturi b’riskju ogħla ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, li huma eliġibbli sabiex jirċievu allokazzjoni bla ħlas. Il-lista għall-fażi 4 28 tidentifika 63 settur u sottosettur li jkopru madwar 94 % tal-emissjonijiet industrijali fl-EU ETS.

    L-allokazzjoni bla ħlas għal setturi speċifiċi hija bbażata fuq parametri referenzjarji ta’ prestazzjoni. Il-parametri referenzjarji jirriflettu l-intensità medja tal-emissjonijiet għal kull unità ta’ prodott tal-10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti f’kull settur. Il-parametri referenzjarji jitnaqqsu b’mod inkrementali sabiex jissaħħaħ l-inċentiv għad-dekarbonizzazzjoni u għall-avvanz tal-innovazzjoni. Fl-2021, il-Kummissjoni aġġornat il-valuri tal-parametri referenzjarji tal-ETS 29 . Dawn japplikaw fl-ewwel perjodu ta’ allokazzjoni fil-fażi 4, 2021-25.

    B’kollox, 31 minn 54 parametru referenzjarju tnaqqsu bir-rata massima ta’ 24 %. Il-bqija tnaqqsu f’firxa ta’ 3 sa 24 % 30 . Dan jirrifletti l-progress li sar mill-biċċa l-kbira tas-setturi industrijali fit-tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet għal kull unità ta’ prodott f’dawn l-aħħar snin. Il-Kummissjoni ppubblikat skeda informattiva sabiex takkumpanja d-deċiżjoni, li tagħti dettalji dwar l-ipproċessar u l-analiżi tad-data li tirfed l-aġġornament tal-parametri referenzjarji 31 .

    Mill-fażi 4, il-volum tal-allokazzjoni bla ħlas jiġi aġġustat abbażi ta’ regoli riveduti 32 , meta jseħħu bidliet fil-produzzjoni industrijali. Il-limitu għall-aġġustamenti huwa stabbilit għal żieda jew tnaqqis fil-produzzjoni ta’ 15 %. L-operaturi huma meħtieġa jissottomettu rapporti annwali dwar id-data tal-produzzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Abbażi ta’ dawn ir-rapporti, jistgħu jsiru aġġustamenti fil-volum tal-allokazzjoni bla ħlas maħruġa.

    Meta wieħed iqis l-effetti ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19, din l-istrettezza wasslet għal żieda fl-għadd ta’ aġġustamenti annwali għall-volum ta’ allokazzjonijiet bla ħlas. Fl-2021 ġew sottomessi madwar 3 700 applikazzjoni, tliet darbiet aktar mill-medja annwali fil-fażi 3.

    Il-volum inizjali ta’ allokazzjoni bla ħlas għall-2021-25 kien ġie stabbilit għal 2 791 miljun kwota, għal 7 430 installazzjoni. Sa nofs l-2022, il-Kummissjoni adottat ħames deċiżjonijiet sabiex taġġusta l-volum tal-allokazzjoni bla ħlas 33 . B’riżultat ta’ dan, il-volum tnaqqas b’77,5 miljun kwota. Madankollu, b’mod parallel, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet 34 li jikkoreġu l-volum inizjali tal-allokazzjoni bla ħlas u li jżidu 3,3 miljun kwota. Dan kien meħtieġ minħabba żbalji li nstabu fid-data sottomessa mill-installazzjonijiet u sabiex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet tal-qorti.

    L-aġġustamenti għal-livell ta’ allokazzjoni bla ħlas isiru mir-Riżerva għal Entranti Ġodda (NER). Dawn l-aġġustamenti jinkludu wkoll bidliet fl-allokazzjoni minħabba l-ftuħ jew l-għeluq tal-installazzjonijiet. Il-volum inizjali tan-NER fil-bidu tal-fażi 4 ammonta għal 331,3 miljun kwota. Dan kien jinkludi kwoti mhux allokati mill-fażi 3 u 200 miljun kwota mir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.

    It-Tabella 3 tiġbor fil-qosor il-livelli annwali ta’ allokazzjoni bla ħlas fl-ewwel perjodu tal-fażi 4 (2021-25) – kemm il-livelli inizjali kif ukoll dawk aġġustati.

    Tabella 3. Allokazzjoni bla ħlas fl-ewwel perjodu tal-fażi 4 (2021-25).

    Sena

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    Total

    Allokazzjoni bla ħlas inizjali (EU-27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja)

    559,6

    558,9

    558,2

    557,5

    556,8

    2 791,1

    Allokazzjoni bla ħlas attwali

    545,0

    544,1

    543,3

    542,6

    541,9

    2 716,8

    Allokazzjoni bla ħlas aġġustata u kkoreġuta

    -14,6

    -14,8

    -14,9

    -14,9

    -14,9

    -74,2

    3.3.1.Deroga minn irkantar sħiħ għall-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana

    L-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-EU ETS jidderoga mir-regola ġenerali tal-irkantar tal-kwoti. L-Istati Membri eliġibbli 35 jistgħu jagħtu kwoti lis-settur tal-elettriku u tas-sħana sabiex jappoġġaw l-investiment fil-modernizzazzjoni u fid-diversifikazzjoni. Il-kwoti skont l-Artikolu 10c jitnaqqsu mill-kwantità li l-Istat Membru kieku kien jirkanta. Madankollu, l-iskemi nazzjonali stabbiliti sabiex jimplimentaw id-deroga tal-Artikolu 10c jeħtieġu approvazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat.

    L-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva dwar l-EU ETS tibqa’ disponibbli fil-fażi 4, iżda b’dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom dwar it-trasparenza u l-proċess tal-għażla. Inkella, l-Istati Membri eliġibbli setgħu jiddeċiedu li jirkantaw l-allokazzjoni kollha tagħhom tal-Artikolu 10c jew parti minnha jew li jużawha sabiex jiffinanzjaw investimenti fil-qafas tal-Fond għall-Modernizzazzjoni.

    Il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Ungerija biss ikomplu jużaw l-Artikolu 10c fil-fażi 4, iżda għadhom fil-proċess li jfasslu oqfsa nazzjonali sabiex jimplimentaw din id-dispożizzjoni. Dawn jeħtieġ li jiġu approvati mill-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Sadanittant, il-Bulgarija talbet, f’konformità mal-Artikolu 14f tar-Regolament dwar l-Irkantar, li tirkanta porzjonijiet tal-kwoti tal-Artikolu 10c tagħha mwarrbin għall-2021 u l-2022.

    Stati Membri oħrajn 36 eliġibbli sabiex jużaw id-deroga tal-Artikolu 10c għażlu fl-2020 li jew jirkantaw dawn il-kwoti jew jittrasferixxuhom għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. It-Tabella 2.5 tal-Appendiċi 2 għad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament turi l-għadd totali ta’ kwoti fil-Fond għall-Modernizzazzjoni għal kull Stat Membru benefiċjarju fil-fażi 4.

    3.4.Dħul mill-irkant

    L-irkantar tal-kwoti jiġġenera dħul sostanzjali għall-Istati Membri x’jonfqu fuq l-azzjoni klimatika, it-trasformazzjoni tal-enerġija u l-innovazzjoni teknoloġika. Prezz ogħla tal-karbonju jissarraf fi dħul ogħla. Porzjon ta’ kwoti fil-fażi 4 jiġi rkantat għall-fini tal-provviżjonament tal-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni.

    Id-Direttiva tal-EU ETS tirrikjedi li l-Istati Membri għandhom jużaw mill-anqas 50 % tad-dħul mill-irkant tagħhom 37 , u d-dħul kollu mill-avjazzjoni, għal finijiet relatati mal-klima u l-enerġija. L-Istati Membri jirrapportaw kull sena dwar kif jonfqu d-dħul tagħhom mill-irkant.

    Id-dħul totali mill-irkant fit-18-il xahar mill-2020 (Jannar 2021 – Ġunju 2022) kien jammonta għal EUR 51,7 biljun 38 . Fl-2021 biss, l-irkantijiet iġġeneraw dħul ta’ aktar minn EUR 31 biljun. Dan ifisser li d-dħul kważi rdoppja mill-2020. Mid-dħul tal-2021, EUR 25 biljun marru direttament għall-Istati Membri 39 .

    Bħala medja, l-Istati Membri rrapportaw li nefqu 76 % tad-dħul mill-irkant fuq proġetti relatati mal-klima u l-enerġija fl-2021 (EUR 19,4-il biljun). Dan huwa konformi mal-medja ta’ 75 % fil-fażi 3. Il-biċċa l-kbira tad-dħul intnefaq fuq proġetti tal-enerġija rinnovabbli (30 %) u tat-trasport (20 %). Barra minn hekk, l-Istati Membri ffinanzjaw proġetti dwar l-effiċjenza enerġetika, proġetti domestiċi u internazzjonali, kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp. Ġie rrapportat li madwar 25 % iffinanzjaw miżuri oħrajn li jnaqqsu l-emissjonijiet. Dawn jinkludu miżuri li l-Istati Membri qegħdin jimplimentaw sabiex itaffu l-impatti tal-kriżi tal-enerġija eż. ħelsien mit-taxxa u appoġġ soċjali. Analiżi dettaljata tar-rapportar tal-Istati Membri dwar dan l-infiq tista’ tinstab fir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika 2022 40 .

    3.4.1.NER 300

    L-NER 300 iffinanzjat mill-EU ETS kien programm ta’ finanzjament fuq skala kbira għal proġetti innovattivi ta’ dimostrazzjoni tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju stabbilit għall-fażi 3. L-għan kien li jintwerew ġbir u ħżin tal-karbonju sikuri għall-ambjent u teknoloġiji innovattivi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kummerċjali. Il-programm ġabar flimkien ir-riżorsi mill-irkantar ta’ 300 miljun kwota mir-Riżerva għal Entranti Ġodda. Il-finanzjament ingħata lill-proġetti magħżula wara żewġ sensiliet ta’ sejħiet għal proposti f’Diċembru tal-2012 u f’Lulju tal-2014. Il-proġetti għadhom qegħdin jiġu implimentati.

    B’kollox, 38 proġett tal-enerġija rinnovabbli u proġett wieħed ta’ ġbir u ħżin tal-karbonju f’20 Stat Membru ngħataw appoġġ mill-NER 300, li ammonta għal EUR 2,1 biljun. Sat-30 ta’ Settembru 2022, daħlu fis-seħħ ħdax-il proġett. Tliet proġetti huma meqjusa bħala kompluti: il-proġett tal-bijoenerġija BEST fl-Italja, il-proġett eoliku fuq l-art Windpark Blaiken fl-Iżvezja u l-proġett tal-bijoenerġija Verbiostraw fil-Ġermanja. Il-proġetti li jifdal għadhom qegħdin jiġu mmonitorjati fil-qafas tal-programm: il-proġett eoliku fuq l-art Windpark Handalm fl-Awstrija, il-proġetti eoliċi lil hinn mill-kosta Veja Mate u Nordsee One fil-Ġermanja, il-proġett tal-grilja intelliġenti Puglia Active Network fl-Italja, il-proġetti ta’ teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta galleġġanti Vertimed fi Franza u Windfloat fil-Portugall, il-proġett ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari Minos fil-Greċja u l-proġett tal-bijoenerġija TORR fl-Estonja.

    Minħabba diffikultajiet fl-iżgurar tal-kofinanzjament (settur privat jew pubbliku) kif ukoll minħabba kundizzjonijiet ekonomiċi u ta’ politika ta’ sfida, 28 proġett ma setgħux jiġbru biżżejjed fondi addizzjonali u kellhom jiġu rtirati mill-programm. B’riżultat ta’ dan, saru disponibbli aktar minn EUR 1,6 biljun.

    Fondi mhux minfuqa mill-NER 300 qegħdin jiġu riallokati. Il-fondi mhux minfuqa fl-ewwel sessjoni ta’ sejħiet għal proposti (bħalissa EUR 724,8 miljun) jiġu investiti mill-ġdid fil-qafas ta’ strumenti finanzjarji eżistenti ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment 41 . Fil-qafas tal-Proġetti ta’ Dimostrazzjoni tal-Enerġija InnovFin (InnovFin EDP), il-proġetti jridu jiġu approvati sa tmiem l-2022. Kemm fil-qafas tal-appoġġ konsultattiv finanzjarju ta’ InnovFin għall-Enerġija kif ukoll fil-qafas tal-Istrument ta’ Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF DI), il-proġetti jridu jiġu approvati sa tmiem l-2023.

    It-Tabella 2.4. fl-Anness 2 tad-dokument ta’ ħidma ta’ akkumpanjament tal-persunal jipprovdi aktar dettalji dwar il-proġetti appoġġati fil-qafas tal-InnovFin EDP u s-CEF DI minn Ġunju 2020.

    Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament imħallat diġà qiegħed juri li huwa effettiv. Pereżempju, fil-qafas tal-appoġġ konsultattiv finanzjarju ta’ InnovFin għall-Enerġija, diġà tlestew għaxar proġetti u qegħdin jiġu implimentati aktar. Dawn huma prinċipalment proġetti tal-enerġija rinnovabbli (l-oċeani, l-enerġija solari kkonċentrata u l-idroġenu) kif ukoll proġetti tal-qbid u l-użu/il-ħżin tal-karbonju.

    Il-fondi li jifdal mhux minfuqa mill-NER 300 jiġu mgħoddija lill-Fond għall-Innovazzjoni. Dan jinkludi fondi mhux minfuqa mit-tieni serje ta’ sejħiet għal proposti u fondi rritornati mill-Istati Membri minħabba proġetti li fallew. Sa issa, ġew ittrasferiti EUR 770,2 miljun lill-Fond għall-Innovazzjoni.

    3.4.2.Fond għall-Innovazzjoni

    Il-Fond għall-Innovazzjoni fil-qafas tal-EU ETS għandu l-għan li jiffinanzja d-dimostrazzjoni kummerċjali ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u soluzzjonijiet industrijali għad-dekarbonizzazzjoni tal-industriji Ewropej b’użu intensiv tal-enerġija, kif ukoll l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tal-enerġija, u l-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju. Għall-perjodu 2020-30, il-fond huwa stmat li jiġbor madwar EUR 33,8 biljun 42 mill-irkantar ta’ 450 miljun kwota. Dan jagħmlu wieħed mill-akbar programmi ta’ finanzjament ta’ għotjiet fid-dinja, iffinanzjat 100 % mill-EU ETS.

    Mill-2020, il-Kummissjoni flimkien mal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (CINEA) nediet erba’ sejħiet għal proposti fil-qafas tal-Fond għall-Innovazzjoni. Tnejn minn dawn is-sejħiet għal proposti tlestew fl-2021.

    Fil-qafas tal-ewwel sejħa għal proġetti fuq skala kbira 43 , seba’ proposti f’sitt Stati Membri ngħataw għotjiet 44 . B’kollox, ingħataw EUR 1 145 miljun f’appoġġ għal proġetti f’setturi differenti tal-ETS, jiġifieri sustanzi kimiċi, azzar, siment, raffineriji, u enerġija u sħana. Fil-qafas tal-ewwel sejħa għal proposti fuq skala żgħira 45 , 30 proġett irċevew għotjiet għal volum totali ta’ EUR 109 miljun. Dawn se jikkontribwixxu għal azzjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni fi 11-il Stat Membru 46 flimkien mal-Iżlanda u n-Norveġja. B’kollox, il-proġetti għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet b’77,4 Mt ekwivalenti ta’ CO2 matul l-ewwel 10 snin tat-tħaddim tagħhom. Dan it-tnaqqis huwa mistenni li jibda jidħol fis-seħħ diġà fl-2023 bl-ewwel proġetti li jibdew joperaw.

    F’Lulju 2022, intgħażlu minn qabel 17-il proġett għat-tħejjija ta’ ftehim ta’ għotja fil-qafas tat-tieni sejħa għal proposti fuq skala kbira. Total ta’ EUR 1,8 biljun se jiffinanzja l-innovazzjoni fis-siment, fl-idroġenu, fis-sustanzi kimiċi, fis-setturi tal-manifattura u oħrajn, filwaqt li javvanza l-azzjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni f’disa’ pajjiżi tal-ETS 47 . Fil-31 ta’ Awwissu 2022, għalqet it-tieni sejħa għal proġetti fuq skala żgħira, b’66 proposta li waslu u l-evalwazzjoni għadha għaddejja.

    B’mod parallel, intgħażlu 25 proġett li ma rnexxewx mill-ewwel żewġ sejħiet (kemm fuq skala kbira kif ukoll fuq skala żgħira) għall-assistenza fl-iżvilupp tal-proġetti fil-qafas tal-Fond għall-Innovazzjoni. Dan l-appoġġ jammonta għal EUR 6,1 miljun u huwa pprovdut mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

    Fit-3 ta’ Novembru 2022, tnediet it-tielet sejħa għal proġetti fuq skala kbira 48 , b’baġit bla preċedent ta’ EUR 3 biljun. Din se tiffoka speċifikament fuq oqsma ta’ proġetti marbuta mal-Pjan tal-UE dwar ir-REPowerEU 49 – l-idroġenu u l-elettrifikazzjoni, il-manifattura ta’ teknoloġija nadifa u l-proġetti pilota ta’ daqs medju.

    Il-Kummissjoni tirrapporta separatament f’aktar dettall dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni. L-ewwel Rapport ta’ Progress 50 ġie adottat fis-26 ta’ Awwissu 2022.

    3.4.3.Fond għall-Modernizzazzjoni

    Il-Fond għall-Modernizzazzjoni fil-qafas tal-EU ETS huwa wieħed mill-mekkaniżmi ta’ solidarjetà tas-sistema – huwa jappoġġa l-investimenti ta’ dekarbonizzazzjoni f’għaxar Stati Membri bi dħul aktar baxx 51 . Fil-perjodu 2021-30, huwa mistenni li jiġbor madwar EUR 48,2 biljun 52 mill-irkantar ta’ aktar minn 643 miljun kwota 53 . Mill-anqas 70 % ta’ dawn ir-riżorsi għandhom jappoġġaw investimenti ta’ prijorità li jgħinu lill-Istati Membri benefiċjarji javvanzaw it-tranżizzjoni tagħhom għan-newtralità klimatika.

    Il-fond sar operazzjonali f’Jannar 2021 u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri benefiċjarji bdew jimplimentawh domestikament minn dak iż-żmien. Total ta’ EUR 3,3 biljun mill-fond sar disponibbli għall-Kroazja, għaċ-Ċekja, għall-Estonja, għall-Ungerija, għall-Litwanja, għall-Polonja, għar-Rumanija u għas-Slovakkja. Dawn ir-riżorsi jkopru 71 investiment, inkluż titjib fl-effiċjenza enerġetika f’setturi differenti (il-Litwanja, il-Polonja), f’installazzjonijiet fotovoltajċi (iċ-Ċekja, ir-Rumanija), fil-ħżin tal-enerġija (l-Ungerija) u fil-modernizzazzjoni tal-grilji tal-enerġija (is-Slovakkja).

    L-ewwel sensiela ta’ rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni hija diġà disponibbli. Dan jinkludi r-Rapport Annwali tal-Kumitat tal-Investiment 54 u r-rapportar nazzjonali tal-Istati Membri 55 .

    3.4.4.Kumpens għall-kostijiet indiretti tal-karbonju

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat sabiex jikkumpensaw għal xi industriji li jużaw ħafna enerġija għall-kostijiet tal-karbonju li jirriżultaw minn emissjonijiet indiretti, b’mod speċifiku minn prezzijiet tal-elettriku ogħla minħabba ġeneraturi tal-enerġija li jgħaddu l-kost tax-xiri ta’ kwoti lill-konsumaturi. Sabiex tiġi armonizzata l-implimentazzjoni ta’ kumpens għall-kost indirett tal-karbonju madwar l-Istati Membri u sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni adottat il-linji gwida tal-Għajnuna mill-Istat tal-EU ETS. Dawn il-linji gwida l-ewwel applikaw għall-kostijiet indiretti mġarrba mill-2013 sal-2020 56 . Il-linji gwida ġew riveduti fl-2020 sabiex ikopru l-perjodu 2021-2030 57 .

    Fl-2021, l-Istati Membri ħallsu kumpens għall-kostijiet indiretti mġarrba mill-installazzjonijiet fl-2020. Dawn għadhom jaqgħu fil-qafas tal-linji gwida preċedenti dwar l-għajnuna mill-Istat. Id-data dwar il-kumpens għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2021 għadha ma hijiex disponibbli. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li għażlu li jibdew jew ikomplu jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti lil hinn mill-2021 diġà nnotifikaw l-iskemi tagħhom lill-Kummissjoni u rċevew l-approvazzjoni għall-għajnuna mill-Istat skont il-linji gwida riveduti. Ir-rapport tas-sena d-dieħla se jkun l-ewwel wieħed li jiddokumenta l-kumpens għall-kostijiet indiretti mħallas skont il-linji gwida l-ġodda.

    Hekk kif il-prezz tal-karbonju żdied, l-istess għamlu l-kostijiet indiretti. B’riżultat ta’ dan, aktar Stati Membri għażlu li jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti. Fl-2021, iċ-Ċekja u l-Italja ħallsu kumpens għall-ewwel darba, u b’hekk l-għadd totali ta’ Stati Membri bi skemi ta’ kumpens tela’ għal 14.

    Fi żmien 3 xhur mit-tmiem ta’ kull sena, l-Istati Membri bi skema ta’ kumpens għall-kostijiet indiretti fis-seħħ huma meħtieġa jippubblikaw il-kumpens totali mħallas, inkluża diżaggregazzjoni għal kull settur u sottosettur riċevitur. It-Tabella 4 tiġbor fil-qosor id-data ppubblikata mill-Istati Membri dwar il-kumpens imħallas fl-2021 (għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2020). L-ammonti ta’ kumpens jitqabblu wkoll mad-dħul mill-irkant tal-2020 58 .

    Tabella 4. Kumpens imħallas fl-2021 għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2020.

    Stat Membru

    Kumpens imħallas għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2020 [f’miljuni ta’ EUR]

    Għadd ta’ riċevituri

    Dħul mill-irkant fl-2020
    [f’miljuni ta’ EUR]

    Sehem tad-dħul mill-irkant li jintefaq fuq il-kumpens tal-kostijiet indiretti

    BE (FL)

    137,1

    108

    353,0

    44,5 %

    BE (WL)

    20,0

    34

    CZ

    41,5

    30

    718,1

    5,8 %

    DE

    833,0

    893

    2 641,8

    31,5 %

    EL

    68,3

    50

    501,2

    13,6 %

    ES

    179,0

    210

    1 222,3

    14,6 %

    FI

    106,3

    59

    218,2

    48,7 %

    FR

    391,0

    325

    714,7

    54,7 %

    IT

    90,0

    187

    1 274,6

    7,1 %

    LT

    1,0

    1

    86,3

    1,2 %

    LU

    15,9

    3

    16,8

    94,9 %

    NL

    172,2

    92

    437,3

    39,4 %

    PL

    183,3

    70

    3 155,4

    5,8 %

    RO

    131,8

    43

    801,3

    16,4 %

    SK

    11,0

    10

    241,9

    4,6 %

    Il-kumpens totali tal-kostijiet indiretti mħallas mill-14-il Stat Membru fl-2021 ammonta għal madwar EUR 2,38 biljun. Dan huwa kważi EUR 1 biljun aktar mill-2020 59 . Dan huwa dovut l-aktar għaż-żieda fil-prezz tal-karbonju użat għall-kalkolu tal-kumpensi. Il-prezz tal-karbonju użat għall-2021 kien ta’ EUR 25,20, li żdied minn EUR 16,15 użat għall-2019. Il-biċċa l-kbira tal-iskemi ma għandhomx baġit fiss iżda jikkumpensaw sa massimu ddettat mill-kostijiet indiretti tal-karbonju imġarrba u l-limiti stabbiliti mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Ġeneralment, l-Istati Membri li ma għandhomx limitu massimu fiss fuq l-iżborż, bħal-Litwanja jew is-Slovakkja, iħallsu anqas kumpens.

    Il-kumpens għall-kostijiet indiretti żdied ukoll f’termini relattivi. Il-kumpens totali għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2020 kien jikkostitwixxi 19,2 % tad-dħul mill-irkant tal-2020 miġbur mill-14-il Stat Membru. Fl-2021, nefqu bħala medja 27,3 % tad-dħul mill-irkant tagħhom sabiex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-karbonju.

    L-Istati Membri li jonfqu aktar minn 25 % tad-dħul mill-irkant tagħhom fuq il-kumpens għall-kostijiet indiretti fi kwalunkwe sena huma meħtieġa wkoll jippubblikaw rapport li jispjega għaliex qabżu dan il-limitu. Fl-2021, sitt Stati Membri nefqu aktar minn 25 % tad-dħul mill-irkant tagħhom fuq kumpens għall-kostijiet indiretti: il-Lussemburgu, il-Finlandja, Franza, il-Belġju, in-Netherlands u l-Ġermanja. Dan kien prinċipalment minħabba li ż-żieda fil-prezz tal-karbonju (u għalhekk il-kostijiet indiretti mġarrba) kienet relattivament ogħla miż-żieda fid-dħul mill-irkant, filwaqt li r-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq għadha qiegħda tnaqqas il-volumi tal-irkant. Is-sehem tal-emissjonijiet mill-industriji intensivi fl-enerġija f’xi wħud mill-14-il Stat Membru żdied ukoll meta mqabbel mal-emissjonijiet storiċi tagħhom li jifformaw il-bażi għall-kalkolu tal-ishma tal-irkant tagħhom.

    3.5.Tnaqqis tal-emissjonijiet fl-EU ETS

    Fl-2021, l-emissjonijiet mill-installazzjonijiet stazzjonarji ammontaw għal 1 335 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2. Dan huwa 6,6 % ogħla mill-emissjonijiet fl-2020, iżda xorta 5,6 % anqas mill-2019 60 .

    Sal-lum, it-tnaqqis tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji kien xprunat l-aktar mis-settur tal-enerġija (il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, inkluża parti mis-sħana industrijali). Madankollu, fl-2021, is-settur tal-enerġija ra żieda ta’ 8,4 % fl-emissjonijiet. Dan kien prinċipalment dovut għal domanda ogħla għall-elettriku fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku wara l-pandemija tal-COVID-19 u għal użu akbar tal-faħam ikkawżat minn żieda fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili. Madankollu, l-emissjonijiet globali tas-settur tal-enerġija fl-2021 kienu għadhom 8,1 % taħt il-livelli tal-2019, b’domanda simili ħafna għall-elettriku f’dawn is-sentejn.

    L-emissjonijiet mill-installazzjonijiet industrijali żdiedu wkoll fl-2021 b’4,6 % meta mqabbla mal-2020. Ġew osservati żidiet għoljin fil-biċċa l-kbira tas-setturi, inklużi l-ħadid u l-azzar u s-sustanzi kimiċi. Dan kien ikkawżat mill-irkupru ekonomiku wara l-pandemija, immarkat minn żieda ta’ 5,3 % fil-PDG tal-EU-27 bejn l-2020 u l-2021. Madankollu, l-emissjonijiet industrijali fl-2021 kienu 2,6 % anqas milli fl-2019 minkejja li l-livelli totali tal-produzzjoni industrijali fis-sentejn li huma kienu simili ħafna 61 .

    It-Tabella 5 tiddokumenta x-xejra fl-emissjonijiet tal-ETS minn installazzjonijiet stazzjonarji mill-2013.



    Tabella 5. Emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet stazzjonarji.

    Sena

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    2021 62

    Emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet stazzjonarji

    1 908

    1 814

    1 803

    1 751

    1 755

    1 683

    1 530

    1 356

    1 335

    Bidla sena wara sena

    -

    -4,9 %

    -0,6 %

    -2,9 %

    0,2 %

    -4,1 %

    -9,1 %

    -11,4 %

    6,6 %

    Emissjonijiet verifikati mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana

    1 191

    1 100

    1 091

    1 046

    1 036

    964

    822

    696

    707

    Bidla sena wara sena

    -

    -7,7 %

    -0,8 %

    -4,1 %

    -1,0 %

    -7,0 %

    -14,7 %

    -15,3 %

    8,4 %

    Emissjonijiet verifikati mill-produzzjoni industrijali

    717

    714

    712

    705

    719

    719

    708

    659

    631

    Bidla sena wara sena

    -

    -0,4 %

    -0,3 %

    -1,0 %

    2,0 %

    0,1 %

    -1,6 %

    -6,9 %

    4,6 %

    L-Illustrazzjoni 3 turi x-xejra fl-emissjonijiet tal-ETS skont it-tip ta’ fjuwil fl-2021 meta mqabbla mal-fażi 3 tal-EU ETS.

    Is-sorsi ewlenin tal-enerġija fl-EU ETS fl-2021 kienu jinkludu l-faħam iebes, il-linjite (u l-faħam subbituminuż) u l-gass naturali. Fis-snin preċedenti, is-sehem tal-gass naturali kien qiegħed jiżdied gradwalment, filwaqt li jissostitwixxi l-faħam iebes, u sa ċertu punt, il-linjite. Madankollu, fl-2021, is-sehem tal-emissjonijiet mill-faħam iebes żdied bi 3,4 % meta mqabbel mal-2020. B’mod parallel, l-ishma kemm tal-linjite kif ukoll tal-gass naturali naqsu. Dan kien marbut maż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili.

    Illustrazzjoni 3. Emissjonijiet skont it-tip ta’ fjuwil bħala ishma tal-emissjonijiet annwali tal-fjuwils fossili. Il-fjuwils fossili flimkien jammontaw għal 100 %, il-bijomassa tiżdied ma’ dan. It-tikketti ma jidhrux jekk il-fjuwil qatt ma jaqbeż it-3 % tat-total, * = mhux kopert mill-fjuwils speċifikati l-oħrajn.

    B’kollox, fl-2021 ġew irrapportati 2 153 installazzjoni li użaw il-bijomassa. Dan jirrappreżenta 24,6 % tal-installazzjonijiet kollha ta’ rapportar fl-EU ETS, żieda minn 22,5 % fl-2020. L-emissjonijiet ivarjaw skont it-tip ta’ fjuwil, madankollu, l-emissjonijiet li għalihom kellhom jiġu ċeduti l-kwoti kienu jkunu 15,8 % ogħla kieku l-emissjonijiet mill-bijomassa ugwali għal żero jingħaddu bħala emissjonijiet fossili.

    Mill-1 ta’ Jannar 2023 63 , il-kriterji l-ġodda dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 64 japplikaw għall-emissjonijiet minn bijomassa ugwali għal żero fl-EU ETS. Dawn jinkludu kriterji aktar stretti dwar il-bijofjuwils u l-bijolikwidi u kriterji ġodda għall-bijomassa solida u gassuża.

    Il-fjuwils tal-bijomassa li jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà applikabbli jew li ma humiex koperti minn dawn il-kriterji jistgħu jitqiesu li huma ugwali għal żero. Dan ifisser li l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ma jgħoddux bħala tas-CO2 fossili. L-operaturi ma għandhomx għalfejn iċedu kwoti tal-ETS għal dawn l-emissjonijiet ugwali għal żero. Għalhekk, fl-Illustrazzjoni 3, l-emissjonijiet tal-bijomassa ugwali għal żero huma murija minbarra l-emissjonijiet tal-fjuwils fossili.

    L-Illustrazzjoni 4 turi kif l-emissjonijiet ugwali għal żero mill-bijomassa jinqasmu bejn l-installazzjonijiet tal-Kategorija A, B, u C fl-EU ETS. Il-qasma teskludi l-fażi tal-assorbiment u l-valur nett tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet ugwali għal żero mill-bijomassa żdiedu b’mod ċar, minn 142 Mt fl-2020 għal 172 Mt fl-2021.

    L-emissjonijiet minn bijomassa mhux ugwali għal żero baqgħu minimi għal madwar 1,5 Mt ekwivalenti ta’ CO2, li jammontaw għal ftit aktar minn 0,1 % tal-emissjonijiet totali tal-ETS minn installazzjonijiet stazzjonarji. Filwaqt li dan huwa kważi l-istess sehem bħal fl-2020, huwa mistenni li jiżdied minħabba li r-rekwiżiti għal bijomassa ugwali għal żero se jsiru aktar stretti, b’mod partikolari wara l-2023. Sal-1 ta’ Jannar 2023, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jippermettu lill-installazzjonijiet jikklassifikaw l-emissjonijiet mill-bijomassa bħala ugwali għal żero mingħajr ma juru konformità mal-kriterji tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli II għas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet.

     

    Illustrazzjoni 4. Emissjonijiet li joriġinaw minn bijomassa ugwali għal żero fl-2021 meta mqabbla mal-fażi 3 (2013-20). L-emissjonijiet huma ppreżentati f’miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

    3.6.Bilanċjar tal-provvista u tad-domanda

    Fil-bidu tal-fażi 3 fl-2013, l-EU ETS kienet ikkaratterizzata minn żbilanċ strutturali kbir bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti. Is-suq tal-karbonju kellu eċċess ta’ 2,1 biljun kwota. Il-Kummissjoni ħadet kemm azzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fit-tul sabiex tirrimedja dan l-iżbilanċ. Bħala miżura fuq terminu qasir, il-Kummissjoni pposponiet l-irkantar ta’ 900 miljun kwota mill-2014-16 sal-2019-20. Bħala soluzzjoni fit-tul, hija ħolqot ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (MSR) fl-2015.

    L-MSR taġġusta l-volumi tal-irkant skont il-limiti ddefiniti minn qabel tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC). Dan irawwem il-bilanċ u r-reżiljenza fis-suq tal-karbonju tal-UE. L-MSR bdiet topera fl-2019, meta bdiet tirtira l-kwoti miċ-ċirkolazzjoni billi naqqset il-volumi tal-irkant tal-Istati Membri kull sena minn dak iż-żmien. Id-900 miljun kwota li għalihom l-irkantar kien inizjalment ġie pospost tqiegħdu wkoll fir-riżerva.

    Fl-2021, l-emissjonijiet żdiedu meta mqabbla mal-2020, għalkemm baqgħu taħt il-livell ta’ qabel il-pandemija tal-2019. Dan irriżulta f’eċċess ta’ 1 449 miljun kwota – anqas milli fl-2020, iżda ftit aktar mill-2019. L-Illustrazzjoni 1 turi l-eċċess tal-kwoti fl-EU ETS mill-2013.

    Illustrazzjoni 5. Eċċess tal-kwoti fl-EU ETS (2013-21).

    Minn nofs Mejju tal-2017, il-Kummissjoni tippubblika regolarment it-TNAC għas-sena preċedenti. F’Mejju 2022, il-Kummissjoni ppubblikat is-sitt edizzjoni tat-TNAC 65 , li ammontat għal 1 449 214 182 kwota. Għal darb’oħra, minħabba l-eċċess li jaqbeż il-limitu ddefinit minn qabel, il-kwoti tqiegħdu fl-MSR, u b’hekk tnaqqsu l-volumi tal-irkant għall-2022 u l-2023.

    B’dan, l-MSR naqqset il-volumi tal-irkant bi kważi 350 miljun kwota minn Settembru 2022 sa Awwissu 2023. It-Tabella 3.1 fl-Appendiċi 3 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport tiddeskrivi l-kontribuzzjonijiet tal-MSR skont il-pajjiżi tal-ETS fl-2022.

    Fl-2021, il-Kummissjoni wettqet l-ewwel rieżami tal-MSR, bħala parti mill-inizjattiva usa’ sabiex twettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew 66 . Ir-rieżami wera li l-MSR ħadmet sew, u ssodisfat il-fini tagħha. Din għenet sabiex jitnaqqas l-eċċess u sabiex tipprovdi sinjal robust tal-prezz tal-karbonju, anke matul il-pandemija tal-COVID-19. Mill-2019, aktar minn 1,4 biljun kwota tqiegħdu fir-riżerva. Kull sena, 24 % tal-eċċess tal-kwoti tas-sena preċedenti tqiegħdu fir-riżerva, bħalma kienu 887 miljun kwota mhux allokati fl-2013-20.

    Fl-ewwel rieżami, il-Kummissjoni pproponiet li l-MSR għandha tkompli tindirizza l-iżbilanċ mibni fis-suq tal-karbonju tal-UE kif ukoll twieġeb għal kwalunkwe xokkijiet fid-domanda (bħal dak ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni pproponiet li tinżamm ir-rata ta’ dħul ta’ 24 % u li jiġu aġġustati l-parametri operazzjonali tar-riżerva.

    4.Avjazzjoni

    L-EU ETS tirregola l-emissjonijiet mis-settur tal-avjazzjoni mill-2012. Legalment, is-sistema tkopri t-titjiriet kollha li ħerġin u, sakemm ma jkunux eżentati, it-titjiriet kollha li jidħlu lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Madankollu, fl-2013, l-UE temporanjament illimitat l-obbligi tal-ETS għat-titjiriet fi ħdan iż-ŻEE sabiex tappoġġa l-iżvilupp ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-avjazzjoni mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) 67 . Din id-deċiżjoni ġiet sussegwentement estiża darbtejn sal-2023.

    Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EU ETS tkopri wkoll l-emissjonijiet minn titjiriet ħerġin lejn l-Iżvizzera 68 . L-ETS Żvizzera min-naħa tagħha tapplika għal titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti tfiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotot.

    Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-EU ETS tkompli tapplika għal titjiriet ħerġin lejn ir-Renju Unit, filwaqt li l-ETS tar-Renju Unit tapplika għal titjiriet li jitilqu lejn l-ajruporti taż-ŻEE. Dan iżomm il-kopertura tal-ipprezzar tal-karbonju tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni minkejja t-tluq tar-Renju Unit mill-UE.

    Fl-2021, inħarġu 28,3 miljun kwota tal-avjazzjoni f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni aġġornat tal-EU ETS. L-allokazzjoni bla ħlas ammontat għal kemxejn aktar minn 24 miljun kwota. Barra minn hekk, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minn amministraturi nazzjonali fiż-ŻEE rċevew madwar 0,5 miljun kwota tal-avjazzjoni Żvizzera mingħajr ħlas fil-qafas tal-ETS Żvizzera. B’paragun ma’ dan, fl-2021 ġew irkantati madwar 3,8 miljun kwota tal-avjazzjoni. Mill-2021, il-limitu massimu tal-avjazzjoni huwa stabbilit li jonqos b’rata ta’ 2,2 % fis-sena.

    L-emissjonijiet mill-avjazzjoni kienu laħqu l-ogħla livell fl-2019, u naqsu drastikament fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet relatati fuq l-ivvjaġġar. Fl-2021, l-emissjonijiet mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru ammontaw għal 27,9 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (inklużi madwar 0,3 miljun tunnellata fil-qafas tal-ETS Żvizzera). Dan huwa madwar 30 % aktar mill-2020, iżda xorta 50 % anqas minn qabel il-pandemija fl-2019. Huwa importanti li wieħed jinnota hawnhekk li dan il-paragun isir bl-użu ta’ valuri aġġustati tal-emissjonijiet tal-2020 u tal-2019 sabiex jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni tal-avjazzjoni mibdul tal-EU ETS mill-2021 69 . Dan l-aġġustament jeskludi t-titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit.

    It-Tabella 6 tistabbilixxi l-volumi ta’ kwoti allokati bla ħlas u rkantati fis-setturi tal-avjazzjoni, flimkien mal-volum ta’ emissjonijiet verifikati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru.



    Tabella 6. Operaturi tal-inġenji tal-ajru - emissjonijiet verifikati, allokazzjoni bla ħlas u kwoti rkantati.

    Sena

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    2021

    Emissjonijiet verifikati (f’miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2)

    53,5

    54,8

    57,1

    61,5

    64,4

    67,5

    68,2

    25,2

    27,9

    Bidla sena wara sena

    -

    2,5 %

    4,1 %

    7,7 %

    4,8 %

    4,8 %

    1 %

    -63 %

    30 % 70

    Allokazzjoni bla ħlas (EU27 + l-Iżlanda. Il-Liechtenstein u n-Norveġja + ir-Renju Unit + l-Iżvizzera) 71 , 72

    32,4

    32,4

    32,1

    32,0

    33,1

    31,3

    31,3 73

    32,5 74

    24,0 75

    Allokazzjoni bla ħlas mir-riżerva speċjali għal entranti ġodda u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr

    0

    0

    0

    0

    1,1

    1,1

    1,0

    0,8

    0,3

    Volumi ta’ kwoti rkantati 76

    0

    9,3

    16,4

    6,0

    4,7

    5,6

    5,5

    9,2

    3,8

    F’Ottubru 2016, l-Assemblea tal-ICAO adottat riżoluzzjoni dwar Skema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA). L-objettiv ewlieni tagħha huwa li tikkumpensa l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni internazzjonali ’l fuq minn ċerta linja bażi. L-iskema tnediet uffiċjalment fl-2021 u hija espliċitament volontarja sal-2026. Għadu mhux ċar jekk il-pajjiżi obbligati kollha humiex se japplikawha minn hemm ’il quddiem – xi wħud ippreżentaw riżervi dwar l-iskema (eż. iċ-Ċina). Kien fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-CORSIA li l-limitazzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni intra-Ewropew tal-EU ETS għall-avjazzjoni ġiet estiża sal-aħħar tal-2023.

    Skont il-CORSIA, l-Istati parteċipanti għandhom jobbligaw lil-linji tal-ajru bbażati f’dawk il-pajjiżi sabiex jikkumpensaw l-emissjonijiet tagħhom ’il fuq minn linja bażi inizjalment definita bħala l-medja tal-livelli tal-2019 u tal-2020 billi jixtru u jikkanċellaw krediti internazzjonali. F’Ottubru 2021, l-Assemblea tal-ICAO iddeċidiet li tbiddel il-linja bażi tal-iskema għall-perjodu 2024-35 għal 85 % tal-emissjonijiet tal-2019.

    Bħala parti mill-pakkett ta’ politika sabiex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni pproponiet riforma tal-EU ETS għall-avjazzjoni 77 , 78 . Il-proposta għandha l-għan li timplimenta l-CORSIA fil-liġi tal-UE b’mod li jkun konsistenti mal-mira klimatika tal-UE għall-2030 għall-ekonomija kollha u li żżid l-azzjoni klimatika maż-żmien. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni pproponiet li żżomm il-qafas tal-EU ETS u s-sinjal tal-prezz għat-titjiriet fiż-ŻEE, u li tapplika l-iskema tal-CORSIA, kif xieraq, għat-titjiriet barra miż-ŻEE.

    L-impatt ġenerali tal-avjazzjoni globali fuq il-klima huwa konsiderevolment ogħla mill-komponent tas-CO2 waħdu, li l-EU ETS bħalissa tirregola. L-impatti totali tal-avjazzjoni huma stmati li huma 2-4 darbiet aktar minn dawk tal-emissjonijiet tas-CO2 meta jitqiesu l-effetti mhux tas-CO2 79 . L-indirizzar ta’ dawn l-emissjonijiet huwa rilevanti peress li l-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) identifika l-avjazzjoni internazzjonali (u t-tbaħħir), fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tiegħu dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima 80 , bħala setturi b’għanijiet klimatiċi li ma jissodisfawx dak li jkun meħtieġ sabiex titnaqqas iż-żieda fit-temperatura globali f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.

    5.Sorveljanza tas-suq

    Is-suq tal-karbonju tal-UE huwa rregolat minn qafas robust ta’ regoli ta’ sorveljanza tas-suq. Kemm spots kif ukoll derivattivi fil-kwoti tal-emissjonijiet huma kklassifikati bħala strumenti finanzjarji skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji 81 (MiFID). Din il-klassifikazzjoni hija riflessa wkoll fil-leġiżlazzjoni sekondarja, inkluż ir-Regolament dwar l-Irkantar 82 , li jirregola s-suq primarju (irkantijiet tal-kwoti). B’kollox, il-kummerċ fis-suq tal-karbonju tal-UE huwa soġġett għall-istess reġim regolatorju bħas-swieq finanzjarji tal-UE.

    Is-superviżjoni tas-suq tal-karbonju tal-UE hija kondiviża bejn l-awtoritajiet finanzjarji tas-27 Stati Membri kollha 83 kkoordinati mir-regolatur Ewropew, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA). Huma jimmonitorjaw l-imġiba tal-parteċipanti fis-suq permezz ta’ rekwiżiti estensivi ta’ rapportar u ta’ trasparenza. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq 84 jobbliga lill-parteċipanti fis-suq jirrapportaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi mingħajr dewmien. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom is-setgħa li jirrispondu b’azzjoni ta’ rimedju jew b’penali jekk jidentifikaw abbuż tas-suq.

    Ir-regoli tas-superviżjoni finanzjarja jissalvagwardjaw l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-karbonju tal-UE. Il-qafas stabbilit ħadem sew. Madankollu, biż-żieda fil-prezz tal-karbonju fl-2021, xi partijiet ikkonċernati għamlu allegazzjonijiet ta’ spekulazzjoni eċċessiva tal-prezzijiet. Sabiex teżamina dan it-tħassib, il-Kummissjoni tat il-kompitu lill-ESMA sabiex tanalizza l-imġiba kummerċjali fis-suq tal-karbonju tal-UE 85 .

    Wara l-valutazzjoni preliminari 86 , l-ESMA ppubblikat ir-rapport finali dwar il-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi assoċjati f’Marzu 2022 87 . Hija waħda mill-aktar valutazzjonijiet komprensivi tas-suq tal-karbonju tal-UE sa mill-bidu tiegħu fl-2005, bl-użu ta’ data miġbura direttament mis-superviżuri tas-suq finanzjarju. Jipproponi wkoll rakkomandazzjonijiet ta’ politika sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq. Prinċipalment, ir-rapport jikkonkludi li s-suq tal-karbonju jiffunzjona kif suppost u li ċ-ċaqliq osservat fil-prezzijiet huwa konformi mal-prinċipji fundamentali tas-suq. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll b’mod indipendenti mill-Bank Ċentrali Ewropew, li ppubblika l-analiżi tiegħu f’April 2022 88 .

    5.1.Sejbiet tar-rapport tal-ESMA

    Il-prezz tal-karbonju żdied matul l-2021 u fl-ewwel nofs tal-2022. Ir-rapport tal-ESMA jikkonferma li din l-evoluzzjoni u l-volatilità assoċjata huma konformi mal-prinċipji fundamentali tas-suq. Filwaqt li ħafna fatturi jistgħu jinfluwenzaw il-prezz tal-kwoti, l-ESMA taqbel mal-biċċa l-kbira tal-analisti dwar il-fatturi ewlenin li affettwaw iż-żieda fil-prezz fl-2021/22.

    Jiġifieri, id-domanda għall-kwoti żdiedet, l-ewwel bħala riżultat tal-irkupru ekonomiku wara l-pandemija tal-COVID-19 u mbagħad minħabba l-bidla mill-gass naturali għal fjuwils fossili oħrajn, imqanqla miż-żieda fil-prezzijiet tal-gass. Barra minn hekk, is-suq diġà qiegħed jantiċipa l-adozzjoni ta’ riformi ta’ politika skont il-pakkett leġiżlattiv propost sabiex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li se jirriżulta fi provvista aktar stretta ta’ kwoti fil-futur, fost effetti oħrajn.

    Barra minn hekk, fuq medda qasira ta’ żmien, is-suq tal-karbonju tal-UE rreaġixxa għal xokkijiet f’daqqa bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti ekonomiċi assoċjati, kif ukoll il-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija relatata.

    Ir-rapport tal-ESMA ma jsib l-ebda anomalija kbira fil-funzjonament tas-suq minn perspettiva superviżorja finanzjarja. Kemm is-suq primarju kif ukoll is-swieq sekondarji tal-kuntratti tad-derivattivi jiffunzjonaw b’mod wiesa’ kif maħsub. Il-biċċa l-kbira tan-negozjar iseħħ fi swieq sekondarji permezz ta’ kuntratti tad-derivattivi (90 % tal-volumi). Dawn il-kuntratti jippermettu lill-entitajiet ta’ konformità u lil entitajiet mhux finanzjarji oħrajn (entitajiet kummerċjali) jiħħeġġjaw ir-riskju tal-prezz tagħhom.

    Ir-rapport ma jsib l-ebda evidenza ta’ spekulazzjoni eċċessiva tal-prezzijiet mill-entitajiet finanzjarji għad-detriment tal-entitajiet ta’ konformità. L-operaturi jibqgħu l-kategorija predominanti tal-parteċipanti kemm fis-swieq primarji kif ukoll f’dawk sekondarji. Filwaqt li l-fondi ta’ investiment u entitajiet finanzjarji oħrajn li ġeneralment jistgħu jkunu assoċjati ma’ mġiba spekulattiva huma preżenti, is-sehem tagħhom żdied biss ftit mill-2018 u għadu baxx b’mod kumplessiv (anqas minn 8 %). L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali lanqas ma rrapportaw każijiet ta’ abbuż tas-suq jew abbuż minn informazzjoni privileġġata.

    Ir-rapport tal-ESMA jikkonferma r-rwol importanti li s-settur finanzjarju jaqdi fil-funzjonament tas-suq tal-karbonju – jipprovdi likwidità u jagħti servizz lill-entitajiet ta’ konformità fil-kisba ta’ kwoti tal-emissjonijiet. L-operaturi tal-ETS jimmaniġġaw l-obbligi ta’ konformità tagħhom l-aktar billi jixtru kuntratti tad-derivattivi, speċjalment “futuri”. Dawn jagħtuhom id-dritt għal konsenja futura ta’ kwoti bi prezz definit minn qabel. Il-kontropartijiet f’dawk in-negozji huma fil-biċċa l-kbira entitajiet finanzjarji (ditti tal-investiment u banek). Għalhekk, il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tagħti lill-operaturi tal-ETS aktar opzjonijiet sabiex jimmaniġġaw ir-riskji tal-prezzijiet u jeħilsu kapital addizzjonali għal investimenti fit-tul.

    L-entitajiet finanzjarji jaqdu wkoll rwol importanti fid-disseminazzjoni ta’ kwoti lil parteċipanti oħrajn fis-suq, b’mod partikolari operaturi żgħar u medji tal-ETS, li jinnegozjaw fi swieq sekondarji. B’mod ġenerali, l-ESMA osservat li l-parteċipazzjoni fis-swieq sekondarji kienet akbar meta mqabbla mal-irkantijiet. L-ESMA kkonfermat ukoll li l-akbar parteċipanti kienu attivi kemm fl-irkantijiet kif ukoll fis-swieq sekondarji li jbigħu kwoti lil parteċipanti oħrajn. Għal ħafna operaturi tal-ETS, jista’ jkun aktar konvenjenti u kosteffettiv li jiksbu kwoti għall-konformità permezz ta’ tali intermedjarji, inklużi entitajiet finanzjarji.

    5.1.1.Rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-ESMA

    Ir-rapport tal-ESMA jipproponi diversi rakkomandazzjonijiet ta’ politika sabiex jittejjeb il-monitoraġġ u tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju tal-UE. Il-Kummissjoni issa qiegħda tikkunsidra bir-reqqa dawn ir-rakkomandazzjonijiet kif ukoll l-azzjonijiet u l-aġġustamenti mmirati li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jimplimentawhom.

    Barra minn hekk, ir-rapport jippreżenta żewġ kwistjonijiet li dawk li jfasslu l-politika għandhom jikkunsidraw, mingħajr ma jagħmel l-ebda rakkomandazzjoni: l-introduzzjoni ta’ limiti ta’ pożizzjoni u monitoraġġ ċentralizzat tas-suq. Bħala segwitu, l-ESMA tissuġġerixxi valutazzjoni ulterjuri fil-fond sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv.

    Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib il-funzjonament tas-swieq tal-karbonju, tivvaluta r-rakkomandazzjonijiet tal-ESMA u taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-integrità tas-suq.

    6.Monitoraġġ, rapportar u verifika tal-emissjonijiet

    Fil-fażi 4 (2021-30), il-qafas stabbilit tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ, rapportar, verifika u akkreditament tal-EU ETS għadu japplika. Dawn ir-rekwiżiti huma armonizzati fir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar (MRR) 89 u fir-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika (AVR) 90 .

    Kull sena, il-pajjiżi jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS f’konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar l-EU ETS. Din id-data toffri għarfien dwar il-qafas ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar, ta’ verifika u ta’ akkreditament li jsostni l-funzjonament effiċjenti tas-sistema.

    6.1.Monitoraġġ tal-emissjonijiet

    Is-sistema għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-EU ETS tieħu approċċ modulari. Dan jagħti lill-operaturi grad għoli ta’ flessibbiltà u b’hekk jiżgura kemm il-kosteffiċjenza kif ukoll l-affidabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet. L-operaturi jistgħu jużaw diversi metodi ta’ monitoraġġ (“ibbażati fuq il-kalkolu” jew “ibbażati fuq il-kejl” u, b’eċċezzjoni, “approċċ ta’ riżerva”), inkluża taħlita ta’ metodi għall-partijiet individwali ta’ installazzjoni. Għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, huma permessi biss approċċi bbażati fuq il-kalkolu, fejn il-konsum tal-fjuwil ikun il-parametru ċentrali tat-titjira.

    L-MRR jeħtieġ li kemm l-installazzjonijiet kif ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkollhom pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti applikabbli. Dan iwaqqafhom milli jagħmlu għażla arbitrarja ta’ metodi ta’ monitoraġġ u varjazzjonijiet temporali.

    Fl-2021, il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet użaw il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu 91 sabiex jikkalkolaw l-emissjonijiet tagħhom. 154 installazzjoni biss (1,8 %) fi 22 pajjiż irrapportaw bl-użu ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu tal-emissjonijiet (CEMS), kważi l-istess numru ta’ installazzjonijiet bħal fl-2020. Is-CEMS jintużaw l-aktar fil-Ġermanja u fiċ-Ċekja. Fi 30 installazzjoni, l-emissjonijiet imkejla kien fihom ukoll CO2 bijoġeniku. Madwar nofs l-installazzjonijiet tas-CEMS jużaw il-metodoloġija għal aktar minn 95 % tal-emissjonijiet tagħhom, in-nofs l-ieħor juża taħlita ta’ CEMS u metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.

    11-il pajjiż biss irrapporta bl-użu tal-approċċ ta’ riżerva; dan intuża għal 31 installazzjoni li jkopru madwar 2,5 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (4 installazzjonijiet aktar mill-2020 iżda 0,4 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 anqas). Installazzjoni waħda fin-Netherlands hija responsabbli għal 52 % tal-emissjonijiet globali rrapportati bl-użu mal-metodoloġija ta’ riżerva.

    Il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet laħqu l-livelli minimi prestabbiliti 92 tal-MRR fl-2021. 98 installazzjoni biss tal-Kategorija C (minn 80 fl-2020) ġew irrapportati li ddevjaw għal mill-anqas parametru wieħed mir-rekwiżit li jiġu applikati l-ogħla livelli għall-flussi minn sorsi maġġuri. Misjuba fi 18-il pajjiż differenti, dawn kienu jirrappreżentaw 13,6 % tal-installazzjonijiet tal-Kategorija C. Dawn id-devjazzjonijiet huma permessi biss meta l-operatur juri li l-ilħuq tal-ogħla livell ma huwiex teknikament vijabbli jew iġarrab kostijiet mhux raġonevoli. Ladarba dawn il-kundizzjonijiet ma jibqgħux japplikaw, l-operatur irid itejjeb is-sistema ta’ monitoraġġ kif xieraq.

    Fl-2021, 405 installazzjoni tal-Kategorija B fi 23 pajjiż tħallew joperaw b’xi forma ta’ devjazzjoni mir-rekwiżiti prestabbiliti tal-MRR. Dan huwa 21 % tal-installazzjonijiet kollha tal-Kategorija B, l-istess sehem bħal fl-2020.

    6.2.Akkreditament u verifika

    Il-verifikaturi tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-EU ETS iridu jiġu akkreditati minn Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament sabiex iwettqu valutazzjonijiet f’konformità mal-AVR. Dan jiżgura li l-verifikaturi jkunu jistgħu joperaw b’rikonoxximent reċiproku fil-pajjiżi kollha tal-EU ETS, filwaqt li jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq intern u jiżguraw disponibbiltà suffiċjenti tas-servizzi.

    Fl-2021, kien hemm 106 verifikaturi akkreditati għall-installazzjonijiet stazzjonarji u 23 għall-avjazzjoni. Barra minn hekk, 26 pajjiż irrapportaw li tal-anqas verifikatur barrani wieħed kien attiv fit-territorju tagħhom fl-2021, u sitt pajjiżi rrapportaw li kellhom biss verifikaturi barranin. Dan juri li r-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi fost il-pajjiżi jkompli jaħdem b’suċċess.

    Il-konformità tal-verifikaturi mal-AVR tinstab li hija għolja. In-Norveġja biss irrapportat żewġ sospensjonijiet u Franza biss irrapportat irtirar wieħed tal-akkreditament ta’ verifikatur. Dan huma komparabbli ma’ ebda sospensjoni u ma’ rtirar wieħed għall-2020. Sitt pajjiżi naqqsu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament ta’ seba’ verifikaturi. Fl-2020, il-Ġermanja biss għamlet dan, għal żewġ verifikaturi.

    Sitt pajjiżi rrapportaw li rċevew ilmenti dwar il-verifikaturi fl-2021 (wieħed aktar mill-2020). Madankollu, l-għadd globali ta’ l-ilmenti (28) kien biss 57 % tan-numru tal-ilmenti fl-2020. Il-biċċa l-kbira tal-ilmenti (93 %) kienu diġà ġew solvuti fiż-żmien tar-rapportar (kontra 86 % fl-2020). Barra minn hekk, pajjiż wieħed irrapporta li sadanittant ġew solvuti 11-il ilment mis-snin preċedenti.

    Fl-2021, tmien pajjiżi rrapportaw li identifikaw 64 nuqqas ta’ konformità dwar ir-rwol tal-verifikaturi fil-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament u l-awtoritajiet kompetenti (żieda minn seba’ pajjiżi fl-2020). Minn dawn, 72 % kienu ġew solvuti saż-żmien tar-rapportar. Barra minn hekk, tliet pajjiżi rrapportaw li sadanittant ġew indirizzati 24 nuqqas ta’ konformità mis-snin preċedenti.

    Ħarsa ġenerali lejn l-aspetti relatati mal-akkreditament u l-verifika hija mogħtija fit-Tabella 4.1 fl-Appendiċi 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.

    6.3.Awtoritajiet kompetenti

    L-organizzazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-EU ETS tvarja bejn il-pajjiżi. F’xi pajjiżi, din tinvolvi diversi awtoritajiet lokali; f’oħrajn, l-implimentazzjoni hija aktar ċentralizzata. Il-pajjiżi jagħżlu dawn l-approċċi abbażi tal-kosteffettività u l-effettività taż-żmien.

    Total ta’ 69 awtorità ċentrali, 147 awtorità reġjonali, 644 awtorità lokali u 27 awtorità kompetenti oħra ġew irrapportati bħala involuti fl-implimentazzjoni tal-EU ETS fl-2021. Il-pajjiżi rrapportaw l-użu ta’ għodod differenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, bħal awtorità kompetenti ċentrali responsabbli għax-xogħol tal-MRV (11-il pajjiż) jew li għandha rwol ta’ koordinazzjoni 93 (10 pajjiżi), struzzjonijiet vinkolanti u gwida minn awtorità kompetenti ċentrali għall-awtoritajiet lokali (5 pajjiżi), taħriġ konġunt għall-awtoritajiet kompetenti (8 pajjiżi) u gruppi ta’ ħidma jew laqgħat regolari bejn l-awtoritajiet (11-il pajjiż). Fl-2021, 14-il pajjiż ma kienu qed jużaw l-ebda għodda bħal din. Dawn il-pajjiżi għandhom organizzazzjoni aktar ċentralizzata u għalhekk jeħtieġu anqas għodod ta’ koordinazzjoni.

    Ħarsa ġenerali aktar dettaljata lejn il-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-EU ETS hija ppreżentata fit-Tabella 4.2 fl-Appendiċi 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.

    Fl-2021, 15-il pajjiż ma ċċarġjawx tariffi amministrattivi lill-operaturi tal-installazzjonijiet għall-permessi u għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ (żieda minn 13-il pajjiż fl-2020). L-operaturi tal-inġenji tal-ajru fi 18-il pajjiż ukoll ma ħallsu l-ebda tariffa (16-il pajjiż fl-2020). L-imposti varjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi u t-tipi ta’ servizzi - minn EUR 5 sa EUR 7 729,20 għal permess u approvazzjoni ta’ pjan ta’ monitoraġġ għall-installazzjonijiet, u minn EUR 2,13 sa EUR 3 100 għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. 13-il pajjiż irrapportaw li jimponu tariffi amministrattivi għall-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ jew bidliet sinifikanti, anke għal ammonti li jvarjaw.

    It-Tabella 4.3 fl-Appendiċi 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport tippreżenta ħarsa ġenerali dettaljata tal-imposti amministrattivi fil-pajjiżi tal-EU ETS.

    6.4.Konformità u infurzar

    Il-konformità mal-EU ETS tiġi vverifikata f’ċikli annwali. Għal kull sena tal-operat, l-operaturi jridu jissottomettu rapport annwali dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Ladarba r-rapport jiġi vverifikat, l-operaturi jridu jirrinunzjaw l-għadd miftiehem ta’ kwoti sat-30 ta’ April tal-istess sena. Għal kull tunnellata ta’ CO2 emessa li għaliha ma ġiet ċeduta l-ebda kwota fi żmien xieraq, id-Direttiva tal-EU ETS timponi penali ta’ EUR 100 94 . Dan minbarra l-kost taċ-ċediment tal-kwoti dovuti. Penali oħrajn jistgħu japplikaw ukoll għal ksur fl-implimentazzjoni tal-EU ETS abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti minn kull pajjiż.

    Fiċ-ċiklu ta’ konformità tal-2021, il-livell ta’ konformità mal-EU ETS baqa’ għoli ħafna. L-operaturi responsabbli għal aktar minn 99 % tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji u mill-avjazzjoni fil-biċċa l-kbira tas-snin issodisfaw l-obbligi legali tagħhom. L-effiċjenza tas-sistema ta’ konformità tjiebet b’użu usa’ tar-rapportar elettroniku. Fl-2021, 11-il pajjiż użaw sistemi awtomatizzati tal-IT u mudelli elettroniċi għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti ta’ verifika u/jew għar-rapporti dwar it-titjib. Tmien pajjiżi jużaw ukoll sistemi awtomatizzati tal-IT sabiex jimmaniġġaw il-fluss tax-xogħol għall-pjanijiet ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ, għar-rapporti annwali tal-livell ta’ attività u għal skambji oħrajn ta’ informazzjoni dwar id-data tal-allokazzjoni.

    Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet relatati fuq il-kuntatti fiżiċi, 18-il pajjiż ippermettew lill-verifikaturi jwettqu żjarat virtwali fuq il-post 95 . Għal 460 installazzjoni u 64 operatur tal-inġenji tal-ajru, iż-żjarat virtwali fuq il-post ġew approvati mill-awtorità kompetenti applikabbli.

    L-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli ta’ konformità differenti fuq ir-rapporti annwali tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet. Fl-2021, l-awtoritajiet kompetenti kollha vverifikaw il-kompletezza tar-rapporti minn installazzjonijiet stazzjonarji, u l-biċċa l-kbira għamlu dan għal rapporti mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. L-eċċezzjonijiet huma l-awtoritajiet kompetenti fl-Ungerija u fil-Latvja (bi tliet u żewġ operaturi tal-inġenji tal-ajru, rispettivament), kif ukoll il-Liechtenstein, l-Irlanda ta’ Fuq, u s-Slovenja minħabba li ma jamministraw l-ebda operatur tal-inġenji tal-ajru.

    It-Tabella 4.4 fl-Appendiċi 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport tippreżenta ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-kontrolli tal-konformità mwettqa fil-pajjiżi tal-EU ETS.

    L-awtoritajiet kompetenti fi 12-il pajjiż għamlu stimi konservattivi għal 55 installazzjoni (madwar 0,6 % tal-installazzjonijiet b’mod ġenerali), tnaqqis minn 58 fl-2020. Tali stimi jsiru f’konformità mal-Artikolu 70 tal-MRR jekk ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet ma jkunux ġew sottomessi fil-ħin, jekk tkun inħarġet opinjoni ta’ verifika negattiva, jew jekk rapport dwar l-emissjonijiet ma kkonformax mal-MRR. L-emissjonijiet kollha ta’ 14-il installazzjoni ġew stmati b’mod konservattiv. Għal 17-il installazzjoni, stima konservattiva kopriet biss parti mill-emissjonijiet, u 24 installazzjoni ġew stmati li ma ġġeneraw l-ebda emissjoni.

    B’kollox, l-emissjonijiet ta’ 0,8 Mt ġew stmati b’mod konservattiv (tnaqqis minn 3,3 Mt fl-2020) minn 5 Mt irrapportati mill-55 installazzjoni (tnaqqis minn 18-il Mt fl-2020). Tipikament, saru stimi konservattivi minħabba li r-rapporti dwar l-emissjonijiet ma kinux kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-MRR jew minħabba li kienu ġew sottomessi wara l-iskadenza.

    Ġew irrapportati stimi konservattivi għall-avjazzjoni minn sitt pajjiżi (tnejn anqas milli fl-2020) li jikkonċernaw 28 operatur tal-inġenji tal-ajru (ħamsa aktar mill-2020) u emissjonijiet ta’ 0,09 Mt (0,14 Mt fl-2020).

    Il-verifiki tal-awtoritajiet kompetenti jibqgħu importanti sabiex jissupplimentaw ix-xogħol tal-verifikaturi. Minbarra l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, 16-il pajjiż irrapportaw li kienu wettqu spezzjonijiet fuq il-post fl-installazzjonijiet. L-ebda pajjiż 96 ma rrapporta spezzjonijiet fuq il-post għall-avjazzjoni, għall-kuntrarju tat-13-il pajjiż fl-2020. Dan it-tnaqqis, b’mod partikolari għall-avjazzjoni, jista’ jiġi attribwit għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Kien impossibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jżuru installazzjonijiet jew operaturi tal-inġenji tal-ajru għal parti kbira mill-ewwel nofs tal-2021.

    It-Tabella 4.5 fl-Appendiċi 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport tippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ konformità amministrati fil-pajjiżi tal-EU ETS.

    Fl-2021, 29 operatur tal-installazzjonijiet fi tmien pajjiżi rċevew penali għal emissjonijiet eċċessivi. Fir-rigward tal-avjazzjoni, ġew irrapportati penali għal emissjonijiet eċċessivi minn erba’ pajjiżi għal disa’ operaturi tal-inġenji tal-ajru. Ħdax-il pajjiż 97 irrapportaw 41 ksur għajr l-emissjonijiet eċċessivi, u dawn ħarġu penali, twissijiet formali, jew avviżi formali. Ġew irrapportati 30 multa (jew maħruġa jew li għandhom jinħarġu, eż. minħabba proċedimenti legali li għaddejjin), li jammontaw għal EUR 17,9-il miljun. Dan jinkludi l-avjazzjoni, b’ħames ksur f’erba’ pajjiżi, li wassal għal tliet multi, għal total ta’ EUR 36 000.

    It-Tabella 4.6 fl-Appendiċi 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport tippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-penali għall-emissjonijiet eċċessivi amministrati fil-pajjiżi tal-EU ETS.

    L-aktar ksur komuni rrapportat għall-2021 kien għat-tħaddim mingħajr permess għall-emissjonijiet, in-nuqqas ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet f’konformità mal-pjan ta’ monitoraġġ approvat u l-MRR u n-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ rapport dwar l-emissjonijiet fi żmien xieraq. Il-fażi 4 tal-ETS iġġib magħha ksur addizzjonali u penali relatati: in-nuqqas ta’ notifika tal-waqfien tal-installazzjoni jew in-nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti meħtieġa għall-proċeduri ta’ allokazzjoni bla ħlas, bħall-pjan ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ, in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ ta’ dak il-pjan jew is-sottomissjoni ta’ rapport annwali dwar il-livell ta’ attività.

    7.Kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera

    Mill-2020, l-EU ETS u l-ETS Żvizzera huma kollegati. Dan ifisser li l-kwoti maħruġa f’sistema waħda jistgħu jiġu ċeduti għall-emissjonijiet iġġenerati f’waħda miż-żewġ sistemi. Bl-aċċess għal suq akbar, l-operaturi jistgħu jisfruttaw kisbiet fil-kosteffiċjenza u aktar opzjonijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-Ftehim tal-Kollegament 98 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li bihom huma marbuta ż-żewġ sistemi. Dan jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ konnessjoni tal-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar l-EU ETS 99 jiġu rrispettati.

    L-inklużjoni tal-avjazzjoni fil-Ftehim tal-Kollegament kienet rekwiżit kruċjali għall-UE. Abbażi tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, l-Iżvizzera tapplika l-istess approċċ għar-regoli dwar il-kopertura, il-limitu massimu u l-allokazzjoni bħall-EU ETS. It-titjiriet domestiċi Żvizzeri u t-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE huma koperti mill-ETS Żvizzera, filwaqt li t-titjiriet li jitilqu lejn l-Iżvizzera jaqgħu fil-qafas tal-EU ETS. Dan l-arranġament jissalvagwardja l-integrità ambjentali taż-żewġ sistemi.

    L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu titjiriet fiż-żewġ direzzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera huma soġġetti għall-obbligi ta’ konformità skont iż-żewġ sistemi. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv assoċjat, il-Ftehim tal-Kollegament jistabbilixxi soluzzjoni ta’ “punt uniku ta’ servizz”. Dan ifisser li l-operaturi jeħtieġ li jittrattaw ma’ awtorità kompetenti waħda biss dwar l-allokazzjoni, il-kontijiet ta’ depożitu u l-konformità.

    It-Tabella 7 u t-Tabella 8 iqabblu ċ-ċifri ewlenin għaż-żewġ sistemi fl-2021 – kwoti rkantati, allokazzjoni bla ħlas, u emissjonijiet ivverifikati, kemm għall-installazzjonijiet stazzjonarji kif ukoll għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Dawn juru li l-kompatibbiltà taż-żewġ sistemi ma hijiex kwistjoni ta’ daqs iżda ta’ rekwiżiti kwalitattivi, kundizzjonijiet ekwi u miżuri sabiex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tas-suq.

    Tabella 7. Tqabbil tal-EU ETS u tal-ETS Żvizzera - installazzjonijiet stazzjonarji fl-2021.

    Sistema

    EU ETS

    ETS Żvizzera

    Kwoti ġenerali rkantati

    582 952 500

    175 000,
    li jifdal mill-2020

    Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti ġenerali

    544 947 793

    4 436 126

    Emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet stazzjonarji

    1 335 460 461

    4 904 027



    Tabella 8. Tqabbil tal-EU ETS u tal-ETS Żvizzera - operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-2021.

    Sistema

    EU ETS

    ETS Żvizzera

    Kwoti tal-avjazzjoni rkantati

    3 785 500

    160 850

    Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti tal-avjazzjoni

    Kwoti tal-avjazzjoni tal-UE 
    għall-EU ETS

    Kwoti tal-avjazzjoni Żvizzeri
    għall-ETS Żvizzera

    Kwoti tal-avjazzjoni Żvizzeri
    għall-ETS Żvizzera

    Kwoti tal-avjazzjoni tal-UE
    għall-EU ETS

    24 060 563

    380 246

    496 960

    397 327

    Emissjonijiet verifikati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru

    EU ETS

    ETS Żvizzera

    ETS Żvizzera

    EU ETS

    27 699 555

    274 931

    328 191

    434 349

    Sabiex il-Ftehim tal-Kollegament isir operazzjonali u jiġu promossi kisbiet fl-effiċjenza, inħolqot rabta diretta bejn ir-reġistri taż-żewġ sistemi. Dan jippermetti lill-entitajiet regolati jittrasferixxu kwoti minn kont f’sistema waħda għal kont fis-sistema l-oħra. It-trasferimenti huma ppjanati, u ġeneralment iseħħu darbtejn fix-xahar.

    It-Tabella 9 u t-Tabella 10 iqisu l-effetti tal-kollegament fl-EU ETS u fl-ETS Żvizzera fl-2021. It-tabelli juru sa liema punt l-entitajiet regolati fiż-żewġ sistemi użaw kwoti maħruġa fis-sistema l-oħra għall-konformità.



    Tabella 9. Unitajiet użati għall-konformità fir-Reġistru tal-UE.

    Installazzjonijiet stazzjonarji

    Allokazzjoni bla ħlas u rkantar

    Emissjonijiet verifikati

    Unitajiet ċeduti

    Kwoti tal-EU ETS

    Kwoti tal-ETS Żvizzeri

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    1 128 900 293

    1 335 460 461

    1 332 192 792

    1 323 252 959

    8 480 001

    396 422

    63 410

    % tat-total

    99,3 %

    0,6 %

    0,03 %

    0,005 %

    Operaturi tal-inġenji tal-ajru

    Allokazzjoni bla ħlas (inkluża l-ETS Żvizzera) u rkantar

    Emissjonijiet verifikati (inkluż fil-qafas tal-ETS Żvizzera)

    Unitajiet ċeduti

    Kwoti tal-EU ETS

    Kwoti tal-ETS Żvizzeri

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    28 223 342

    27 944 486

    28 007 345

    7 677 636

    19 901 550

    487

    427 672

    % tat-total

    27,4 %

    71,1 %

    0,002 %

    1,5 %

    Tabella 10. Unitajiet użati għall-konformità fir-Reġistru Żvizzeru.

    Installazzjonijiet stazzjonarji

    Allokazzjoni bla ħlas u rkantar

    Emissjonijiet verifikati

    Unitajiet ċeduti

    Kwoti tal-EU ETS

    Kwoti tal-ETS Żvizzeri

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    4 611 126

    4 904 027

    4 858 105

    398 715

    0

    4 433 068

    26 322

    % tat-total

    8,2 %

    -

    91,3 %

    0,5 %

    Operaturi tal-inġenji tal-ajru

    (amministrati mill-Iżvizzera)

    Allokazzjoni bla ħlas (inkluża l-EU ETS) u rkantar

    Emissjonijiet verifikati (inkluż fil-qafas
    ta
    l-EU ETS)

    Unitajiet ċeduti

    Kwoti tal-EU ETS

    Kwoti tal-ETS Żvizzeri

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    Ġenerali

    Avjazzjoni

    1 055 137

    762 540

    762 540

    302

    279 336

    0

    482 902

    % tat-total

    0,04 %

    36,6 %

    -

    63,3 %

    B’kollox, l-entitajiet regolati fl-EU ETS (kemm l-installazzjonijiet stazzjonarji kif ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru) użaw 887 991 kwota maħruġa fil-qafas tal-ETS Żvizzera għall-konformità fl-2021. Dan huwa kważi 246 000 kwota aktar mill-2020, li jfisser żieda ta’ aktar minn 38 % fl-użu tal-flessibbiltà li tipprovdi l-konnessjoni. Dan inkiseb minkejja li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru tal-UE kienu użaw anqas kwoti tal-avjazzjoni maħruġa fil-qafas tal-ETS Żvizzera f’termini relattivi (1,5 % fl-2021 meta mqabbla ma’ 2,3 % fl-2020).

    F’konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji, l-installazzjonijiet stazzjonarji tal-UE setgħu jużaw il-kwoti tal-avjazzjoni tal-ETS Żvizzera għall-konformità għall-ewwel darba fl-2021 100 . Is-sensibilizzazzjoni u l-aċċettazzjoni dejjem akbar tal-konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera huma ddokumentati sew ukoll bl-użu akbar tal-kwoti ġenerali Żvizzeri minn installazzjonijiet stazzjonarji, minn żero għal madwar 396 422 unità. F’termini relattivi, il-kwoti ġenerali maħruġa fil-qafas tal-ETS Żvizzera ammontaw għal anqas minn 0,03 % tat-total ċeduti fl-EU ETS fl-2021. Madankollu, dan kien jirrappreżenta sehem aktar sinifikanti ta’ 8,6 % tal-kwoti ġenerali Żvizzeri kollha allokati bla ħlas u rkantati dik is-sena.

    Fl-ETS Żvizzera, l-installazzjonijiet stazzjonarji użaw sehem simili tal-kwoti ġenerali tal-EU ETS għall-konformità fl-2021 (8,2 %). Meta mqabbla ma’ 0,19 % fl-2020, din hija żieda notevoli. Għal darb’oħra, din tista’ tiġi attribwita għal għarfien dejjem akbar dwar il-flessibbiltà offruta mis-swieq konnessi tal-karbonju. Fl-2021, l-installazzjonijiet stazzjonarji fl-ETS Żvizzera setgħu jużaw ukoll kwoti tal-avjazzjoni għall-konformità. Madankollu, użaw biss kwoti tal-avjazzjoni maħruġa fis-sistema domestika.

    It-Tabella 11 tiġbor fil-qosor il-volumi aggregati ta’ kwoti (kemm ġenerali kif ukoll tal-avjazzjoni) ittrasferiti bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera permezz tal-kollegament dirett mill-2020. Il-bilanċ juri ħruġ ta’ 3 269 kwota mill-EU ETS għas-sistema Żvizzera. Madankollu, ta’ min jinnota li ċ-ċifri jistgħu jinkludu trasferimenti mill-ġdid tal-istess kwoti.

    Tabella 11. Kwoti trasferiti bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera fl-2020-21.

    Sena

    2020

    2021

    Total

    Trasferimenti ta’ kwoti bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera

    Mill-EU ETS għall-ETS Żvizzera

    475 679

    1 051 360

    1 527 039

    Mill-ETS Żvizzera għall-EU ETS

    0

    1 523 770

    1 523 770

    Bilanċ

    3 269

    8.EU ETS fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija 101

    L-EU ETS topera fi ħdan il-kuntest usa’ tal-politika tal-enerġija tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija 102 . L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jinkiseb iffrankar tal-enerġija billi jiġu stabbiliti miri u obbligi għall-Istati Membri u għall-kumpaniji. Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju tal-EU ETS jista’ għalhekk jinteraġixxi ma’ miżuri u ma’ azzjonijiet ta’ politika implimentati għal dak il-għan.

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija jirrikjedi li l-Istati Membri jintroduċu miżuri ta’ politika sabiex jiksbu ffrankar tal-enerġija f’konformità mal-miri nazzjonali indikattivi tagħhom 103 . Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw il-miżuri ppjanati tagħhom sabiex jilħqu l-miri tal-iffrankar tal-enerġija tal-Artikolu 7 għall-perjodu ta’ obbligu 2021-30. Bir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija bħala parti mill-pakkett ta’ politika sabiex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni pproponiet li jiżdiedu l-miri ġenerali tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll il-mira annwali tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija. In-negozjati dwar din il-proposta għadhom għaddejjin.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija jippromwovi miżuri kosteffettivi għall-effiċjenza enerġetika f’kumpaniji kbar, inklużi xi installazzjonijiet koperti mill-EU ETS. Huma meħtieġa jwettqu verifika tal-enerġija kull 4 snin jew jużaw sistema ċertifikata ta’ ġestjoni tal-enerġija jew tal-ambjent. Dawn l-għodod jgħinu sabiex jiġi identifikat it-telf tal-enerġija, jistmaw il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija u miżuri kosteffettivi sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

    Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju tal-EU ETS jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni tal-investimenti u għall-miżuri relatati mal-effiċjenza enerġetika fis-setturi regolati. L-Istati Membri jużaw ukoll id-dħul mill-irkant mill-EU ETS sabiex jiffinanzjaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Fl-2021, 18-il Stat Membru 104 rrapportaw li użaw dan id-dħul sabiex jiffinanzjaw proġetti relatati mal-effiċjenza enerġetika. Dawn kienu jinkludu investimenti fil-modernizzazzjoni termali tal-bini (inkluż appoġġ għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx), konsulenza dwar l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll riċerka u żvilupp, bl-objettiv li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. B’mod ġenerali, fl-2021 intefqu EUR 2,5 biljun ta’ dħul mill-ETS fuq il-finanzjament ta’ investimenti relatati mal-effiċjenza enerġetika.

    9.Konklużjonijiet u prospettiva

    Fl-2021, id-domanda għall-enerġija żdiedet, xprunata mill-irkupru gradwali mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, u l-prezzijiet tal-fjuwils fossili fis-swieq Ewropej żdiedu. L-EU ETS kompliet tiffunzjona kif suppost u twettaq l-ambizzjoni klimatika tal-UE.

    Għalkemm l-emissjonijiet fl-EU ETS żdiedu fl-2021, dawn baqgħu taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija osservati fl-2019. Iż-żieda kienet marbuta mal-irkupru ekonomiku gradwali wara l-pandemija tal-COVID-19. L-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji żdiedu b’6,6 % meta mqabbla mal-2020 iżda kienu għadhom 5,6 % anqas milli fl-2019. L-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana żdiedu wkoll, xprunati mill-bidla lura mill-użu tal-gass naturali għall-faħam b’reazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili. Fl-2021, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni kienu madwar 30 % ogħla milli fl-2020, iżda xorta kienu 50 % anqas milli fl-2019.

    Minkejja dan, is-sehem tal-emissjonijiet fossili mill-faħam iebes żdied f’installazzjonijiet stazzjonarji, filwaqt li l-ishma kemm tal-linjite kif ukoll tal-gass naturali naqsu minħabba prezzijiet ogħla tal-gass naturali. B’reazzjoni għall-kriżi tal-enerġija, il-Kummissjoni ressqet il-pjan REPowerEU. Dan jipproponi li titħaffef it-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa, filwaqt li jibni fuq ir-reviżjonijiet li għaddejjin tal-politiki relatati dwar il-klima u l-enerġija fil-qafas tal-pakkett sabiex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    Iż-żieda fil-prezz tal-karbonju qajmet mistoqsijiet dwar jekk kienx hemm spekulazzjoni eċċessiva fis-suq tal-karbonju tal-UE. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) indirizzat dan it-tħassib f’analiżi estensiva tas-suq u l-imġiba tiegħu, u kkonkludiet li l-prezzijiet prevalenti huma konformi mal-prinċipji fundamentali tas-suq.

    Fl-istess ħin, prezz ogħla tal-karbonju fl-2021 sarraf fi dħul ogħla mill-irkant għall-Istati Membri – kważi d-doppju tad-dħul tal-2020. Fl-2021, l-Istati Membri nefqu medja ta’ EUR 19-il biljun ta’ dħul mill-irkant fuq azzjoni relatata mal-klima u l-enerġija. L-Istati Membri użaw ukoll dawn ir-riżorsi sabiex itaffu l-impatti tal-kriżi tal-enerġija. Fit-terminu medju sa twil, dawn ir-riżorsi jistgħu jappoġġaw l-investiment fit-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa, u b’hekk itejbu l-effiċjenza enerġetika u jżidu l-użu tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jnaqqsu mhux biss l-emissjonijiet iżda wkoll id-dipendenza tal-Istati Membri fuq il-fjuwils fossili u fuq l-importazzjonijiet tagħhom.

    B’mod parallel, ir-reviżjoni tal-EU ETS qiegħda tavvanza, bin-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Sal-2030, is-sistema hija mistennija li tikseb tnaqqis aktar ambizzjuż fl-emissjonijiet f’konformità mal-miri klimatiċi tal-UE stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

    (1)

       L-emissjonijiet tal-ETS minn installazzjonijiet stazzjonarji fl-2021, mingħajr ir-Renju Unit, ġeneraturi tal-elettriku biss fl-Irlanda ta’ fuq, meta mqabbla ma’ valur aġġustat tal-2005 li għandu l-istess kamp ta’ applikazzjoni.

    (2)

       Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999, ĠU L 243 , 9.7.2021, p. 1.

    (3)

        Delivering the European Green Deal , DĠ Azzjoni Klimatika, 14.7.2021.

    (4)

        COM/2021/551 final Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757, 14.7.2021.

    (5)

       Bħalissa lleġiżlat f’livell ta’ 43 % taħt il-livelli tal-emissjonijiet tal-2005.

    (6)

        COM/2021/660 final – Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ, 13.10.2021.

    (7)

       Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275 , 25.10.2003, p. 32.

    (8)

       Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit.

    (9)

       Installazzjonijiet tal-Kategorija A.

    (10)

       Subsett fi ħdan installazzjonijiet tal-Kategorija A, b’emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena.

    (11)

       Installazzjonijiet tal-Kategorija B.

    (12)

       Installazzjonijiet tal-Kategorija C.

    (13)

       Il-limitu tal-input termiku nominali totali ta’ 20 MW.

    (14)

       Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-EU ETS.

    (15)

       F’kull waħda mit-3 snin qabel in-notifika lill-Kummissjoni. L-emissjonijiet mill-bijomassa huma esklużi.

    (16)

       Skont l-Artikolu 27a(3) tad-Direttiva dwar l-EU ETS.

    (17)

       Dawn l-Istati Membri kienu d-Danimarka, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, u n-Netherlands.

    (18)

       Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar [ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, ĠU L 334 , 31.12.2018, p. 1. Ir-Regolament ġie emendat fl-2020 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2085 u fl-2022 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/388. Ara l- verżjoni konsolidata ].

    (19)

       Eżempju ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali huwa linja tal-ajru tal-passiġġieri li tipprovdi servizzi lill-pubbliku. Eżempju ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru mhux kummerċjali huwa inġenju tal-ajru privat.

    (20)

       Applikata mill-punt tan-nofs tal-perjodu bażi 2008-12.

    (21)

       Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ĠU L 29 , 31.1.2020, p. 7.

    (22)

       Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, ĠU L 149 , 30.4.2021, p. 10.

    (23)

       Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1722 tas-16 ta’ Novembru 2020 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu mal-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet għall-2021, ĠU L 386 , 18.11.2020, p. 26.

    (24)

       Skont il-mira li hija lleġiżlata bħalissa sabiex l-emissjonijiet jitnaqqsu bi 43 % sal-2030 meta mqabbla mal-2005.

    (25)

       Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ĠU L 302 , 18.11.2010, p. 1.

    (26)

        Rapporti tal-Irkantijiet , DĠ Azzjoni Klimatika, 30.6.2022.

    (27)

       Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tista’ sseħħ jekk l-attivitajiet regolati mill-ETS jiġu mċaqilqa lejn pajjiżi mhux tal-UE b’politiki klimatiċi anqas ambizzjużi, li b’hekk iwassal għal żieda fl-emissjonijiet ġenerali tal-gassijiet serra.

    (28)

       Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030 ĠU L 120 , 8.5.2019, p. 20.

    (29)

       Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 87 , 15.3.2021, p. 29.

    (30)

       Ir-rata massima annwali ta’ tnaqqis ta’ 1,6 % applikata għal perjodu ta’ 15-il sena, mill-2007-08, meta nkisbet id-data oriġinali għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju, sal-2023, f’nofs l-ewwel perjodu ta’ allokazzjoni fil-fażi 4.

    (31)

        Skeda informattiva - aġġornament tal-valuri referenzjarji għall-2021-2025, il-fażi 4 tal-EU ETS, DĠ Azzjoni Klimatika, 12.10.2021.

    (32)

       Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività ĠU L 282 , 4.11.2019, p. 20.

    (33)

       L-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles adottat ukoll Deċiżjonijiet għall-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

    (34)

       L-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles adottat ukoll Deċiżjonijiet għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja.

    (35)

       L-Istati Membri eliġibbli jinkludu l-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

    (36)

       Dawn l-Istati Membri jinkludu Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, Malta, il-Latvja, il-Litwanja, u l-Polonja.

    (37)

       Inklużi l-kwoti distribwiti għall-finijiet ta’ solidarjetà u tkabbir.

    (38)

       Dħul iġġenerat mill-Istati Membri, mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

    (39)

       Id-differenza li jifdal tammonta għad-dħul miġbur fil-qafas tal-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni, kif ukoll għad-dħul imqassam lill-Iżlanda, lil-Liechtenstein u lin-Norveġja.

    (40)

        COM(2022) 514 final - Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Aċċellerar tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika għas-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa Rapport tal-Progress tal-Azzjoni Klimatika tal-UE 26.10.22.

    (41)

       Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2172 tal-20 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/670/UE rigward l-użu ta’ dħul mhux imqassam mill-ewwel serje ta’ sejħiet għal proposti, ĠU L 306 , 22.11.2017, p. 24.

    (42)

       Il-baġit totali stmat abbażi tal-prezz tal-karbonju ta’ EUR 75 għal kull tunnellata.

    (43)

        Overview of the first call for large-scale project proposals & next steps , DĠ Azzjoni Klimatika, 30.6.2022.

    (44)

       Il-proġetti jinsabu fil-Belġju, fil-Finlandja, fi Franza, fl-Italja, fi Spanja u fl-Iżvezja.

    (45)

        Overview of the first call for small-scale project proposals , DĠ Azzjoni Klimatika, 30.6.2022.

    (46)

       Il-proġetti se jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Awstrija, tal-Kroazja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Irlanda, tal-Italja, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, ta’ Spanja, u tal-Iżvezja.

    (47)

       Il-proġetti se jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni ta’ seba’ Stati Membri (il-Bulgarija, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Polonja, u l-Iżvezja), flimkien mal-Iżlanda u n-Norveġja.

    (48)

          Third call for large-scale projects , DĠ Azzjoni Klimatika, 3.11.2022.

    (49)

      COM/2022/230 final – Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Pjan REPowerEU, 18.5.2022.

    (50)

        COM(2022) 416 final - Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni, inkluż ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, 26.8.2022.

    (51)

       L-Istati Membri benefiċjarji jinkludu l-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

    (52)

       Il-baġit totali stmat abbażi tal-prezz tal-karbonju ta’ EUR 75 għal kull tunnellata.

    (53)

       Dan l-għadd jinkludi kwoti ttrasferiti lill-Fond għall-Modernizzazzjoni mill-Istati Membri mill-ġbir rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 10(2b) u l-Artikolu 10c tad-Direttiva dwar l-EU ETS – il-mekkaniżmi l-oħrajn ta’ solidarjetà tal-EU ETS. Il-volum inizjali tal-Fond għall-Modernizzazzjoni jammonta għal kważi 276 miljun kwota.

    (54)

       Il-Fond għall-Modernizzazzjoni – Ir-Rapport Annwali tal-Kumitat tal-Investiment 2021 , DĠ Azzjoni Klimatika, 15.3.2022.

    (55)

       Il-Fond għall-Modernizzazzjoni – Ir-Rapporti annwali tal-Istati Membri benefiċjarji għall-2021 , DĠ Azzjoni Klimatika, 30.6.2022.

    (56)

       Il-linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012, ĠU C 158 , 5.6.2012, p. 4.

    (57)

       Il-linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021, ĠU C 317 , 25.9.2020, p. 5.

    (58)

       Eskluż id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tal-avjazzjoni.

    (59)

       Fl-2020, l-Istati Membri ħallsu kumpens għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2019.

    (60)

       Fiż-żewġ każijiet, it-tqabbil sar mal-emissjonijiet ivverifikati aġġustati tal-2020 u l-2019, minbarra r-Renju Unit ħlief għall-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq.

    (61)

        Statistika dwar il-produzzjoni industrijali , Eurostat, Awwissu 2022.

    (62)

       Mill-2021, l-EU ETS ma għadhiex tinkludi l-emissjonijiet mir-Renju Unit, huma inklużi biss l-emissjonijiet mill-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq.

    (63)

       L-Artikolu 38(6) tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar. Bħal hawn fuq, ir-Regolament (UE) 2018/2066 emendat fl-2020 bir-Regolament (UE) 2020/2085 u fl-2022 bir-Regolament (UE) 2022/388. Ara l- verżjoni konsolidata .

    (64)

       Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni), ĠU L 328 , 21.12.2018, p. 82.

    (65)

       Ir-Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2021 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE u tal-għadd ta’ kwoti mhux allokati matul il-perjodu 2013–2020 ĠU C 272 , 15.7.2022, p. 25.

    (66)

      COM/2021/571 final - Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-ammont ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030, 14.7.2022.

    (67)

       Id-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ĠU L 113 , 25.4.2013, p. 1.

    (68)

       Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, ĠU L 322 , 7.12.2017, p. 3.

    (69)

       L-emissjonijiet verifikati aġġustati, minbarra t-titjiriet li jaslu mir-Renju Unit: 21,5 Mt fl-2020 u 55,8 Mt fl-2019.

    (70)

       Meta wieħed iqis il-kamp ta’ applikazzjoni tal-avjazzjoni mibdul tal-EU ETS (li ma għadux ikopri titjiriet li jaslu mir-Renju Unit).

    (71)

       L-Iżvizzera inkluża fid-data tal-2020 u l-2021 biss.

    (72)

       Dawn in-numri ma jqisux l-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha li għalqu u l-kwoti bla ħlas mir-riżerva speċjali għall-entranti ġodda u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr, u lanqas ir-redditi fl-2012 minħabba t-tibdil fil-kamp ta' applikazzjoni. Sorsi: L-EUTL, id-DĠ Azzjoni Klimatika.

    (73)

       Meta jitqiesu n-numri miżmuma minħabba l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li għalqu, l-allokazzjoni reali għall-2019 kienet tkun ta’ 4 miljuni taħt iċ-ċifra ppreżentata (ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna fl-Avviż C/2020/8643, ĠU C 428, 11.12.2020, p. 1). L-allokazzjoni għar-Renju Unit (4,31 miljun kwota tat-total għall-2019), li ġiet sospiża fl-2019 minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja adottati mill-Kummissjoni għall-ħarsien tal-integrità ambjentali tal-EU ETS f’każijiet fejn id-dritt tal-UE ma jibqax japplika għal Stat Membru li joħroġ mill-UE, issoktat fl-2020.

    (74)

       Dan in-numru jqis it-titjiriet li jitilqu miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera, u bejn iż-ŻEE u r-Renju Unit, f’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

    (75)

       Filwaqt li titqies il-bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-emissjonijiet (li ma tibqax tkopri titjiriet li jaslu mir-Renju Unit).

    (76)

       Il-volumi ta’ kwoti tal-avjazzjoni rkantati matul il-perjodu 2013-15 jirriflettu d-deċiżjoni li “jitwaqqaf l-arloġġ” u li jiġi limitat l-obbligu tal-ETS għas-settur tal-avjazzjoni għal titjiriet biss fiż-ŻEE (id-Deċiżjoni 377/2013/UE). Il-konformità għas-settur tal-avjazzjoni ġiet posposta għall-2013 (ir-Regolament Nru 421/2014). Għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni fl-2013 u l-2014, il-konformità seħħet bejn Jannar u April tal-2015.

    -Id-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ĠU L 113 , 25.4.2013, p. 1

    -Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014, ĠU L 129, 30.4.2014, p. 1.

    (77)

        COM/2021/552 final - Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq.

    (78)

        COM/2021/567 final - Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fir-rigward ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni.

    (79)

        COM/2020/747 final  - Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Analiżi aġġornata tal-impatti klimatiċi mhux mis-CO2 tal-avjazzjoni u miżuri ta’ politika potenzjali skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva dwar l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, 23.11.2020

    (80)

       IPCC (2022), Mitigation of Climate Change – Summary for Policymakers , il-kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni.

    (81)

       Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173 , 12.6.2014, p. 349.

    (82)

       Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ĠU L 302 , 18.11.2010, p. 1.

    (83)

       Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli skont ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq tista’ tinstab fuq il-paġna web tal-ESMA .

    (84)

       Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE, ĠU L 173 , 12.6.2014, p. 1.

    (85)

       Bħal qabel, COM/2021/660 final.

    (86)

        ESMA70-445-7 , Ir-Rapport preliminari tal-ESMA dwar il-kwoti tal-emissjonijiet, 11.11.2021.

    (87)

        ESMA70-445-38 , Ir-Rapport finali tal-ESMA dwar il-kwoti tal-emissjonijiet, 28.3.2022.

    (88)

       Ampudia, M., Bua, G., Kapp, D. u Salakhova, D., The role of speculation during the recent increase in EU emissions allowance prices , Bullettin Ekonomiku tal-BĊE, Ħarġa 3/2022.

    (89)

       Bħal hawn fuq, ir-Regolament (UE) 2018/2066 emendat fl-2020 bir-Regolament (UE) 2020/2085 u fl-2022 bir-Regolament (UE) 2022/388. Ara l- verżjoni konsolidata .

    (90)

       Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 334 , 31.12.2018, p. 94. Ir-regolament ġie emendat fl-2020 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2084. Ara l-verżjoni konsolidata .

    (91)

       Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl tinvolvi riżorsi sinifikanti u għarfien għall-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet serra rilevanti, li ħafna mill-operaturi ż-żgħar ma għandhomx.

    (92)

       L-MRR jeħtieġ li l-operaturi kollha jilħqu ċerti livelli minimi, fejn sorsi akbar ta’ emissjonijiet huma meħtieġa sabiex jintlaħqu livelli ogħla (li jinvolvu kwalità tad-data aktar affidabbli), filwaqt li għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza japplikaw rekwiżiti anqas stretti għal sorsi iżgħar.

    (93)

       Meta l-awtoritajiet reġjonali/lokali jkunu responsabbli għall-ħidma tal-MRV, l-awtorità kompetenti ċentrali tirrieżamina d-dokumenti rilevanti bħall-pjanijiet ta’ monitoraġġ minbarra dawn l-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex timmonitorja l-kwalità tal-proċessi tal-MRV.

    (94)

       Il-penali tiġi indiċizzata għall-inflazzjoni.

    (95)

       L-Artikolu 34a tar-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika jippermetti lill-verifikatur iwettaq żjarat virtwali fuq il-post jekk sitwazzjoni ta’ forza maġġuri tipprevjeni lill-verifikatur milli jmur fuq il-post. Dan huwa permess biss soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u jekk ikunu ġew issodisfati ċerti kundizzjonijiet.

    (96)

       Tliet pajjiżi (il-Liechtenstein, l-Irlanda ta’ Fuq, u s-Slovenja) ma jamministraw l-ebda operatur tal-inġenji tal-ajru.

    (97)

       Il-ħdax-il pajjiż kienu jinkludu ċ-Ċekja, id-Danimarka, Spanja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, l-Iżvezja u r-Rumanija.

    (98)

       Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, ĠU L 322 , 7.12.2017, p. 3.

    (99)

       Bħal hawn fuq, id-Direttiva 2003/87/KE.

    (100)

       Skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-EU ETS.

    (101)

       Abbażi tal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija ( ĠU L 328 , 21.12.2018, p. 210), u dwar l-Artikoli 29 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 328 , 21.12.2018, p. 1).

    (102)

       Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija. ĠU L 328 , 21.12.2018, p. 210.

    (103)

       Bħal qabel, id-Direttiva (UE) 2018/2002, l-Artikolu 3.

    (104)

       Is-17-il Stat Membru kienu jinkludu l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, u s-Slovenja.

    Top