EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0137

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Id-disa' rapport tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, ġbir u kontroll tal-VAT skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM) Nru 1553/89

COM/2022/137 final

Brussell, 7.4.2022

COM(2022) 137 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Id-disa' rapport tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, ġbir u kontroll tal-VAT skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM) Nru 1553/89




Amministrazzjoni tal-VAT fl-Unjoni Ewropea:  
Rapport dijanjostiku u ta’ skrinjar



IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

Direttorat CTassazzjoni indiretta u amministrazzjoni tat-taxxa

Unità C.4 - Amministrazzjoni tat-taxxi u l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa

Kuntatt: UNITÀ TAXUD C4

Email: TAXUD-UNIT-C4@ec.europa.eu

Il-Kummissjoni Ewropea 
B-1049 Brussell

Europe Direct huwa servizz li jgħinek issib tweġibiet
għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea.

Numru tat-telefon bla ħlas (*):

00 800 6 7 8 9 10 11

https://europa.eu/european-union/contact_mt

L-informazzjoni pprovduta u l-parti l-kbira tat-telefonati huma bla ħlas (għalkemm ċerti operaturi, kabini tat-telefon jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

AVVIŻ LEGALI

Dan id-dokument tħejja mill-Kummissjoni Ewropea bħala riżultat tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud. Din id-dispożizzjoni legali tirrikjedi li l-Kummissjoni tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċeduri applikati fl-Istati Membri għall-amministrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Aktar informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-internet ( http://www.europa.eu ). 

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021

ISBN 978-92-76-30355-8

DOI: 10.2778/23782

© L-Unjoni Ewropea, 2021

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors.



Werrej

1.Introduzzjoni

1.1.    Approċċ ġdid: nibnu fuq stejjer ta’ suċċess    

1.2.    Ġbir u analiżi tad-data    

2.Interess komuni: l-importanza tal-VAT għall-Istati Membri, għall-Unjoni Ewropea u għall-kontribwenti

2.1.    Diskrepanza fil-konformità (diskrepanza tal-VAT)    

2.2.    L-impatt tad-diskrepanza tal-VAT fuq ir-riżorsi proprji    

2.3.    L-amministrazzjoni tal-VAT u l-piż regolatorju għan-negozji    

3.Reġistrazzjoni tal-VAT u analiżi tar-riskju

3.1.    Jassistu lill-kontribwenti permezz ta’ komunikazzjoni aħjar    

3.2.    Kompletezza tal-bażi tad-data tal-kontribwenti rreġistrati għall-VAT    

4.Il-VAT, it-teknoloġija tal-informazzjoni u teknoloġiji ġodda

4.1.    Il-kummerċ elettroniku    

4.2.    Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir    

4.3.    Id-diġitalizzazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-analitika tad-data    

4.4.    Pjanijiet ta’ ġestjoni tal-konformità    

4.5.    Servizzi tal-kontribwenti    

4.6.    Użu ta’ data għal finijiet ta’ konformità mal-VAT    

4.6.1. Ġbir tad-data

4.6.2. Deċiżjoni infurmata: it-tqegħid tad-data għax-xogħol

5.Is-sottomissjoni u l-ħlas

5.1.    Puntwalità tas-sottomissjoni    

5.1.1.Sottomissjoni elettronika

5.1.2.Il-monitoraġġ tal-konformità tas-sottomissjoni tal-VAT

5.2.    Ħlas tal-VAT    

6.Ġbir tad-djun, tar-rifużjonijiet u tal-awditi tal-VAT

6.1.    Ġbir tad-dejn tal-VAT    

6.2.    Rifużjonijiet tal-VAT    

6.3.    Kompletezza tal-obbligi ta’ rapportar: Awditi tal-VAT    

7.Kontabbiltà tal-VAT, obbligu ta’ rendikont u tilwim

7.1.    Kontabbiltà tal-VAT, kontrolli interni u rieżamijiet esterni    

7.2.    Proċess ta’ soluzzjoni ta’ tilwim dwar il-VAT    

8.COVID-19 u l-VAT: rakkomandazzjonijiet għall-ġbir u l-irkupru tal-VAT

9.Konklużjoni

Anness 1: Indiċi ta’ rakkomandazzjonijiet

Anness 2: Indiċi tal-illustrazzjonijiet u t-tabelli

Anness 3: Referenzi


1.Introduzzjoni

Is-servizzi pubbliċimill-kura medika għall-iżvilupp tal-infrastruttura, mill-edukazzjoni għad-difiża nazzjonali huma essenzjali għall-ħajja tagħna ta’ kuljum iżda jiswew il-flus. It-taxxi huma meħtieġa biex jiffinanzjawhom, u t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) hija kontributur essenzjali u ħafna drabi primarju għall-baġits tal-Istati Membri 1 . Amministrazzjoni bi prestazzjoni batuta tal-VAT tikkomprometti l-iżvilupp, it-tkabbir u l-fiduċja fil-gvern. Amministrazzjoni effettiva tal-VAT bi proċessi u bi proċeduri effiċjenti hija għalhekk fl-interess ta’ kulħadd tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-istituzzjonijiet tal-UE, tal-kontribwenti u taċ-ċittadini.

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 2 jagħti lill-Kummissjoni l-kompitu li tivvaluta, kull 3 snin, il-proċeduri nazzjonali għar-reġistrazzjoni ta’ persuni taxxabbli u għad-determinazzjoni u l-ġbir tal-VAT, kif ukoll il-modalitajiet u r-riżultati tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll tal-VAT. Jistgħu mbagħad jiġu kkunsidrati reviżjonijiet possibbli bil-għan li tittejjeb l-effettività ta’ dawn il-proċeduri. Dan ir-rapport jikkonforma ma’ dak il-mandat u jeżamina l-perjodu 2016-2019.

Mill-1989, inħarġu tmien rapporti ta’ valutazzjoni ta’ dan it-tip 3 . L-aktar rapport reċenti 4 , ippubblikat f’Diċembru 2017, kien favur it-tkissir tas-silos u t-titjib tal-amministrazzjoni tal-VAT permezz ta’ kooperazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Dan ir-rapport 5 jidentifika xi wħud mill-kawżi probabbli tat-telf ta’ dħul mit-taxxa u jiddeskrivi b’mod espliċitu rakkomandazzjonijiet għal miżuri li jindirizzawh billi jsaħħu l-amministrazzjoni tal-VAT (ir-rakkomandazzjonijiet huma elenkati fil-kaxxi fit-taqsimiet ta’ hawn taħt. Barra minn hekk, għal sommarju tar-rakkomandazzjonijiet, ara l-Anness 1). Dan huwa importanti speċjalment fil-kuntest tal-bidliet li d-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda qed iġibu fl-ekonomiji tagħna. Dan ir-rapport jippreżenta wkoll esperjenzi u prattiki tajba mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-VAT.

Tassazzjoni ġusta u effiċjenti se tkun saħansitra aktar importanti fix-xhur u s-snin li ġejjin, hekk kif l-UE u l-komunità globali se jkunu qed ifittxu li jirkupraw mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19. L-Istati Membri malajr implimentaw miżuri relatati mal-VAT flimkien ma’ miżuri oħra mmirati biex iwittu t-triq lejn l-irkupru. Dan ir-rapport jivvaluta t-tħejjija tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jiffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli, inklużi l-emerġenzi relatati mal-COVID-19 u jkomplu jaħdmu bl-inqas tfixkil possibbli.

1.1.Approċċ ġdid: nibnu fuq stejjer ta’ suċċess

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa huma kollha fl-istess negozju: il-ġbir tat-taxxi. Speċjalment f’qasam pjuttost armonizzat bħall-VAT, dawn għandhom ħafna funzjonijiet simili iżda jistgħu jvarjaw f’termini ta’ organizzazzjoni, operazzjonijiet, politika tat-tassazzjoni u prijoritajiet.

Dan ir-rapport jieħu pass lura u jħares lejn l-amministrazzjoni tal-VAT minn perspettiva usa’ biex jaqbad dak li qed jagħmlu l-Istati Membri. Ir-rapport jirrakkomanda mod ta’ azzjoni possibbli biex tinkiseb prestazzjoni simili madwar l-UE kollha. Isegwi ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-VAT, mir-reġistrazzjoni ta’ persuni taxxabbli għall-VAT sal-kontroll ta’ wara r-rifużjoni tal-VAT.

It-tqabbil tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa l-aktar mod sempliċi biex jiġu identifikati prestazzjoni tajba u prattika tajba. Madankollu, definizzjonijiet differenti, nuqqas ta’ kompletezza u robustezza tad-data, u l-inkomparabbiltà ta’ funzjonijiet simili f’ambjenti differenti (daqs, organizzazzjoni politika, strutturi soċjali, eċċ.) jagħmlu l-valutazzjoni komparattiva sħiħa impossibbli. Id-diversità eżistenti tippreżenta, fil-fatt, l-akbar sfida fit-tqabbil tal-kostijiet u l-prestazzjoni tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

Fatturi addizzjonali bħall-imġiba ta’ dawk li jħallsu l-VAT (eż. il-predispożizzjoni għall-ħlas tat-taxxi), il-kwalità tal-liġi tal-applikazzjoni tal-VAT u determinanti oħra tal-VAT (eż. id-daqs tal-bejgħ bl-imnut, l-istruttura tal-kontribwent, il-ġeografija, id-daqs tal-pajjiż, l-ambjent ekonomiku, il-qgħad) jinfluwenzaw id-diskrepanza tal-VAT, iżda huma kważi impossibbli li jiġu vvalutati.

Għalkemm ir-rapport attwali ma huwiex eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva, xorta waħda jidentifika opportunitajiet għal bidla u titjib filwaqt li jagħti attenzjoni lill-ispeċifiċitajiet ta’ kull pajjiż. Dawn l-opportunitajiet ħafna drabi jkunu ta’ natura kwalitattiva (flessibbli) u diffiċli biex jiġu identifikati.

1.2.Ġbir u analiżi tad-data

Biex tiġbor id-data, il-Kummissjoni ppreżentat stħarriġ dwar kwistjonijiet magħżula lill-Istati Membri kollha. Permezz ta’ sett ta’ 109 mistoqsijiet (test liberu, għażla unika u multipla, matriċi, eċċ.) u tabelli differenti, il-Kummissjoni ġabret 8 700 entrata tad-data.

Użajna metodi ta’ validazzjoni (eż. kontroverifiki, tqabbil ma’ sorsi oħra u mistoqsijiet ewlenin ta’ verifika) biex nivverifikaw u nikkonfermaw il-kwalità tad-data riċevuta. Il-Kummissjoni laħqet lill-Istati Membri permezz ta’ diversi mezzi biex tiddiskuti l-anomaliji misjuba. L-Istati Membri kollha kellhom l-opportunità li jirrieżaminaw it-tweġibiet tagħhom. Il-kwalità u l-eżattezza tad-data għadhom ivarjaw b’mod sinifikanti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu data ta’ kwalità għolja fil-perjodu ta’ żmien stabbilit.

Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020. Peress li l-perjodu rifless fir-rapport huwa 2016–2019, u d-dritt tal-Unjoni baqa’ applikabbli b’mod sħiħ għar-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kwalunkwe referenza għal Stati Membri u l-kalkoli kollha (eż. proporzjonijiet u perċentwali differenti) jinkludu r-Renju Unit. Ir-Renju Unit ipparteċipa bis-sħiħ fl-eżerċizzju.

2.Interess komuni: l-importanza tal-VAT għall-Istati Membri, għall-Unjoni Ewropea u għall-kontribwenti

2.1.Diskrepanza fil-konformità (diskrepanza tal-VAT)

Il-kapaċità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa li jiġbru t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) hija kwistjoni urġenti għall-Istati Membri, għall-UE, għan-negozji u għaċ-ċittadini Ewropej. Il-VAT hija kontributur essenzjali u ewlieni għall-baġits statali tal-Istati Membri 6 kif ukoll Riżorsa Proprja importanti tal-baġit tal-UE. Madankollu, il-VAT dovuta iżda mhux miġbura mill-awtoritajiet tat-taxxa kienet stmata għal EUR 134 biljun f’termini nominali u 10.3 % espressa bħala sehem mill-Obbligazzjoni ta’ Taxxa Totali tal-VAT fl-2019 7 ( l-Illustrazzjoni 1 ). Din hija dik li tissejjaħ id-“diskrepanza tal-VAT”: id-differenza bejn l-obbligazzjonijiet totali tal-VAT (VTTL) u dak li fil-fatt jinġabar mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u bħala tali, tirrappreżenta d-dħul mill-VAT mitluf meta mqabbel ma’ kalkolu teoretiku tal-VAT. Il-Kummissjoni tikkalkola u tippubblika d-diskrepanza tal-VAT kull sena 8 , bil-għan li tiġbor data u indikaturi komparabbli dwar l-iskala tat-telf mid-dħul mit-taxxa tal-VAT. Id-diskrepanza tal-VAT tipprovdi stima tat-telf ta’ dħul mit-taxxa għal raġunijiet li jistgħu jinġabru f’erba’ kategoriji wesgħin: (1) frodi u evażjoni tal-VAT, (2) prattiki ta’ evitar u ottimizzazzjoni tal-VAT, (3) fallimenti u insolvenza finanzjarja, u (4) żbalji amministrattivi. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-istimi tad-diskrepanza tal-VAT huma kkalkolati abbażi ta’ statistika nazzjonali 9 . Fl-aħħar nett, il-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-konformità u jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT hija fattur tal-akbar importanza f’dan ir-rigward. Filwaqt li kull waħda minn dawn ir-raġunijiet għad-diskrepanza tal-VAT titlob rispons politiku differenti, anke fl-aħjar ċirkostanzi d-diskrepanza tal-VAT ma setgħetx tiġi eliminata kompletament, pereżempju fir-rigward tal-VAT mitlufa minħabba fallimenti u insolvenzi finanzjarji. Il-kwantifikazzjoni u l-monitoraġġ tad-diskrepanza tal-VAT jistgħu jgħinu biex jiġu żviluppati miżuri mmirati tajjeb u tiġi mmonitorjata l-effettività tagħhom. Bħala tali, id-diskrepanza tal-VAT tista’ titqies bħala indikatur biex titkejjel l-effettività tal-miżuri ta’ infurzar u ta’ konformità tal-VAT f’kull Stat Membru.

Illustrazzjoni 1: Evoluzzjoni tad-diskrepanza tal-VAT fl-UE

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (2021) – Diskrepanza tal-VAT fir-rapport tal-UE tal-2021

Filwaqt li l-istampa madwar l-UE kollha turi titjib maż-żmien, l-istatistika tvarja b’mod sinifikanti meta jsir tqabbil bejn l-Istati Membri, b’varjazzjoni minn 1 % sa 35 % tal-obbligazzjonijiet teoretiċi totali tal-VAT (VTTL) nazzjonali ( l-Illustrazzjoni 2 ). Hemm eżempji tajbin li jista’ jsir progress u tista' titnaqqas id-diskrepanza tal-VAT: B’mod ġenerali, meta mqabbel mal-2018, is-sehem tad-Diskrepanza tal-VAT naqas fi 18-il Stat Membru. Minbarra l-Kroazja u Ċipru, l-aktar tnaqqis sinifikanti fid-diskrepanza tal-VAT seħħ fil-Greċja, fil-Litwanja, fil-Bulgarija u fis-Slovakkja (li l-erbgħa li huma naqqsu d-diskrepanza tal-VAT b’bejn 3.2 u 2.2 (-3 punti perċentwali). Grupp ieħor ta’ pajjiżi jikkonsisti mill-Iżvezja, mill-Finlandja u mill-Estonja. F’dawn l-Istati Membri, it-telf fid-dħul mill-VAT diġà huwa stmat għal snin għal inqas minn 5 % tal-VAT dovuta. L-akbar żidiet fid-Diskrepanza tal-VAT, minbarra Malta, ġew osservati għas-Slovenja (+3 punti perċentwali) u għar-Rumanija (+2.3 punti perċentwali).

Illustrazzjoni 2: Diskrepanza tal-VAT bħala sehem mill-VTTL, 2018 u 2019 – f’ %

Annotazzjoni: It-tikketti tad-data jirreferu għad-diskrepanza tal-VAT bħala sehem tal-VTTL fl-2019 
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (2021) – Diskrepanza tal-VAT fir-rapport tal-UE tal-2021

Il-varjazzjonijiet tal-istimi tad-diskrepanza tal-VAT bejn l-Istati Membri jirriflettu d-differenzi f’termini ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa, frodi, evitar, fallimenti, insolvenzi u kapaċità amministrattiva. Anke jekk fatturi oħra bħall-evoluzzjoni ekonomika u l-organizzazzjoni tal-istatistika nazzjonali għandhom impatt fuq l-istimi, id-daqs u speċjalment it-tendenza tad-diskrepanza tal-VAT jipprovdu indikazzjoni tal-prestazzjoni tal-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa.

Tabella 1: Diskrepanza tal-VAT għall-2016–2019 (f’miljuni ta’ EUR u bħala perċentwal tal-obbligazzjonijiet totali tal-VAT)

Sena

Stat 
Membru

2016

2017

2018

2019

Miljuni ta’ EUR

%

Miljuni ta’ EUR

%

Miljuni ta’ EUR

%

Miljuni ta’ EUR

%

Il-Belġju

3 513

10.9 %

4 126

12.2 %

4 007

11.4 %

4 444

12.3 %

Il-Bulgarija

621

12.3 %

648

12.2 %

617

10.8 %

508

8.3 %

Iċ-Ċekja

2 499

16.0 %

2 223

13.1 %

2 567

13.8 %

2 835

14.3 %

Id-Danimarka

2 539

8.7 %

2 528

8.3 %

2 516

7.9 %

2 778

8.6 %

Il-Ġermanja

22 091

9.2 %

23 212

9.3 %

24 291

9.4 %

23 443

8.8 %

L-Estonja

115

5.5 %

117

5.2 %

98

4.0 %

116

4.5 %

L-Irlanda

1 426

10.2 %

1 910

12.8 %

1 541

9.8 %

1 721

10.1 %

Il-Greċja

5 374

27.3 %

6 730

31.5 %

6 237

29.0 %

5 350

25.8 %

Spanja

4 577

6.1 %

5 411

6.8 %

5 252

6.3 %

5 840

6.9 %

Franza

14 852

8.8 %

15 329

8.6 %

14 428

7.9 %

13 858

7.4 %

Il-Kroazja

553

8.4 %

482

6.9 %

553

7.4 %

77

1.0 %

L-Italja

36 852

26.5 %

32 611

23.3 %

32 415

22.9 %

30 106

21.3 %

Ċipru

47

2.7 %

169

9.4 %

171

8.6 %

54

2.7 %

Il-Latvja

309

13.2 %

402

15.7 %

277

10.2 %

237

8.3 %

Il-Litwanja

1 070

26.1 %

1 116

25.2 %

1 137

24.4 %

1 048

21.4 %

Il-Lussemburgu

589

15.8 %

226

6.3 %

333

8.5 %

267

6.6 %

L-Ungerija

1 748

14.2 %

1 891

13.9 %

1 261

8.9 %

1 483

9.6 %

Malta

244

25.6 %

225

21.7 %

203

18.1 %

287

23.5 %

In-Netherlands

2 651

5.3 %

3 190

6.0 %

3 039

5.5 %

2 660

4.4 %

L-Awstrija

2 466

8.3 %

2 605

8.4 %

3 033

9.4 %

2 895

8.7 %

Il-Polonja

7 880

20.3 %

6 810

15.8 %

5 288

11.6 %

5 379

11.3 %

Il-Portugall

2 123

11.9 %

1 847

9.9 %

1 759

9.0 %

1 609

7.9 %

Ir-Rumanija

6 453

37.0 %

6 797

36.8 %

6 258

32.7 %

7 411

34.9 %

Is-Slovenja

186

5.3 %

142

3.9 %

163

4.1 %

298

7.1 %

Is-Slovakkja

1 360

20.0 %

1 206

16.9 %

1 414

18.3 %

1 313

16.1 %

Il-Finlandja

985

4.8 %

1 320

6.1 %

884

4.0 %

646

2.9 %

L-Iżvezja

1 228

2.8 %

1 713

3.7 %

1 483

3.3 %

597

1.4 %

Ir-Renju Unit

20 102

10.7 %

20 714

11.3 %

19 835

10.5 %

17 176

8.9 %

L-UE

144 452

12.1 %

145 698

11.5 %

141 059

11.1 %

134 436

10.3 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (2021) – id-diskrepanza tal-VAT fl-UE

25 minn 28 Stat Membru jinkludu stimi tad-diskrepanza tal-VAT fid-diversi metodi tagħhom ta’ monitoraġġ tal-livell ta’ rapportar mhux eżatt (bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja, ta’ Malta u tal-Iżvezja). Erbatax-il Stat Membru jużaw kemm stimi interni kif ukoll tal-Kummissjoni, filwaqt li tmien Stati Membri, jiġifieri ċ-Ċekja, l-Irlanda, Spanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall, jibbażaw fuq iċ-ċifri tal-UE biss. Il-Bulgarija, l-Estonja u r-Renju Unit jużaw l-istimi interni tagħhom biss. Il-Kummissjoni żżomm ir-rakkomandazzjoni tar-rapport preċedenti li l-Istati Membri għandhom jinvestu jew ikomplu jinvestu fl-istima tad-diskrepanzi tal-VAT tagħhom stess u janalizzawhom f’aktar dettall. L-informazzjoni intuwittiva dwar id-diskrepanza tal-VAT tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali jkejlu l-impatt tal-miżuri tal-politika tagħhom u jaġġustawhom biex iżidu l-konformità mal-VAT.

Xi Stati Membri (11/28) qasmu l-istimi interni tad-diskrepanza tal-VAT tagħhom. Ġeneralment, ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti (1–2 punti perċentwali bħala medja) bejn l-istimi interni u dawk prodotti mill-Kummissjoni. Dan juri għal darb’oħra l-eżattezza taċ-ċifri annwali ppubblikati mill-Kummissjoni.

Kważi l-Istati Membri kollha jqisu li l-istudji u l-istimi dwar id-diskrepanza tal-VAT huma ta’ benefiċċju għal fehim aħjar tal-livell ta’ rapportar mhux eżatt tal-obbligi tal-VAT, iżda l-grad ta’ apprezzament ivarja. Ta’ min jinnota li l-Istati Membri li ma tantx jinvestu fl-istima tad-diskrepanza tal-VAT iqisu dan l-isforz bħala ta’ għajnuna, iżda sa ċertu punt inqas.

Illustrazzjoni 3: Utilità perċepita tal-istimi tad-diskrepanza tal-VAT fir-rigward tax-xogħol ta’ konformità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-Istati Membri

Mistoqsija 4.8: “Sa liema punt l-istudji/l-istimi tad-diskrepanza tal-VAT għenu lill-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek tiffoka aħjar ix-xogħol ta’ konformità tiegħek fil-futur?”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

2.2.L-impatt tad-diskrepanza tal-VAT fuq ir-riżorsi proprji

Ir-riżorsi proprji tal-VAT għall-baġit tal-Unjoni huma imposti fuq il-bażi tal-VAT ta’ kull Stat Membru. Il-bażijiet tal-VAT l-ewwel jiġu armonizzati f’konformità mar-regoli tal-UE qabel ma tiġi kkalkolata r-riżorsa proprja tal-VAT li trid titħallas 10 . L-istess perċentwal imbagħad jiġi impost fuq il-bażi armonizzata ta’ kull Stat Membru, li, madankollu, huwa limitat għal 50 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-Istat Membru 11 .

Il-prestazzjoni tal-amministrazzjoni tal-VAT fl-Istati Membri taffettwa direttament id-dħul tal-UE. Billi d-dħul nett mill-VAT miġbur minn kull Stat Membru jintuża biex tiġi ddeterminata l-bażi armonizzata, id-diskrepanza tal-VAT tinfluwenza kemm id-dħul tal-Istati Membri kif ukoll l-ammonti ta’ riżorsi proprji tal-VAT tal-UE. Mil-lat legali, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet rabta ċara bejn il-ġbir nazzjonali tal-VAT u d-disponibbiltà tar-riżorsi korrispondenti għall-baġit tal-UE 12 .

Is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq il-VAT ilu jonqos maż-żmien u kwalunkwe tnaqqis fir-riżorsi proprji tal-VAT irid jiġi kkumpensat b’żieda korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING 13 li jitħallsu minn kull Stat Membru.

Iċ-ċifri tad-diskrepanza tal-VAT fl-Istati Membri jistgħu jitqiesu minn perspettivi differenti, bħall-perċentwal tad-diskrepanza jew id-daqs tiegħu f’valur assolut, li kollha kemm huma jrendu l-istess stampa ġenerali tad-dħul nieqes.

Illustrazzjoni 4: Id-diskrepanza tal-VAT fl-UE fil-valur medju matul il-perjodu ta’ rapportar

a. Diskrepanza tal-VAT bħala perċentwal tal-obbligazzjonijiet totali tal-VAT (VTTL)    b. Diskrepanza tal-VAT f’Miljuni ta’ EUR

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (2021) – id-diskrepanza tal-VAT fl-UE

2.3.L-amministrazzjoni tal-VAT u l-piż regolatorju għan-negozji

Għalkemm il-prinċipji tal-VAT huma armonizzati, ir-regoli jistgħu jiġu ppromulgati u implimentati b’mod differenti fi Stati Membri differenti sabiex il-piż tal-konformità fuq in-negozju jvarja b’mod konsiderevoli.

L-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa jinfluwenzaw kemm il-kostijiet tal-amministrazzjoni tat-taxxa għall-gvernijiet kif ukoll il-kostijiet ta’ konformità għan-negozji. Peress li l-VAT tikkostitwixxi parti kbira mill-piż amministrattiv għan-negozji, huwa daqstant importanti li tittejjeb il-kwalità tal-amministrazzjoni tal-VAT. Il-valutazzjoni tal-piż amministrattiv għal dawk li jħallsu l-VAT, madankollu, ma taqax fl-ambitu ta’ dan ir-rapport.

Rakkomandazzjoni 1: Ikkalkula u analizza d-diskrepanza nazzjonali tal-VAT u l-komponenti differenti tagħha (frodi intra-komunitarja b’negozjant nieqes, kummerċ elettroniku, eċċ.).

3.Reġistrazzjoni tal-VAT u analiżi tar-riskju

Ir-reġistrazzjoni u n-numerazzjoni tal-kontribwenti (in-negozji, l-individwi u entitajiet oħra rreġistrati għall-VAT) jirrappreżentaw pass inizjali fundamentali fl-amministrazzjoni tal-VAT, li jsaħħaħ il-proċessi amministrattivi ewlenin jekk l-informazzjoni fil-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni tkun kompluta, akkurata u aġġornata. Fir-rigward tar-reġistrazzjoni, dawk li jħallsu l-VAT huma inklużi fil-bażijiet tad-data nazzjonali tal-VAT.

Fir-rapport preċedenti, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri:

·jinvestu aktar fl-assistenza lill-kontribwenti, speċjalment barranin, fit-twettiq tal-obbligi tagħhom ta’ reġistrazzjoni għall-VAT (Rakkomandazzjoni 4);

·jirriflettu dwar l-allokazzjoni tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT u n-numri ta’ reġistrazzjoni tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) (Rakkomandazzjoni 5);

·jivverifikaw il-validità tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT u mal-VIES b’mod aktar sistematiku (Rakkomandazzjoni 6).

7.0.Jassistu lill-kontribwenti permezz ta’ komunikazzjoni aħjar

Peress li fir-rapport preċedenti l-Istati Membri ngħataw parir biex jinvestu aktar fl-assistenza lill-kontribwenti bl-obbligi tagħhom ta’ reġistrazzjoni għall-VAT, ġiet inkluża mistoqsija ta’ segwitu biex jiġi vvalutat il-progress f’din il-kwistjoni. Fit-tweġibiet tagħhom, l-Istati Membri indikaw li fil-biċċa l-kbira hija disponibbli reġistrazzjoni online, u li l-kontribwenti huma infurmati bir-reġistrazzjoni online u bl-obbligi relatati.

Illustrazzjoni 5: Informazzjoni online dwar l-obbligi tar-reġistrazzjoni għall-VAT

Mistoqsija 3.3: “L-Amministrazzjoni tat-Taxxa tinforma lill-kontribwenti dwar l-obbligi tagħhom ta’ reġistrazzjoni għall-VAT u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni online? Pereżempju permezz ta’ paġna web, applikazzjonijiet eċċ.”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Illustrazzjoni 6: Id-disponibbiltà ta’ reġistrazzjoni online fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 3.8: “Ir-reġistrazzjoni online hija…”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 2: Informa lill-kontribwenti online dwar l-obbligi tagħhom relatati mal-VAT u pprovdi reġistrazzjoni online.

7.1.Kompletezza tal-bażi tad-data tal-kontribwenti rreġistrati għall-VAT

Jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn, minn naħa, il-faċilitazzjoni ta’ attività ekonomika li għadha kif qed tinħoloq permezz ta’ reġistrazzjoni faċli tal-VAT u, min-naħa l-oħra, il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. It-twettiq ta’ attività ekonomika fi Stat Membru tal-UE hija possibbli b’numru tal-VAT attiv biss, anke mingħajr stabbiliment permanenti f’dak il-pajjiż. Għalhekk, l-evalwazzjoni bir-reqqa tal-applikanti fl-istadju tar-reġistrazzjoni hija pass kritiku fl-identifikazzjoni ta’ każijiet potenzjali ta’ frodi.

Il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tista’ tirrikjedi r-rifjut ta’ applikazzjoni għal numru tal-VAT taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni għandha tinkorpora element ta’ analiżi tar-riskju 14 bbażat fuq informazzjoni ppreżentata mill-applikant fl-istadju tar-reġistrazzjoni, li tiġi kontroverifikata mal-informazzjoni miksuba minn partijiet terzi u, jekk ikun meħtieġ, iffiltrata wara proċess ta’ kjarifika mal-kontribwent.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miżmuma fil-bażijiet tad-data tal-VAT tagħhom tkun kompluta, eżatta u aġġornata b’mod regolari. Biex jinkiseb dan, għandu jkollhom subsistema ta’ reġistrazzjoni tal-IT versatili li tikkollega ma’ subsistemi tal-IT oħra fl-amministrazzjoni tat-taxxa u tippermettilhom jissospendu l-irċevuta ta’ dikjarazzjonijiet tal-VAT, joħorġu tfakkiriet, jistmaw il-valutazzjonijiet u jieħdu azzjonijiet oħra fir-rigward ta’ kontribwenti li huma temporanjament inattivi. Għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw informazzjoni dwar il-ġestjoni relatata mar-reġistrazzjoni għall-VAT u jeżaminaw b’mod regolari kemm il-bażi tad-data tal-VIES tipprovdi ċertezza tal-validità tagħha.

Sabiex tiġi ddeterminata l-integrità tal-bażijiet tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT, il-Kummissjoni staqsiet ukoll dwar in-numru ta’ kontribwenti, il-VAT u r-reġistrazzjoni ta’ Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir (MOSS), il-kontrolli tar-reġistrazzjoni mwettqa u d-dikjarazzjonijiet tal-VAT mistennija, u d-dħul minnha 15 .

Ir-rapport preċedenti rrikonoxxa li hemm stabbiliti proċeduri ta’ reġistrazzjoni fl-Istati Membri u r-reġistrazzjoni online qiegħda ssir dejjem aktar popolari. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri huma disponibbli faċilitajiet ta’ reġistrazzjoni ta’ “punt uniku ta’ servizz, u fil-proċess ta’ reġistrazzjoni għall-VAT huma involuti diversi uffiċċji bħall-kmamar tal-kummerċ. L-Istati Membri ġew mistħarrġa dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u korpi differenti responsabbli mir-reġistrazzjoni tan-negozju.

Illustrazzjoni 7: Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u korpi nazzjonali oħra responsabbli mir-reġistrazzjoni

Mistoqsija 3.2: “3.2. Hemm skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa u dawn il-korpi [responsabbli għar-reġistrazzjoni tan-negozju, pereżempju: il-kamra tal-kummerċ]?”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Biex tkun żgurata l-kompletezza u l-eżattezza tal-bażijiet tad-data tal-VAT, integrazzjoni akbar ta’ bażijiet tad-data rilevanti u skambju reali ta’ informazzjoni bejn l-atturi nazzjonali involuti huma essenzjali.

Rakkomandazzjoni 3: Tejjeb l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u korpi nazzjonali oħra.

Il-bażijiet tad-data tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri għandu jkun fihom informazzjoni minima dwar il-kontribwent biex jilħqu l-istandard li jkunu kompluti u eżatti. Il-biċċa l-kbira tad-dettalji rilevanti dwar il-kontribwenti għandhom ikunu fil-bażi tad-data tal-VAT mill-mument tar-reġistrazzjoni.

Illustrazzjoni 8: Informazzjoni meħtieġa għal reġistrazzjoni ġdida tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 3.4: “Liema informazzjoni hija meħtieġa meta tiġi rreġistrata persuna taxxabbli ġdida (eskluż l-MOSS)? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Ġeneralment, il-bażijiet tad-data tal-kontribwenti rreġistrati għall-VAT huma miżmuma tajjeb fl-Istati Membri. Dawn jinkludu ħafna mid-dettalji rilevanti dwar il-kontribwenti, u l-informazzjoni inkluża hija adegwata għal interazzjoni effettiva magħhom. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (24/28) jirrikjedu l-maġġoranza tal-oqsma tal-informazzjoni meta jirreġistraw xi ħadd ġdid li jħallas il-VAT. Għaxar Stati Membri, jiġifieri d-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, il-Kroazja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit, inkludew l-oqsma kollha. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li ma jinkludux dawk l-oqsma li huma tal-inqas meħtieġa fil-bażi tad-data tagħhom jirrikjedu oqsma oħra jew informazzjoni ta’ sostituzzjoni bħad-dettalji tal-kont bankarju, il-fatturat mistenni, id-data ta’ identifikazzjoni tar-rappreżentant(i) legali, is-sorsi ta’ finanzjament u d-data dwar l-impjegati. It-titjib fl-effiċjenza jista’ jinkiseb bl-integrazzjoni ta’ dawk l-oqsma fil-mument tar-reġistrazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li jidher immedjatament fil-bażi tad-data. Dan jiffranka lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa milli jkollhom jiksbu informazzjoni addizzjonali permezz ta’ mistoqsijiet individwali.

Rakkomandazzjoni 4: Żomm bażi tad-data akkurata u kompluta dwar il-VAT.

L-analiżi ma żvelat l-ebda korrelazzjoni sistematika bejn id-diskrepanza tal-VAT u indikaturi bħall-għadd ta’ kontribwenti rreġistrati, in-numru ta’ negozji rreġistrati għall-VAT u l-informazzjoni mitluba fir-reġistrazzjoni. Jista’ jkun hemm korrelazzjoni żgħira bejn id-daqs tad-diskrepanza tal-VAT u l-valur medju tal-ġbir tal-VAT għal kull kontribwent. L-Istati Membri bl-ogħla valur ta’ dħul għal kull kontribwent irreġistrat għall-VAT (il-Lussemburgu, l-Irlanda, id-Danimarka u r-Renju Unit) jidhru li għandhom diskrepanza tal-VAT relattivament aktar żgħira.

L-Illustrazzjoni 9 turi sa liema punt l-Istati Membri jwettqu kontrolli tar-reġistrazzjoni għall-VAT u jivverifikaw jekk l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni humiex awtentiċi u jekk l-applikanti jissodisfawx ir-rekwiżiti legali għar-reġistrazzjoni.

Illustrazzjoni 9: Verifiki u kontrolli preliminari rigward ir-reġistrazzjoni għall-VAT

a. Mistoqsija 3.5: “Liema informazzjoni hija meħtieġa meta tiġi rreġistrata persuna taxxabbli ġdida (eskluż l-MOSS)?
(Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

b. Mistoqsija 3.6: “L-Amministrazzjoni tat-Taxxa tiegħek twettaq kontrolli preliminari qabel ir-reġistrazzjoni għall-VAT?
(Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

B’mod ġenerali, l-Istati Membri jużaw indikaturi tar-riskju; il-verifiki jitwettqu b’mod sistematiku u jistgħu jinkludu żjarat fil-bini ta’ kontribwent jekk ikun meħtieġ. Huma stabbiliti proċeduri biex jiżguraw li l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jkunu awtentiċi u li l-applikanti jissodisfaw ir-rekwiżiti legali.

Madankollu, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall jistgħu jibbenefikaw minn aktar konsistenza fil-kontrolli preliminari. Iċ-Ċekja u Spanja huma avżati biex jivverifikaw aħjar l-identità tal-applikant (ID), filwaqt li l-Bulgarija, iċ-Ċekja, Spanja, Malta, in-Netherlands, ir-Rumanija u l-Iżvezja jistgħu jkunu jridu jirrevedu d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-verifika legali tar-reġistrazzjonijiet għall-VAT.

Xi Stati Membri rrapportaw verifiki preliminari oħra. Dawn huma bbażati fuq sorsi differenti bħal riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni, informazzjoni pubblika, żjarat fuq il-post ta’ qabel ir-reġistrazzjoni u rekords kriminali. Talbiet għal informazzjoni lil aġenziji nazzjonali oħra, intervisti/laqgħat mad-diretturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, jew l-użu ta’ kwestjonarji dedikati għall-valutazzjoni tar-riskju huma wkoll prattika komuni. Prattika tajba tista’ tkun ukoll li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn it-tassazzjoni u l-kriterji ta’ riskju doganali rilevanti għall-VAT (eż. sinjali relatati mal-proċedura doganali 42 jistgħu wkoll ikunu relatati mar-riskju ta’ frodi tal-VAT).

Diversi tweġibiet irreferew għall-kooperazzjoni amministrattiva u internazzjonali bħala sors addizzjonali ta’ verifika.

Rakkomandazzjoni 5: Wettaq verifiki legali u tal-ID u kontrolli preliminari sistematiċi bbażati fuq indikaturi tar-riskju.

Il-perċentwal tat-talbiet għal reġistrazzjoni għall-VAT miċħuda joffri xi indikazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju u jvarja minn 0 % fl-Italja għal > 20 % fil-Latvja u fil-Litwanja. L-Istati Membri b’rata baxxa ta’ reġistrazzjonijiet għall-VAT miċħuda għandhom it-tendenza li jkollhom diskrepanza ogħla tal-VAT, u dawk b’rata ogħla ta’ rifjuti għandhom it-tendenza li jaħdmu aħjar f’dan ir-rigward. L-Italja u l-Greċja, pereżempju, wieġbu żero u data mhux disponibbli , rispettivament; fir-Rumanija, is-sehem totali tar-reġistrazzjonijiet għall-VAT miċħuda naqas minn 14.5 % fl-2016 għal 2.2 % fl-2019 16 .

L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-bini ta’ memorja istituzzjonali ta’ talbiet ta’ reġistrazzjoni, speċjalment ta’ dawk miċħuda, biex itejbu l-għarfien tal-interess leġittimu ta’ applikant fit-twettiq ta’ attività ekonomika, u l-kapaċità li jwettaqha.

Illustrazzjoni 10: Rekord tal-applikanti li r-reġistrazzjoni tagħhom ma ġietx approvata

Mistoqsija 3.7: L-amministrazzjoni tiegħek iżżomm rekord tal-applikanti li r-reġistrazzjoni tagħhom ma ġietx approvata?

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (19/28) iżommu rekord tal-applikanti li r-reġistrazzjoni tagħhom ma tkunx ġiet approvata. L-Istati Membri kollha għandhom jadottaw din il-prattika tajba, filwaqt li jikkunsidraw bidla fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jekk ikun meħtieġ.

Rakkomandazzjoni 6: Żomm rekord tal-applikanti li ma tkunx ġiet approvata r-reġistrazzjoni tagħhom.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jagħmlu kontroverifika tal-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT ma’ sorsi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi, bħal reġistri oħra tal-gvern, biex itejbu l-integrità u l-eżattezza tal-bażijiet tad-data tagħhom. Din hija prattika tajba, u l-Istati Membri għandhom isegwu l-eżempju tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tar-Rumanija u tal-Iżvezja.

Illustrazzjoni 11: Kontroverifika minn parti terzi tal-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni għall-VAT

Mistoqsija 3.9: “L-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT hija kontroverifikata ma’ sorsi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi (eż. reġistri oħra tal-gvern bħar-reġistratur tal-kumpaniji) biex jiġi żgurat li l-informazzjoni miżmuma hija aġġornata?”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 7: Iċċekkja l-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT ma’ sorsi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fittxet li ssir taf aktar dwar l-eżistenza u t-tip ta’ proċessi użati biex jiġu identifikati negozji u individwi li huma meħtieġa jirreġistraw iżda jonqsu milli jagħmlu dan, u, daqstant importanti, ir-riżultati ġġenerati minn dawn il-proċessi. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa li wieġbu Iva għall-ewwel mistoqsija għandhom proċessi differenti stabbiliti biex jidentifikaw negozji mhux reġistrati.

Illustrazzjoni 12: Proċessi biex jiġu identifikati l-kontribwenti li jonqsu milli jirreġistraw u s-setturi ekonomiċi b’numru sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati

Mistoqsija 3.11.a: “Jekk jogħġbok speċifika liema tip ta’ inizjattivi użat l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek.
(Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Illustrazzjoni  13 tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-setturi ekonomiċi kkonċernati.

Illustrazzjoni 13: Proċessi biex jiġu identifikati l-kontribwenti li jonqsu milli jirreġistraw u s-setturi ekonomiċi b’numru sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati

Mistoqsija 3.11.b: “Għal liema setturi ekonomiċi l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek identifikat għadd sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati bbażati fuq dawk l-inizjattivi? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 8: Ara li jkollok stabbiliti proċessi biex jidentifikaw il-kontribwenti li jonqsu milli jirreġistraw u jiffokaw fuq is-setturi ekonomiċi speċifiċi b’numru sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati.

Kif ġie nnotat fir-rapport preċedenti, l-Istati Membri qegħdin jaqilbu gradwalment għal proċedura ta’ reġistrazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju. Biex jiġi vvalutat jekk dan jikkawżax dewmien sinifikanti għall-kontribwenti li japplikaw għan-numri ta’ reġistrazzjoni għall-VAT u mal-VIES, iż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar ta’ talba tqabbel mad-data mill-perjodu preċedenti.

Illustrazzjoni 14: Iż-żmien (jiem) meħtieġ biex jinkisbu n-numri ta’ reġistrazzjoni għall-VAT u mal-VIES fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 2.2.g: “Żmien minimu meħtieġ għall-kisba ta’ …”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Il-perspettiva ta’ perjodu itwal tivvalida s-sejbiet preċedenti: l-approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju ma jdewwimx b’mod sinifikanti l-proċess ta’ reġistrazzjoni, u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa qed jimxu lejn il-konsolidazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT u tan-numru ta’ reġistrazzjoni mal-VIES f’identifikatur uniku.

Rakkomandazzjoni 9: Integra proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju fil-proċess ta’ reġistrazzjoni.

Is-sistema tal-VAT teżenta provvisti intra-UE ta’ merkanzija mill-VAT fl-Istat Membru tal-provvista meta dawn isiru lil kontribwent li jinsab fi Stat Membru ieħor. L-Istat Membru fejn jinsab kontribwent se jkun responsabbli għall-VAT tal-input. Għalhekk, kwalunkwe kontribwent li jagħmel tali provvisti jrid ikun jista’ jivverifika li l-klijenti tiegħu fi Stat Membru ieħor huma persuni taxxabbli u għandhom numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT validu.

Għal dak il-għan, kull amministrazzjoni tat-taxxa żżomm bażi tad-data elettronika li jkun fiha d-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT tan-negozjanti li jinsabu fl-Istat Membru, inkluż in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, l-isem u l-indirizz tan-negozjant. Il-VIES kompjuterizzata ġiet stabbilita biex tippermetti lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa jiskambjaw id-data dwar provvisti intra-UE. Il-kontribwenti jistgħu jikkonsultaw lill-VIES-on-the-Web biex jiksbu konferma tan-numri tal-VAT tas-sħab kummerċjali tagħhom.

Biex jivvalutaw ir-rispons tagħhom għar-rakkomandazzjoni ta’ verifika aktar sistematika tal-validità tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT u mal-VIES, l-Istati Membri ġew mistoqsija dwar l-eżistenza ta’ kontroll ta’ segwitu wara r-reġistrazzjoni mal-VIES.

Illustrazzjoni 15: Kontroll ta’ segwitu fuq in-numri ta’ reġistrazzjoni mal-VIES fl-Istati Membri tal-UE

a. Mistoqsija 3.12: “Hemm kontroll ta’ segwitu dwar il-validità tiegħu wara r-reġistrazzjoni mal-VIES?”

b. Mistoqsija 3.13: “L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek tneħħi n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VIES mis-sistema VIES f’każ ta’ frodi?”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 904/2010, l-Istati Membri huma obbligati jwettqu kontrolli ta’ wara r-reġistrazzjoni jekk ikollhom biss kontrolli preliminari qabel ir-reġistrazzjoni. Minoranza biss tal-Istati Membri (18 %) wieġbu li ma vverifikawx din id-data, meta mqabbla ma’ > 30 % tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa li ma implimentawx proċeduri ta’ kontroll ta’ wara r-reġistrazzjoni fir-rapport preċedenti.

Għoxrin Stat Membru għandhom dispożizzjonijiet stabbiliti li jippermettu t-tneħħija tan-numru VIES f’każ ta’ frodi, li l-Kummissjoni tqis prattika tajba. Id-Danimarka u Ċipru indikaw li ma jivverifikawx il-validità tan-numru VIES wara r-reġistrazzjoni, u l-Bulgarija, l-Estonja, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Finlandja indikaw li ma jneħħux in-numri VIES f’każijiet ta’ frodi. Il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit indikaw li ma jivverifikawx il-validità tan-numru VIES wara r-reġistrazzjoni u ma jneħħux in-numru VIES f’każ ta’ frodi.

L-Istati Membri jingħataw il-parir li jsegwu l-eżempju tal-maġġoranza. Is-sistema tal-VAT tappoġġa s-suq intern tal-UE, u l-katina tal-frodi tal-VAT normalment tkun twila u tinvolvi żewġ pajjiżi jew aktar; xi drabi huwa meħtieġ li tittieħed azzjoni kontra n-negozjanti interni biex jiġi evitat li l-frodi tal-VAT jiġu “esportati lejn Stat Membru ieħor.

Rakkomandazzjoni 10: Wettaq kontroll ta’ segwitu fuq in-numri ta’ reġistrazzjoni mal-VIES u analizza l-possibbiltà tas-sospensjoni jew tat-tneħħija tan-numru VIES f’każ ta’ frodi.

Amministrazzjoni tat-taxxa ta’ suċċess għandha timmonitorja l-proċess ta’ reġistrazzjoni għall-VAT u tevalwa l-eżitu tal-miżuri tagħha ta’ konformità mal-VAT. L-IT għandha rwol essenzjali f’dan l-aspett, billi tassisti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-kontroverifika tad-data, l-identifikazzjoni u l-analiżi tar-riskju. Għalhekk, l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni għandha tkun marbuta ma’ subsistemi oħra tal-IT, bħas-sottomissjoni u l-ħlas, il-ġbir u l-awditjar, u tiġġenera informazzjoni dwar il-ġestjoni li tappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Illustrazzjoni 16: Analiżi tal-komponenti ewlenin tas-subsistema tal-IT tar-reġistrazzjoni

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Peress li l-Kummissjoni ma tistax tivvaluta direttament l-interkonnessjoni tas-subsistemi interni, l-Istati Membri ġew mistoqsija jekk is-subsistema tal-IT tar-reġistrazzjoni għall-VAT tal-amministrazzjoni tat-taxxa tagħhom hijiex ikkollegata ma’ subsistemi tal-IT oħrajn. Il-maġġoranza (90 %) ikkonfermaw li hi; tali interfaċċa ma hijiex disponibbli biss fiċ-Ċekja, fl-Estonja, f’Ċipru u f’Malta.

Barra minn hekk, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja u l-Kroazja wieġbu Iva għall-biċċa l-kbira tal-mistoqsijiet immirati lejn l-identifikazzjoni ta’ subsistema tal-IT effettiva ta’ sottomissjoni u pproċessar tal-VAT, filwaqt li l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Italja, Malta, in-Netherlands u l-Polonja indikaw li għandhom sistema b’inqas komponenti stabbilita.

Rakkomandazzjoni 11: Qabbad is-sistema ta’ informazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-IT ma’ subsistemi oħra tal-amministrazzjoni tat-taxxa, bħas-sottomissjoni u l-ħlas, il-ġbir u l-awditjar.

Rigward il-prattika tajba fir-reġistrazzjoni, l-osservazzjoni ġenerali hija li l-Istati Membri għandhom it-tendenza li javvanzaw lejn sistema integrata ta’ valutazzjoni tar-riskju u li joħolqu interfaċċa online għall-kontribwenti biex jirrapportaw kwalunkwe bidla fid-data tagħhom immedjatament.

Rakkomandazzjoni 12: Ħalli lil dawk li jħallsu l-VAT jaċċessaw, jivviżwalizzaw u jimmodifikaw id-data tagħhom rilevanti għall-VAT permezz ta’ konnessjoni online sigura.

4.Il-VAT, it-teknoloġija tal-informazzjoni u teknoloġiji ġodda

4.1.Il-kummerċ elettroniku

Il-kummerċ elettroniku jagħmel il-kummerċ aktar aċċessibbli iżda joffri wkoll xi opportunitajiet għall-frodi. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri nnotat li “ħafna mill-isfidi relatati mal-ġbir tal-VAT… għad iridu jiġu riżolti u talbet lill-Kummissjoni “timmonitorja l-funzjonament tal-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti intra-UE u tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir (MOSS)  17 .

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom ikunu jafu l-kontribwenti tagħhom u jżommu rekords tan-negozji li jipprovdu oġġetti u servizzi lill-klijenti (min-negozju għall-konsumatur) online. Madankollu, nofs l-Istati Membri biss (il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija u s-Slovakkja) ikkonfermaw li jżommu rekord tan-numru ta’ kontribwenti rreġistrati għall-VAT li jbigħu oġġetti jew servizzi online.

Illustrazzjoni 17: L-Istati Membri li jżommu rendikont tal-kontribwenti rreġistrati għall-VAT li jbigħu online

Mistoqsija 3.14: “L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek iżżomm rendikont tan-numru ta’ kontribwenti rreġistrati għall-VAT li jbigħu oġġetti jew servizzi permezz tal-internet?”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Barra minn hekk, in-numri (jew l-istimi) tal-kontribwenti tal-kummerċ elettroniku jvarjaw b’mod sinifikanti minn > 10 000 fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja, fil-Greċja u fil-Latvja għal < 100 fl-Italja (71), fil-Belġju (25) u fl-Awstrija (5).

Rakkomandazzjoni 13: Oħloq jew żomm reġistru tal-kontribwenti tal-kummerċ elettroniku.

4.2.Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir

Il-VAT MOSS hija skema mhux obbligatorja għall-kontribwenti li tippermettilhom li jirrappreżentaw il-VAT fi Stat Membru wieħed biss tal-UE minflok f’diversi Stati Membri tal-UE. Din tapplika għat-telekomunikazzjoni transfruntiera, għax-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, u għas-servizzi diġitali għal persuni mhux taxxabbli. L-MOSS 18 tippermetti lill-operaturi ta’ tali servizzi jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħhom u jħallsu l-VAT applikabbli dovuta lil numru ta’ Stati Membri tal-UE (Stati Membri ta’ konsum (MSCs)) permezz ta’ sistema online f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE (Stat Membru ta’ identifikazzjoni (MSI)).

Illustrazzjoni 18: Ammonti totali tal-MOSS 2019 (skemi tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni) fl-Istati Membri tal-UE

a. Stat Membru ta’ konsum    b. Stat Membru ta’ identifikazzjoni

Annotazzjoni: il-Valuri huma f’miljuni ta’ EUR 
Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2021) – Monitoraġġ tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir

It-tnedija ta’ MOSS fl-2015 kienet suċċess. Minħabba d-differenzi bejn l-Istat Membru ta’ Identifikazzjoni u l-Istati Membri ta’ Konsum, livell għoli ta’ fiduċja min-naħat kollha huwa essenzjali għall-funzjonament tiegħu. Din il-fiduċja tibni fuq id-diliġenza tal-Istati Membri, speċjalment fil-komunikazzjoni tagħhom (preferibbilment permezz ta’ mezz dedikat) man-negozji li jużaw l-iskema, fil-proċess ta’ reġistrazzjoni (kontrolli fuq in-negozjanti qabel ma jirreġistraw mal-MOSS) 19 u fil-kontrolli (li jistgħu jwasslu għad-dereġistrazzjoni, eż. ta’ persuni taxxabbli inattivi).

Illustrazzjoni 19: MOSS – verifiki tar-reġistrazzjoni għall-VAT

Mistoqsija 2.4: “X’tip ta’ kontrolli tar-reġistrazzjoni għal finijiet tal-MOSS jitwettqu sistematikament f’pajjiżek (bħala Stat Membru ta’ identifikazzjoni)? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Illustrazzjoni 20: MOSS – mezzi ta’ informazzjoni dedikati

Mistoqsija 4.4: “Is-servizzi tal-kontribwenti: L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek … għandha mezz ta’ informazzjoni dedikat”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jirrikjedu biss data bażika, bħad-dettalji ta’ kuntatt (l-isem sħiħ, in-negozju u l-indirizz postali tal-kontribwent, eċċ.), id-data tal-inkorporazzjoni/tar-reġistrazzjoni, in-natura tal-attività u l-klassifikazzjoni tas-settur ekonomiku. Għalhekk, xi drabi dawn ikollhom biss għarfien limitat tan-negozji rreġistrati mal-MOSS.

Sbatax-il Stat Membru (il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) jiġbru informazzjoni oħra, bħal:

·reġistrazzjonijiet u użu preċedenti tal-iskema MOSS;

·mistoqsijiet dwar persuni li jkunu tneħħew mir-reġistrazzjoni minħabba bidla fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni;

·tfittxija bin-numru ta’ identifikazzjoni għal reġistrazzjonijiet multipli (aktar minn Stat Membru wieħed);

·verifika ta’ jekk in-negozju għandux stabbiliment fiss fil-pajjiż jew le;

·data tal-kont bankarju, eċċ.

Xi Stati Membri (is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) jivverifikaw ukoll l-eżistenza ta’ paġna web jew ta’ mezzi oħra ta’ distribuzzjoni ta’ servizzi elettroniċi, reġistri pubbliċi ta’ pajjiżi terzi u t-tip ta’ provvista.

Rakkomandazzjoni 14: Stabbilixxi mezz ta’ informazzjoni dedikat għall-MOSS u wettaq b’mod sistematiku kontrolli preliminari tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-MOSS.

It-tweġibiet tal-Istati Membri jiżvelaw li n-numru ta’ negozji rreġistrati mal-MOSS żdied matul l-2016–2019 fir-rigward tal-iskema tal-Unjoni. It-tkabbir relattiv tal-iskema mhux tal-Unjoni kien aktar sostanzjali, peress li jirrifletti wkoll l-effett bażi li jirrappreżenta n-numri żgħar ta’ reġistrazzjonijiet fil-bidu tal-perjodu analizzat. Dan l-aħħar, ix-xejra axxendenti tal-kontribwenti rreġistrati mal-MOSS tidher li qed titreġġa’ lura, u dan jista’ jindika rigorożità akbar fid-dereġistrazzjoni ta’ kontribwenti inattivi.

Illustrazzjoni 21: MOSS – l-iżvilupp tar-reġistrazzjoni/tad-dereġistrazzjoni fil-livell tal-UE (2016–2019)

a. Skema tal-Unjoni

 

b. Skema mhux tal-Unjoni

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2020) – l-istatistika tal-VAT MOSS

Madankollu, l-iżvilupp fil-livell tal-Istati Membri jidher differenti: xi pajjiżi, bħall-Estonja u n-Netherlands, raw żieda sinifikanti matul il-perjodu, filwaqt li oħrajn, bħall-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Polonja u s-Slovakkja raw tnaqqis fir-reġistrazzjonijiet mal-MOSS tagħhom.

Illustrazzjoni 22: Evoluzzjoni individwali tar-reġistrazzjonijiet mal-MOSS fl-Istati Membri tal-UE

Annotazzjoni: Il-kolonni jqabblu r-reġistrazzjonijiet mal-MOSS fl-2019 mal-medja tar-reġistrazzjonijiet mal-MOSS matul il-perjodu 2016-2019

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2020) – l-istatistika tal-VAT MOSS

Id-dereġistrazzjoni tal-MOSS isseħħ jew fuq talba tal-kontribwent jew fuq inizjattiva tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Din tal-aħħar toffri indikazzjoni tajba tal-isforzi tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex iżommu l-eżattezza tal-bażi tad-data tal-MOSS. It-tweġibiet mill-Istati Membri juru progress limitat f’dan il-qasam, speċjalment lejn tmiem il-perjodu analizzat.

Illustrazzjoni 23: Id-dereġistrazzjoni mill-MOSS

Annotazzjoni: Il-kolonni jindikaw is-sehem tad-dereġistrazzjonijiet fin-numru totali ta’ negozji rreġistrati, medja matul il-perjodu 2016-2019. 
Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2020) – l-istatistika tal-VAT MOSS

Madankollu, iċ-ċifri jvarjaw b’mod sinifikanti. Kważi nofs l-Istati Membri (id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja) jidhru li ma huma qed jagħmlu l-ebda dereġistrazzjoni ex officio tal-MOSS; l-oħrajn (speċjalment il-Belġju, Spanja, iċ-Ċekja, Franza, ir-Renju Unit, Ċipru, l-Irlanda u l-Latvja) qed ineħħu l-bażijiet tad-data tal-MOSS tagħhom permezz tad-dereġistrazzjoni ex officio.

Rakkomandazzjoni 15: Żid l-isforzi biex il-bażi tad-data tal-MOSS tinżamm akkurata.

Mhux ir-reġistrazzjonijiet kollha jissarrfu f’awditi. Billi tikkorrobora t-tweġibiet ma’ sorsi ta’ data interni oħra disponibbli, jidher ċar li l-Istati Membri ma humiex qed jawditjaw persuni taxxabbli tal-MOSS.

Illustrazzjoni 24: Numru ta’ awditi tal-VAT imwettqa fuq persuni taxxabbli tal-MOSS fl-2019

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2020) – l-istatistika tal-VAT f'MOSS

In-numru ta’ awditi ta’ persuni taxxabbli rreġistrati mal-MOSS fl-Istati Membri tal-UE huwa baxx ħafna, b’total ta’ 47 biss fl-2019 kemm fl-iskemi tal-Unjoni kif ukoll f’dawk mhux tal-Unjoni bħala MSI u MSC, filwaqt li l-medjan għall-UE huwa żero. Dan ifisser li l-awditu bħalissa huwa l-eċċezzjoni f’realtà ġenerali ta’ “nuqqas ta’ awditjar tal-MOSS fil-livell tal-UE.

Il-Belġju biss (7 awditi bħala MSI u 4 awditi bħala MSC fuq l-iskema tal-Unjoni), id-Danimarka (14-il awditu bħala MSC fuq skema mhux tal-Unjoni), il-Finlandja (7 awditi bħala MSI fuq skema mhux tal-Unjoni) u Spanja (5 awditi bħala MSC fuq l-iskema tal-Unjoni) irrapportaw xi attività fil-qasam. Il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri (16/28) ma wettqu l-ebda awditu tal-MOSS fl-2019. Xi wħud spjegaw li ma kinux f’pożizzjoni li jipprovdu ċifra minħabba li joperaw analiżi tar-riskju integrata bis-sħiħ u reġim ta’ ġestjoni tal-konformità għat-taxxi kollha, u għalhekk l-awditi tal-MOSS ma humiex identifikati separatament fl-istatistika nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 16: Tejjeb l-attività tal-awditjar fuq in-negozji reġistrati mal-MOSS.

4.3.Id-diġitalizzazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-analitika tad-data

Fir-rapport preċedenti, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jżidu d-diġitalizzazzjoni u l-awtomazzjoni tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-iskambju/il-kondiviżjoni tad-data (Rakkomandazzjonijiet 2 u 11). Bħala segwitu, l-Istati Membri ġew mistoqsija dwar titjib kbir fl-IT (eż. proġetti ta’ diġitalizzazzjoni, funzjonalitajiet ġodda) fl-amministrazzjoni tat-taxxa tagħhom matul l-20162019.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri wieġbu b’mod pożittiv, li jidher li huwa korrelatat mal-prestazzjoni individwali (1) fit-tnaqqis medju fid-diskrepanza tal-VAT u (2) fiż-żieda medja fid-dħul mill-VAT matul l-istess perjodu.

Illustrazzjoni 25: Inizjattivi ewlenin tal-IT u prestazzjoni medja tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE (2016–2019)

a. Mistoqsija 1.10: Kien hemm xi titjib kbir fl-IT (eż. proġetti ta’ diġitalizzazzjoni, funzjonalitajiet ġodda) fl-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tiegħek (perjodu 2016-2019)?

b. Inizjattiva ewlenija tal-IT (Iva/“Le) vs. bidla fid-dħul mill-VAT u fid-diskrepanza tal-VAT

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Jidher li t-titjib fl-IT jikseb tnaqqis aktar konsistenti tad-diskrepanza tal-VAT u żieda akbar fid-dħul mill-VAT. L-Istati Membri li indikaw titjib kbir fl-IT kellhom kważi erba’ darbiet aktar suċċess fit-tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT matul l-istess perjodu.

Iż-żieda medja fil-ġbir tal-VAT tal-Istati Membri li tindika titjib kbir fl-IT kienet ta’ 37 % aktar matul il-perjodu analizzat. Madankollu, id-data tinkludi l-influwenza tal-effett bażi (l-Istati Membri ma kinux fl-istess livell ta’ żvilupp tal-IT fil-bidu tal-analiżi, u għalhekk xi wħud kellhom aktar lok għal titjib kbir) u parametri oħra bħall-bidliet fir-rati tal-VAT matul il-perjodu.

Il-mudelli ekonometriċi mibnija fi studji preċedenti dwar id-diskrepanza tal-VAT (2018, 2020) jindikaw sinifikat statistiku tas-sehem tan-nefqa tal-IT fl-ispjegazzjoni tad-daqs tad-diskrepanza tal-VAT. Skont ir-riżultati tal-istima tal-ispeċifikazzjoni tal-linja bażi, tnaqqis fid-diskrepanza tal-VAT b’punt perċentwali ta’ 1 jirrikjedi żieda fis-sehem tan-nefqa tal-IT fin-nefqa ġenerali tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ madwar 5.4 punti perċentwali.

Madankollu, in-nefqa tal-IT ma hijiex soluzzjoni, u l-influwenza tagħha għandha limitazzjonijiet: f’ċertu livell, investimenti akbar fl-IT ma għandhomx aktar impatt pożittiv. Tista’ tiġi osservata relazzjoni konkava bejn is-sehem tan-nefqa tal-IT u d-diskrepanza tal-VAT. Fil-fatt, il-qligħ jibda jisparixxi meta n-nefqa tal-IT tkun ta’ madwar 9.8 % tan-nefqa totali tal-amministrazzjoni tat-taxxa.

Abbażi tad-data riċevuta mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u minn sorsi oħra (OECD), is-sehem tan-nefqa totali tal-IT (investiment u manutenzjoni) aġġustat għall-ġbir tal-VAT kien akbar għal 10 Stat Membri: l-Irlanda, il-Finlandja, il-Latvja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, Malta, l-Italja u l-Polonja (għall-fini tal-analiżi miġbura fi grupp ta’ nefqa tal-IT).

Rakkomandazzjoni 17: Investi f’titjib sostanzjali tal-IT, filwaqt li żżomm sistemi tal-IT eżistenti bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet ġenerali.

Illustrazzjoni 26: Bidla fid-diskrepanza tal-VAT (p.p.) u żieda fid-dħul mill-VAT (%) (2016-2019)

L-ogħla għaxar gruppi ta’ nefqa tal-IT meta mqabbla mal-medja tal-UE

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Jekk l-analiżi tiġi ripetuta għan-nefqa totali tal-IT matul il-perjodu, l-aktar għaxar Stat Membri li investew aktar fl-IT marru ferm aħjar kemm fid-dħul mill-VAT (żieda akbar ta’ 81 %) kif ukoll fid-diskrepanza tal-VAT (tnaqqis doppju f’punti perċentwali). Għal darba oħra, in-nefqa tal-IT u speċjalment l-investiment fl-IT ma humiex imqassma b’mod lineari u jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli matul is-snin.

Id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tinkludi żewġ komponenti ewlenin: in-nefqa fuq l-IT (investiment u manutenzjoni) u fuq il-persuni (esperti tal-IT). Iż-żieda medja fir-riżorsi umani ddedikati għall-IT fl-UE kienet ta’ 13 % matul l-2016–2019, bil-Bulgarija, l-Ungerija, il-Finlandja, ir-Rumanija u Spanja jkollhom numru ogħla mill-medja ta’ persunal tal-IT (f’impjieg full-time). Ċipru, il-Kroazja, l-Estonja, Spanja, l-Iżvezja u speċjalment il-Polonja rreġistraw żidiet sinifikanti fin-numru ta’ persunal tal-IT matul dan il-perjodu. Madankollu, huwa impossibbli li ssir valutazzjoni tal-ħiliet tal-IT, għalkemm l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jistgħu jibbenefikaw minn tali eżerċizzju biex jikkalibraw l-istrateġiji tagħhom.

L-Istati Membri tal-UE jużaw mudelli differenti ta’ żvilupp tal-IT, interni jew esternalizzati, skont diversi fatturi u deċiżjonijiet interni. L-ebda mudell ma huwa ideali, kemm jekk ikollu vantaġġi kif ukoll żvantaġġi f’termini ta’ żmien, riskji u kostijiet (eż. meta l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jużaw żviluppaturi interni tal-IT, huma jġarrbu r-riskju kollu f’termini tal-kapaċitajiet tagħhom, filwaqt li ma’ żviluppatur estern ma jagħmlux dan).

B’mod ġenerali, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa qed iżidu n-nefqa fl-IT u r-reklutaġġ ta’ esperti tal-IT, investiment li normalment jagħti l-frott. Għalhekk, il-Kummissjoni żżomm ir-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha li żżid il-livell ta’ diġitalizzazzjoni u li tinvesti fl-awtomazzjoni tad-data u fl-iskambju tad-data.

Kif iddikjarat fir-rapport preċedenti, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw ukoll minn kooperazzjoni aktar mill-qrib u minn koinvestiment f’soluzzjonijiet tal-IT kompatibbli li jipprevjenu d-duplikazzjoni tal-isforzi u tas-sistemi u jippermettu tnaqqis fil-kostijiet tal-IT 20 .

Rakkomandazzjoni 18: Investi fil-persunal tal-IT bil-ħsieb li ttejjeb kemm in-numru kif ukoll il-ħiliet tagħhom.

Biex jintlaħaq livell għoli ta’ konformità b’mod konsistenti, l-Istati Membri jibbilanċjaw u jgħaqqdu żewġ elementi f’approċċ qisu ta’ “inċentiv u kastig”: it-titjib tas-servizzi offruti lill-kontribwenti konformi (l-inċentiv) u l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ kontribwenti mhux konformi (il-kastig). Dawn iż-żewġ modi ta’ azzjoni strateġiċi għandhom ħaġa waħda komuni: id-data. L-użu effettiv tad-data jappoġġa deċiżjonijiet aktar mgħaġġla, aktar ġusti u infurmati, it-twassil ta’ servizzi aħjar lill-kontribwenti u d-detezzjoni ta’ kontribwenti mhux konformi.

L-analiżi fit-taqsima ta’ hawn taħt tibda (1) bil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-konformità tal-amministrazzjoni tat-taxxa, imbagħad tgħaddi għal (2) servizzi tal-kontribwenti u tispiċċa bi (3) data użata mill-amministrazzjoni tat-taxxa għall-konformità mal-VAT.

4.4.Pjanijiet ta’ ġestjoni tal-konformità

L-amministrazzjoni tal-VAT għandha tibda bi pjan ta’ konformità tajjeb. Programm ta’ konformità tal-kontribwenti huwa “ pjan ta’ livell għoli, li jiġbor flimkien f’dokument wieħed deskrizzjoni tar-riskji ta’ konformità l-aktar sinifikanti identifikati fis-sistema fiskali u jistabbilixxi d-dettall wiesa’ ta’ kif l-aġenzija tad-dħul beħsiebha twieġeb għal dawk ir-riskji (FMI, 2010) 21 .

Fir-rapport preċedenti, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġija tal-awditjar tagħhom hija parti minn strateġija ġenerali tal-konformità (tal-VAT) u mhux approċċ awtonomu. Il-valutazzjoni ta’ jekk l-Istati Membri jissodisfawx dan ir-rekwiżit tiddependi mill-eżistenza ta’ tali dokument, l-approvazzjoni tiegħu fil-livell superjuri xieraq u l-integrazzjoni tiegħu mal-ippjanar operazzjonali annwali tal-amministrazzjoni tat-taxxa.

Illustrazzjoni 27: Pjanijiet ta’ konformità tat-taxxa tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 4.1: “L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek għandha pjan ta’ titjib tal-konformità?”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Li jkun hemm pjan ta’ konformità stabbilit huwa wieħed mill-passi fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, dak li hemm fil-pjan huwa saħansitra aktar importanti għall-proċess tal-ġestjoni tal-VAT. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar l-inklużjoni tal-aktar riskji u tweġibiet sinifikanti għall-konformità mal-VAT, pjanijiet ta’ awditjar, azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u elementi oħra fil-pjanijiet ta’ konformità tal-Istati Membri. Is-sejbiet huma miġbura fil-qosor fl-Illustrazzjoni 28.

Illustrazzjoni 28: Pjanijiet ta’ konformità tat-taxxa fl-Istati Membri tal-UE (kontenut)

Mistoqsija 4.1.a. “Il-pjan ta’ konformità tat-taxxa tal-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek … (Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Abbażi tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar il-pjanijiet ta’ konformità tagħhom, tmien Stati Membri indikaw li l-pjanijiet ta’ konformità tagħhom huma kompletament trasparenti/pubbliċi u disponibbli għall-kontribwenti. Sitta minn dawn l-Istati Membri (l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, in-Netherlands u s-Slovakkja) komplew b’dan l-eżerċizzju ta’ trasparenza billi għamlu d-dokumenti disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, xi Stati Membri tal-UE, bħall-Bulgarija u Spanja, jinkludu l-elementi kollha ta’ hawn fuq fil-pjanijiet tagħhom. Fl-istess ħin, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Portugall wieġbu Le għall-mistoqsija L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek għandha pjan ta’ titjib tal-konformità?

Rakkomandazzjoni 19: Immitiga r-riskji permezz ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-konformità li jinkludi t-theddid ewlieni għall-konformità u mmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu fuq bażi regolari.

4.5.Servizzi tal-kontribwenti

Il-kontribwenti jrid ikollhom aċċess faċli għall-informazzjoni u l-appoġġ meħtieġ biex jikkonformaw volontarjament b’kost raġonevoli. L-iżvilupp tas-servizzi tal-kontribwenti u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi tal-kontribwenti huma waħda mill-aħjar strateġiji kontra l-frodi tal-VAT (FMI, il-Kummissjoni tal-UE, l-OECD, Bank Dinji). Peress li l-amministrazzjoni tal-VAT tista’ tkun kumplessa ħafna, il-kontribwenti jeħtieġu assistenza adegwata. Għandhom dritt għal servizzi xierqa li jgħinuhom jikkonformaw mal-obbligi tagħhom relatati mal-VAT.

Il-Kummissjoni stħarrġet lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri dwar l-eżistenza ta’ servizzi ta’ kontribwent, bħal:

·strateġija ta’ mezz ta’ twassil ta’ servizzi disponibbli pubblikament jew katalgu ta’ servizzi offruti lill-kontribwenti;

·proċeduri li jiżguraw aġġornamenti regolari u sistematiċi tal-informazzjoni dwar ir-regoli tal-VAT għall-kontribwenti;

·informazzjoni dwar ir-regoli tal-VAT disponibbli f’lingwi barranin;

·mezz ta’ informazzjoni dedikat għall-MOSS;

·standards ta’ twassil tas-servizz fir-rigward taż-żmien meħud biex jiġu indirizzati l-mistoqsijiet tal-kontribwenti;

·arranġamenti ssimplifikati taż-żamma tar-rekords u tar-rapportar disponibbli għall-kontribwenti żgħar.

L-Illustrazzjoni  29 taggrega t-tweġibiet li waslu mill-Istati Membri.

Illustrazzjoni 29: Servizzi tal-kontribwenti fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 4.4: “Is-servizzi tal-kontribwenti: L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek … (Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Il-Greċja, Spanja, il-Latvja u l-Portugall biss jipprovdu s-servizzi kollha tal-kontribwenti elenkati hawn fuq. Maġġoranza kbira tal-Istati Membri joffru l-biċċa l-kbira tas-servizzi, filwaqt li ċ-Ċekja, Ċipru, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Finlandja jipprovdu inqas tipi ta’ servizzi tal-kontribwenti.

Amministrazzjoni tat-taxxa għandha tkun trasparenti fit-tmexxija tal-attivitajiet tagħha u tippubblika rapporti (eż. fuq is-sit web tagħha) dwar il-prestazzjoni tagħha fil-provvista ta’ servizzi tal-kontribwenti. Dawk li jħallsu l-VAT se jiżviluppaw il-fiduċja u se jikkonsolidaw ir-relazzjoni tagħhom mal-amministrazzjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni staqsiet lill-Istati Membri dwar il-pubblikazzjoni ta’ rapporti ta’ prestazzjoni fil-qasam tas-servizzi tal-kontribwenti matul l-2016–2019.

Illustrazzjoni 30: Pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar il-prestazzjoni fil-forniment ta’ servizzi tal-kontribwenti (2016–2019)

Mistoqsija 4.4: “Is-servizzi tal-kontribwenti. L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek … tippubblika rapporti (eż. fuq is-sit web tal-amministrazzjoni tat-taxxa) dwar il-prestazzjoni miksuba fil-forniment ta’ servizzi tal-kontribwenti matul il-perjodu 2016-2019.”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Il-Kummissjoni stħarrġet biss l-eżistenza tas-servizzi tal-kontribwenti u ma ppruvatx tivvaluta bis-sħiħ il-kwalità tal-assistenza pprovduta. Madankollu, ġew miżjura s-siti web tal-Istati Membri kollha (ara l-Anness 3: Lista ta’ paġni web dwar l-obbligu tal-VAT). Il-Kummissjoni “libset iż-żarbun” ta’ kontribwent barrani u ppruvat issib l-informazzjoni rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni għall-VAT disponibbli online.

Il-punteġġ peżat fl-Illustrazzjoni 31 iqis dimensjonijiet differenti ta’ kif il-kontribwenti jiġu infurmati dwar l-obbligi ta’ reġistrazzjoni għall-VAT, bħall-eżistenza ta’ informazzjoni online, id-disponibbiltà tagħha f’lingwa barranija u l-perċezzjoni tal-kompletezza tal-informazzjoni.

Illustrazzjoni 31: Servizzi tal-kontribwenti: Informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni għall-VAT disponibbli online

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Ġeneralment, l-Istati Membri jinfurmaw b’mod attiv lill-kontribwenti dwar l-obbligi tagħhom tal-VAT. Ir-Rumanija biss wieġbet Le f’dan l-istħarriġ. Minoranza ta’ Stati Membri (il-Greċja, ir-Rumanija, ir-Renju Unit u, parzjalment, il-Bulgarija, l-Irlanda u Ċipru) kellhom ftit jew l-ebda informazzjoni disponibbli f’lingwa barranija. Normalment, il-lingwa barranija użata biex tinforma lill-kontribwenti hija l-Ingliż, u dan jispjega l-punteġġ relattivament baxx tar-Renju Unit.

L-Istati Membri għamlu progress reali fl-inklużività tal-informazzjoni dwar il-VAT u l-esperjenza ġenerali tan-navigazzjoni, bid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Finlandja u r-Renju Unit jinsabu fil-quċċata tal-lista.

Xi Stati Membri (il-Bulgarija, il-Greċja, Ċipru, ir-Rumanija u, parzjalment, il-Ġermanja, Franza u s-Slovakkja) għadhom lura. Għandu jiġi nnotat li informazzjoni aħjar u aktar aċċessibbli dwar l-obbligi tal-VAT u l-leġiżlazzjoni applikabbli tirrikjedi investiment minimu u ttejjeb il-konformità tat-taxxa f’perjodu relattivament qasir.

Rakkomandazzjoni 20: Adotta attitudni orjentata lejn is-servizzi fil-konfront ta’ dawk li jħallsu l-VAT u uża l-opportunità offruta mill-interazzjoni mal-kontribwenti biex tipprovdi servizzi amministrattivi tal-VAT ta’ kwalità għolja.

4.6.Użu ta’ data għal finijiet ta’ konformità mal-VAT

4.6.1. Ġbir tad-data

Amministrazzjoni tat-taxxa moderna trid tlaħħaq mad-domanda dejjem tikber għal servizzi diġitalizzati fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-VAT u tuża l-opportunitajiet ippreżentati mill-iżviluppi l-ġodda tal-IT f’dan il-qasam. Minn naħa waħda, dawk li jħallsu l-VAT għandhom aspettattivi akbar tas-servizzi tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Min-naħa l-oħra, id-domanda dejjem tikber iżżid il-pressjoni fuq l-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex iqiegħdu aktar servizzi għad-dispożizzjoni ta’ dawk li jħallsu l-VAT.

Servizzi aħjar jitolbu aktar data kwalitattiva. Illum il-ġurnata, jiġu ġġenerati ammonti kbar tadata, li joffri opportunitajiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jużaw din id-data għal skopijiet ta’ konformità. Il-Kummissjoni riedet issir taf liema data hija aċċessibbli għal skopijiet ta’ konformità mal-VAT.

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa jużaw data minn diversi sorsi, bħal fatturi, pjattaformi tal-internet, studji dwar l-imġiba u l-ambjent, informazzjoni minn partijiet terzi, informazzjoni skambjata ma’ pajjiżi oħra u ftehimiet ta’ assistenza reċiproka ma’ pajjiżi oħra.

Illustrazzjoni 32: Data użata mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE għall-finijiet tal-konformità mal-VAT

Mistoqsija 4.3: “X’kategoriji ta’ data huma aċċessibbli u użati mill-amministrazzjoni tat-taxxa għal finijiet ta’ konformità mal-VAT? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

L-użu ta’ sorsi ta’ data differenti għal skopijiet ta’ konformità mal-VAT ivarja bejn l-Istati Membri. Il-partikolaritajiet f’oqsma bħall-qafas leġiżlattiv, l-organizzazzjoni politika u l-istrutturi soċjali jinfluwenzaw ukoll il-varjazzjoni.

Għalkemm l-Istati Membri kollha jiskambjaw informazzjoni u jużaw ftehimiet ta’ assistenza reċiproka u informazzjoni ta’ partijiet terzi, minoranza biss tuża d-data tal-ħlas tal-pjattaforma tal-internet jew studji dwar l-imġiba. Dawn l-istudji jidentifikaw il-fatturi soċjoekonomiċi (eż. l-età, il-ġeneru, l-istat tal-impjieg u l-livell edukattiv) u l-fatturi istituzzjonali (eż. il-fiduċja fil-gvern u s-sodisfazzjon tal-komunità bil-kwalità tas-servizzi pubbliċi) li għandhom impatt fuq il-motivazzjoni ta’ kontribwent biex jikkonforma mal-obbligi tal-VAT tiegħu.

Id-Danimarka, il-Greċja, l-Italja u l-Ungerija rrapportaw li jużaw firxa wiesgħa ta’ data għal skopijiet ta’ konformità mal-VAT. Il-Belġju, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, u l-Finlandja indikaw li jużaw data minn tnejn biss mill-kategoriji elenkati hawn fuq.

Rakkomandazzjoni 21: Esplora l-possibbiltà li jintużaw diversi settijiet ta’ data għal skopijiet ta’ konformità mal-VAT u żid b’mod permanenti l-kwalità tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva.

4.6.2. Deċiżjoni infurmata: it-tqegħid tad-data għax-xogħol

Amministrazzjonijiet tat-taxxa bi prestazzjoni għolja jibbażaw ħafna fuq l-analiżi tad-data u l-kapaċitajiet ta’ riċerka tagħhom biex jipprovdu servizzi aħjar, superviżjoni aktar effettiva u konsulenza politika soda lill-gvern. Min-naħa waħda, il-maniġment superjuri tal-amministrazzjoni tat-taxxa għandu jkollu d-data analitika kollha meħtieġa biex jipprovdi input għall-proċessi tal-ibbaġitjar tal-gvern u jbassar id-dħul mit-taxxa. Min-naħa l-oħra, il-maniġment għandu jkollu stampa sħiħa tal-proċess tal-amministrazzjoni tal-VAT fi kwalunkwe mument (dashboard).

Il-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE (20/28) għandhom miri annwali għall-ġbir tal-VAT. Xi wħud minnhom (il-Ġermanja, Ċipru, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Iżvezja, il-Finlandja u r-Renju Unit) ma jużawx miri ta’ ġbir iżda jiddependu minn stimi tad-dħul mill-VAT. Ministeri tal-finanzi jew korpi politiċi ogħla jistabbilixxu l-miri f’kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet tat-taxxa jew abbażi tal-kontribut ipprovdut minnhom, filwaqt li jqisu diversi fatturi bħall-bidliet fl-ambjent makroekonomiku u t-tbassir tad-dħul mill-VAT.

Ġeneralment, il-miri u l-istimi tal-ġbir huma eżatti (devjazzjoni medjana ta’ madwar 1.2 %), b’xi Stati Membri (id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja) ikunu qrib ħafna tal-valuri effettivi tal-ġbir tad-dħul mill-VAT fit-tbassir jew l-iffissar tal-mira tagħhom.

Illustrazzjoni 33: Rapporti disponibbli għall-maniġment superjuri f’oqsma differenti tal-amministrazzjoni tal-VAT

Mistoqsija 4.5: “Il-maniġment superjuri tal-amministrazzjoni tat-taxxa jirċievi b’mod regolari rapporti dwar…
(Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Mingħajr sett tajjeb ta’ data ewlenija, l-amministrazzjoni tal-VAT hija inqas effettiva. Anke l-aqwa settijiet ta’ data huma ta’ ftit użu mingħajr il-kapaċità li tuża din id-data biex tibni informazzjoni intuwittiva u azzjonabbli biex jiġu appoġġati deċiżjonijiet infurmati. F’xi Stati Membri, bħall-Belġju, Spanja, Franza, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Renju Unit, il-maniġment superjuri jirċievi rapporti b’mod regolari.

Il-Kummissjoni tqis li rapporti regolari fl-oqsma kollha elenkati hawn fuq huma ta’ benefiċċju għall-maniġment superjuri fl-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istati Membri, peress li jippermettu deċiżjonijiet infurmati.

Diversi amministrazzjonijiet tat-taxxa pprovdew informazzjoni addizzjonali dwar l-iżvilupp reċenti fil-konformità tal-VAT u s-servizzi tal-kontribwenti. Billi jitqabblu l-inizjattivi fi Stati Membri l-aktar ta’ suċċess f’termini ta’ tnaqqis tad-diskrepanza tal-VAT (il-Bulgarija, Spanja, Franza, il-Kroazja, il-Latvja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja) u dawk b’diskrepanza tal-VAT storikament baxxa (id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u l-Iżvezja), l-aktar miżuri ta’ suċċess jidhru li huma:

·l-implimentazzjoni ta’ cash registers online;

·ir-rapportar elettroniku;

·il-kontroll tal-kummerċ;

·l-awditjar elettroniku u l-istandardizzazzjoni;

·ir-rapportar ibbażat fuq tranżazzjonijiet;

·l-immaniġġjar tar-riskju, inkluż is-segmentazzjoni u t-tfassil tal-profili tal-imġiba;

·it-tekniki mmexxija mid-data li jwasslu għall-punteġġ tar-riskju u klassifikazzjoni awtomatizzata.

Rakkomandazzjoni 22: Iġbor data sinifikattiva, ibbilanċja l-analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju u s-soluzzjonijiet tat-tfassil ta’ profili, u kompli investi fil-kapaċità analitika.

5.Is-sottomissjoni u l-ħlas

5.1.Puntwalità tas-sottomissjoni

Is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT tibqa’ mezz prinċipali biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-VAT ta’ kontribwent. F’dikjarazzjoni tal-VAT, il-persuni taxxabbli jinfurmaw lill-amministrazzjoni tat-taxxa fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom, il-VAT li tkun ġiet imposta fuq il-klijenti tagħhom (VAT fuq il-bejgħ) jew li tkun ġiet imposta mill-fornituri tagħhom (VAT tal-input) u l-ammont ta’ VAT pagabbli jew rimborżabbli.

L-Istati Membri għandhom formati differenti għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT. Normalment dawn jiġu sottomessi f’forma elettronika (xi Stati Membri jippermettu wkoll dikjarazzjonijiet stampati) u jiġu sottomessi mill-kontribwenti nfushom jew permezz ta’ intermedjarju.

5.1.1.Sottomissjoni elettronika

L-aħħar żviluppi tal-IT kemm fis-sottomissjoni elettronika kif ukoll fil-ħlas tat-taxxi joffru vantaġġ konsiderevoli lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f’diversi oqsma bħat-titjib fl-effiċjenza, il-kostijiet amministrattivi u l-infurzar. Is-sottomissjoni elettronika tikkontribwixxi wkoll għall-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-kontribwenti billi tnaqqas il-piż tal-konformità mal-VAT. Sabiex jinkisbu rati ogħla ta’ sottomissjoni elettronika, l-Istati Membri jirreklamaw il-benefiċċji tas-sottomissjoni elettronika b’mod permanenti u xi wħud għamluha obbligatorja.

Illustrazzjoni 34: sottomissjoni elettronika tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 5.1: “Fil-pajjiż tiegħi, is-sottomissjoni elettronika tal-VAT hija…”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Ġeneralment, l-Istati Membri għandhom rata għolja ta’ sottomissjoni elettronika. Il-medjan tal-UE huwa qrib id-99 % għall-2019. Meta mqabbel mar-rapport preċedenti, hemm progress ċar fis-sottomissjoni elettronika: ir-rata żdiedet minn > 83 % għall-2013 għal kważi 100 % fi kważi l-Istati Membri kollha għall-2019.

Għal ħames Stati Membri (il-Ġermanja, il-Greċja, Ċipru, Malta u l-Iżvezja), ir-rati kkalkolati tas-sottomissjoni elettronika kienu < 90 %. Jekk id-data rrapportata hija korretta, din ir-rata aktar baxxa ta’ sottomissjoni elettronika jeħtieġ li tiġi indirizzata, speċjalment fl-Istati Membri fejn is-sottomissjoni elettronika hija obbligatorja.

5.1.2.Il-monitoraġġ tal-konformità tas-sottomissjoni tal-VAT

Is-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT toffri lill-Istati Membri opportunità biex jimmonitorjaw aħjar il-konformità tal-kontribwenti mal-iskadenzi għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT. Kważi l-Istati Membri kollha (25/28) wieġbu li l-konformità mal-iskadenzi tal-kontribwenti għas-sottomissjoni tal-VAT hija mmonitorjata awtomatikament, u aktar min-nofs jużaw kriterji ta’ riskju jew tekniki ta’ tfassil tal-profili bbażati fuq ċirkostanzi u mġiba magħrufa biex jiksbu rati ogħla u fil-ħin ta’ sottomissjoni tal-VAT.

Illustrazzjoni 35: Il-monitoraġġ tal-konformità tas-sottomissjoni tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

a. Mistoqsija 5.2: “Il-konformità mal-iskadenzi tal-kontribwenti għas-sottomissjoni tal-VAT hija …”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

b. Mistoqsija 5.3: “Il-kriterji tar-riskju jew it-tekniki ta’ tfassil tal-profili (ibbażati fuq ċirkostanzi u mġiba magħrufa) qed jintużaw biex tinkiseb sottomissjoni tal-VAT fil-ħin?”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Għal ħafna kontribwenti, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT hija l-aktar kuntatt sinifikanti tagħhom mal-amministrazzjoni tat-taxxa. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-iskadenzi għar-rapportar tagħhom għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT. Il-biċċa l-kbira tagħhom jistennew id-dikjarazzjonijiet tal-VAT fl-aħħar 10 t’ijiem tax-xahar wara t-tmiem tal-perjodu tad-dikjarazzjoni, iżda hemm eċċezzjonijiet (eż. il-Ġermanja tirrikjedi d-dikjarazzjonijiet tal-VAT fi żmien 10 t’ijiem mit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar).

L-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu l-kalendarji tar-rapportar tad-dikjarazzjoni tal-VAT tagħhom, u normalment jirrikjedu rapportar ta’ kull xahar. Ir-rapportar trimestrali ma huwiex rari, filwaqt li r-rapportar annwali huwa rekwiżit addizzjonali f’ċerti pajjiżi (eż. l-Italja). Xi pajjiżi, bħall-Ġermanja, jistgħu jirrikjedu redditu annwali uniku jekk ikun hemm attività limitata ħafna.

Perjodi oħra ta’ dikjarazzjoni tal-VAT huma rari, iżda jeżistu (eż. fi Franza għal kumpaniji b’kummerċ irregolari, fil-Greċja għal kontribwenti żgħar f’ċerti kategoriji bħal bastimenti tas-sajd kostali ta’ < 12 m u fil-Belġju għal redditu speċjali f’każijiet ta’ falliment jew għall-parteċipazzjoni f’avvenimenti speċjali). Arranġamenti speċjali bħal dawn xi kultant jaffettwaw il-kalkolu tar-rati tas-sottomissjoni fil-ħin (in-numru ta’ dikjarazzjonijiet sottomessi fil-ħin b’rabta man-numru ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa mistennija), li huwa l-indikatur ewlieni tal-konformità fil-qasam tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT.

L-Istati Membri ġeneralment għandhom rati għoljin ta’ sottomissjoni fil-ħin, xi wħud qrib il-100 % (il-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja). Il-medja tal-UE hija ta’ 93.1 %. Il-Greċja (66 %), Malta (74 %) u Ċipru (86 %) għandhom l-inqas rati ta’ sottomissjoni fil-ħin, u ħames Stati Membri (iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Franza, il-Kroazja u l-Polonja) ma setgħux jipprovdu d-data meħtieġa biex jiġi kkalkolat dan l-indikatur.

Rakkomandazzjoni 23: Kompli l-isforzi għal rata ogħla ta’ sottomissjoni fil-ħin bħala indikatur tajjeb tar-robustezza tas-sistema tal-VAT.

Inizjalment, ħafna mis-servizzi tal-amministrazzjoni tal-VAT ikkonċentraw fuq oqsma aktar sempliċi bħas-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT u l-ħlas elettroniku tal-VAT. Madankollu, anke bis-sottomissjoni elettronika, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jeħtieġ li jsegwu meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità. Sussegwentement, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa adottaw aktar servizzi bidirezzjonali, bi twissijiet u notifiki differenti. L-azzjonijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jinfurzaw is-sottomissjoni f’waqtha tad-dikjarazzjoni tal-VAT ivarjaw, kif muri fl-Illustrazzjoni 36.

Illustrazzjoni 36: Azzjonijiet mibdija mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f’każ ta’ sottomissjoni tard jew ebda sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-VAT

Mistoqsija 5.4. “Liema azzjonijiet tibda l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek f’każ ta’ sottomissjoni tard jew ebda sottomissjoni għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 24: Kun proattiv(a) biex tfakkar lill-kontribwenti dwar l-iskadenzi tas-sottomissjoni u uża għodod speċifiċi ta’ appoġġ.

L-identifikazzjoni tal-kontribwenti li naqsu milli jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-VAT meta dovuti għandha tiġi awtomatizzata u l-miżuri ta’ segwitu u infurzar mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom ikunu adattati għaċ-ċirkostanzi, bħall-imġiba preċedenti tal-kontribwent (l-istorja tas-sottomissjoni).

Jekk ma tiġi sottomessa l-ebda dikjarazzjoni tal-VAT, il-maġġoranza tal-Istati Membri jistmaw il-VAT dovuta u jżidu penali. Madankollu, għandha tiġi evalwata l-effettività tas-sistema ta’ penali għas-sottomissjoni tard tal-VAT.

Illustrazzjoni 37: L-Istati Membri li jevalwaw l-effettività tas-sistema ta’ penali għas-sottomissjoni/ħlas tard

Mistoqsija 5.5: “L-amministrazzjoni tiegħek tanalizza l-effettività tas-sistema ta’ penali għas-sottomissjoni tard u/jew għall-ħlas tard?”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Minoranza biss tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa (6/28) indikaw li jwettqu tali evalwazzjoni.

Rakkomandazzjoni 25: Iddisinja sistema ta’ penali għan-nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT u n-nuqqas ta’ pagamenti fil-ħin, filwaqt li żżomm f’moħħok żewġ prinċipji ewlenin: sempliċità u proporzjonalità.

5.2.Ħlas tal-VAT

Il-ħlas tal-VAT huwa interazzjoni importanti oħra bejn il-kontribwenti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Billi hija taxxa indiretta, il-VAT tintbagħat lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa mill-bejjiegħ (il-“persuna taxxabbli) iżda fil-fatt titħallas mix-xerrej bħala parti mill-prezz.

Il-kontribwenti huma mistennija jħallsu l-VAT fil-ħin. In-nuqqas milli l-VAT titħallas fil-ħin normalment jirriżulta fl-impożizzjoni ta’ mgħax u penali u azzjoni ta’ segwitu mill-amministrazzjoni tat-taxxa, li l-għan tagħha għandu jkun li tilħaq l-ogħla rata ta’ ħlas volontarju fil-ħin u l-inqas inċidenza ta’ arretrati tat-taxxa.

Sabiex jinkiseb dan ir-riżultat, huwa meħtieġ proċess ta’ ħlas bla intoppi u segwitu rapidu meta l-ħlas ikun ilu dovut. L-użu tal-IT u ta’ soluzzjonijiet tal-pagamenti elettroniċi jista’ jwassal benefiċċji sinifikanti lill-partijiet kollha involuti: lill-kontribwenti, l-amministrazzjoni tat-taxxa u s-settur finanzjarju. Tradizzjonalment, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa kollha tal-UE offrew il-possibbiltà ta’ servizzi ta’ ħlas jew ta’ ħlasijiet fi flus kontanti minn persuna, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ alternattivi. B’żieda fid-diġitalizzazzjoni maż-żmien, saret aktar kosteffettiva għall-korpi tad-dħul li jużaw partijiet terzi bħall-banek biex jiġbru l-pagamenti tat-taxxa.

Aktar reċentement, il-metodu ta’ ħlas kompletament elettroniku, bil-kontribwenti li jagħmlu l-ħlasijiet tagħhom online jew li jagħmlu arranġamenti biex dan isir b’mod awtomatiku (permezz tal-bank tagħhom permezz ta’ tip ta’ arranġament ta’ debitu dirett) sar in-norma.

F’diversi rapporti preċedenti, il-Kummissjoni rrakkomandat l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ ħlas elettroniku. Fl-2019, kif mistenni, l-Istati Membri kollha tal-UE offrew il-possibbiltà ta’ ħlas elettroniku tal-obbligi tal-VAT, li huwa l-metodu preferut ta’ ħlas prattikament fis-sitwazzjonijiet virtwali kollha.

Illustrazzjoni 38: Id-disponibbiltà tal-ħlas elettroniku tal-obbligi tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 5.6: “Il-ħlas elettroniku tal-obbligi tal-VAT huwa …”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Aktar u aktar Stati Membri qed jagħżlu li jagħmlu l-ħlas elettroniku tal-VAT obbligatorju. Ir-rapport preċedenti nnota li, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa joffru l-għażla li l-VAT dovuta titħallas b’mod elettroniku u f’50 % biss tal-Istati Membri huwa obbligatorju l-ħlas tal-VAT b’mod elettroniku.

Illustrazzjoni 39: Pagamenti fi flus kontanti tal-VAT

Mistoqsija 5.7: “Huma permessi ħlasijiet fi flus kontanti biex jiġu saldati l-obbligi tal-VAT?”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Bħalissa, kważi l-Istati Membri kollha (98 %) qed jagħmlu l-ħlas elettroniku tal-VAT obbligatorju 22 .

Rakkomandazzjoni 26: Kemm jista’ jkun illimita l-ħlasijiet tal-VAT fi flus kontanti.

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom l-għan li jiksbu rati għoljin ta’ ħlas volontarju tal-VAT fil-ħin. Dan jirrikjedi livell għoli ta’ sottomissjoni tal-VAT fil-ħin biex jiġu stabbiliti l-ammonti dovuti (ara t-taqsima preċedenti) u segwitu rapidu meta l-ħlas tal-VAT ikun inqabeż. Għalhekk, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jeħtieġ li jipprovdu l-aħjar feedback lill-kontribwenti dwar is-saldu tal-obbligi tal-VAT. L-Istati Membri jużaw diversi mezzi biex jipprovdu feedback bħal dan.

Illustrazzjoni 40: Mezzi ta’ feedback disponibbli dwar is-saldu tal-obbligi tal-VAT

Mistoqsija 5.8: “L-amministrazzjoni tat-taxxa tipprovdi feedback lill-kontribwenti dwar is-saldu tal-obbligi tal-VAT tagħhom permezz ta’… (Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE ddikjaraw il-preferenza tagħhom għal mezz online biex jipprovdu feedback dwar is-saldu tal-obbligi tal-VAT. Tali mezzi online jintużaw b’mod komuni għal komunikazzjoni ma’ dawk dovuti jħallsu l-VAT, inkluż b’feedback dwar il-ħlasijiet tal-VAT.

Xi Stati Membri jużaw metodi “oħrajn (eż. ċentri telefoniċi) biex jinfurmaw lill-kontribwenti dwar l-obbligi ta’ ħlas tagħhom. Il-Portugall żviluppa applikazzjoni tal-mobile dedikata, Situação Fiscal – Pagamentos 23 , li tipprovdi informazzjoni kompluta dwar il-ħlasijiet tal-VAT u li tintegra portafoll elettroniku biex tissimplifika l-ħlasijiet bil-mobile. Xi Stati Membri bdew jużaw kont tat-taxxa individwali (imsejjaħ mikrokont” fi-Polonja) għas-saldu tal-obbligazzjonijiet tal-VAT, li serva wkoll għal taxxi oħra bħat-taxxa fuq l-introjtu personali u t-taxxa korporattiva.

L-istudji mwettqa s’issa jindikaw b’mod ċar li l-metodi ta’ ħlas kompletament elettroniċi huma bil-bosta l-aktar mezz kosteffettiv għall-ġbir tal-pagamenti tat-taxxa (OECD, 2010). Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jiffavorixxu kemm jista’ jkun il-ħlas elettroniku tal-VAT u jistabbilixxu komunikazzjoni permanenti u awtomatika ma’ dawk li jħallsu l-VAT rigward l-obbligi ta’ ħlas tagħhom.

Rakkomandazzjoni 27: Uża soluzzjoni ta’ mezz online u żomm u aġġorna mezzi oħra ta’ komunikazzjoni ta’ riżerva għall-interazzjoni ma’ dawk li jħallsu l-VAT.

6.Ġbir tad-djun, tar-rifużjonijiet u tal-awditi tal-VAT

6.1.Ġbir tad-dejn tal-VAT

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE jagħmlu ħilithom biex jiksbu l-ogħla livell possibbli ta’ konformità mal-VAT. Essenzjalment, dawn għandhom ikunu jafu minnufih, u xi drabi saħansitra jantiċipaw, il-każijiet kollha meta l-kontribwenti jkunu qed ibatu biex iħallsu l-VAT u għandhom isegwu dawn is-sitwazzjonijiet.

Illustrazzjoni 41: Ġbir tad-dejn tal-VAT: reazzjoni inizjali (f’jiem) għal ħlas tard

Mistoqsija 6.1: “Kemm tagħti żmien bejn id-data ta’ skadenza statutorja u l-mument tal-ewwel miżura biex tirkupra l-arretrati (eż. l-ewwel notifika tal-kontribwent)? (f’jiem)”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Peress li rispons inizjali rapidu huwa wieħed mill-aspetti l-aktar importanti tal-ġestjoni tad-dejn tal-VAT, il-Kummissjoni staqsiet lill-Istati Membri kemm huwa permess żmien bejn id-data ta’ skadenza statutorja u l-ewwel miżura biex jiġu rkuprati l-arretrati tal-VAT (eż. l-ewwel notifika lill-kontribwent).

It-tweġibiet ivarjaw bejn 0 (l-aktar sitwazzjoni frekwenti) u 90 jum. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE ġeneralment jirreaġixxu minnufih meta negozju jaqbeż skadenza tal-ħlas tal-VAT. Erba’ Stati Membri biss – il-Bulgarija (61 jum), Ċipru (75 jum), il-Lussemburgu (90 jum) u l-Polonja (40 jum) – iħallu > xahar jgħaddi bejn id-data ta’ skadenza u l-miżura ta’ rkupru inizjali. Il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija u r-Renju Unit jipproċedu minnufih bl-ewwel miżura ta’ rkupru.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-differenzi fil-leġiżlazzjoni u fil-proċeduri individwali fl-Istati Membri. Madankollu, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom ikunu konxji u jimmonitorjaw il-pagamenti tal-VAT maqbuża fid-data ta’ skadenza statutorja u jkunu lesti li jeskalaw kemm jista’ jkun malajr, anke jekk ikun meħtieġ ċertu numru ta’ jiem għal azzjoni formali.

Xi drabi, u speċjalment matul perjodi ekonomiċi sfavorevoli bħar-reċessjoni pandemika, id-dejn tal-VAT ikompli jirrappreżenta kwistjoni minkejja l-istabbiliment ta' strateġiji adegwati għall-ġbir tad-dejn. Quddiem din l-isfida, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jeħtieġ li jfittxu modi saħansitra aktar innovattivi, koordinati u kosteffettivi biex jittrattaw il-ġbir tal-arretrati tal-VAT. L-aħjar rispons huwa subsistema tal-IT għall-ġestjoni tad-dejn robusta, li taħdem tajjeb u li hija faċli għall-utent.

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa kollha tal-UE stabbilew subsistemi tal-IT għall-ġestjoni tal-arretrati tal-VAT. Madankollu, mhux is-sistemi kollha tal-IT jaħdmu bl-istess mod. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand l-amministrazzjonijiet tat-taxxa dwar aspetti ewlenin differenti tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-arretrati tal-IT tagħhom biex tipprova tivvaluta l-effettività tagħhom.

Illustrazzjoni 42: L-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-IT ta’ arretrati tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 6.2: “Is-sistema tal-IT użata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek biex timmaniġġja l-arretrati tal-VAT… (Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 28: Żomm subsistema flessibbli tal-IT biex timmaniġġja u tipprijoritizza l-arretrati tal-VAT.

F’dan ir-rigward, il-Belġju, l-Irlanda u r-Renju Unit jagħtu l-eżempju. Il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Litwanja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Iżvezja jindikaw ukoll prestazzjoni b’saħħitha.

Rigward l-arretrati tal-VAT pendenti, jiġifieri, id-dejn totali tal-VAT fi tmiem is-sena fid-dħul totali, ġiet osservata xejra kemxejn pożittiva għall-maġġoranza tal-Istati Membri. Bl-eċċezzjoni tal-Greċja, Ċipru, in-Netherlands u r-Renju Unit, l-Istati Membri li pprovdew data sħiħa jew parzjali biex iwettqu l-kalkolu 24 rreġistraw xejra pożittiva. Arretrati tal-VAT ogħla mill-medja tal-UE kienu jeżistu fil-Greċja, f’Ċipru, f’Malta, fil-Polonja u fis-Slovakkja.

Il-Polonja rrapportat li waħda mir-raġunijiet l-aktar probabbli għal-livell għoli ta’ arretrati tal-VAT kienet li l-valutazzjoni tal-VAT applikat għal irregolaritajiet serji tat-taxxa u għal kontribwenti li ma kellhom l-ebda assi jew mezz finanzjarju ieħor fil-kontijiet bankarji tagħhom. Din is-sitwazzjoni tista’ tkun ukoll il-każ fi Stati Membri oħra b’livelli tal-VAT relattivament għoljin, li ssostni r-rakkomandazzjoni ta’ monitoraġġ tal-arretrati tal-VAT u ta’ azzjoni immedjata fid-data ta’ skadenza statutorja għall-ħlas tal-VAT.

6.2.Rifużjonijiet tal-VAT

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tas-sistema tal-fattura-kreditu tal-VAT hija li huma biss il-kontribwenti li jagħmlu xiri li jħallsu ammonti sostanzjali ta’ VAT. Bħala medja, madwar terz tal-VAT imħallsa tingħata lura fil-livell tal-UE. Ir-regola aċċettata b’mod ġenerali hija li r-rifużjonijiet tal-VAT għandhom jitħallsu fil-pront wara li jaslu d-dikjarazzjonijiet tal-VAT li jagħtu lok għal kreditu eċċessiv. Fir-realtà, “ir-rifużjoni tal-krediti kienet il-problema tas-sistema tal-VAT … u wasslet għal miżuri amministrattivi kumplessi li mminaw b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistema tal-VAT” ( FMI).

Il-ħlas ta’ rifużjonijiet tat-taxxa leġittimi fil-pront, filwaqt li jkun hemm salvagwardji stabbiliti biex jipprevjenu l-ħlas fejn ikunu involuti talbiet għal rifużjoni frawdolenti, huwa għalhekk essenzjali għal proċess ta’ amministrazzjoni tal-VAT sod u jsaħħaħ il-konformità tat-taxxa.

Ġeneralment, ir-rifużjonijiet jitħallsu fil-ħin. Diversi Stati Membri (il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Kroazja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja) ma setgħux jipprovdu d-data meħtieġa biex tiġi kkalkolata r-rata ta’ ħlas fil-ħin tar-rifużjonijiet, anke jekk il-maġġoranza tagħhom wieġbu Iva għall-mistoqsija jekk huma “jimmonitorjawx b’mod regolari (eż. kull xahar) iż-żmien li jkun ittieħed biex jitħallsu r-rifużjonijiet tal-VAT jew biex dawn jiġu saldati” (ara l-Illustrazzjoni 44 hawn taħt).

Illustrazzjoni 43: Perċentwal tar-rifużjonijiet tal-VAT (valur) imħallsa sad-data statutorja (medja tal-UE)

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa li għamlu disponibbli d-data dwar ir-rifużjonijiet tal-VAT imħallsa sad-data statutorja, Ċipru, il-Greċja, Malta u r-Rumanija kienu taħt il-medja tal-UE. Madankollu, Malta u r-Rumanija biss urew xejra negattiva fil-valur tar-rifużjonijiet tal-VAT imħallsa fil-ħin.

Id-dewmien fl-ipproċessar tar-rifużjonijiet normalment iseħħ meta l-baġits statali jkunu taħt pressjoni u l-miri tal-ġbir tat-taxxa ma jintlaħqux. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-ministeri tal-finanzi jrid ikollhom stabbiliti sistemi xierqa ta’ tbassir u monitoraġġ biex jantiċipaw il-livelli ta’ rifużjoni u jwarrbu biżżejjed fondi biex jissodisfaw it-talbiet ta’ rifużjoni leġittimi meta jkun hemm minnhom.

Rakkomandazzjoni 29: Ħallas rifużjonijiet tat-taxxa leġittimi fil-pront, filwaqt li jkollok stabbilit proċeduri biex jipprevjenu l-ħlas ta’ talbiet frawdolenti għar-rifużjonijiet tal-VAT.

Meta l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiċħdu l-ħlas fil-ħin ta’ talbiet leġittimi għal rifużjoni, in-natura tal-VAT effettivament tinbidel, parzjalment, minn taxxa fuq il-konsum finali għal taxxa fuq il-produzzjoni (FMI). Minbarra l-verifiki fl-istadju tar-reġistrazzjoni għall-VAT, bħall-kontrolli tal-prova tal-identità (ara Taqsima 3, Illustrazzjoni 9), il-prattiki tajbin biex jiġi żgurat il-ħlas rapidu tar-rifużjonijiet tal-VAT jinkludu:

·l-eżistenza ta’ unitajiet dedikati għar-rifużjoni tal-VAT;

·proċedura speċifika għal talbiet għal rifużjoni tal-VAT b’riskju baxx (eż. software awtomatizzat speċifiku li jirrieżamina t-talbiet għar-rifużjoni tal-VAT ma’ kriterji ta’ riskju biex issir distinzjoni bejn storja ta’ konformità tajba u storja ta’ konformità batuta jew mhux magħrufa);

·miżuri speċifiċi biex jiġu trattati talbiet għal rifużjoni tal-VAT sottomessi minn esportaturi;

·ħlas elettroniku tar-rifużjonijiet, permezz ta’ krediti diretti fil-kont bankarju tal-kontribwent;

·monitoraġġ regolari taż-żmien meħud biex jitħallas jew biex jiġu kkumpensati r-rifużjonijiet tal-VAT.

Illustrazzjoni 44: Sistemi ta’ rifużjoni tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Mistoqsija 6.3: “Biex jiġi żgurat il-ħlas rapidu ta’ rifużjonijiet tal-VAT b’mod leġittimu, l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek … (Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 30: Implimenta l-prattiki tajbin osservati jekk jitħallsu valuri għoljin ta’ rifużjonijiet tal-VAT wara d-data statutorja.

Rakkomandazzjoni 31: Orbot il-proċess ta’ rifużjoni mal-komponent tar-reġistrazzjoni (iċċekkja l-identitajiet tal-kontribwenti biex jiġi evitat id-dħul ta’ negozjanti fittizji fis-sistema tal-VAT) u integrah mas-sistema ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-konformità tagħhom.

6.3.Kompletezza tal-obbligi ta’ rapportar: Awditi tal-VAT

Dawk li jħallsu l-VAT għandhom jirrapportaw informazzjoni kompluta u eżatta fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħhom, u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom jimmonitorjaw b’mod regolari t-telf mid-dħul mit-taxxa minn rapportar mhux eżatt. Il-konsegwenzi ta’ rapportar mhux eżatt tal-VAT li jinvolvi ammonti akbar speċifiċi għall-kontribwenti kummerċjali jistgħu jkunu severi ħafna. L-awditi tal-VAT u attivitajiet oħra ta’ verifika jippromwovu rapportar eżatt u jimmitigaw il-frodi tat-taxxa. L-awditi jikkomplementaw inizjattivi oħra ta’ konformità aktar proattiva tal-assistenza tal-kontribwenti (ara Taqsima 5).

L-attivitajiet ta’ verifika, bħall-awditi tat-taxxa, l-investigazzjonijiet u t-tqabbil tal-introjtu ma’ sorsi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi għandhom objettiv triplu: (1) rimedjali (il-penali addizzjonali tat-taxxa jistgħu jiġu vvalutati biex jikkoreġu d-diskrepanzi), (2) preventiv (il-probabbiltà perċepita ta’ skoperta għandha effett deterrent kontra n-nuqqas ta’ sottomissjoni jew sottomissjoni mhux eżatta) u (3) informattiv (ġbir ta’ informazzjoni relatata mat-taxxa) 25 . Dan l-approċċ strateġiku jrid josserva diversi elementi:

·l-attività tal-awditjar tal-VAT trid tkun ibbażata fuq pjan annwali integrat li jiġi rieżaminat mill-maniġment superjuri;

·għandhom jeżistu u jintużaw proċeduri speċifiċi u, preferibbilment, manwal tal-awditjar;

·iridu jkunu stabbiliti struzzjonijiet speċifiċi adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ industriji/setturi differenti (eż. turiżmu, kostruzzjoni, telekomunikazzjoni);

·il-proċess tal-awditjar tal-VAT għandu jiġi ddokumentat u mmonitorjat għall-kwalità;

·l-attività tal-awditjar għandha tagħmel użu minn software speċifiku adattat għal finijiet ta’ awditjar tal-VAT;

·il-proċess tal-awditjar għandu juża teknoloġija li tippermetti kontroverifika tal-ammonti rrapportati fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa mal-informazzjoni miksuba minn partijiet terzi fuq skala kbira;

·l-awditu xi drabi jrid jitwettaq b’kooperazzjoni ma’ aġenziji amministrattivi u ma’ korpi governattivi oħra.

Illustrazzjoni 45: Il-karatteristiċi tal-awditu tal-VAT imwettaq mill-amministrazzjonijiet tal-VAT tal-UE

Mistoqsija 6.4. “L-awditu tal-VAT imwettaq mill-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek ... (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Ġeneralment, l-Istati Membri jagħtu attenzjoni kbira lill-proċess tal-awditjar tal-VAT. L-analiżi tat-tweġibiet għall-istħarriġ turi li s-sistemi tal-awditjar tal-Finlandja u tal-Iżvezja jinkorporaw il-prattiki tajbin kollha elenkati hawn fuq. It-tweġibiet minn Stati Membri oħra bħaċ-Ċekja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u r-Renju Unit jindikaw prestazzjoni b’saħħitha. Min-naħa l-oħra, Malta (li tirrapporta biss waħda mit-tmien prattiki tajbin elenkati hawn fuq), l-Awstrija u Franza (li jirrapportaw tnejn mit-tmien prattiki tajbin) jistgħu jagħmlu aktar sforzi biex itejbu l-prattiki tal-awditjar tagħhom.

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa normalment jiġbru informazzjoni rilevanti għall-awditjar tal-VAT f’bażijiet tad-data ta’ konformità speċjali għal awditi futuri tal-istess kontribwenti jew dawk relatati (peress li, ħafna drabi tkun possibbli, l-iskoperta ta’ informazzjoni pertinenti dwar kontribwent wieħed, meta jiġi awditjat ieħor). Barra minn hekk, l-awditjar tal-kontribwenti flimkien jew f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra u/jew l-iskambju ta’ data rilevanti għall-VAT ma’ istituzzjonijiet oħra jtejbu l-funzjoni tal-awditjar.

Il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri (21/28) rrapportaw kooperazzjoni ma’ korpi governattivi oħra, bħad-dwana (xi drabi integrata fl-amministrazzjoni tat-taxxa), l-investigazzjoni kriminali (il-pulizija, il-prosekuturi pubbliċi, eċċ.), l-ispezzjoni u l-kontroll tax-xogħol, l-ispezzjoni u l-protezzjoni soċjali, u anke l-aġenziji tas-sikurezza alimentari u kimika.

Diversi Stati Membri (eż. iċ-Ċekja, Franza u s-Slovakkja) stabbilew “ task forces tal-VAT” speċjali permezz ta’ strutturi ta’ koordinazzjoni interministerjali u operazzjonali ddedikati speċifikament għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Fi Franza, task force tiġbor b’mod regolari s-sħab kollha tal-amministrazzjoni tat-taxxa Franċiża (l-unitajiet tal-ġustizzja, tal-pulizija, tad-dwana u tal-intelligence finanzjarja) flimkien mat-timijiet tal-awditjar tat-taxxa biex jikkooperaw fil-qasam tal-awditjar tal-VAT.

Rakkomandazzjoni 32: Uża manwali tal-awditjar speċifiċi għas-settur, ikkoopera ma’ aġenziji oħrajn, aġġorna u rrieżamina l-pjanijiet tal-awditjar u mmonitorja l-kwalità tal-funzjoni tal-awditjar f’konformità ma’ proċess dokumentat.

Il-biċċa l-kbira tal-aspetti ta’ awditu modern tal-VAT jitolbu l-użu ta’ tagħmir tal-IT u software speċifiku, bil-bidu jkun l-għażla tal-awditjar li tirrikjedi li l-kontribwenti jiġu kklassifikati skont ir-riskju speċifiku li joħolqu għall-ġbir tad-dħul. Dan il-kompitu waħdu ma jistax isir manwalment għal popolazzjoni kbira.

Ġeneralment, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jużaw software tal-awditjar dedikat. Tliet Stati Membri biss (id-Danimarka, is-Slovenja u r-Renju Unit) indikaw li ma jużawx software speċjalizzat. Total ta’ 17-il Stat Membru jużaw soluzzjonijiet tal-awditjar tal-VAT żviluppati internament, waħedhom jew flimkien ma’ software speċjalizzat jew ġeneriku. Tliet Stati Membri (l-Italja, Malta u n-Netherlands) indikaw li jużaw software intern biss.

Illustrazzjoni 46: Software tal-awditjar tal-VAT użat mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE

Mistoqsija 6.4.b: “Jekk jogħġbok speċifika liema software (programmi) l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek tuża għall-finijiet tal-awditjar (eż. ACL, IDEA, software intern proprju, eċċ.)”

a. Soluzzjonijiet ta’ prodott kummerċjalment disponibbli vs ma’ dawk mibnija apposta

 

b. Soluzzjonijiet prinċipali speċifiċi użati għall-awditjar

 

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Anke jekk l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri għandhom l-istess funzjonijiet ewlenin, inkluż l-awditjar, mhux kollha jiffaċċjaw l-istess livell ta’ kumplessità tal-implimentazzjoni tal-IT. Dan il-livell ta’ kumplessità huwa fattur li jista’ jixpruna lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jagħżlu prodotti ta’ software interni. Il-livell ta’ personalizzazzjoni ta’ tali software mibni apposta jvarja wkoll b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri.

Soluzzjonijiet ta’ prodott kummerċjalment disponibbli (COTS) huma wkoll disponibbli għall-awditjar tal-VAT. Is-soluzzjonijiet COTS huma żviluppati wkoll skont il-prattika ewlenija eżistenti, u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa bi ħtieġa iżgħar ta’ personalizzazzjoni jistgħu jġarrbu spejjeż ta’ implimentazzjoni aktar baxxi u ġeneralment ikollhom opportunità aħjar ta’ suċċess. Madankollu, il-kumplessità tal-implimentazzjoni, il-ħtiġijiet speċifiċi, il-leġiżlazzjoni differenti u/jew l-aspetti organizzattivi partikolari ta’ amministrazzjoni tat-taxxa jagħmlu paragun tal-merti ta’ software tal-awditjar differenti impossibbli.

B’mod ġenerali, nofs l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE għandhom it-tendenza li jużaw taħlita ta’ soluzzjonijiet kummerċjali u mibnija apposta. Kif issemma’ f’rapporti preċedenti, kwalunkwe kooperazzjoni u ġbir ta’ riżorsi (speċjalment għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ Stati Membri iżgħar li jaħdmu flimkien mill-qrib fuq kwistjonijiet komuni) jistgħu jġibu ekonomiji ta’ skala. L-awditu tal-VAT, speċjalment is-software tal-IT użat f’dan il-proċess, huwa wieħed mill-oqsma li fihom l-Istati Membri jistgħu faċilment jibbenefikaw mill-esperjenza ta’ xulxin.

Hemm għodod tal-UE disponibbli li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw u jappoġġaw il-modernizzazzjoni u r-riforma tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

Rakkomandazzjoni 33: Agħmel użu mill-għodod tal-UE disponibbli, skambja l-esperjenzi u l-prattika tajba fl-użu ta’ għodod u proċeduri differenti u kkollabora (eż. awditi konġunti) biex iżżid l-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-awditjar.

Kif issemma’ fl-aħħar rapport, “l-awditjar huwa għodda għalja għaliex jieħu ż-żmien u jirrikjedi numru kbir ta’ riżorsi umani. Barra minn hekk, il-perċentwal tal-kontribuzzjoni tal-awditjar għall-ġbir totali tal-VAT huwa limitat. Għalhekk, strateġija tal-awditjar li tiffoka fuq l-oqsma ta’ riskju ewlenin iżżid ir-redditu fuq l-użu ta’ mezzi limitati ta’ awditjar u riżorsi oħra u tiffaċilita l-konformità volontarja billi tnaqqas l-intrużjoni perċepita tal-amministrazzjoni tat-taxxa fil-ħajja ta’ kontribwenti konformi.

Ir-rapport preċedenti ssottolinja li aktar u aktar amministrazzjonijiet tat-taxxa rrikonoxxew li “l-awditjar ma għadux mistenni li jkun l-aktar mezz effiċjenti u effettiv biex jiskoraġġixxi mġiba mhux konformi” u kkunsidraw l-awditjar miżura aħħarija ta’ infurzar” li għandha tiġi applikata meta inizjattivi proattivi oħra li jiffukaw fuq it-tisħiħ tal-konformità volontarja ma kinux, jew ma baqgħux, effettivi.

Ir-rapport preċedenti semma wkoll l-isfida li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-inizjattivi li jżidu l-konformità u l-awditjar tal-VAT. Meta wieħed iħares lejn l-aqwa ħames Stati Membri f’termini ta’ ammonti tal-VAT ivvalutati wara l-awditi (il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, is-Slovakkja u l-Ungerija), l-Illustrazzjoni 47 turi b’mod ċar li l-Istati Membri għamlu progress viżibbli fir-rigward tal-użu tal-funzjoni tal-awditjar tal-VAT.

Illustrazzjoni 47: Il-ġbir tal-VAT u l-VAT ivvalutata wara l-awditi fi 23 Stat Membru tal-UE 26

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Madankollu, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom ikunu kapaċi jwettqu diversi tipi ta’ awditi u jkollhom politika ċara dwar it-tipi ta’ awditi li jridu jsiru u ċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jitwettqu tipi speċifiċi ta’ awditi, sabiex l-uffiċjali u l-maniġers tal-awditjar jifhmu x’inhu mistenni minnhom (OECD). L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv kontrolli tar-reġistrazzjoni puntwali, awditi ta’ konsulenza u żamma ta’ rekords, awditi speċifiċi dwar kwistjonijiet uniċi u awditi tar-rifużjoni tal-VAT, u għandhom jagħmlu dan. Għandhom ukoll jistabbilixxu proġetti ta’ awditjar aktar kumplessi (għal gruppi speċifiċi ta’ kontribwenti, industrija jew linja ta’ negozju bħall-bejgħ bl-imnut, biex jindirizzaw riskju partikolari jew jistabbilixxu l-grad ta’ nuqqas ta’ konformità f’settur partikolari) u jwettqu awditi u investigazzjonijiet ta’ frodi.

Illustrazzjoni 48: Tipi ta’ verifiki/awditi tal-VAT imwettqa mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE

Mistoqsija 6.5: “Liema tipi ta’ verifiki/awditi jitwettqu mill-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek fil-qasam tal-VAT? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Ġeneralment, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE huma mgħammra tajjeb biex iwettqu t-tipi kollha ta’ awditi. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jsegwu l-eżempju tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Ungerija, tas-Slovenja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja u jiddiversifikaw kemm jista’ jkun il-portafolli tal-awditjar tagħhom.

Rakkomandazzjoni 34: Aġġusta l-ambitu u l-intensità tal-awditi tal-VAT biex tissodisfa l-ħtiġijiet.

Fl-aħħar nett, kif issemma’ qabel, l-awditi jikkomplementaw inizjattivi oħra ta’ konformità u analitika. Inizjattivi bħal dawn relatati mill-qrib mal-attività tal-awditjar jistgħu jinkludu, iżda ma humiex limitati għal:

·l-użu ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem biex jipprovdu lill-kontribwenti b’ċertezza dwar it-trattament tat-taxxa ta’ tranżazzjonijiet speċifiċi;

·il-bini ta’ relazzjonijiet kollaborattivi u bbażati fuq il-fiduċja ma’ dawk li jħallsu l-VAT (speċjalment kontribwenti kbar);

·l-ikkomplementar tal-pjan tal-awditjar bi stima ta’ rapportar mhux eżatt ibbażat fuq programm tal-awditjar aleatorju speċifiku;

·il-varar ta’ għodod moderni oħra bħall-analitika tat-tbassir avvanzata u l-immudellar tad-data.

Illustrazzjoni 49: Miżuri komplementari ta’ konformità mhux tal-awditjar

Mistoqsija 6.6: “Għall-VAT, l-amministrazzjoni tat-taxxa … (Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda)

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Tipikament, l-arranġamenti ta’ konformità kooperattiva huma bbażati fuq ġestjoni tajba mixhuda bi prova tal-affarijiet tal-VAT min-naħa tal-kontribwenti u r-rieda li jsiru u jibqgħu trasparenti. Il-programmi analitiċi tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa huma utli biex wieħed jitgħallem aktar dwar id-distribuzzjoni tar-riskji inerenti fil-VAT.

L-Istati Membri fehmu dan l-approċċ u wrew li fil-biċċa l-kbira jikkomplementaw il-programmi ta’ awditjar tagħhom b’miżuri oħra. Id-Danimarka, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jużaw l-inizjattivi kollha ta’ konformità u analitika elenkati hawn fuq. Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, in-Netherlands u l-Polonja jindikaw prestazzjoni b’saħħitha f’dan il-qasam. Stat Membru wieħed biss (il-Lussemburgu) irrapporta li l-ebda waħda mill-inizjattivi ta’ hawn fuq ma tapplika”.

Rakkomandazzjoni 35: Ikkomplementa l-miżuri tal-awditjar ma’ miżuri oħra ta’ konformità mhux tal-awditjar.

7.Kontabbiltà tal-VAT, obbligu ta’ rendikont u tilwim

7.1.Kontabbiltà tal-VAT, kontrolli interni u rieżamijiet esterni

Idealment, is-sistema ta’ kontabbiltà tad-dħul mit-taxxa tippermetti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jivverifikaw il-progress tal-ġestjoni tad-dħul fi kwalunkwe punt matul il-perjodu kontabilistiku. Sistema effettiva, ibbażata fuq subsistema tal-IT, timminimizza l-iżbalji kontabilistiċi, tipprevjeni l-frodi interna, u tirreġistra fil-ħin il-pagamenti u tranżazzjonijiet oħra fil-kont korrett tal-kontribwent. Is-sistema għandha tal-inqas tawtomatizza ż-żamma tal-kotba tal-obbligi tal-VAT, tinteraġixxi ma’ sistemi ta’ kontabbiltà oħra tal-amministrazzjoni tat-taxxa u tinkludi proċeduri biex b’mod regolari u sistematiku jiġi rieżaminat ir-reġistru tal-kontribwent ħalli jiġu kkoreġuti l-iżbalji u l-ommissjonijiet kontabilistiċi.

Illustrazzjoni 50: Il-karatteristiċi tas-sistemi ta’ kontabbiltà tad-dħul mit-taxxa fl-UE

Mistoqsija 7.1: “Fl-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek ...”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

L-Istati Membri kollha joperaw sistemi ta’ kontabbiltà awtomatizzati għall-obbligazzjonijiet tal-VAT. Il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Portugall u r-Renju Unit irrapportaw li s-sistemi ta’ kontabbiltà tagħhom huma konnessi ma’ sistemi ta’ kontabbiltà oħrajn u jinkludu proċeduri biex jirrieżaminaw b’mod sistematiku r-rekord tal-kontribwenti ħalli jiġi kkoreġut kwalunkwe żball eventwali tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tqis din il-prattika tajba u tirrakkomanda li l-Istati Membri kollha jadottaw approċċ simili.

Il-21 Stat Membru li s-sistemi tal-kontabbiltà tagħhom jingħaqdu ma’ sistemi oħra ta’ kontabbiltà fl-amministrazzjoni tat-taxxa semmew is-sottomissjoni tat-taxxa, il-ġestjoni tal-arretrati, ir-reġistri tat-taxxa u s-sistemi tas-servizz tal-konsumatur. F’xi Stati Membri, interfaċċi speċjali ta’ informazzjoni tal-gvern (eż. x-roads) jippermettu interoperabbiltà akbar tas-sistemi ta’ kontabbiltà tagħhom, inkluż ma’ istituzzjonijiet nazzjonali oħra bħas-servizzi tas-saħħa u soċjali, u ma’ sistemi bankarji għall-iskambju ta’ data dwar il-pagamenti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji.

Rakkomandazzjoni 36: Żgura li s-sistemi ta’ kontabbiltà jingħaqdu ma’ sistemi oħra u inkludi proċeduri għar-rieżami u r-rimedju sistematiku tar-rekord tal-kontribwent.

Għandu jkun hemm stabbilit proċess ta’ awditjar intern biex tiġi rieżaminata perjodikament is-sistema ta’ kontabbiltà biex jiġi żgurat l-allinjament tagħha mal-liġijiet tat-taxxa u mal-istandards kontabilistiċi (eż. kalkolu korrett tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa, il-penali u l-imgħax). Il-maġġoranza tal-Istati Membri (17/28) irrapportaw li għandhom tali proċess ta’ awditjar intern stabbilit, xi drabi kkomplementat minn korp ta’ rieżami estern indipendenti (eż. awditur tal-gvern jew entità indipendenti maħtura f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż) li jawditja perjodikament l-amministrazzjoni tal-VAT f’termini ta’ prestazzjoni operazzjonali.

Illustrazzjoni 51: Proċessi tal-awditjar intern u r-rieżami tal-awditjar estern (ħarsa ġenerali)

a. Mistoqsija 7.1: “Fl-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek .... l-awditu intern jirrieżamina perjodikament is-sistema ta’ kontabbiltà tagħha biex jiżgura l-allinjament mal-liġijiet tat-taxxa u mal-istandards tal-kontabbiltà (eż. is-sistema tikkalkola b’mod korrett l-obbligazzjonijiet tat-taxxa, il-penali u l-imgħax).”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

b. Mistoqsija 7.3: “Korp ta’ rieżami estern indipendenti (eż. awditur tal-gvern jew entità indipendenti maħtura f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż) jawditja perjodikament ir-rapporti finanzjarji tal-amministrazzjoni tat-taxxa u l-prestazzjoni operazzjonali, inkluża l-amministrazzjoni tal-VAT?”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 37: Stabbilixxi proċess ta’ awditjar intern adegwat għas-sistema ta’ kontabbiltà, biex tiżgura l-allinjament mal-liġijiet tat-taxxa u mal-istandards tal-kontabbiltà.

7.2.Proċess ta’ soluzzjoni ta’ tilwim dwar il-VAT

F’xi sitwazzjonijiet, u speċjalment wara awditu tal-VAT, il-kontribwenti jistgħu ma jaqblux mal-valutazzjonijiet li jsiru mill-amministrazzjoni. It-tilwim normalment jirriżulta minn kwistjonijiet bħal żbalji amministrattivi jew diskrepanza identifikata bbażata fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, il-fatti u r-relazzjoni bejn it-tnejn. Il-kontribwenti għandhom jibbenefikaw minn mekkaniżmu ta’ rieżami indipendenti, aċċessibbli u effiċjenti li jissalvagwardja d-drittijiet tagħhom li jikkontestaw valutazzjoni tal-VAT u jiksbu smigħ ġust.

Normalment, il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ tilwim huwa mqassam fi stadji. Fil-bidu, il-kontribwenti jistgħu jitolbu rieżami amministrattiv mill-amministrazzjoni tat-taxxa, normalment imwettaq minn uffiċjali maħtura apposta minn barra d-dipartiment tal-awditjar. Il-kontribwenti li ma humiex sodisfatti b’rieżami amministrattiv jistgħu jitolbu rieżami minn korp indipendenti (kumitat speċjali, tribunal jew qorti tat-taxxa speċjalizzata). Fl-aħħar nett, jistgħu jirreferu għas-sistema ġudizzjarja (jew alternattiva, bħal mekkaniżmu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tat-tilwim) biex isolvu kwalunkwe tilwim li jkun fadal. Tali tilwim normalment jikkonċerna l-interpretazzjoni legali tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT u/jew il-fatti, jew it-trattament ġenerali riċevut mill-amministrazzjoni tat-taxxa (proċedura).

Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar il-VAT fl-Istati Membri tal-UE jvarjaw skont id-dispożizzjonijiet legali tal-VAT tagħhom, l-esperjenza speċifika għall-pajjiż u l-proċeduri stabbiliti. Madankollu, l-Istati Membri kollha għandhom stabbilit proċess ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim dwar il-VAT li jissalvagwardja d-dritt tal-kontribwent li jikkontesta valutazzjoni li tirriżulta minn awditu tal-VAT.

Tabella 2: Ħarsa ġenerali lejn is-soluzzjoni tat-tilwim tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Tilwim

riżoluzzjoni

Stat

Membru

Il-kontribwenti għandhom id-dritt li jikkontestaw il-valutazzjonijiet tal-VAT permezz ta’ rieżami intern mill-amministrazzjoni tat-taxxa

Ir-rieżami intern jitwettaq minn unità speċjalizzata li hija separata mid-dipartiment tal-awditjar tal-VAT

Il-kontribwenti jistgħu jikkontestaw il-valutazzjonijiet tal-VAT permezz ta’ rieżami indipendenti minn korp estern

Il-kontribwenti jistgħu jikkontestaw ukoll ir-rieżami indipendenti quddiem qorti tal-appell superjuri

L-Awstrija

Iva

Le

Iva

Iva

Il-Belġju

Iva

Iva

Iva

Iva

Il-Bulgarija

Iva

Iva

Iva

Iva

Il-Kroazja

Le

Iva

Iva

Ċipru

Iva

Iva

Iva

Iva

Iċ-Ċekja

Iva

Iva

Iva

Iva

Id-Danimarka

Iva

Mhux applikabbli

Iva

Iva

L-Estonja

Iva

Iva

Iva

Iva

Il-Finlandja

Iva

Iva

Iva

Iva

Franza

Iva

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Il-Ġermanja

Iva

Le

Iva

Iva

Il-Greċja

Iva

Iva

Iva

Iva

L-Ungerija

Iva

Iva

Iva

Iva

L-Irlanda

Iva

Iva

Iva

Iva

L-Italja

Iva

Iva

Iva

Iva

Il-Latvja

Iva

Iva

Iva

Iva

Il-Litwanja

Iva

Iva

Iva

Iva

Il-Lussemburgu

Iva

Iva

Iva

Iva

Malta

Iva

Iva

Iva

Iva

In-Netherlands

Iva

Le

Iva

Iva

Il-Polonja

Iva

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Il-Portugall

Iva

Iva

Iva

Iva

Ir-Rumanija

Iva

Iva

Iva

Iva

Is-Slovakkja

Iva

Iva

Iva

Iva

Is-Slovenja

Iva

Iva

Iva

Iva

Spanja

Iva

Iva

Iva

Iva

L-Iżvezja

Iva

Le

Iva

Iva

Ir-Renju Unit

Iva

Iva

Iva

Iva

TOTAL

27

20

28

28

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Il-Kummissjoni riedet tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sistemi ta’ soluzzjoni tat-tilwim fl-Istati Membri. Madankollu, il-limiti ta’ dan l-eżerċizzju huma ċari: skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma humiex kompetenti biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-proċessi ta’ rieżami ġudizzjarju. Madankollu, bħala prattika tajba, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jistgħu jimmonitorjaw l-għadd u l-fluss ta’ każijiet ta’ tilwim taħt rieżami intern, skont in-numru u l-valur tat-taxxi li qed jiġu kkontestati.

Illustrazzjoni 52: Soluzzjoni ta’ tilwim – proċess ta’ monitoraġġ

Mistoqsija 7.4: “Soluzzjoni ta’ tilwim: L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek timmonitorja l-għad u l-fluss ta’ każijiet ta’ tilwim taħt rieżami intern, skont in-numru u l-valur tat-taxxi li qed jiġu kkontestati?”

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Rakkomandazzjoni 38: Immonitorja l-proċess ta’ soluzzjoni ta’ tilwim, islet konklużjonijiet biex tappoġġa t-titjib tal-metodi ġenerali ta’ investigazzjoni u rfina l-proċeduri ta’ valutazzjoni tat-taxxa.

8.COVID-19 u l-VAT: rakkomandazzjonijiet għall-ġbir u l-irkupru tal-VAT

Il-biċċa l-kbira tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat biex jittrattaw avvenimenti differenti li jaffettwaw in-negozju, inklużi ħsarat fit-tagħmir, tfixkil u inċidenti oħra. Xi pjanijiet ikopru l-firxa ta’ kwistjonijiet rilevanti għal pandemija, b’mod partikolari r-riskji għas-saħħa, l-impatt fuq il-persunal u l-postijiet tax-xogħol, it-tfixkil u l-lockdowns twal, u l-pressjonijiet fuq l-infrastruttura tal-IT minn xokkijiet ġenerali fl-ekonomija kollha.

Pjanijiet biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat huma ġeneralment inklużi fir-reġistri tar-riskju. Maġġoranza kbira tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa (22/28) indikaw li jużaw reġistru tar-riskju, jiġifieri repożitorju ċentrali ta’ riskji identifikati li potenzjalment joħolqu theddida għall-kontinwità tal-operazzjonijiet.

Illustrazzjoni 53: Kontinwità tal-operat – l-eżistenza ta’ repożitorju ċentrali tar-riskju

Mistoqsija 4.2: “L-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek tuża reġistru tar-riskju (jiġifieri repożitorju ċentrali ta’ riskji identifikati li potenzjalment joħolqu theddida għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-amministrazzjoni tat-taxxa)?

Sors:    Il-Kummissjoni Ewropea (2019) – Stħarriġ dwar l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-kontroll tal-VAT

Ir-reġistri tar-riskju normalment jinkludu deskrizzjoni qasira tar-riskju, referenza ta’ żmien, il-probabbiltà ta’ okkorrenza, is-severità tal-effett u xi miżuri ta’ mitigazzjoni. Għall-bidu, huwa meħtieġ li jkun hemm pjan għall-kontinwità tal-operazzjonijiet fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ tfixkil li jaffettwaw parti jew l-assi u r-riżorsi kollha tal-amministrazzjoni tat-taxxa, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ riżorsi umani, l-għeluq tal-bini, l-aċċess mill-bogħod għall-IT u tagħmir ieħor għad-disponibbiltà permanenti ta’ data u rekords oħra.

Madankollu, il-pjanijiet ta’ kontinġenza jeħtieġ li jiġu rieżaminati u aġġustati kontinwament biex iqisu l-kunsiderazzjonijiet differenti li se jinqalgħu fil-każ ta’ pandemija, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu r-rapidità li biha ċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu u s-suppożizzjonijiet tal-ippjanar jistgħu ma jibqgħux jgħoddu.

Rakkomandazzjoni 39: Irrieżamina u aġġorna l-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat u ttestjahom perjodikament f’xenarji f’ħin reali.

It-tifqigħa tal-COVID-19 wasslet għal azzjoni bla preċedent fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni biex tappoġġa l-ekonomiji tal-Istati Membri u tiffaċilita l-irkupru tagħhom. Filwaqt li l-amministrazzjoni tat-taxxa u l-miżuri tal-politika 27 waħedhom ma jkunux biżżejjed, dawn kellhom rwol ewlieni biex itaffu l-effetti immedjati tal-kriżi.

L-Istati Membri implimentaw b’mod deċiżiv miżuri ta’ amministrazzjoni tat-taxxa u ta’ politika, li b’mod ġenerali jidhru adegwati, prinċipalment jipprovdu lin-negozji u lill-unitajiet domestiċi bi żmien addizzjonali biex jittrattaw l-affarijiet tat-taxxa tagħhom. Għalhekk, tiġi żgurata likwidità kontinwa.

Hekk kif l-Istati Membri javvanzaw lejn il-fażi ta’ rkupru u lil hinn minnha, għandhom jevitaw konsolidazzjoni fiskali addizzjonali u minflok ifasslu miżuri ta’ tassazzjoni aktar immirati. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li l-piż tat-taxxa jinqasam b’mod ġust bejn l-atturi ekonomiċi.

Filwaqt li l-kriżi tippreżenta sfida kbira ħafna, din tipprovdi wkoll opportunità biex tintuża l-politika tat-tassazzjoni għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE, f’konformità mat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika u aktar ġusta u diġitali, kif stabbilit fl-aġenda politika tal-Kummissjoni.

Il-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati f’dan ir-rapportspeċjalment dawk relatati mad-diġitalizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-servizzi online, l-investimenti fl-IT u l-kontinwità tal-operat – jgħinu lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jinnavigaw b’mod sikur fi żminijiet diffiċli bħall-pandemija tal-COVID-19. Dawn jikkontribwixxu għal amministrazzjoni u ġbir aħjar tal-VAT.

9.Konklużjoni

Proċessi u proċeduri tal-VAT inkonsistenti u mhux ottimali jnaqqsu d-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri tal-UE. Dħul aktar baxx mill-VAT mhux biss inaqqas ir-riżorsi proprji għall-baġit tal-Unjoni iżda jċekken ukoll il-baġits nazzjonali, peress li l-VAT hija sors importanti ta’ introjtu nazzjonali. Amministrazzjoni tal-VAT imperfetta xxekkel id-drittijiet ta’ dawk li jħallsu l-VAT b’mod onest u toħloq inċentivi għall-frodi. Sabiex jaqdu tajjeb lil dawk li jħallsu l-VAT, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE għandhom jimmiraw li joffru servizz ta’ kwalità u jipprovdu sistema tal-VAT ġusta u xierqa.

Fir-Rapport preċedenti (2017) 28 , il-Kummissjoni ressqet referenzi komuni għas-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u kontroll tal-VAT. B’mod ġenerali, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE osservaw ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti u kisbu xi titjib, b’mod partikolari fil-ġbir tad-dħul, l-awditjar u d-diġitalizzazzjoni. Madankollu, tali miżuri ta’ amministrazzjoni tal-VAT iridu jiġu appoġġati minn riformi addizzjonali tal-politika tat-tassazzjoni (barra mill-ambitu tar-rapport) biex ikun hemm qligħ ħafna akbar.

Dan ir-rapport fih ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-prattiki u r-rakkomandazzjonijiet li jistgħu jgħinu lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jtejbu l-proċessi interni tagħhom li jkopru l-funzjonijiet ewlenin kollha tal-amministrazzjoni tal-VAT. It-titjib tal-interazzjoni mal-kontribwenti u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, bħall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jew l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra, huwa kruċjali biex titjieb il-prestazzjoni ġenerali tal-amministrazzjoni tat-taxxa fl-Unjoni.

L-amministrazzjonijiet tat-taxxa jeħtieġ li jżidu l-isforzi f’oqsma bħall-analiżi tar-riskju, l-awtomatizzazzjoni tal-proċess u l-iskambju tal-informazzjoni. Jeħtieġ li jtejbu s-sistemi tal-IT tagħhom, iżidu n-numru ta’ persunal tal-IT u t-taħriġ tiegħu, jesploraw l-użu ta’ diversi settijiet ta’ data u data ta’ partijiet terzi, u jinvestu f’analiżi ta’ data dettaljata.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-kompitu tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE, il-Kummissjoni rrieżaminat u aġġornat id-deskrizzjoni tal-prattiki tajbin, żiedet in-numru ta’ rakkomandazzjonijiet u għamlithom aktar speċifiċi biex jindirizzaw aħjar l-eċċezzjonijiet.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri tal-UE jadottaw ir-rakkomandazzjonijiet attwali, mhux biss biex jgħinu jiġġeneraw id-dħul mit-taxxa meħtieġ ħalli jwieġbu għall-isfidi ewlenin tal-kriżi attwali, iżda wkoll biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jwittu t-triq lejn irkupru aktar mgħaġġel u aktar fit-tul wara l-pandemija.


Anness 1: Indiċi ta’ rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjoni 1: Ikkalkula u analizza d-diskrepanza nazzjonali tal-VAT u l-komponenti differenti tagħha (frodi intra-komunitarja b’negozjant nieqes, kummerċ elettroniku, eċċ.).

Rakkomandazzjoni 2: Informa lill-kontribwenti online dwar l-obbligi tagħhom relatati mal-VAT u pprovdi reġistrazzjoni online.

Rakkomandazzjoni 3: Tejjeb l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u korpi nazzjonali oħra.

Rakkomandazzjoni 4: Żomm bażi tad-data akkurata u kompluta dwar il-VAT.

Rakkomandazzjoni 5: Wettaq verifiki legali u tal-ID u kontrolli preliminari sistematiċi bbażati fuq indikaturi tar-riskju.

Rakkomandazzjoni 6: Żomm rekord tal-applikanti li ma tkunx ġiet approvata r-reġistrazzjoni tagħhom.

Rakkomandazzjoni 7: Iċċekkja l-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT ma’ sorsi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi.

Rakkomandazzjoni 8: Ara li jkollok stabbiliti proċessi biex jidentifikaw il-kontribwenti li jonqsu milli jirreġistraw u jiffokaw fuq is-setturi ekonomiċi speċifiċi b’numru sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati.

Rakkomandazzjoni 9: Integra proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju fil-proċess ta’ reġistrazzjoni.

Rakkomandazzjoni 10: Wettaq kontroll ta’ segwitu fuq in-numri ta’ reġistrazzjoni mal-VIES u analizza l-possibbiltà tas-sospensjoni jew tat-tneħħija tan-numru VIES f’każ ta’ frodi.

Rakkomandazzjoni 11: Qabbad is-sistema ta’ informazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-IT ma’ subsistemi oħra tal-amministrazzjoni tat-taxxa, bħas-sottomissjoni u l-ħlas, il-ġbir u l-awditjar.

Rakkomandazzjoni 12: Ħalli lil dawk li jħallsu l-VAT jaċċessaw, jivviżwalizzaw u jimmodifikaw id-data tagħhom rilevanti għall-VAT permezz ta’ konnessjoni online sigura.

Rakkomandazzjoni 13: Oħloq jew żomm reġistru tal-kontribwenti tal-kummerċ elettroniku.

Rakkomandazzjoni 14: Stabbilixxi mezz ta’ informazzjoni dedikat għall-MOSS u wettaq b’mod sistematiku kontrolli preliminari tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-MOSS.

Rakkomandazzjoni 15: Żid l-isforzi biex il-bażi tad-data tal-MOSS tinżamm akkurata.

Rakkomandazzjoni 16: Tejjeb l-attività tal-awditjar fuq in-negozji reġistrati mal-MOSS.

Rakkomandazzjoni 17: Investi f’titjib sostanzjali tal-IT, filwaqt li żżomm sistemi tal-IT eżistenti bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet ġenerali.

Rakkomandazzjoni 18: Investi fil-persunal tal-IT bil-ħsieb li ttejjeb kemm in-numru kif ukoll il-ħiliet tagħhom.

Rakkomandazzjoni 19: Immitiga r-riskji permezz ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-konformità li jinkludi t-theddid ewlieni għall-konformità u mmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu fuq bażi regolari.

Rakkomandazzjoni 20: Adotta attitudni orjentata lejn is-servizzi fil-konfront ta’ dawk li jħallsu l-VAT u uża l-opportunità offruta mill-interazzjoni mal-kontribwenti biex tipprovdi servizzi amministrattivi tal-VAT ta’ kwalità għolja.

Rakkomandazzjoni 21: Esplora l-possibbiltà li jintużaw diversi settijiet ta’ data għal skopijiet ta’ konformità mal-VAT u żid b’mod permanenti l-kwalità tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva.

Rakkomandazzjoni 22: Iġbor data sinifikattiva, ibbilanċja l-analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju u s-soluzzjonijiet tat-tfassil ta’ profili, u kompli investi fil-kapaċità analitika.

Rakkomandazzjoni 23: Kompli l-isforzi għal rata ogħla ta’ sottomissjoni fil-ħin bħala indikatur tajjeb tar-robustezza tas-sistema tal-VAT.

Rakkomandazzjoni 24: Kun proattiv(a) biex tfakkar lill-kontribwenti dwar l-iskadenzi tas-sottomissjoni u uża għodod speċifiċi ta’ appoġġ.

Rakkomandazzjoni 25: Iddisinja sistema ta’ penali għan-nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT u n-nuqqas ta’ pagamenti fil-ħin, filwaqt li żżomm f’moħħok żewġ prinċipji ewlenin: sempliċità u proporzjonalità.

Rakkomandazzjoni 26: Kemm jista’ jkun illimita l-ħlasijiet tal-VAT fi flus kontanti.

Rakkomandazzjoni 27: Uża soluzzjoni ta’ mezz online u żomm u aġġorna mezzi oħra ta’ komunikazzjoni ta’ riżerva għall-interazzjoni ma’ dawk li jħallsu l-VAT.

Rakkomandazzjoni 28: Żomm subsistema flessibbli tal-IT biex timmaniġġja u tipprijoritizza l-arretrati tal-VAT.

Rakkomandazzjoni 29: Ħallas rifużjonijiet tat-taxxa leġittimi fil-pront, filwaqt li jkollok stabbilit proċeduri biex jipprevjenu l-ħlas ta’ talbiet frawdolenti għar-rifużjonijiet tal-VAT.

Rakkomandazzjoni 30: Implimenta l-prattiki tajbin osservati jekk jitħallsu valuri għoljin ta’ rifużjonijiet tal-VAT wara d-data statutorja.

Rakkomandazzjoni 31: Orbot il-proċess ta’ rifużjoni mal-komponent tar-reġistrazzjoni (iċċekkja l-identitajiet tal-kontribwenti biex jiġi evitat id-dħul ta’ negozjanti fittizji fis-sistema tal-VAT) u integrah mas-sistema ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-konformità tagħhom.

Rakkomandazzjoni 32: Uża manwali tal-awditjar speċifiċi għas-settur, ikkoopera ma’ aġenziji oħrajn, aġġorna u rrieżamina l-pjanijiet tal-awditjar u mmonitorja l-kwalità tal-funzjoni tal-awditjar f’konformità ma’ proċess dokumentat.

Rakkomandazzjoni 33: Agħmel użu mill-għodod tal-UE disponibbli, skambja l-esperjenzi u l-prattika tajba fl-użu ta’ għodod u proċeduri differenti u kkollabora (eż. awditi konġunti) biex iżżid l-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-awditjar.

Rakkomandazzjoni 34: Aġġusta l-ambitu u l-intensità tal-awditi tal-VAT biex tissodisfa l-ħtiġijiet.

Rakkomandazzjoni 35: Ikkomplementa l-miżuri tal-awditjar ma’ miżuri oħra ta’ konformità mhux tal-awditjar.

Rakkomandazzjoni 36: Żgura li s-sistemi ta’ kontabbiltà jingħaqdu ma’ sistemi oħra u inkludi proċeduri għar-rieżami u r-rimedju sistematiku tar-rekord tal-kontribwent.

Rakkomandazzjoni 37: Stabbilixxi proċess ta’ awditjar intern adegwat għas-sistema ta’ kontabbiltà, biex tiżgura l-allinjament mal-liġijiet tat-taxxa u mal-istandards tal-kontabbiltà.

Rakkomandazzjoni 38: Immonitorja l-proċess ta’ soluzzjoni ta’ tilwim, islet konklużjonijiet biex tappoġġa t-titjib tal-metodi ġenerali ta’ investigazzjoni u rfina l-proċeduri ta’ valutazzjoni tat-taxxa.

Rakkomandazzjoni 39: Irrieżamina u aġġorna l-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat u ttestjahom perjodikament f’xenarji f’ħin reali.



Anness 2: Indiċi tal-illustrazzjonijiet u t-tabelli

Werrej tal-illustrazzjonijiet

Illustrazzjoni 1: Evoluzzjoni tad-diskrepanza tal-VAT fl-UE

Illustrazzjoni 2: Diskrepanza tal-VAT bħala sehem mill-VTTL, 2018 u 2019 – f’ %

Illustrazzjoni 3: Utilità perċepita tal-istimi tad-diskrepanza tal-VAT fir-rigward tax-xogħol ta’ konformità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-Istati Membri

Illustrazzjoni 4: Id-diskrepanza tal-VAT fl-UE fil-valur medju matul il-perjodu ta’ rapportar

Illustrazzjoni 5: Informazzjoni online dwar l-obbligi tar-reġistrazzjoni għall-VAT

Illustrazzjoni 6: Id-disponibbiltà ta’ reġistrazzjoni online fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 7: Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u korpi nazzjonali oħra responsabbli mir-reġistrazzjoni

Illustrazzjoni 8: Informazzjoni meħtieġa għal reġistrazzjoni ġdida tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 9: Verifiki u kontrolli preliminari rigward ir-reġistrazzjoni għall-VAT

Illustrazzjoni 10: Rekord tal-applikanti li r-reġistrazzjoni tagħhom ma ġietx approvata

Illustrazzjoni 11: Kontroverifika minn parti terzi tal-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni għall-VAT

Illustrazzjoni 12: Proċessi biex jiġu identifikati l-kontribwenti li jonqsu milli jirreġistraw u s-setturi ekonomiċi b’numru sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati

Illustrazzjoni 13: Proċessi biex jiġu identifikati l-kontribwenti li jonqsu milli jirreġistraw u s-setturi ekonomiċi b’numru sinifikanti ta’ negozji mhux irreġistrati

Illustrazzjoni 14: Iż-żmien (jiem) meħtieġ biex jinkisbu n-numri ta’ reġistrazzjoni għall-VAT u mal-VIES fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 15: Kontroll ta’ segwitu fuq in-numri ta’ reġistrazzjoni mal-VIES fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 16: Analiżi tal-komponenti ewlenin tas-subsistema tal-IT tar-reġistrazzjoni

Illustrazzjoni 17: L-Istati Membri li jżommu rendikont tal-kontribwenti rreġistrati għall-VAT li jbigħu online

Illustrazzjoni 18: Ammonti totali tal-MOSS 2019 (skemi tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni) fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 19: MOSS – verifiki tar-reġistrazzjoni għall-VAT

Illustrazzjoni 20: MOSS – mezzi ta’ informazzjoni dedikati

Illustrazzjoni 21: MOSS – l-iżvilupp tar-reġistrazzjoni/tad-dereġistrazzjoni fil-livell tal-UE (2016–2019)

Illustrazzjoni 22: Evoluzzjoni individwali tar-reġistrazzjonijiet mal-MOSS fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 23: Id-dereġistrazzjoni mill-MOSS

Illustrazzjoni 24: Numru ta’ awditi tal-VAT imwettqa fuq persuni taxxabbli tal-MOSS fl-2019

Illustrazzjoni 25: Inizjattivi ewlenin tal-IT u prestazzjoni medja tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE (2016–2019)

Illustrazzjoni 26: Bidla fid-diskrepanza tal-VAT (p.p.) u żieda fid-dħul mill-VAT (%) (2016-2019)

Illustrazzjoni 27: Pjanijiet ta’ konformità tat-taxxa tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 28: Pjanijiet ta’ konformità tat-taxxa fl-Istati Membri tal-UE (kontenut)

Illustrazzjoni 29: Servizzi tal-kontribwenti fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 30: Pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar il-prestazzjoni fil-forniment ta’ servizzi tal-kontribwenti (2016–2019)

Illustrazzjoni 31: Servizzi tal-kontribwenti: Informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni għall-VAT disponibbli online

Illustrazzjoni 32: Data użata mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE għall-finijiet tal-konformità mal-VAT

Illustrazzjoni 33: Rapporti disponibbli għall-maniġment superjuri f’oqsma differenti tal-amministrazzjoni tal-VAT

Illustrazzjoni 34: sottomissjoni elettronika tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 35: Il-monitoraġġ tal-konformità tas-sottomissjoni tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 36: Azzjonijiet mibdija mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f’każ ta’ sottomissjoni tard jew ebda sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-VAT

Illustrazzjoni 37: L-Istati Membri li jevalwaw l-effettività tas-sistema ta’ penali għas-sottomissjoni/ħlas tard

Illustrazzjoni 38: Id-disponibbiltà tal-ħlas elettroniku tal-obbligi tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 39: Pagamenti fi flus kontanti tal-VAT

Illustrazzjoni 40: Mezzi ta’ feedback disponibbli dwar is-saldu tal-obbligi tal-VAT

Illustrazzjoni 41: Ġbir tad-dejn tal-VAT: reazzjoni inizjali (f’jiem) għal ħlas tard

Illustrazzjoni 42: L-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-IT ta’ arretrati tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 43: Perċentwal tar-rifużjonijiet tal-VAT (valur) imħallsa sad-data statutorja (medja tal-UE)

Illustrazzjoni 44: Sistemi ta’ rifużjoni tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE

Illustrazzjoni 45: Il-karatteristiċi tal-awditu tal-VAT imwettaq mill-amministrazzjonijiet tal-VAT tal-UE

Illustrazzjoni 46: Software tal-awditjar tal-VAT użat mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE

Illustrazzjoni 47: Il-ġbir tal-VAT u l-VAT ivvalutata wara l-awditi fi 23 Stat Membru tal-UE

Illustrazzjoni 48: Tipi ta’ verifiki/awditi tal-VAT imwettqa mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-UE

Illustrazzjoni 49: Miżuri komplementari ta’ konformità mhux tal-awditjar

Illustrazzjoni 50: Il-karatteristiċi tas-sistemi ta’ kontabbiltà tad-dħul mit-taxxa fl-UE

Illustrazzjoni 51: Proċessi tal-awditjar intern u r-rieżami tal-awditjar estern (ħarsa ġenerali)

Illustrazzjoni 52: Soluzzjoni ta’ tilwim – proċess ta’ monitoraġġ

Illustrazzjoni 53: Kontinwità tal-operat – l-eżistenza ta’ repożitorju ċentrali tar-riskju

Werrej tat-tabelli

Tabella 1: Diskrepanza tal-VAT għall-2016–2019 (f’miljuni ta’ EUR u bħala perċentwal tal-obbligazzjonijiet totali tal-VAT)

Tabella 2: Ħarsa ġenerali lejn is-soluzzjoni tat-tilwim tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE



Anness 3: Referenzi

Lista ta’ paġni web dwar l-obbligi tal-VAT

Stat Membru

Paġni web – links ivverifikati f’Settembru 2020 29

Disponibbli b’lingwa barranija

L-Awstrija

https://www.bmf.gv.at/services/publikationen/broschueren-ratgeber.html

https://www.bmf.gv.at/en/topics/taxation/vat-assessment-refund.html

Iva

Il-Belġju

https://finances.belgium.be/fr/entreprises/tva/declaration/debut_fin_modification_activite#q1

https://financien.belgium.be/nl/ondernemingen/btw/aangifte/aanvang_wijziging_einde_activiteit#q3

https://business.belgium.be/en/setting_up_your_business/registration_with_the_vat_administrations

Iva

Il-Bulgarija

https://old.nra.bg/en/page?id=517  

Iva

Il-Kroazja

https://www.porezna-uprava.hr/PdviEu/Stranice/PDViEU.aspx

https://www.porezna-uprava.hr/en/EN_porezni_sustav/Pages/value_added_tax.aspx

Iva

Ċipru

https://www.mof.gov.cy/mof/tax/taxdep.nsf/All/A80CE65EF4296B63C225854A00316AD0?OpenDocument

Iva

Iċ-Ċekja

https://www.financnisprava.cz/en/taxes/vat-registration-for-non-established-per

Iva

Id-Danimarka

https://skat.dk/skat.aspx?oid=2234572

https://skat.dk/skat.aspx?oid=2244390

https://indberet.virk.dk/myndigheder/stat/ERST/Start_virksomhed

https://indberet.virk.dk/myndigheder/stat/ERST/Webreg_aendre_virksomhed__lukke_virksomhed

Iva

L-Estonja

https://www.emta.ee/eng/business-client/registration-business/registration-and-deletion-person-liable-value-added-tax

https://www.emta.ee/eng/business-client/registration-business/registration-foreign-traders-vat-liability

Iva

Il-Finlandja

https://www.vero.fi/en/businesses-and-corporations/about-corporate-taxes/vat/

Iva

Franza

https://www.impots.gouv.fr/portail/

https://www.impots.gouv.fr/portail/international_en/business

Iva

Il-Ġermanja 30

https://www.finanzamt.bayern.de/Informationen/Steuerinfos/Zielgruppen/Existenzgruender/default.php?f=Muenchen&c=n&d=x&t=x

https://service.berlin.de/dienstleistung/325409/

Iva

Il-Greċja

https://www.aade.gr/menoy/hristikoi-odigoi/forologikes-ypohreoseis-agroton

Le

L-Ungerija

https://en.nav.gov.hu/taxation/taxpayer_registration/general_rules.html  

https://en.nav.gov.hu/taxation/taxpayer_registration/specific_rules.html  

Iva

L-Irlanda

https://www.revenue.ie/en/vat/vat-registration/how-do-you-register-for-vat/index.aspx

Le 31

L-Italja

https://www.agenziaentrate.gov.it/portale/web/guest/imprese/istanze/partita-iva

https://www.agenziaentrate.gov.it/portale/web/english/nse/business/vat-in-italy/vat-registration

Iva

Il-Latvja

https://www.vid.gov.lv/en/value-added-tax  

Iva

Il-Litwanja

https://www.vmi.lt/cms/en/mokesciu-moketoju-iregistravimas-pvm-moketoju-registre

Iva

Il-Lussemburgu

https://guichet.public.lu/fr/citoyens/impots-taxes/exercice-activite-independant/inscription-adm-fiscales/inscrire-tva.html

Iva

Malta

https://cfr.gov.mt/en/faqs/Pages/VAT/VAT-FAQs.aspx

Le

In-Netherlands

https://www.belastingdienst.nl/wps/wcm/connect/bldcontenten/belastingdienst/business/vat/vat_in_the_netherlands/your_tax_office_and_registration/your_tax_office_and_registration

Iva

Il-Polonja

https://www.biznes.gov.pl/en/firma/taxes-and-insurance-in-poland/vat

Iva

Il-Portugall

https://info.portaldasfinancas.gov.pt/pt/docs/Conteudos_1pagina/Pages/portuguese-tax-system.aspx

https://info.portaldasfinancas.gov.pt/pt/apoio_contribuinte/Manuais/Documents/Manual_Inicio_PF.pdf

Iva

Ir-Rumanija

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Is-Slovakkja

https://www.financnasprava.sk/sk/podnikatelia/dane/dan-z-pridanej-hodnoty/registracia-dph

https://www.financnasprava.sk/en/businesses/taxes-businesses#ZahranicnaOsobaDPH

Iva

Is-Slovenja

https://www.fu.gov.si/en/taxes_and_other_duties/areas_of_work/value_added_tax_vat/

Iva

Spanja

https://www.agenciatributaria.es/AEAT.internet/en_gb/Inicio/La_Agencia_Tributaria/Campanas/_Campanas_/Fiscalidad_de_no_residentes/_IVA___VAT_/_IVA___VAT_.shtml

Iva

L-Iżvezja

https://www.skatteverket.se/servicelankar/otherlanguages/inenglish/businessesandemployers/startingandrunningaswedishbusiness/registeringabusiness.4.12815e4f14a62bc048f5179.html  
https://www.skatteverket.se/servicelankar/otherlanguages/inenglish/businessesandemployers/startingandrunningaswedishbusiness/declaringtaxesbusinesses/vat.4.12815e4f14a62bc048f52be.html?q=vat  

Iva

Ir-Renju Unit

https://www.gov.uk/vat-registration

Le

Rapporti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, ġbir u kontroll tal-VAT skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM) Nru 1553/89

·Rapport 2017: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - It-tmien rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar il-ġbir tal-VAT u l-proċeduri ta’ kontroll, COM(2017) 780 final ;

·Rapport 2014: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Is-seba’ rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar il-ġbir tal-VAT u l-proċeduri ta’ kontroll Seba’ rapport COM(2014) 69 final + Anness SWD(2014) 38 final;

·Rapport 2008: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Is-sitt rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar il-ġbir tal-VAT u l-proċeduri ta’ kontroll, COM(2008) 719 final + Anness SEC(2008) 2759 ;

·Rapport 2004: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-ħames rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar il-ġbir tal-VAT u l-proċeduri ta’ kontroll, COM(2004) 0855 final + Anness SEC(2004) 1721;

·Rapport 2000: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - It-tielet rapport tal-Artikolu 14 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92 tas-27 ta’ Jannar 1992 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni indiretta (VAT) u r-Raba’ rapport skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar il-ġbir tal-VAT u l-proċeduri ta’ kontroll COM/00/0028 final ;

·Rapport 1998: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - proċeduri ta’ ġbir u kontroll tal-VAT applikati fl-Istati Membri - It-tielet rapport tal-Kummissjoni [l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89], COM/98/0490 final ;

·Rapport 1995: Il-Proċeduri għall-Ġbir u l-Kontroll tal-VAT Applikati fl-Istati Membri - it-tieni rapport tal-Artikolu 12, COM/95/354 final ;

·Rapport 1992: Il-Proċeduri għall-Ġbir u l-Kontroll tal-VAT Applikati fl-Istati Membri - L-ewwel rapport, SEC(92) 280 final



KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment

Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefon jew bl-email

Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

– fuq in-numru tat-telefon bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),

– fuq dan in-numru standard: +32 22999696 jew

– b’email fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB INFORMAZZJONI DWAR L-UE

Online

L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE    

Tista’ tniżżel jew tordna pubblikazzjonijiet tal-UE mingħajr ħlas u anke bi ħlas minn: https://publications.europa.eu/mt/publications . Tista’ tikseb diversi kopji ta’ pubblikazzjonijiet mingħajr ħlas billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru ta’ informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt ).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati

Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Data miftuħa mill-UE

Il-Portal tal-UE tad-Data Miftuħa ( http://data.europa.eu/euodp/mt ) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-data mill-UE. Id-data tista’ titniżżel u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.

(1)    It-taxxi tat-tip tal-VAT jammontaw għal madwar 7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) bħala medja (madwar għoxrin fil-mija tad-dħul totali tal-gvern) u għalhekk huma wieħed mill-aktar sorsi importanti ta’ dħul ( https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Tax_revenue_statistics ) .
(2)    ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.
(3)    Ir-referenzi għat-tmien rapporti preċedenti huma elenkati f’ Annex 3:   References .
(4)    COM(2017) 780 final.
(5)    Peress li l-VAT hija wkoll riżorsa proprja tal-baġit tal-UE, l-arranġamenti leġiżlattivi attwali (ir-Regolament Nru 1553/89) jirrikjedu li l-Kummissjoni tipproduċi rapport dwar il-proċeduri ta’ amministrazzjoni tal-VAT applikati fl-Istati Membri u li tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. It-test uffiċjali tar-Regolament Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud huwa disponibbli online ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX %3A31989R1553 ).
(6)      It-taxxi tat-tip tal-VAT jammontaw għal medja ta’ madwar 7 % tal-PDG (madwar għoxrin fil-mija tad-dħul totali tal-gvern), u għalhekk huma wieħed mill-aktar sorsi importanti ta’ dħul: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Tax_revenue_statistics. Fl-2018, id-dħul mill-VAT tal-UE kien jammonta għal EUR 1,132 biljun.
(7)      Diskrepanza tal-VAT fl-UE – Rapport 2021
(8)    L-istima tad-diskrepanza tal-VAT magħmula mill-Kummissjoni hija bbażata fuq metodoloġija minn fuq għal isfel u fuq id-data tal-kontijiet nazzjonali u s-sottomissjonijiet tar-riżorsi proprji (jiġifieri dikjarazzjonijiet tal-VAT) ipprovduti mill-Istati Membri. Dawn iċ-ċifri jintużaw biex tiġi stmata l-obbligazzjoni teoretika tal-VAT iġġenerata minn sottoaggregati differenti tal-ekonomija meta mqabbla mal-ġbir effettiv tal-VAT.
(9)      Il-metodoloġija użata għall-kalkolu tad-Diskrepanza tal-VAT tiddependi miċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. Data addizzjonali li tista’ tintuża għal stima aktar preċiża dwar id-Diskrepanza tal-VAT, bħall-benefiċċji in natura jew statistika aktar dettaljata tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività (KPA) ma humiex dejjem disponibbli. Barra minn hekk, l-istituti nazzjonali tal-istatistika jużaw metodoloġiji differenti biex jistmaw l-ekonomija informali u biex jirriflettuha fil-kontijiet nazzjonali tagħhom, u b’hekk jaffettwaw indirettament iċ-ċifri tad-diskrepanza tal-VAT.
(10)    Sabiex jiġu minimizzati d-distorsjonijiet minħabba rati u strutturi diverġenti tal-VAT fl-Istati Membri, il-bażi tal-VAT hija armonizzata nozzjonalment għall-fini tal-kalkoli tar-riżorsi proprji. Din il-bażi tal-VAT armonizzata hija kkalkolata billi jiġi diviż id-dħul nett annwali totali mill-VAT miġbur minn kull Stat Membru bir-rata medja peżata tal-VAT biex tinkiseb il-bażi tal-VAT intermedja. Il-bażi intermedja hija sussegwentement aġġustata b’kumpensi negattivi jew pożittivi.
(11)    Din ir-regola hija maħsuba biex tevita li Stati Membri inqas għonja b’ishma ogħla ta’ konsum iħallsu ammonti sproporzjonati mal-kapaċità tagħhom stess li jikkontribwixxu (u b’hekk jirrimedjaw l-aspetti rigressivi tar-riżorsa bbażata fuq il-VAT), peress li l-konsum u, għalhekk, il-VAT għandhom it-tendenza li jammontaw għal perċentwal ogħla tal-introjtu nazzjonali ta’ pajjiż f’livelli relattivament aktar baxxi ta’ prosperità. Ħames Stati Membri bbenefikaw mil-limitu massimu ta’ 50 % (il-Kroazja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja).
(12)    Is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2013, Aklagarenvs Fransson, C-617/10, EU:C:2013:105, il-punt 26: “d-dħul provenjenti mill-applikazzjoni ta’ taxxa uniformi fuq bażi armonizzata tal-VAT iddeterminata skont ir-regoli tal-Unjoni, hemm rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul mill-VAT skont id-dritt tal-Unjoni applikabbli u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni tar-riżorsi korrispondenti mill-VAT, peress li kull lakuna fil-ġbir ta’ dawn tal-ewwel potenzjalment tikkawża tnaqqis fit-tieni”.
(13)    Ir-riżorsa bbażata fuq l-ING hija riżorsa addizzjonali li tipprovdi d-dħul meħtieġ biex ikopri n-nefqa li taqbeż l-ammont iffinanzjat minn riżorsi proprji tradizzjonali, kontribuzzjonijiet ibbażati fuq il-VAT u dħul ieħor fi kwalunkwe sena.
(14)    Idealment, l-analiżi tar-riskju ma għandux ikollha impatt kbir fuq it-tul ġenerali tal-proċess tar-reġistrazzjoni. Għandha tqis realtajiet differenti fl-Istat Membru, bħall-inċidenza ta’ frodi, id-disponibbiltà u l-eżattezza tal-informazzjoni ta’ partijiet terzi, u l-maturità tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Barra minn hekk, in-negozji għandhom ikunu jistgħu jiċċaraw ir-rifjut tal-applikazzjonijiet tagħhom malajr u jippreżentaw applikazzjoni oħra minnufih, anke jekk minn perspettiva ta’ kontra l-frodi jista’ jkun preferibbli li l-amministrazzjoni tat-taxxa “tiftakar” l-applikazzjonijiet miċħuda.
(15)    Għalkemm l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni riċevuta fl-istħarriġ ma jistgħux jiġu ddeterminati, it-tqabbil tat-tweġibiet u l-varjazzjoni annwali fid-data joffru informazzjoni intuwittiva siewja f’diversi oqsma; pereżempju, jekk id-data tal-kontribwenti jitneħħulha r-rekords inattivi jew duplikati, jekk jiġu identifikati rekords inattivi, u jekk is-sistema tal-IT tipprovdi ħarsa sħiħa tad-data tal-kontribwenti lill-persunal tal-ewwel linja u argumenti ta’ valur għall-azzjoni ta’ ġestjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda varjazzjoni fid-data tal-kontribwenti matul is-snin, jekk l-informazzjoni tkun nieqsa jew mhux disponibbli, jew jekk il-valuri jkunu plawżibbli, din tista’ tkun indikazzjoni li l-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni għall-VAT hija korrotta jew tal-inqas mhux affidabbli.
(16)    Żewġ Stati Membri oħra wrew l-istess xejra bħar-Rumanija fir-reġistrazzjonijiet miċħuda bejn l-2016 u l-2019: il-Bulgarija (minn 22.8 % għal 11.1 %) u r-Renju Unit (minn 11.8 % għal 4.4 %). Filwaqt li r-Rumanija għandha diskrepanza stmata tal-VAT ta’ > 33 %, il-Bulgarija u r-Renju Unit jistmaw li hemm diskrepanzi ta’ 10 % u 12 %, rispettivament.
(17)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali Nru 12/2019 https://op.europa.eu/webpub/eca/special-reports/e-commerce-12-2019/mt . Fi sforz kontinwu ta’ modernizzazzjoni tal-VAT għall-kummerċ elettroniku transfruntier, mill-1 ta’ Lulju 2021, il-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir ġie estiż biex jinkludi t-tranżazzjonijiet transfruntiera kollha. Dan jibni fuq it-tnedija b’suċċess tad-dikjarazzjoni unika tal-VAT għas-servizzi diġitali B2C (min-negozju għall-konsumatur) fl-2015, imsejħa d-dikjarazzjoni MOSS.
(18)    In-negozji bbażati fl-UE li jixtiequ jagħżlu l-pjattaforma online MOSS għandhom jirreġistraw fil-pajjiż li fih huma stabbiliti jew li fih huma għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom. In-negozji mhux tal-UE jistgħu jużaw is-sistema MOSS ta’ Stat Membru li fih ikollhom stabbilimenti fissi. Hija permessa biss reġistrazzjoni MOSS waħda għal kull kumpanija madwar l-UE kollha.
(19)    Fir-Rapport Speċjali Nru 12/2019, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tirrakkomanda li sal-aħħar tal-2020 l-Istati Membri “iwettqu l-kontrolli meħtieġa, meta jirċievu talba għal reġistrazzjoni għall-iskema mhux tal-UE tal-MOSS” u “jżidu l-attività tal-awditjar tagħhom fuq in-negozjanti tal-MOSS”.
(20)    Fl-ambitu tal-programm Fiscalis 2020, il-Kummissjoni stabbiliet “Grupp Katalista tal-IT” (FPG/037) biex taqleb l-interess ċar fil-kollaborazzjoni tal-IT fost l-Istati Membri f’mod ġdid ta’ ħidma flimkien lejn it-twassil tas-sistemi tal-IT b’mod aktar effiċjenti u effettiv. Il-grupp ippermetta lill-Istati Membri jsiru infurmati dwar attivitajiet tal-IT attwali u futuri, jippromwovu kollaborazzjoni tal-IT mill-Istati Membri, u jniedu proġetti u inizjattivi kollaborattivi ġodda tal-IT.
(21)       https://www.imf.org/external/pubs/ft/tnm/2010/tnm1017.pdf  
(22)    Xi Stati Membri rrapportaw li jippermettu ħlasijiet fi flus kontanti tal-VAT għal ċerti valuri żgħar.
(23)       https://play.google.com/store/apps/details?id=pt.gov.portaldasfinancas.servicos.pagimp.app&hl=en&gl=US
(24)    Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Iżvezja ma għamlux disponibbli d-data minima meħtieġa biex jiġi kkalkolat is-sehem tal-arretrati tal-VAT.
(25)    Il-ġbir tal-intelligence (attività simili għal “kun af lill-klijent tiegħek”) jintuża mhux biss biex jiġu identifikati r-riskji ta’ konformità tal-bidu u jiġu kkonfermati dawn ir-riskji, iżda wkoll biex jiġu vvalutati l-inċidenza u l-eżitu (telf ta’ dħul) attribwibbli għal riskji partikolari, u jiġu rikonoxxuti u kkoreġuti żbalji komuni tal-kontribwenti u interpretazzjonijiet ħżiena tal-liġi tal-VAT.
(26)    Id-data hija disponibbli għal 23 minn 28 Stat Membru (esklużi l-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u r-Renju Unit). Madankollu, peress li erbgħa minn dawk l-Istati Membri (il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit) ma għamlux din id-data disponibbli għar-rapport preċedenti, ir-riżultati huma komparabbli mal-perjodu preċedenti.
(27)     https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/coronovirus_policy_measures_16_november.pdf  
(28)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52014SC0038&from=MT  
(29)    L-indirizzi tal-paġni web ġew ipprovduti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u vverifikati f’Settembru 2020.
(30)    Xi aspetti tal-VAT huma relatati mal-organizzazzjoni speċifika u l-kompetenzi tal-Ġermanja federali. Ċerti uffiċċji tat-taxxa magħżula (eż. l-uffiċċju tat-taxxa ta’ Berlin-Neukölln) għandhom ġuriżdizzjoni ċentrali għall-bejjiegħa li ma humiex stabbiliti fil-Ġermanja. Għar-rapport attwali żorna s-siti web tal-awtoritajiet fi Munich u f’Berlin.
(31)    L-Irlandiż/Gaeilge biss.
Top