Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0228

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (COM(2021)0589 – 12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300(NLE))

    ĠU C 493, 27.12.2022, p. 151–151 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 493, 27.12.2022, p. 126–126 (GA)

    27.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 493/151


    P9_TA(2022)0228

    Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Mauritania u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (COM(2021)0589 – 12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2022/C 493/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12208/2021),

    wara li kkunsidra l-ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (12446/2021),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 43(2) u 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0419/2021),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0148/2022),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

    (1)  Testi adottati ta' dik id-data, P9_TA(2022)0229


    Top